Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ħeġġeġ aktar Għaqdiet Mhux Governattivi sabiex jimxu fuq il-pass ta’ dawn l-NGOs u jgħinu fil-proċess taladdozzjoni tal-annimali. Huwa fakkar kif il-Gvern wiegħed li se jagħti importanza u jilħaq il-miri f’dan is-settur u għalhekk huwa kommess li jgħin anke b’sostenn finanzjarju lill-Għaqdiet Mhux Governattivi li jagħtu sehemhom. Temm jgħid li l-għotjiet li ngħataw illum dawn l-NGOs huwa eżempju wieħed ta’ għajnuna li qiegħda tingħata lill-Għaqdiet Mhux Governattivi bħala rikonoxximent tal-isforz u l-kontribuzzjoni valida u effettiva li jagħmlu fis-settur. Il-qtates kollha
€70
Ġriewi sal-età ta’ 6 xhur
€50
Kelb żgħir sa 10kgs (bħal razez imħalltin, Chihuahuas, Poodles, Pugs, Yorkshires, eċċ) u għandu inqas minn 7 snin
€70
Kelb ta’ daqs medju sa 27kgs (bħal razez imħalltin, Fox Terriers, Springer Spaniels, eċċ) u għandu inqas minn 7 snin
€90
Kelb kbir ’il fuq minn 27 kgs (bħal razez imħalltin, Rottweilers, Alaskan Malamutes, Sharpei, German Pointer, English Pointer, Siberian Husky, eċċ) u għandu inqas minn 7 snin
€110
Klieb ’il fuq minn 7 snin irrispettivament middaqs u mir-razza
€130