Method of Application and other details

Page 1

MCAST PROSPECTUS 2013/14 359


Kampus ©did g˙all-MCAST The new MCAST Campus Il-bini ta’ Kampus ġdid għall-MCAST huwa proġett estensiv bl-għan li jipprovdilek faċilitajiet ġodda tal-ogħla livell għal esperjenza ta’ tagħlim aħjar.

The building of the new MCAST Campus is a long-term project aimed at providing you with new state-of-the-art facilities for an enhanced educational experience.

Il-Kampus il-ġdid se jiġbor l-10 Istituti tal-Kulleġġ f’post wieħed, f’Raħal Ġdid. B’hekk, l-MCAST se jkun jista’ jilqa’ aktar studenti, jiżviluppa proġetti multi-dixxiplinarji għal studenti minn istituti differenti u jniedi korsijiet ġodda li jgħaqqdu flimkien suġġetti u setturi differenti. Għall-ewwel darba f’Malta, dan il-bini se jkun qed jiġi ddisinjat biex jilqa’ għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, biex tiffaċilita l-proċess ta’ tagħlim waqt li toffri ambjent isbaħ li jħajjar aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom u jiksbu kwalifiki ogħla.

The new Campus will bring the College’s 10 Institutes together in one location, in Paola. This will make it easier for MCAST to provide training to an increased number of students, to develop new multidisciplinary projects involving students from different institutes and to launch new courses that combine different areas of study. For the first time in Malta, the new Campus buildings are being designed to meet the specific requirements of a vocational education and training institution, to facilitate the learning process and to provide a welcoming environment that encourages more young people to remain in education and successfully obtain higher education qualifications.

Meta dan il-proġett ikun lest, l-MCAST se jkun jista’ jilqa’ mal-10,000 student full-time fis-sena. Il-Kampus se jinbena fuq medda ta’ 120,000 metru kwadru ta’ art, id-daqs ta’ 20 ground tal-football, mill-Knisja ta’ Sant’ Antnin f’Għajn Dwieli, sax-Xatt tal-Marsa, fejn se jkun hemm l-Istitut Marittimu b’aċċess dirett għall-baħar. Il-ġonna li hemm f’dawn l-inħawi, fuq in-naħa l-oħra tat-Telgħa ta’ Kordin, ukoll se jiffurmaw parti mill-Kampus il-ġdid, u fihom se jkun hemm faċilitajiet sportivi għall-użu tal-istudenti. L-Ewwel Fażi ta’ dan il-proġett bdiet f’Awwissu 2011 bil-kostruzzjoni tal-binjiet li se jilqgħu fihom l-Istitut tax-Xjenza Applikata, l-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ, kif ukoll Dar l-Istudent. L-ewwel żewġ binjiet ta’ din il-fażi, li mistennija jitlestew sal-aħħar tas-sena 2013, huma ko-finanzjati mill-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ proġett tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). L-iStudent House il-ġdida, b’finanzjament minn fondi nazzjonali, se toffrilek aktar faċilitajiet u riżorsi biex jiġu organizzati attivitajiet soċjali li jmorru lil hinn mill-kurrikulu tal-korsijiet, iżda li huma importanti ferm għall-iżvilupp soċjali u personali. Taħt dawn il-binjiet, l-MCAST qed jibni parkeġġ għal madwar 630 karozza għall-użu ta’ staff u studenti. Dan il-parkeġġ jifforma parti minn Green Travel Plan dettaljat li l-MCAST qed iwettaq biex iħajjar aktar studenti jużaw mezzi tal-ivvjaġġar li jagħmlu inqas ħsara lillambjent ta’ madwarna. Il-bini tal-Kampus il-ġdid ġie ddisinjat sabiex ikollu l-ogħla livell ta’ konservazzjoni tal-enerġija, waqt li se jiġu installati aktar teknoloġiji li jiġġeneraw u jagħmlu użu mill-enerġija li tiġġedded.

Once this project is complete, the College will be able to accommodate over 10,000 full-time students every year. The Campus will extend over an area of 120,000 metres squared, or the equivalent of 20 football grounds, all the way from St. Anthony’s Church in Għajn Dwieli down to the Marsa waterfront, where the new MCAST Maritime Institute will be located, with direct access to the sea. The new Campus will also incorporate the public gardens adjacent to Corradino Hill, where sports facilities for students and staff will be built. The First Phase of this project started in August 2011 with the building of new facilities for the Institute of Applied Science, the Institute of Business and Commerce and a Student House. The first two buildings of this phase, which is scheduled for completion by the end of 2013, are being co-funded by the Maltese Government and the European Union, through a European Regional Development Fund (ERDF) project. At the new Student House, which is being financed through national funds, you will have new facilities and resources to organise social activities and services that extend beyond formal learning, but which are equally important for personal and social development. A 630-space car park for students and staff will be constructed beneath these three new buildings. This parking forms part of a Green Travel Plan which MCAST is implementing to encourage more students to use environment-friendly means of transport. All buildings in the new Campus will incorporate the latest energy saving technologies while increasing the use of renewable energy sources.

Operational Programme I – Cohesion Policy 2007-2013 Investing in Competitiveness for a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Regional Development Fund Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future

348 MCAST PROSPECTUS 2013/14


MCAST PROSPECTUS 2013/14 349


Pro©etti tal-UE g˙al edukazzjoni ta’ kwalità og˙la Bħalissa għaddejjin b’ħidma biex inwettqu tliet proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF), biex naġġornaw u ntejbu l-korsijiet tagħna. ESF 3.102 Inclusion for employment Il-korsijiet full-time tagħna jipprovdu firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet għal studenti li jixtiequ jsegwu programmi ta’ edukazzjoni vokazzjonali ogħla, ikun x’ikun il-livell edukattiv li jkunu kisbu matul l-edukazzjoni sekondarja. L-istudenti tagħna jvarjaw minn individwi li għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jibdew l-istudji tagħhom f’korsijiet ta’ diploma fil-livelli tan-nofs jew avvanzati, għal oħrajn li jkollhom bżonn jibdew l-istudji tagħhom fil-livelli talbidu. Waħda mill-isfidi ewlenin tagħna hi li naċċertaw li l-istudenti kollha, f’kull livell, jingħataw opportunitajiet ta’ tagħlim mill-aqwa biex javvanzaw fl-istudji u jiksbu karrieri sostenibbli. F’dan ir-rigward, neħtieġu li niżguraw li l-istudenti fil-livelli tal-bidu jibqgħu interessati fit-tagħlim vokazzjonali waqt li jirkupraw it-tagħlim li ma jkunx irnexxielhom jiksbu fl-edukazzjoni sekondarja fl-inqas żmien possibli. Biex nilħqu din il-mira, ksibna aktar minn €6 miljun f’fondi tal-UE għal proġett li permezz tiegħu se nirrevedu l-korsijiet tal-bidu illi noffru. It-titjib fil-kwalita’ ta’ dawn il-korsijiet se jgħin biex aktar żgħażagħ jiġu mħeġġa jkomplu l-istudji tagħhom f’livelli ogħla, u biex jitnaqqas in-numru ta’ studenti vulnerabbli li joħorġu mis-sistema edukattiva mingħajr il-ħiliet numeriċi u lingwistiċi meħtieġa biex isibu impjieg. F’dan il-proġett se nirrevedu l-kurrikulu u s-sillabu ta’ 49 kors differenti fil-livelli 1, 2 u 3, kif ukoll tal-programm Pathway to Independent Living, biex niżguraw li jilħqu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ studenti vulnerabbli. Bħala parti minn din il-ħidma, qed noħolqu wkoll materjal tat-tagħlim u riżorsi oħrajn li jgħinu lill-istudenti jtemmu dawn il-korsijiet b’suċċess. Il-lekċerers u l-istaff amministrattiv tagħna qed jingħataw taħriġ speċifiku dwar kif isir it-tagħlim tal-korsijiet riveduti, waqt li jagħmlu l-aktar użu effettiv tar-riżorsi u t-tekonoloġiji ta’ tagħlim il-ġodda. ESF 1.130 Making VET education more relevant and attractive Ir-rabta tagħna mas-setturi varji tal-industrija lokali u internazzjonali hija relazzjoni importanti ħafna għall-programmi edukattivi li noffru. Din irrabta tiżgura li l-istudenti tagħna jkunu mħejjija bil-kwalitajiet u l-esperjenzi meħtieġa biex jirnexxu fil-karrieri ta’ impjieg jew ta’ intrapriża tagħhom. Il-korsijiet tagħna jridu jkunu kontinwament aġġornati biex jirriflettu l-aħħar xejriet fis-suq u fit-teknoloġija, biex jipprovdu lill-istudenti bil-ħiliet u l-kwalifiki rilevanti għall-bżonnijiet tal-industrija, fil-preżent u fil-ġejjieni. Il-proġett tagħna b’valur ta’ €4.8 miljun ko-finanzjati mill-ESF ‘Making VET education more relevant and attractive’ għandu l-għan li jibni fuq din irrelazzjoni billi jiżviluppa korsijiet ġodda waqt li jtejjeb u jaġġorna l-korsijiet li l-MCAST diġa’ qed joffri, biex jaqblu mal-aħħar żviluppi fl-industrija. It-tnedija ta’ korsijiet ġodda f’suġġetti differenti se jagħti lill-istudenti l-opportunita’ li jiksbu kwalifiki li s’issa ma jistgħux jinkisbu lokalment. B’hekk, se jkollhom

ċans jibbenefikaw minn impjiegi ġodda f’setturi differenti. Permezz ta’ dawn il-korsijiet ġodda u tal-korsijiet li qed jiġu aġġornati, il-gradwati tagħna se jkunu f’pożizzjoni aħjar li jiksbu xogħlijiet aħjar, waqt li jħaddnu l-innovazzjoni u l-iżvilupp li imprendituri lokali għandhom bżonn biex iżidu l-produttivita’, jidħlu fi swieq ġodda u, fl-aħħar mill-aħħar, iżidu t-tkabbir ekonomiku. Dan il-proġett beda bi proċess ta’ konsultazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ entitajiet involuti fl-industrija, biex nagħrfu l-korsijiet li hemm bżonn jinħolqu f’għadd ta’ setturi differenti, fosthom it-turiżmu sostenibbli, prattiċi li jħarsu l-ambjent, l-industriji kreattivi, l-inġinerija, setturi żgħar tal-manifattura, l-ICT, il-ħarsien tal-wirt storiku u l-inġinerija marittima. Wara din il-konsultazzjoni, se jitfasslu madwar 30 kors full-time ġdid biex jibdew jiġu offruti mill-istituti talMCAST f’Malta u Għawdex fis-snin li ġejjin. Fl-istess waqt, qed naħdmu wkoll biex nirrevedu 19 mill-korsijiet tagħna fil-livelli 4 u 5, biex naġġornaw u ntejbu s-sillabi tagħhom. Dan il-proġett se jifrex il-ħidma tiegħu wkoll f’Għawdex, billi joffri tagħlim fil-ħiliet meħtieġa mill-ekonomija ta’ din il-gżira, b’korsijiet ġodda fiċ-ċentri tal-MCAST fix-Xagħra u x-Xewkija. ESF 2.139 Increasing accessibility, flexibility and innovation to MCAST life-long learning course offer Permezz ta’ inizzjattivi differenti, nagħmlu l-almu tagħna biex inħeġġu adulti li jgħixu f’Malta u f’Għawdex biex jiddedikaw ħin għat-tagħlim ta’ matul il-ħajja. B’hekk jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jiksbu kwalifiki ġodda u jżidu l-flessibilita’ u javvanzaw fl-impjieg. Hekk kif ir-rata tal-iżvilupp teknoloġiku qed tiżdied, il-ħiliet tal-ħaddiema qed ikollhom bżonn jiġu aġġornati ħafna aktar ta’ spiss. Noffru madwar 300 kors ta’ filgħaxija għall-adulti u nagħtu wkoll appoġġ speċjalizzat lil dawk l-adulti (ta’ 21 sena jew aktar) li jkunu jixtiequ jirritornaw għall-edukazzjoni formali billi jagħmlu xi kors full-time fl-MCAST taħt l-iskema tal-Maturity Clause. Bħalissa qed naħdmu fuq proġett ta’ €6 miljun ko-finanzjat mill-ESF biex nibdew noffru għażliet ġodda ta’ tagħlim li jħajru aktar adulti jipparteċipaw fl-edukazzjoni ta’ matul il-ħajja. Dan il-proġett se jintroduċi tliet inizjattivi biex jgħin lill-adulti, anke lil dawk li qatt qabel ma kisbu xi kwalifika, jiksbu kwalifiki u esperjenzi u javvanzaw fil-karrieri tagħhom. Se nagħżlu 28 kors u nibdew noffruhom permezz tas-sistema tal-blended learning, li tgħaqqad flimkien metodi tradizzjonali ta’ tagħlim mas-sistema tal- e-learning. Dan il-proġett se jintroduċi wkoll sistema ta’ Accreditation of Prior Learning (APL) biex iħajjar adulti li diġa’ jaħdmu jipparteċipaw fit-tagħlim ta’ matul il-ħajja. Dan isir billi nidentifikaw xi kwalifiki jew tagħlim formali li dawn il-persuni jkunu kisbu fil-passat u nikkunsidraw jekk dawn ikunux jistgħu iservu biex jeżentaw lil dawn l-istudenti prospettivi minn xi ‘units’ tal-kors li jkunu jixtiequ jagħmlu (u b’hekk jiġi evitat li joqogħdu għal lezzjonijiet ta’ tagħlim li huma diġa’ jkunu jafu). Bl-istess mod, permezz tal- E-Accreditation of Prior Experiential Learning (eAPEL), se nkunu nistgħu ngħinu lill-adulti li jixtiequ jerġgħu jibdew jistudjaw billi nikkreditaw u nirrikonoxxu ħiliet u tagħrif li jkunu kisbu minn xi esperjenzi fil-passat, bħal xogħol jew ħidma ta’ volontarjat jew fil-komunita’.

Programm Operattiv II – Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta’ Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek

350 MCAST PROSPECTUS 2013/14


EU-funded projects for a better quality education We are currently implementing three European Social Fund (ESF) co-funded projects to update and improve our courses. ESF 3.102 Inclusion for employment Our full-time courses provide endless opportunities to students who wish to pursue further and higher vocational education programmes, regardless of their achievement at secondary school level. Our students range from individuals who have the appropriate entry qualifications to start their post-16 education at the middle or higher diploma levels, to those who need to begin at the introductory and foundation levels. One of our major goals is to make sure that all our students, at all levels, are provided with optimal learning opportunities to progress in their studies and secure sustainable careers. In this regard, we need to ensure that students that are following entry-level courses maintain an interest in learning whilst recovering the lost ground of their earlier school years within a relatively short period of time. To reach this target, we secured over €6 million in EU funds for a project aimed at upgrading our entry-level programmes. By improving the quality of our training programmes at these levels, the project is expected to encourage more youths to continue their studies at higher levels and to decrease the number of vulnerable students who leave the education system without the basic literacy and numeracy skills required for employment. Through this project we are revising the curricula and syllabi of 49 programmes at Levels 1, 2, and 3 as well the Pathway to Independent Living course, to make sure that they meet the specific learning requirements of vulnerable students in an adequate manner. As part of this process, we are also designing new teaching material and other resources that help students successfully complete these courses. Our lecturers and administrative staff members are being provided with specific training to deliver the newly designed courses whilst making the most effective use of the newly-acquired teaching materials and technologies. ESF 1.130 Making VET education more relevant and attractive Our close link with local and international industry stakeholders is a very important component of our education programmes. It ensures that our students are adequately prepared with the qualities and experiences required to succeed in their employment or entrepreneurial careers. Our training programmes need to be constantly in synch with the latest technological and market trends to provide students with skills and qualifications that are relevant to the current and future industry needs. Our €4.8 million ESF co-funded project ‘Making VET Education More Relevant and Attractive’ aims to build on this relationship by developing new courses and by upgrading our existing home grown courses to match the latest industry developments. The introduction of courses in new subjects will give students the opportunity to obtain qualifications which were not previously available

locally, opening up new employment prospects in different sectors. Through these new and revamped courses, our graduates will be in a better position to secure better jobs, while embracing the innovation and development that local employers need to increase productivity, penetrate new markets and ultimately boost economic growth. This project started with a thorough consultation process with industry stakeholders to identify the courses required in various sectors, including sustainable tourism, eco-practices, creative industries, engineering, niche manufacturing, ICT, heritage preservation and marine engineering. Following this consultation, over 30 new full-time courses will be introduced in our institutes and centres in Malta and Gozo over the next three years. At the same time, we are also reviewing 19 of our Level 4 and Level 5 courses, with a view to upgrading their syllabi. This project also aims to provide for specific training needs in Gozo by introducing new courses at our centres in Xagħra and Xewkija. A substantial number of the courses that are being reviewed through this project are included in this Prospectus. Since this revision is currently underway, prospective students should note that course titles and contents are subject to change following the launching of this publication. ESF 2.139 Increasing accessibility, flexibility and innovation to MCAST life-long learning course offer We constantly encourage adults in Malta and Gozo to engage in life-long learning to develop their skills and acquire new qualifications for increased job flexibility and advancement. As the acceleration of technological advances increases, skills are more likely to depreciate at a faster pace. Besides offering 300 part-time vocational training courses through evening classes, we also offer specialised support to adults (aged 21 and over) who would like to return to formal education by taking up full-time courses at MCAST under the Maturity Clause. We are currently working on a €6 million project co-funded by the ESF to introduce new learning options that encourage more adults to take up life-long learning. The project will introduce three major initiatives to help adults, even those who have never obtained any qualification, acquire qualifications and experiences to advance in their careers. We will be choosing 28 of our current courses to be delivered through blended learning, which combines e-learning techniques and traditional teaching methods. The project will also introduce an Accreditation of Prior Learning (APL) system to help individuals already in employment facilitate their life-long learning prospects by identifying any previous qualifications they may have acquired and assessing whether or not these can serve to exempt them from certain modules within a programme (avoiding having the students sit for lessons in subjects they already know). Similarly, through the E-Accreditation of Prior Experiential Learning (eAPEL) we are introducing a system that awards prospective adult students credit for knowledge and skills gained through prior experience, such as learning derived from work, community or volunteer experience.

Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future

MCAST PROSPECTUS 2013/14 351


Metodu ta’ applikazzjoni

Din l-informazzjoni tapplika għall-korsijiet murija fil-Prospectus għall-Korsijiet offruti għall-2013/14. Il-korsijiet tal-MCAST huma fuq diversi livelli. Il-Foundation courses huma fit-tieni livell u l-ogħla korsijiet huma fis-sitt livell. It-triq kif tagħmel progress minn kors għall-ieħor kif tidher f’dan il-Prospectus hija dik applikabbli għas-sena 2013. Il-Kulleġġ jirriżerva d-dritt li jibdel din l-informazzjoni meta jkun mehtieġ. Applikanti ġodda - Kif tapplika 1. Hu kkunsidrat Applikant ġdid jekk ikun: Jew: Applikant li f’Ġunju 2013 ma kienx jattendi l-MCAST. Jew: Student li falla l-ewwel sena tal-kors u jixtieq jerġa’ jibda l-istess kors. Jew: Student li sa Ġunju 2013 kien jattendi kors l-MCAST u jixtieq jibda kors f’qasam differenti minn dak li spiċċa f’Ġunju. 2. L-Applikanti kollha għandhom jimlew il- Formola ta’ Applikazzjoni uffiċjali. 3. Applikazzjonijiet mingħajr ir-rekwiżiti tad-dħul neċessarji kollha ma jiġux ipproċessati. 4. Grades 5/C jew aħjar huma kkunsidrati bħala ‘O’ level passes. Fil-każ ta’ ‘O’ level passes fil-Malti, it-Taljan u r-Reliġjon huma aċċettati biss riżultati tas-SEC. 5. Applikanti li għamlu eżamijiet ta’ Overseas Examining Boards u li fil-ħin meta jintlaqgħu l-applikazzjonijiet ikunu għadhom jistennew ir-riżultati, jistgħu jissottomettu applikazzjoni proviżorja (jimmarkaw is-suġġetti b’ittra P) li tiġi kkunsidrata jekk ir-riżultati jiġu ppreżentati sal-aħħar ġimgħa t’Awwissu. 6. Ebda dħul proviżorju ta’ suġġetti ma jiġi aċċettat wara d-data talgħeluq biex jidħlu l-applikazzjonijiet. 7. Wara d-data tal-għeluq biex jidħlu l-applikazzjonijiet ma jiġi aċċettat l-ebda bdil fil-formoli ta’ applikazzjoni minbarra dawk ta’ dħul proviżorju meta jkunu ppreżentati r-riżultati li jaslu f’Awwissu millOverseas Examining Boards. 8. Meta timtela l-Formola ta’ Applikazzjoni t-Titolu tal-Kors li wieħed ikun applika għalih u n-numru tal-Kodiċi tal-Kors iridu jaqblu. Fil-każ li ma jaqblux, hu n-numru tal-Kodiċi li hu kkunsidrat bħala l-għażla tal-kors.

352 MCAST PROSPECTUS 2013/14

9. L-MCAST qed jagħmel l-almu tiegħu biex ikun Kulleġġ li joffri opportunitajiet indaqs lil kulħadd. Għaldaqstant jilqa’ fi ħdanu studenti bi bżonnijiet speċjali u li jsibu diffikultà biex jitgħallmu. Applikanti bi bżonnijiet speċjali għandhom: • • • •

ikollhom il-kwalifiki meħtieġa għad-dħul ikunu ddiskutew il-bżonnijiet tagħhom ma’ xi membru tat-Taqsima għall-Inklużjoni fit-Tagħlim (IEU) qabel jitfgħu l-applikazzjoni jipproduċu evidenza professjonali riċenti bil-miktub dwar il-kundizzjoni speċjali tagħhom jipproduċu dokumenti professjonali riċenti dwar rekwiżiti speċjali biex isegwu l-kors.

Biex tagħmel appuntament biex titkellem fuq il-bżonnijiet speċjali qabel ma tapplika għal xi kors ċempel dirett lill-IEU fuq 23987127 jew liċ-Ċentru tal-Informazzjoni fuq 23987000. Għażla ta’ Applikanti u Informazzjoni Oħra 1. Studenti li f’Lulju 2013 ikunu temmew b’suċċess kors fl-MCAST u japplikaw biex isegwu kors ogħla fl-istess qasam ta’ studju jingħataw prijorità fuq dawk l-applikanti li applikaw għall-istess kors minn barra l-MCAST. 2. Wara d-data tal-għeluq, ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet. 3. a) Meta n-numru ta’ postijiet disponibbli f’kors hu limitat u n-numru tal-applikanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dħul jaqbeż in-numru ta’ postijiet disponibbli, isir ordni tal-mertu fost l-applikanti. b) Aptitude Tests u/jew Interviews - Fil-każi fejn hemm bżonn aptitude test u/ jew interview, l-għażla tal-istudenti tkun ibbażata fuq in-numru ta’ punti miksuba skond il-kwalifiki wara li jkunu għaddew mit-test u/jew l-interview. c) Initial Assessment Tests - L-istudenti jingħażlu għal kors ta’ Livell 1 jew Livell 2 skont ir-riżultat tal-Initial Assessment Tests. 4. Il-gradi kollha ta’ riżultati ta’ eżamijiet huma allokati numru ta’ punti kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Livell Ordinarju Grad Punti 1/A 10 2 9 3/B 8 4 7 5/C 6

Livell Intermedju Grad Punti A 16 B 15 C 14 D 13 E 12

Livell Avvanzat Grad A B C D E O

Punti 26 24 22 20 18 6


Ċertifikati sħaħ u Diplomi sat-tielet livell jieħdu dawn il-punti: MCAST, BTEC, C&G, oħrajn Overall Grade Pass Cert.Level 2 12 Cert/Diploma Level 3 24 Cert/Diploma Level 4 54 Cert/Diploma Level 5 96

Merit 16 32 66 128

Distinction 20 40 78 160

Average Mark 50 - 69% = Pass 70 - 89 % = Merit 90 - 100% = Distinction Ebda suġġett jew l-ekwivalenti tiegħu ma jista’ jingħadd darbtejn iżda l-ogħla grad jew livell fis-suġġett hu kkunsidrat. 5. L-Applikanti għandhom jippreżentaw l-oriġinali u l-kopji taddokumenti msemmija meta jintalbu. • Karta tal-Identità valida • Ċertifikat tat-Tmiem tal-Iskola • Ċertifikat tal-kwalifiki msemmija fl-Applikazzjoni. 6. Wara li Applikant ikun ikkunsidrat eliġibbli għal kors, in-numru ta’ punti jinħadem skond ir-rekwiżiti tal-kors. a) Il-punti totali għal suġġetti Obbligatorji hu multiplikat b’5. b) Il-punti totali għal suġġetti Preferuti hu multiplikat bi 3. ċ) Meta jkun hemm għażla fil-lista ta’ Suġġetti Obbligatorji, dawk bl-ogħla gradi huma multiplikati b’5. Passes oħra Obbligatorji addizzjonali huma kkunsidrati bħala suġġetti Preferuti. Il-passes l-oħra kollha jingħataw in-numru relattiv ta’ punti tagħhom. d) It-total tal-punti kollha li jikseb l-Applikant jindika l-post fl-ordni tal-mertu għad-dħul fil-kors. 7. Sakemm jinbena qafas universali għal APL, il-kwalifiki meħtieġa kif jidhru biss fil-Prospectus għal korsijiet speċifiċi huma aċċettati. 8. L-Applikanti kollha li jkunu offruti post biex jibdew kors tintbagħtilhom Formola ta’ Aċċettazzjoni għar-Reġistrazzjoni. Din il-Formola ta’ Reġistrazzjoni għandha timtela u tingħata personalment fl-Uffiċċju tar-Reġistratur fiż-żmien stipulat, biddokumenti meħtieġa. Jekk dan ma jsirx, il-post offrut fil-kors jista’ jingħata lil Applikant ieħor li jkun fil-lista ta’ dawk li jkunu qed jistennew. 9. Applikant jista’ jiddelega persuna oħra biex tippreżenta l-Formola tal-Applikazzjoni jew tar-Reġistrazzjoni sakemm il-persuna delegata tippreżenta l-Karta tal-Identità tagħha u tal-Applikant.

10. Jekk wara l-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet ikun hemm korsijiet fejn ikun hemm postijiet għadhom disponibbli, ikun hemm sejħiet oħra għal applikazzjonijiet. Jekk wara t-tieni sejħa ta’ applikazzjonijiet ikun għad fadal postijiet vakanti, dawn jiġu offruti fuq bażi “first come first served”. 11. Kull applikazzjoni biex wieħed jibda kors jew kull talba għal bidla ta’ kors għandha tgħaddi mill-Uffiċċju tar-Reġistratur u ma tkunx aċċettata wara data li jaqbel fuqha l-Kunsill tal-Istituti. 12. Kull informazzjoni sottomessa fil-Formola ta’ Applikazzjoni tista’ tkun mogħtija lid-dipartimenti differenti fl-MCAST u dipartimenti differenti tal-Gvern u tintuża għal finijiet ta’ statistika u gwida. 13. Meta n-numru ta’ Applikanti għal xi kors ma jkunx vijabbli, il-Kulleġġ jirriżerva d-dritt li ma joffrihx u l-Applikanti jingħataw l-opportunità li jibdlu l-għażla tagħhom. 14. It-terminu ‘part-time fuq apprendistat’ użata f’dan il-Prospectus ifisser li student jattendi numru ta’ ġranet jew ġimgħat l-Istitut u l-bqija tal-ġimgħa jew tas-sena jkun sponsorjat fuq il-post tax-xogħol blgħajnuna tal-ETC. 15. L-istudenti li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet jistgħu japplikaw biex jiġu kkunsidrati jagħmlu korsijiet mal-MCAST bħala studenti maturi: - Ikollhom fil-pussess tagħhom Ċertifikat tat-Tmiem tal-Iskola. - Għalqu sad-data tal-applikazzjoni: a) 23 sena għad-dħul fi programmi fil-livell 5 tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki; b) 21 sena għad-dħul fi programmi fil-livelli 3 u 4 tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki. - Juru li jistgħu jibbenefikaw u kapaċi jsegwu l-kors waqt intervista li ssirilhom apposta. L-istudenti magħżula jiġu msejħa għal intervista biex jiġi stabbilit jekk il-kors huwiex addattat għalihom. Il-Bord tal-Għażla jista’ jitlob lil dawk magħżula biex joqogħdu għal studji addizzjonali bħala kundizzjoni tal-għażla. Il-Bord jista’ jirrakkomanda kors aktar addattat għall-Applikant. L-istudenti huma mħeġġa biex javviċinaw lill-Istitut jew is-servizzi talCareer Guidance minn qabel ma jilħqu l-età għall-kwalifika hawn fuq. 16. Min japplika għall-korsijiet fl-Livell 1 jew 2 irid joqgħod għall-Initial Assessment Tests fil-Malti, Ingliż u Matematika. Dawk l-istudenti li juru l-bżonn ta’ għajnuna addizzjonali jiġu ggwidati biex isegwu l-kors li jwassal għaċ-ċertifikat fil-Livell 1. MCAST PROSPECTUS 2013/14 353


Method of application

This information applies to courses shown on the Prospectus for Courses offered in 2013/14. MCAST courses are at different levels. Foundation courses are at level two and the highest courses are at level six. The progression routes as shown on the diagrams are those applicable to September 2013. The College reserves the right to change this information and these routes at any point it deems appropriate.

9. MCAST strives to be an equal opportunity College and therefore welcomes students with learning difficulties and disabilities. Special needs students are required to: • Have the necessary entry qualifications • Discuss their needs with a member of the MCAST Inclusive Education Unit (IEU) before submitting the application form • Produce recent professional evidence in writing concerning their special requirements to follow the course • Produce recent professional documents on their special requirements to follow the course.

New Applicants - Method of Application 1. A new Applicant is: Either: An Applicant who in June 2013 was not attending a course at MCAST. Or: A student who failed the first year of a course and wishes to reapply to start the same course. Or: A student who up to June 2013 attended a course at MCAST and wishes to start another course, not through progression, or to start another course in a different area of study.

For an appointment to discuss your special needs please phone the Inclusive Education Unit on 23987127 or the Information Centre on 23987000.

2. All Applicants must fill in the official Application Form.

2. Applications received after the closing date will not be considered.

3. Applications without all the necessary entry requirements are not processed.

3. a) When the number of places available on a course is limited and the number of Applicants who satisfy the entry requirements and choose the course exceeds the number of available places, an order of merit is drawn for all Applicants choosing the course.

4. Grades 5/C or better are considered as ‘O’ level passes. In the case of ‘O’ level passes in Maltese, Italian and Religion only the SEC results are accepted. 5. Applicants who sat for examinations of Overseas Examination Boards and at the time of receipt of applications are still waiting for results, may submit a provisional application (subjects marked with a P), as long as the results are presented by the end of the last week in August. 6. No provisional entry of subjects will be accepted after the closing date for the receipt of applications. 7. After the closing date for the receipt of applications no changes in application forms are accepted except for results for Provisional exams of Overseas Boards. 8. When filling in the Application form the Title of a Course applied for and the Course Code number must agree. In case they do not agree it is the Code number that is considered as the choice of course.

354 MCAST PROSPECTUS 2013/14

Selection of Applicants and Further Information 1. Students who in July 2013 successfully completed a course at MCAST and apply to progress to a higher course in the same area of study will be given priority over those Applicants who apply for the same course from outside MCAST.

b) Aptitude Tests and/or Interviews - In those cases where an aptitude test and/or an interview is carried out, the admission of students will be based on the number of points acquired on the basis of their qualifications after having passed the test and/or interview. c) Initial Assessment Tests - Students are selected for the Level 1 or Level 2 course on the result obtained in the Initial Assessment Tests. 4. All grades of SEC, ‘O’ level, Advanced and Intermediate level examination results are allocated a number of points as shown in the table below: Ordinary Level Grade Points 1/A 10 2 9 3/B 8 4 7 5/C 6

Intermediate Level Grade Points A 16 B 15 C 14 D 13 E 12

Advanced Level Grade Points A 26 B 24 C 22 D 20 E 18 O 6


Full Certificates and Diplomas up to level 3 receive the following number of points: MCAST, BTEC, C&G, oħrajn Overall Grade Pass Cert.Level 2 12 Cert/Diploma Level 3 24 Cert/Diploma Level 4 54 Cert/Diploma Level 5 96

Merit 16 32 66 128

Distinction 20 40 78 160

Average Mark 50 - 69% = Pass 70 - 89 % = Merit 90 - 100% = Distinction No subject/Certificate/Diploma and its equivalent may be counted twice but the higher grade or level is considered. 5. All Applicants must produce the original and photocopies of the following when requested: • Valid ID Card • School Leaving Certificate • Examination Certificates Results of qualifications claimed on application. 6. After an Applicant is considered eligible for a course the number of points is worked according to the course requirements. a) The total points for Compulsory subjects is multiplied by 5. b) The total points for Preferred subjects is multiplied by 3. c) When there is a choice within the list of Compulsory Subjects the ones with the highest grades are multiplied by 5. Any additional passes in compulsory subjects are considered as Preferred subjects. All other passes are given their relative number of points. d) The total of all the points obtained by an Applicant indicates the place in the order of merit for admission into a course. 7. Until a universal framework for an APL policy is in place only the stated prior learning qualifications as shown on the Prospectus for the specific courses are accepted. 8. All Applicants that are offered a place to start a course are informed to complete a Registration Form and produce any documents as necessary.This official Registration Form must be completed and handed at the Office of the Registrar within the stipulated time together with original documents and their photocopies. Failing this the place offered on the course may be assigned to another Applicant on the waiting list. 9. An Applicant may delegate another person to present their Application or Registration Form as long as the delegated person presents his/her original Identity Card together with the original Identity Card of the Applicant.

10. If after the first call for applications there are courses where places are still available there will be other calls for applications. Any places remaining after the second call will be offered on a first come first served basis. 11. Any application to join a course or any request to change a course must go through the Office of the Registrar and will not be accepted beyond a date agreed upon by the Council of Institutes. 12. All information submitted on the Application Form may be shared with different departments within MCAST and other government departments for statistical and guidance purposes. 13. When the number of applicants for a course is not viable, the College reserves the right not to offer the course and applicants will be given the opportunity to change their option. 14. The term ‘part-time on an apprenticeship’ as used in the Prospectus means that a student attends a number of days or weeks at an Institute and the rest of the week or year is sponsored at a place of work with the help of ETC. 15. Students who satisfy the following conditions may apply for consideration to join MCAST programmes as mature students: - Be in possession of the School Leaving Certificate - Have on the date of application: a) attained the age of 23 years for entry to programmes at MQC Level 5 on the National Qualifications Framework; b) attained the age of 21 years for entry to programmes at Levels 3 and 4 on the National Qualifications Framework. - Demonstrate that they stand to benefit and show that they are able to follow the programme through an interview held for the purpose. Shortlisted persons will be called for an interview to assess their suitability for the chosen programme. The Selection Board may require candidates to undertake additional studies as part of their acceptance. The Board may recommend an alternative programme where it considers it appropriate. Students are advised to approach the respective Institute / Career Guidance Services well in advance to the qualifying age above. 16. Applicants for Level 1 and Level 2 programmes will be required to sit for the Initial Assessment Test in Maltese, English and Mathematics. Students found to require significant support will be guided to join the Level 1 Introductory Certificate course.

MCAST PROSPECTUS 2013/14 355


Applikazzjonijiet g˙ad-degrees vokazzjonali tal-MCAST Applications for MCAST vocational degrees

1. Mis-sena 2013, l-Applikanti kollha li għandhom fil-pussess tagħhom il-Higher National Diploma b’minimu ta’ ħames gradi ta’ Mertu u total ta’ gradi ekwivalenti għal 106 punti jistgħu japplikaw. Applikanti li jkunu rrepetew unit wieħed jew aktar b’attendenza, li jissodisfaw din il-kundizzjoni u li huma eliġibbli skond ir-regolamenti tal-Kulleġġ, jistgħu japplikaw. (Nota: Para. 1 tas-sezzjoni ‘Applikazzjonijiet għad-Degrees Vokazzjonali tal-MCAST’ kif pubblikat fil-Prospett 2011-2012 u 2012-2013 qed jiġi irtirat). 2. Dawk l-istudenti li qed isegwu l-kors tal-Higher National Diploma u li jinħteġilhom jirrepetu xi suġġett/i b’attendenza jistgħu jiksbu l-massimu tal-gradi possibbli f’dawn is-suġġett/i, jiġifieri Pass, Mertu jew Distinzjoni; iżda għall-iskop talklassifikazzjoni finali tad-Degree, dawn jingħaddu biss fil-livell ta’ Pass. 3. Applikanti bi kwalifiki komparabbli għal Higher National Diploma u maħruġa minn Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Ogħla jistgħu jiġu kkunsidrati. Applikanti bi kwalifiki oħra approvati mill-Kulleġġ jiġu kkunsidrati wara li jiġu segwiti l-proċeduri talKulleġġ f’każijiet bħal dawn. 4. Normalment, l-Applikanti jrid ikollhom minimu ta’ 106 punti biex jiġu kkunsidrati għad-Degrees Vokazzjonali tal-MCAST. Il-punti jiġu allokati b’dan il-mod: Distinzjoni 10 punti, Mertu 8 punti, Pass 6 punti. 5. Studenti b’mhux inqas minn 102 punti flimkien ma’ 48 xahar ta’ esperjenza f’xogħol relatat wara li jkunu temmew b’suċċess l-istudju tal-HND jistgħu japplikaw. L-applikanti jingħataw punt wieħed għal kull sena sħiħa ta’ esperjenza sa massimu ta’ 4 punti. 6. L-MCAST jipprova jakkomoda lill-Applikanti kollha. Fejn dan mhux possibbli, tinħadem ordni ta’ mertu. Studenti tal-MCAST jingħataw preċedenza. 7. F’dawk il-każi fejn l-Applikanti jġibu punti ndaqs, is-suġġetti li huma core jingħataw punti doppji għal kull grad ta’ Mertu u punti tripli għal kull grad ta’ Distinzjoni. Fil-każ li l-Applikanti jibqgħu ndaqs, jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ewwel in-numru ta’ gradi ta’ Distinzjoni u wara n-numru ta’ gradi ta’ Mertu miksuba mill-Applikanti. Fil-każi fejn l-Applikanti jerġgħu jibqgħu bl-istess punti, l-ewwel tittieħed inkonsiderazzjoni l-età talApplikanti u wara n-numru ta’ applikazzjonijiet sottomessi.

356 MCAST PROSPECTUS 2013/14

1. As from 2013 all Applicants in possession of the Higher National Diploma with at least five MERIT grades and the total grades equivalent to 106 points may apply. Applicants who repeat one or more units with attendance and satisfy this condition can also apply. (Para. 1 of section headed ‘Applications for Vocational Degrees’ published in Prospectus 2011-2012 and 2012-2013 is hereby withdrawn.) 2. Students following a Higher National Diploma that need to repeat a subject/s with attendance can obtain the maximum possible grade i.e. Pass, Merit or Distinction for the units which are repeated, but for the purpose of the Degree final classification, these are considered as Pass grades. 3. Applicants with equivalent HNDs from approved Further Education Institutions may be considered for eligibility. Applicants with other qualifications as approved by the College will be considered after following the appropriate College procedures for such cases. 4. Applicants must normally have a minimum of 106 points to be considered for admission to the MCAST Vocational Degrees. Points will be allocated as follows: Distinction 10 points, Merit 8 points and Pass 6 points. 5. Students with not less than 102 points together with 48 months of related work experience after acquiring the HND may apply. Candidates will be allocated 1 point for every full year of experience to a maximum of 4 points. 6. MCAST will try to accommodate all eligible Applicants. When this is not possible, an order of merit will be issued. MCAST students are given preference. 7. In case of Applicants with the same number of points, core subjects will be given double points for Merit and triple points for Distinction. In the case of equal points, the number of overall Distinctions and thereafter the number of Merits obtained will be taken into consideration. In case of a further tie the Applicant’s age will be considered first, followed by the number of any previous applications submitted.


Progress mill-korsijiet ta’ Livell 1, 2 u 3 Progression from Levels 1, 2 and 3

Mis–sena akkademika 2013/14 l-istudenti li japplikaw biex jipprogressaw minn xi wieħed mill-korsijiet ta’ Livell 1 u Livell 2 irid ikollhom iċ-ċertifikat sħiħ tal-Keyskills maħruġ mill-MCAST jew ekwivalenti, fejn juru li għaddew mill-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, l-IT u l-Iżvilupp Personali. L-MCAST jista’ jaċċetta applikazzjonijiet mingħand studenti li ma jkollhomx dan iċ-ċertifikat taħt kundizzjonijiet li l-Kunsill tal-Istituti jikkunsidra neċessarji.

As from academic year 2013/14 students who apply to progress from any of the Level 1 and Level 2 programmes will be required to provide the full Keyskills certificate issued by MCAST or its equivalent and showing passes in Maltese, English, Mathematics, IT and Personal Development. MCAST may accept applications from students without the certificate subject to further conditions as the Council of Institutes may consider necessary.

Applikanti għal programmi ta’ Livell 4 iridu jippreżentaw iċ-ċertifikat fil-Keyskills fejn juru li għaddew mill-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, l-IT, l-Iżvilupp Personali u x-Xjenza u t-Teknoloġija.

Applicants for all Level 4 programmes will be required to provide the Level 3 Keyskills certificate showing passes in Maltese, English, Mathematics, IT, Personal Development and Science and Technology.

L-MCAST jista’ jaċċetta applikazzjonijiet mingħand studenti li ma jkollhomx dan iċ-ċertifikat taħt kundizzjonijiet li l-Kunsill tal-Istituti jikkunsidra neċessarji.

MCAST may accept applications from students without the certificate subject to further conditions as the Council of Institutes may consider necessary.

MCAST PROSPECTUS 2013/14 357


Malta’s National Qualification Framework for Lifelong Learning* 8

DOCTORAL DEGREE

8

7

MASTER’S DEGREE POSTGRADUATE DIPLOMA POSTGRADUATE CERTIFICATE

7

6

BACHELOR’S DEGREE

6

5

UNDERGRADUATE DIPLOMA UNDERGRADUATE CERTIFICATE

4

MATRICULATION CERTIFICATE ADVANCED LEVEL INTERMEDIATE LEVEL

3

GENERAL EDUCATION LEVEL 3 VET LEVEL 3 SEC GRADE 1-5

3 (d)

2

GENERAL EDUCATION LEVEL 2 SEC GRADE 6-7

VET LEVEL 2

2 (c)

1

GENERAL EDUCATION LEVEL 1 School Leaving Cerificate

VET LEVEL 1

1 (a/b)

VET HIGHER DIPLOMA

VET DIPLOMA

5

4 (e)

VET stands for Vocational Education and Training * The National Qualifications Framework is designed in such a way as to be able to include diverse forms of qualifications not as yet covered by this Framework. (a) Attainment of the Basic Employment Passport together with either the Adult Skills Certificate or the MQC 8 Key Competences at Level 1 are also considered as a Full VET Level 1 qualification. (b) The MQC recommends that a Full VET Level 1 qualification should enjoy the same parity of esteem as a Full School Leaving Certificate. (c) The Malta Qualifications Council recommends that a Full VET Level 2 qualification should enjoy the same parity of esteem as 4 General Education Level 2 subjects. 358(d)MCAST The Malta Qualification 2013/14 Council recommends that a Full VET Level 3 qualification should enjoy the same parity of esteem as 6 General Education Level 3 subjects. PROSPECTUS (e) The Malta Qualification Council recommends that a Full VET Diploma should enjoy the same parity of esteem as 3 Advanced Level subjects.


MCAST PROSPECTUS 2013/14 359


NOTI Notes

360 MCAST PROSPECTUS 2013/14


Main Campus, Triq Kordin, Paola PLA 9032.

00356 2398 7100

00356 2398 7316

@ information@mcast.edu.mt

www.mcast.edu.mt

MCAST PROSPECTUS 2013/14 361


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.