te. In this of a video on plants
ate’s website:
IOS
lil dan id-Direttorat li jipprovdi l-kura neċessarja u post għall-annimali li jisfaw vittmi ta’ krudeltà, jew ikunu mweġġgħin jew abbandunati sakemm dawn jittieħdu minn NGOs differenti meta tinstabilhom dar, jiġifieri meta jiġu addottati. Bħalissa l-NGOs qegħdin jibbenefikaw minn ħlasijiet skont it-tabella t’hawn taħt sabiex ikunu jistgħu jiċċekkjaw u jivverifikaw li l-annimali addottati huma mħarsa u trattati tajjeb. Il-ħlasijiet ivarjaw skont l-annimal addottat, minn ġriewi li għalihom jingħataw €50 sa klieb anzjani li għalihom jingħataw €130. Il-qtates kollha
€70
Ġriewi sal-età ta’ 6 xhur
€50
Kelb żgħir sa 10kgs (bħal razez imħalltin, Chihuahuas, Poodles,Pugs,Yorkshires, eċċ) u għandu inqas minn 7 snin
€70
Kelb ta’ daqs medju sa 27kgs (bħal razez imħalltin, fox terriers, springer spaniels, eċċ) u għandu inqas minn 7 snin
€90
Kelb kbir ’il fuq minn 27 kgs (bħal razez imħalltin, Rottweilers, Alaskan Malamutes, Sharpei, German Pointer, English Pointer, Siberian Husky, eċċ) u għandu inqas minn 7 snin
€110
Klieb ’il fuq minn 7 snin irrispettivament mid-daqs u mir-razza
€130
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ħeġġeġ aktar Għaqdiet Mhux Governattivi sabiex jimxu fuq il-passi ta’ dawn l-NGOs u jgħinu fil-proċess taladdozzjoni tal-annimali. Huwa fakkar kif il-Gvern wiegħed li se jagħti importanza u jilħaq il-miri f’dan is-settur u għalhekk huwa kommess li jgħin anke b’sostenn finanzjarju lill-Għaqdiet Mhux Governattivi li jagħtu sehemhom. Hu temm jgħid li l-għotjiet li ngħataw illum lil dawn l-NGOs huwa eżempju wieħed ta’ għajnuna li qiegħda tingħata lill-għaqdiet mhux governattivi bħala rikonoxximent tal-isforz u l-kontribuzzjoni valida u effettiva li jagħmlu fis-settur.