1 minute read

Safeguarding (Salvagwardja)16

16

Safeguarding (Salvagwardja)

Id-Dar tal-Providenza tieħu bis-serjetà r-responsabiltajiet li jissalvagwardjaw il-persuni u hi kommessa li ma tħallix li jsir abbuż fuq ir-residenti li jużaw is-servizzi tagħha. Biex tagħmel dan, id-Dar issegwi l-Politika elenkata fid-Dokument tal-Knisja Maltija Policy and Procedures in Cases of Sexual Abuse of the Maltese Ecclesiastical Province. (2014) u l-liġijiet Maltin. Abbażi ta’ dawn id-Dar għandha s-Safegaurding Policy tagħha.

16.1 Għarfien tal-Poltika tas- Salvagwardja

Matul din is-sena l-impjegati l-ġodda ingħatalhom għarfien ta’ din il-politika u l-proċeduri tagħha. 16.2 Konformità mal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Minuri

Kif titlob il-Liġi qabel ma tingaġġa ħaddiema jew voluntiera d-DTP timplimenta proċedura serja ta’ reklutaġġ billi fost oħrajn isir rikors il-Qorti biex ikun assigurat li dawn il-persuni mhumiex fuq ir-Reġistru ta’ persuni li kkomettew reati gravi kontra minuri u l-Qorti wieġbet li ma kienx hemm problemi.

16.3 Designated Safeguarding Officer

Din is-sena l-Bord tad-Dar ħatar lil Remona Cuschieri bħala Designated Safeguarding Officer għad-Dar tal-Providenza.

16.4 Konsultazzjoni dw ar Abbożż ta’ Dokument ġdid ta’ Politika tas-Salvagwardja tad-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Id-Direttur u s-Services Coordinator attendew laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar abbożż ta’ dokument ġdid ta’ Politika tas-Salvagwardja tad-Arċidjoċesi ta’ Malta li kienet organizzata mis-Safegaurding Commission talArċisdjoċesi.

This article is from: