Pr1011 social tourism (soto project) ministero turismo mag2013

Page 1

DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI DEPARTMENT OF INFORMATION MALTA

Press Release PR 1011

17. 05. 2013

IL-KUNêETT TA’ ‘SOCIAL TOURISM’ GĦANDU BOSTA BENEFIêêJI MHUX BISS GĦAS-SETTUR TURISTIKU IMMA WKOLL GĦALL-EKONOMIJA INĀENERALI Fil-ftuħ ta’ seminar dwar riëerka li saret mill-Università ta’ Malta dwar il-kunëett ta’ Social Tourism, il-Ministru għat-TuriŜmu l-Onor. Karmenu Vella tkellem fuq l-importanza ta’ dan is-settur għall-qasam turistiku. Semma’ kif il-kunëett ta’ social tourism ma jfissirx biss li wieħed jgħin lil dawk li għandhom dħul baxx jew li huma Ŝvantaāājati fis-soëjetà, iŜda jfisser ukoll għajnuna lil destinazzjonijiet li jkunu qed jirreāistraw tnaqqis f’dak li huwa turiŜmu kif ukoll dawk li jkunu f’perjodu ta’ low season. Karmenu Vella qal li meta wieħed jippromwovi s-social tourism f’destinazzjonijiet bħal dawn, hemm possibilità li l-problema tal-istaājonalità tonqos filwaqt li jkun qed jingħata kontribut lejn ilmanteniment tal-impjiegi fis-settur is-sena kollha. Il-Ministru Vella elenka wkoll benefiëëji oħra li s-social tourism jista’ jħalli fil-qasam turistiku fosthom Ŝieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol u appoāā għan-negozji sew lokali u internazzjonali. B’referenza diretta għall-proāett tal-Unjoni Ewropea SOTO dwar il-kunëett ta’ social tourism, ilMinistru għat-TuriŜmu Karmenu Vella qal li l-proāett huwa wieħed innovattiv hekk kif għandu lgħan li joħloq is-sisien għall-qafas Ewropew u li jippromwovi t-turiŜmu soëjali bħala parti integrali mit-taħriā vokazzjonali. Saħaq li dan it-taħriā se jiŜviluppa u jŜid il-ħiliet tal-operaturi turistiëi u se jiffoka fuq it-turiŜmu soëjali mhux biss bħala kunëett ta’ turiŜmu għall-persuni b’diŜabilità jew għal anzjani iŜda wkoll b’dimensjoni soëjali wiesa’. Waqt l-istess seminar, ingħatat deskrizzjoni dettaljata tal-proāett SOTO “Socialising Tourism, integrated training course for social tourism”, liema proāett għandu l-għan li joħloq l-ambjent favorevoli għal turiŜmu soëjali bil-ħolqien ta’ xibka ta’ operaturi sew pubbliëi kif ukoll privati u anke dawk volontarji. Il-proāett għandu wkoll l-għan li jŜid il-livell ta’ għarfien fuq il-kunëett ta’ social tourism u jippromwovi t-turiŜmu anke fi Ŝminijiet ekonomikament diffiëli. PajjiŜna qed jipparteëipa f’dan il-proāett permezz tal-Università ta’ Malta flimkien ma’ pajjiŜi oħra li jinkludu l-Greëja, l-Italja, il-Polonja u r-Rumanija.

Attachments: photos

Page: 1 of 1

3, CASTILLE PLACE, VALLETTA VLT 2000 Tel +(356) 2200 1700 Fax +(356) 2200 1775

press.releases@gov.mt

www.doi.gov.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.