Armi eraldici konnessi ma San Lawrenz

Page 1

SAN LAWRENZ U L-ARMI ERALDICI. Id-devozzjoni lejn il-padrun tgħana San Lawrenz hi waħda li tmur lura bosta sekli u nxterdet mal-Ewropa u kull fejn marru lEwropej. Tant kienet kbira din id devozzjoni li ssemmew bliet għal dan il-qaddis martri u l-efeġija jew is-simbolu tiegħu, il-gradilja, spiċċaw fuq l-armi eraldiċi ta’ ħafna pajjiżi. Naħseb li l-eqdem arma ta` l-belt ta` Vjenna f’l-Awstrija hi lajkla rjali li kienet ila sa mill-1239, pero` f’l-erbatax il-Seklu bdiet tintuża dik li ġġib is-salib lewn il-fidda fuq tarka ħamra, li tidher jew waħidha jew f-nofs ajkla b-żewġt irjus. Kien fis-26 ta` Settembru 1461 li Emperatur Friedrich IV ta

lil-belt l-arma b’l-ajkla ta` żewġt irjus, bkuruna mperjali li baqat tintuża sa l-1925. Il-belt ta` Vjenna, jew Wien kif inhi magħrufa b’l-Awstrijak, hi maqsuma f-23 distrett jew "Bezirke" li huma aktar riferuti għalihom b-numri Rumani u jibdew minn Wien I sa’ Wien XXIII. Kull tant jintuża lisem uffiċjali tad-distrett u għallhekk issib bħall "VIII Josefstadt", għax Josefstadt hu ttmien distrett tal-belt. Il-biċċa l-kbira taddistretti ħadu isimhom mill villaġġi jew parroċċi ta` qabel, għajr dawk ta` Wien I u XXIII li huma komposti.

L-arma ta’ Vjenna

1. Wien XIV, Penzing iġġib l-arma konġunta ta’ Breitensee, Hütteldorf, UnterBaumgarten u tal-parroċċa ta’ Penzing. Din il-parroċċa qadima tifforma parti minn dan lerbatax id-Distrett u li l-arma taħħa turi lilSan Lawrenz liebes ta` Djaknu.

Nikolsdorf, Wien-Matzleinsdorf, WienHundsturm, Wien-Reinprechtsdorf u WienLaurenzigrund. L-isem ta’ dan id-distrett ġej mil-għaqda fl-1533 bejn l-abbazija ta’ Santa Madalena u oħra ta’ San Lawrenz.

2. L-arma tal-ħames distrett jew Wien V, Margareten, tgħaqqad l-armi ta’ sitt komunitajiet; Wien-Margareten, Wien-

3. It-tmintax id-distrett jew Wien XVIII, Währing hu ffurmat mill-villaġġi antiki ta` Währing, Pőtzleinsdorf, Gersthof u Weinhsus. Din l‘arma turi tlett qaddisin u


f’tan-nofs, dik ta` Wien-Währing hemm San Lawrenz fuq tarka ta` sfond ċelest skur u abjad imdardar. 4. L-arma ta’ Sankt Lorenz (distrett ta’ Vöcklabruck - stat t’Oberösterreich) turi ddragun li għalieħ imsemmija l-muntanja Drachenwand fil-viċin, u li f’idejħ qed iżomm il-gradilja. L-arma ġiet mogħtija fl20 ta’ Frar 1984. 5. L-arma ta’ Sankt Lorenzen am Wechsel (distrett ta’ Hartberg - stat ta’ Steirmark) ġiet mogħtija fl-1 ta’ Lulju 1991 u s-simbolu prinċipali hijja l-gradilja 6. Arm’ oħra hi dik ta’ Sankt Lorenzen Beiknittelfeld (distrett ta’ Knittelfeld Ukol stat ta’ Steirermark) u l-gradilja hi s-simbolu tal-qaddis padrun fuq arma l’ingħatat lilmuniċipalita’ fit-3 ta’ Mejju 1965. 7. Gradilja oħra insibuha fl-arma ta’ Sankt Lorenzen Beiscefling (distrett ta’ Murau stat – Steiermark), u li tfakkar fil-martiju talqaddis żagħażugħ Lorenzu. L-arma ġiet mgħotija fl-20 ta’ Ġunju 1988. 8. Jidher li San Lawrenz igawdi prominenza tant li muniċipalita’ oħra, Sankt Lorenzen im Mürztal (distrett ta’ Bruck an der Mur - stat ta’ Steirermark) iġġib l-arma li ngħatat fil-5 ta’ Marzu 1984 bil-gradilja jew Rost bħala ssimbolu taħħa. Instab dokumentat li l-knisja parokkjali ddedikata lil-San Lawrenz tmur lura sas-sena 925. 9. Il-muniċipalita’ Waisenegg (distrett ta’ Weiz - stat ta’ Steirnark) kienet ġiet mogħtija arma ġdida fl-20 ta’ Settembru 1982 u li hi bbażata fuq il-gradilja ta’ San Lawrenz. 10. Immorru sa Stans (distrett ta’ Schwaz – stat Tirol), u nsibu l-arma mogħtija lilha fis7 ta’ Lulju 1960. Fuq ix-xellug l-arma għanda l-gradilja u fuq il-lemin iż-żbul. 11. Il-belt ta’ Tösens (distrett ta’ Landeck stat Tirol), ġiet mogħtija arma fit-23 ta’ Lulju 1974, u l-gradilja tifforma parti minna ma żewġ mazezz imsalbin, simbolu talminjieri.

12. L-arma ta` Wien X, Favoriten tinkorpora lil-Oberlaa, Rothneusiedl, Inzersdorf-Stadt u Unterlaa. Għall kemm mhix konnessa ma San Lawrenz, din l-arma iġġib Salib ta` Malta aħmar fuq sfond isfar billi fit-13 ilSeklu, l-Ordni ta` San Ġwann kien xtara meddha art li fuqa bena knisja u sptar. 13. Immorru issa fid-Danimarka fejn insibu li l-belt t’Esbønderup-Nødebo (Frederiksborg) li fl-1970 kienet ġiet inkorporata f-Græsted-Gilleleje, Hillerød. Larma kienet ingħatat fl-1930 u s-siġar jirrapreżentaw il-foresti, l-ikħal lil-għadira Esrum u gradilja lil-martri San Lawrenz, padrun t’Esbønderup 14. Naqsmu għall-Olanda, fejn filmuniċipalita’ ta’ Beerta (provinċja ta’ Groningen) isibu arma li tmur lura sa l-4 ta’ Ġunju 1870 u turi figura ta’ San Lawrenz li għalieħ kienu ddedikati xi monasteri flinħawi. 15. Ninżlu fil-Portugall fejn San Lawrenz hu wisq meqjum u eżatt f-Alvelos (muniċipalita’ ta’Barcelos - distrett ta’ Braga), insibu li l-arma mogħtija fit-2 ta’ Frar 2004 li tinkorpora l-imtieħen ta’ l-ilma fix-xmara Ameias u l-gradija tal-padrun t’Alvelos. 16. U kemm hi xierqa l-arma li nagħtat fit22 t’Ottubru lil-Miragaia (muniċipalita’ ta’ Lourinhã - distrett ta’ Lisboa), turi l-palma u l-gradilja msalbin, sewġ simboli tal-martri San Lawrenz, fil-waqt li taħthom hemm għanqud għeneb billi fir-reġjun jikbru tant dwieli. 17. Fl-arma mogħotija fil-21 taċ Frar 1997 lil São Lorenço (muniċipalita’ ta’ Portalegre – distrett São Lorenço), hemm il-gradilja prominenti fin-nofs u werqa tal-aġġru u rukkell ħajt aktar il-fuq. 18. Nibqgħu l-Portugall, eżatt fil-belt ta’ São Lorenço de Sande (muniċipalita’ ta’ Guimarã - distrett ta’ Braga. L-arma ġiet mgħotija fit-23 t’Ottubru 2001 u turi s-swar tal-belt, it-tamburin u l-gradilja ta’ San Lawrenz.


1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

14

15

16

13

17

18

19

20


19. Immorru l-Ġermanja fil-villaġġ ta’ Laurensberg (distrett ta’ Aachen - stat ta’ Nordrhein-Westfalen), fejn fost l-erba kwadranti tal-arma maħruġa fl-14 t’Awissu 1928 hemm il-figura ta’ San Lawrenz, ilqaddis padrun tal-belt. 20. Rotenberg hu villaġġ tas-17 il-seklu (distrett ta’ Stuttgat - stat ta’ BadenWürttemberg). Il-gradilja tissiboliżża lil San Lawrenz li hu l-qaddis padrun tal-villaġġ. 21. L-istess qaddis hu l-padrun tal-villaġġ ta’ Beulich (distrett ta Rhein-Hunsrück Kreis - stat ta’ Rheinland-Pfalz). Fl-imkien massimbolu tal-foresti, s-swar u parti mil-arma tal-familja Boos zu Waldeck, hemm ukol ilgradilja tal-martirju ta’ San Lawrenz. 22. Għall kemm li l-arma tal-villaġġ ta’ Trebur (distrett ta’ Gross-Gerau - stat ta’ Hassen) ma turix il-gradilja, is-siġilli uffiċjali juru lil-San Lawrenz u l-eqdem wieħed għandu d-data ta’ 1511. 23. Villaġġ Ġgermaniż ieħor li jinkorpora lgradilja tal-padrun lokali hu Gimmeldingen (distrett rurali ta’ Neustadt an der Weinstrasse - stat Rheinland-Pfalz). L-arma tmur lura sal-15 ta’ Mejju 1845, pero’ lgradilja ila tidher fis-siġill uffiċjali sa mil1753. 24. L-arma tal-villaġġ ta’ Biesendorf (distrett Kostanz – stat ta’ BadenWürttemberg) tmur lura sal-1806 u turi gradilja lewn il-fidda, simbolu ta’ San Lawrenz. 25. L-arma tal-belt ta’ Lunden (distrett ta’ Kreis - Dithmarschen - stat ta’ SchleswigHolstein), tmur lura sal-1529 u fejn San Lawrenz hu l-padrun tal-belt. L-arma kif inhi issa ġiet mogħtija fiz-19 t’April 1988. 26. L-arma ta’ Zwenkau (stat Leipzik – distrett ta’ Sachsen), ġiet mogħtija fl-1992 u turi lill San Lawrenz iżomm il-gradilja li kien ġia tidher sa mis-seklu 15. 27. Il-belt ta’ Auenheim (distrett Kreis – stat Baden-Württemberg) ila turi lil San Lawrenz iżomm il-gradilja u ħatba fuq l-arma taħha sa mil-1561, pero’ inbidlet firRiformazzjoni. Fl-1901 reġet ġiet introdotta wara talba mil-arkivju statali.

28. Għall kemm li l-arma bil-qaddis martri inagħatat lil Zell am Main (distrett Würzburg – stat Bayern) fl-1950, San Lawrenz ilu jidher fuq l-arma tal-lokalita’ sa mil-1757, u xaktarx li bidlet oħhra eqdem. 29. Flok lil San Lawrenz iżomm il-gradilja, l-arma ta’ Elberfeld (distrett Wuppertal – stat Nordrhein-Westfalen) għanda lill iljun tal- Konti ta’ Berg. 30. Anka l-arma tad-distrett ta’ Wuppertal iġġib arma simili ħafna bħall dik ta’ Eleberfeld, ħlief li l-iljum jinsab wieqaf fuq ħjut li l-industrija tal-lokal tipproduċi. 31. Għall kemm li l-arma ta’ Enkhausen (distrett Hochsauerlandkreis – stat ta’ Nordrhein-Westfalen) inagħatat fiz-19 t’Awissu 1965, il-gradilja ta’ San Lawrenz kienet tidher fuq l-armi ta’ l-istat ta’ Köln sa minn żminijiet medjovali. 32. L-aħħar arma Ġermaniża u li turi lgradilja, hi ta’ Wörrstadt (district Kreis – Stat Rheinland-Pfalz). Fl-1575, l-arma orriġinali kienet turi lil-San Lawrenz iżomm il-gradilja, pero’ fl-1956 inbidlet biex tinkorpora żewġ iljuni mil-arma tal-Konti ta’ Rhein. 33. It-territorju ta’ Lorentzweiler filLussenburgu hu konness ma żewġ abbaziji pero’ l-padrun lokali San Lawrenz ħalla ismu lit-territorju u l-gradilja fuq l-arma offiċjali mogħtija fil-5 t’Ottubru 1978. 34. Is-siġill tal-belt ta’ Hamont (provinċja ta’ Limburg) fil-Belġju juri lil-San Lawrenz iżomm il gradilja u li sa l-1920 kien ukol flarma tal-lokal. 35. l-aħħar arma Ewropeja hi tal-villaġġ ta’ Zommange (dipartiment ta’ Moselle) fi Franza. L-arma turi l-kuluri ta’ l-ereditajiet storiċi ta’ Dieuze u l-gradilja tal-padrun San Lawrenz. 36. Immorru fil-Puerto Rico, gżira talKaribew u l-belt ta’ San Lorenzo, li qabel kien jisimha San Miguel de Hato Grande.

Għall hekk intażlet il-gradilja bħala simbolu tad-djaknu u martri San Lawrenz li għalieħ issemiet il-belt.


21

22

23

24

25

26

27

28

30

31

32

34

35

36

29

33

Biex nikkonkludi, insemmi belt fil-Portugall li jisimha São Lorenço de Mamporcão, li għall kemm imsemmija għall qaddis, l-arma tal-lokal ma turi l-ebda konnesjoini miegħu. Listess jgħodd għal-belt ġo Quebec filKanada, Saint Lin-Laurentides. Interessanti ħafna li fil-Kanada ukol kien hemm bastiment tal-gwerra msemmi HMCS St. Laurent (DDH 205), Helicopter Destroyer li ġie varat f’l-1955 u spiċċa s-servizzi tiegħu f’l1974. Għall kemm imsemmi bil-Franċiż u għall xmara fil-Kanada li kienet issemmiet għall kbir qaddis martri San Lawrenz, fin-nofs ta‘ larma tal-bastiment hemm ukol il-gradilja.

Denis A. Darmanin


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.