IL-‐PRESEPJU FIL-‐KARMNU TAL-‐IMDINA: BEJN IL-‐QADIM U L-‐ĠDID
IEQAF – AQRA – IRRIFLETTI – ITLOB
Matul is-‐snin Wieħed mill-‐attrazzjonijiet fil-‐knisja tal-‐Karmnu fl-‐Imdina, kien il-‐presepju li jmur lura għall-‐aħħar tas-‐seklu dsatax, bidu tas-‐ seklu għoxrin. Ix-‐xjuħ tal-‐Imdina jgħidu li dejjem jiftakruh fil-‐ knisja, fil-‐kmajra t-‐tonda, in-‐naħa tax-‐xellug eżatt kif tidħol fil-‐ knisja. Dal-‐presepju, maħdum mill-‐gazzetti, karti, u kartun kien ikun armat is-‐sena kollha bil-‐pasturi tat-‐tafal u l-‐kartapesta, li fadal biss xi ftit minnhom, maħdumin mill-‐patrijiet u l-‐frajiet stess. Baqgħu magħrufin għall-‐pasturi P. Telesfru u Fra [Lu]Dovik. Dan tal-‐aħħar kien jaħdem ukoll presepji u pasturi lin-‐nies tar-‐Rabat u l-‐Imdina. Xi ħadd qalilna li għadhom jgħożżu sallum il-‐presepju ta' Fra Dovik. Il-‐presepju tal-‐kunvent kellu xena miżbugħa fuq il-‐ħajt tal-‐kmajra, drapp blu skur bil-‐ bozoz warajh kien jagħti dehra ta’ sema, il-‐grotta ewlenija in-‐ naħa tax-‐xellug bi pjanura quddiemha mimlija ngħaġ u pasturi. Fuq wara u n-‐naħa tal-‐lemin, djar u belt ċkejkna u xi għerien oħra. kellu wkoll l-‐anġli mdendlin fl-‐arja jħabbru t-‐twelid ta’ Sidna. 1
Biż-‐żmien, għax dejjem kien jinsteraq xi pastur jew tnejn, żdidulu oħrajn tat-‐tafal u l-‐kartapesta maħdumin fil-‐forma mill-‐Italja. Dan il-‐Presepju baqa’ marbut ma’ P. Telesfru, Karmelitan ta’ fama qaddisa, magħruf għat-‐tjubija tiegħu u għall-‐mod devot u miġbur li bih kien joffri s-‐Sagrifiċċju tal-‐ Quddiesa. Dawk li jiftakruh baqgħu jsemmu kif il-‐Quddiesa tiegħu kienet ittul xi ftit iktar minħabba li waqt il-‐ konsagrazzjoni kien bħal donnu jinsa’ li qed jgħix fiż-‐żmien u jintilef quddiem l-‐Ewkaristija f’idejh. P. Telesfru, li miet fis-‐snin sebgħin, kien dejjem jirranġa f’dal-‐presepju u jżid u jaħdem il-‐ pasturi. Dawk li kienu għadhom tfal dak iż-‐żmien, meta jasal il-‐ Milied kienu jehdew jgħinuh iħejji dal-‐presepju bid-‐dwal, jirranġa xi pastur, u l-‐bqija. B'xorti ħażina dan il-‐presepju therra biż-‐żmien hekk li ma baqax ikun miftuħ fil-‐jiem tal-‐Milied. Il-‐patrijiet bħal donnhom qatt ma riedu jmissuh, minħabba t-‐tifkira qaddisa ta’ P. Telesfru. Biex jitranġa u jissewwa kien meħtieġ li jiżżarma kollu u jinbidlulu partijiet sħaħ li sfrundaw. Il-‐parir kien li jiżżarma u jsir ieħor ġdid. Għaldaqstant ħadd ma ried jieħu dal-‐pass minħabba r-‐rabta sentimentali ma’ P. Telesfru. Għal xi snin is-‐Sur Alfred Tonna kien jarma l-‐presepju, maħdum fil-‐jablo bil-‐pasturi tat-‐terracotta, fil-‐kantina jew f’xi post ieħor fl-‐Imdina għall-‐wiri fi żmien il-‐Milied. Fis-‐Sajf ta' din is-‐sena (2013) iddeċidejna li nżarmaw dan il-‐presepju “ta’ P. Telesfru” u naħdmu ieħor ġdid b’xebħ miegħu, l-‐ewwelnett sabiex tinżamm it-‐tradizzjoni tal-‐presepju fil-‐Karmnu tal-‐Mdina bħala attrazzjoni u wkoll biex tinżamm it-‐ tifkira ta’ P. Telesfru u Fra Dovik. Għaldaqstant iddeċidejna wkoll li jintużaw ukoll il-‐pasturi antiki tat-‐tafal ta’ P. Telesfru, ta' Fra Dovik, u dawk li ġew warajhom fis-‐snin ħamsin. Żidna wkoll xi pasturi oħra adatti u li jaqblu mal-‐istil sabiex nimlewh. Il-‐presepju armat fil-‐Knisja qegħdin insejħulu presepju 2
kateketiku, għax il-‐forma li fiha maħdum u l-‐elementi li fih kollha se jkollhom tifsira li tgħinna nieqfu nirriflettu dwar il-‐ misteru tal-‐Inkarnazzjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Katekeżi
Id-‐drawwa tal-‐presepju bdiet fiż-‐Żminijiet tan-‐Nofs bħala mezz ta' katekeżi dwar il-‐Misteru tat-‐twelid ta' Sidna Ġesù Kristu. Jibqa' magħruf San Franġisk li fil-‐lejl tal-‐Milied ried li tiġi ċċelebrata l-‐Quddiesa fi stalla u waqt din il-‐Quddiesa Ġesù tarbija deher f'idejh tad-‐demm u l-‐laħam. Il-‐Karmelitani wkoll huma magħrufa għad-‐devozzjoni lejn il-‐Misteru tal-‐ Inkarnazzjoni. Leġġendi Medjevali jirrakkuntaw kif il-‐Madonna u San Gużepp bil-‐Bambin kienu jżuru l-‐eremiti Karmelitani waqt it-‐talb fil-‐Kappella tal-‐eremitaġġ fuq l-‐Għolja tal-‐Karmelu. Sallum fil-‐Karmelu jinżammu drawwiet sbieħ, bħall-‐purċissjoni bil-‐Bambin fil-‐kunvent fil-‐Milied, jew iż-‐żamma, għal jum wieħed, tax-‐xbieha ta' Ġesù Bambin tal-‐kunvent fil-‐kamra tan-‐ novizzi fin-‐novena tal-‐Milied, u l-‐bqija. Id-‐devozzjoni lejn il-‐ Misteru tal-‐Inkarnazzjoni (Alla li sar bniedem) fil-‐Karmelu hija qawwija ghax tfakkar lill-‐Karmelitan li hu msejjaħ biex bħal Marija dejjem Verġni jħalli lil Kristu jitnissel fih u jitwieled minnu, waqt li jgħożż il-‐virtù taċ-‐ċokon u x-‐xejn spiritwali f'xebh ma' Kristu li “tneżża’ minn kollox billi ħa n-‐natura ta’ lsir, sar jixbah lill-‐bniedem.” Il-‐presepju huwa wieħed mill-‐ mezzi biex tingħax din l-‐ispiritwalità marbuta mad-‐devozzjoni lejn l-‐Umanità Qaddisa ta' Kristu. Il-‐presepju jinqasam fi tliet partijiet: 1. Il-‐parti tan-‐nofs 2. Il-‐belt fuq ix-‐xellug 3. Il-‐kampanja u x-‐xgħari fuq il-‐lemin 3
Fin-‐nofs insibu dar mitluqa, qed taqa', u li fiha jseħħ il-‐Misteru tat-‐twelid ta' Sidna Ġesù Kristu. Il-‐kmajra mitluqa, qed taqa' trid tfisser id-‐dinja u l-‐kultura pagana (Ruma u l-‐Greċja) li “fil-‐ milja taż-‐żminijiet” ġiet fix-‐xejn għax “Alla bagħat lil Ibnu mwieled minn mara, imwieled taħt il-‐liġi biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-‐liġi.” Ġesù Kristu jitwieled f'din il-‐kultura dekadenti u bit-‐twelid tiegħu Alla nieda dinja u Saltna ġdida mibnija fuq Kristu li “hu l-‐ġebla tax-‐xewka”. Fix-‐xbieha Ġesù Bambin għandu bixra ta' raġel matur u mhux ta' tarbija. Dan għaliex Kristu huwa l-‐Għerf ta' Alla u l-‐Qawwa ta' Alla. Huwa għeri ħuta għax hu sar bħalna f’kollox. Daqskemm hu tassew Alla hu tassew bniedem. B’id waħda fuq sidru u bl-‐oħra jbierek għax Hu ġie jżurna mill-‐Qalb Ħanina ta' Alla u xerred fuqna kotra ta' barka. Fil-‐kmarja, Marija u Ġużeppi. It-‐tnejn għarkopptejhom jaduraw il-‐Misteru. Marija mhijiex mimduda bħal mara li għada kemm ħelset. Hi għarkopptejha mitlufa f'estażi, b'ħarsitha mitlufa 'l fuq iżżomm idha fuq sidirha għax kif jikteb San Luqa “kienet tgħożż f'qalbha dan kollu u taħseb fuqu bejnha u bejn ruħha". Marija wkoll għarkopptejha bħala sinjal tat-‐twelid verġinali ta' Sidna Ġesù Kristu, li hu domma tal-‐fidi nisranija. It-‐tnissil ta' Kristu l-‐Iben ta' Alla u twelidu fil-‐ġisem huma l-‐bidu tal-‐ħolqien ġdid li Alla jrid iwassalna għalih. Is-‐ Santi Padri jgħallmuna li “bħalma d-‐dawl jgħaddi mill-‐kristall bla ma jtebbgħu, hekk Kristu jgħaddi minn Marija dejjem verġni bla ma jkisser il-‐verġinità tagħha." Il-‐verġinità tfisser sħuħija, armonija, integrità, qalb sħiħa. Kristu f’Marija, u f'kull persuna li tilqgħu, iġib is-‐sħuħija, l-‐integrità. San Ġużepp b'rasu baxxuta, aktarx ħosbien jirrifletti dwar il-‐misteru li qed iseħħ quddiemu. Skont l-‐Apokrifi Ġużeppi ma kienx ħdejn Marija fil-‐waqt tat-‐twelid verginali. Hu kien barra jitqabad max-‐xitan li beda jnissillu dubji fuq it-‐tnissil 4
verġinali ta' Ġesù Kristu mill-‐Ispirtu s-‐Santu fi ħdan martu Marija. Il-‐baqra u l-‐ħmara jirreferu għall-‐profezija ta’ Iżaija: "Il-‐ baqra tagħraf lil sidha u l-‐ħmara tagħraf il-‐maxtura ta' sidha, imma Iżrael ma jagħrafx, il-‐poplu tiegħi ma jaghrafx". Mal-‐koxxa tad-‐dar, fuq il-‐lemin, insibu tliet angli li jfakkruna fit-‐tliet anġli li Abraham laqa' fit-‐tinda tiegħu u ġabulu r-‐riżq ta’ ħajja ġdida. Dawn it-‐tliet anġli jfakkruna fit-‐ Trinità Qaddisa: Il-‐Missier li jibgħat lil Ibnu fostna bil-‐qawwa tal-‐Ispirtu s-‐Santu. Dak li qed iseħħ quddiemna hu opra tat-‐ Trinità. Fuq il-‐bejt tad-‐dar l-‐anġlu tal-‐glorja li jfakkarna fil-‐kant tal-‐anġli fil-‐ħin tat-‐twelid ta' Kristu. Fi żmien Ġesù, il-‐familjari u l-‐ġirien kienu jmorru jgħannu fid-‐dar tal-‐imwieled. L-‐anġli, qaddejja ta' Alla, ikantaw fit-‐twelid ta' Kristu li ġie mwarrab għax "ma kienx hemm post għalihom fil-‐lukanda", u waqt li jgħannu, jiġbru l-‐familja l-‐ġdida ta' Alla bir-‐rgħajja, li huma wkoll emarġinati u mwarrba, ikunu l-‐ewwel li jmorru jaduraw lil Kristu. Ir-‐rgħajja li jilqgħu l-‐aħbar tat-‐twelid ta' Kristu fil-‐ presepju nsibuhom ġejjin mil-‐lemin lejn fejn qed tħares il-‐ kmajra li fiha twieled Kristu. Għandna rgħajja fi triqthom lejn dar it-‐twelid, oħrajn mill-‐bjut u l-‐bibien iħarsu lejn ix-‐xena tat-‐ twelid. Oħrajn mexjin fuq il-‐pont mix-‐xellug għan-‐nofs bħal donnhom qed jaqsmu mid-‐dlam tal-‐belt li ma laqgħetx lil Kristu fiha għad-‐dawl li ġej mill-‐periferija, mix-‐xgħari u l-‐ kampanja. Ir-‐rgħajja jdoqqu b'sinjal ta' ferħ: "Għannu lill-‐Mulej għanja ġdida għax għamel ħwejjeġ tal-‐għaġeb". Ir-‐rgħajja u n-‐ nagħaġ ifakkruna li Ġesù huwa r-‐ragħaj it-‐tajjeb li jagħti ħajtu għan-‐nagħaġ tiegħu. Il-‐maġi pagani wkoll ġejjin minn diversi nħawi lejn il-‐ Misteru ta' Kristu miġbudin mid-‐dawl tal-‐kewkba li hu Kristu nnifsu moħbi taħt il-‐Misteru tal-‐ħolqien, hu li “kollox sar bih”, 5
"dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhrix". Ġesù jħabbar: "Għad jiġu mil-‐Lvant u mill-‐Punent u joqgħodu fuq il-‐mejda ma' Abraham". Tradizzjonalment, il-‐maġi jisimhom Melkjor, Baltassar, u Gaspar. Huma rekbin fuq żiemel, ġemel, u iljunfant u jirrappreżentaw il-‐ġnus tal-‐Ewropa, l-‐Afrika, u l-‐Asja, l-‐ewwel ġnus li rċevew il-‐fidi fi Kristu wara Iżrael. Taħt id-‐dar insibu lil Bendu, ġuvnott rieqed ġo għar, imdawwar bi tnax-‐il nagħġa. L-‐għar huwa simbolu tal-‐ interjorità tagħna l-‐bnedmin u d-‐dinja tal-‐ħolm, fit-‐tradizzjoni biblika hija l-‐mezz li biha Alla jitkellem. Il-‐ħolm jgħaqqadna mad-‐dinja l-‐oħra. Il-‐ġuvnott rieqed raqda profonda u qed joħlom id-‐dinja l-‐ġdida, qed joħlom il-‐ħolma ta' Alla għalina. Fil-‐Bibbja nsibu li meta Alla jkun se jwettaq xi ħaġa kbira l-‐ bnedmin jorqdu fil-‐fond bħal donnu biex iħallu lil Alla jaħdem: Adam jorqod waqt il-‐ħolqien ta' Eva, Abraham jorqod waqt li Alla jħejjih għall-‐patt, Kristu "jorqod" fuq is-‐salib u titwieled il-‐ Knisja. Bendu għalhekk huwa mbierek, kif ifisser ismu, għaliex jara l-‐ħolma ta’ Alla għalina l-‐bnedmin. It-‐Tnax-‐il nagħġa huma simbolu ta’ dawk li qalbhom safja “għax huma jaraw ‘l Alla”. Bendu wkoll imdawwar bin-‐nagħaġ għax huwa simbolu ta’ Kristu mdawwar bi tnax-‐il Appostlu, kolonna u pediment tal-‐ Knisja, il-‐familja l-‐ġdida ta’ Alla. Fuq ix-‐xellug, il-‐parti mdallma. Fiha hemm il-‐belt li ma laqgħetx lil Kristu. Hadd ma hu jagħti każ ta' dak li qed jiġri. Madanakollu hemmhekk insibu s-‐simboli li jfakkruna fi Kristu: il-‐mitħna li titħan il-‐qamħ sabiex isir il-‐ħobż, simbolu tal-‐ Ewkaristija, li hu Kristu li jagħtina ħajtu; l-‐għajn tal-‐ilma u n-‐ nisa li ġejjin u sejrin jiġbru l-‐ilma li jfakkruna fi kliem Ġesù lis-‐ Samaritana: "Min jixrob mill-‐ilma li nagħtih jien ma jaqbdu qatt il-‐għatx, minnu joħorgu xmajjar ta' ilma ħaj li jwassal sal-‐ ħajja ta' dejjem". 6
TALBA TAL-‐PAPA PIJU IX QUDDIEM IL-‐PRESEPJU
Jien nadurak, O Kelma magħmula bniedem, sa minn dejjem tassew Iben Alla, u fil-‐milja taż-‐żminijiet tassew Iben Marija dejjem Verġni. Waqt li nadura l-‐Persuna Divina tiegħek u magħquda magħha n-‐natura tiegħek ta' bniedem, ma nistax ma nweġġahx il-‐maxtura fqajra tiegħek li laqgħetek Tarbija u li kienet tassew it-‐tron ta' mħabbtek. Ħallini ninxteħet quddiemha bis-‐sempliċità tar-‐rgħajja, bil-‐fidi ta' Ġużeppi, bl-‐Imħabba ta' Marija! Ħallini nitbaxxa nqim dan il-‐mafkar prezzjuż tas-‐ salvazzjoni tagħna b'dak l-‐istess spirtu ta' ċaħda, faqar u umiltà li bih Inti, għalkemm is-‐Sid tas-‐sema u tal-‐art, għażilt għalik il-‐maxtura bħala mitraħ għal ġismek ta' tarbija. U Int, O Mulejja, li bħala bniedem ridt titqiegħed f'din il-‐maxtura, fittex li fl-‐istess ħin issawwab f'qalbi qatra waħda minn dak il-‐ferħ li nisslet f'dawk li raw is-‐sura tiegħek ta' tarbija. F'ġieh it-‐twelid imqaddes tiegħek, jiena issa nitkarrab għad-‐dinja kollha is-‐sliem u rieda tajba; nixtieq, f'isem il-‐ġens kollu tal-‐bnedmin, li nagħti t-‐tifħir u l-‐glorja lill-‐Missier u lill-‐Ispirtu s-‐Santu, li miegħek jgħixu u jsaltnu, Alla wieħed, għal dejjem ta' dejjem. Ammen.
7
PATRIJIET KARMELITANI – MDINA – M.M.XIII
8