9 minute read

Rapport f’paġna

Next Article
Tkompli f’paġna

Tkompli f’paġna

minima naqsu sostanzjalment. Tagħrif mogħti fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ngħad li fl-2020 kien hemm 2,447 persuna li kienu qed jitħallsu l-paga minima. Dan ifisser li mill-2013 sas-sena tal-pandemija kien hemm tnaqqis ta’ kważi 1,200 ħaddiem li jiddependi minn paga minima biss.

Fil-fatt, fl-2013 kien hemm 3,635 persuna fuq dan il-livell ta’ dħul, jew kważi darba u nofs l-ammont li kien hemm fl-2020. Ta’ min jinnota li bejn l-2013 u l-2020, l-ammont ta’ nies jaħdmu f’pajjiżna żdied minn 174,000 għal 252,000.

Advertisement

Grazzi għal miżuri ta’ baġits preċedenti, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena żdied ukoll l-ammont direzzjonat lejn dawk b’diżabilità, li issa tela’ għal kważi €16-il miljun, imqabbel ma’ inqas minn €13il miljun qabel bdiet il-pandemija. L-istess ġara fir-rigward taċ-Childrens’ Allowance, fejn l-allokazzjoni telgħet b’€2 miljun, grazzi għad-dħul ta’ suppliment. Ta’ min ifakkar li fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008 l-Gvern ta’ dakinhar kien naqqas din l-assistenza lill-familji b’aktar minn €2 miljun.

B’differenza għal żminijiet oħrajn, l-anzjani wkoll ma tħallewx waħedhom f’dan il-mument ta’ sfida ekonomika. Fil-fatt, l-ammont mogħti lir-romol tela’ għall-ewwel darba għal aktar minn €80 miljun fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Dan ifisser żieda ta’ €15.6 miljun, jew kważi 25% aktar meta mqabbel ma’ qabel il-pandemija.

Fejn jidħol l-ammont mogħti lill-pensjonanti dan ukoll laħaq figura rekord, dik ta’ aktar minn terz ta’ biljun ewro fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Dan ifisser tkabbir ta’ €42 miljun, jew 14% kumparat mal-2019. Jekk wieħed iħares biss lejn l-inqas pensjonijiet, dawk minimi, isib li l-allokazzjoni żdiedet b’€9 miljun, jew b’terz. Dan juri kif il-Gvern iffoka l-għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn.

It-tnaqqis ta’ dawk fuq l-assistenza soċjali jistona ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika tal-2008, meta kien hemm żieda ta’ 900 persuna jfittxu din l-għajnuna … tali suċċess illum hu r-riżultat ukoll ta’ miżuri li għenu persuni jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol

FOST L-OGĦLA RATI EWROPEJ TA’ FAMILJI SIDIEN TA’ DJARHOM

In-numru ta’ familji Maltin u Għawdxin, li għandhom ir-residenza tagħhom mixtrija, is-sena li għaddiet qabeż iċ-ċifra ta’ 150,000 għall-ewwel darba. Dan jimmarka żieda ta’ madwar 30,000 familja mill-2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, waqt li f’livelli Ewropej, dan issa jpoġġi lill-popolazzjoni Maltija bl-ogħla rata per capita ta’ familji sidien ta’ djarhom (80%) fost il-pajjiżi tal-Punent.

Tali indiċi, li jirrifletti s-saħħa finanzjarja ġenerali taċ-ċittadini, jixhed ukoll l-appoġġ abbundanti li ġie offrut mill-Gvern fl-aħħar snin lill-koppji li riedu jixtru l-ewwel residenza tagħhom, il-livelli pożittivi fin-nuqqas ta’ qgħad f’pajjiżna, partikolarment fost il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa u s-sistema nazzjonali ta’ akkomodazzjoni soċjali, inkluża l-provvista ta’ postijiet simili.

Fil-fatt, fl-aħħar snin il-politika tal-Gvern Laburista għenet biex ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tonqos minn 14% għal 9%, waqt li studju mill-Bank Ċentrali ta’ Malta jissuġġerixxi li t-tkabbir tas-settur tas-servizzi bbenefika l-iżjed lil dawk ta’ età baxxa b’livelli għoljin ta’ edukazzjoni.

Ċifri tal-Eurostat ukoll indikaw li bejn l-2013 u l-2019 id-dħul medjan għal ċittadini Maltin ta’ bejn il-25 u d-49 sena, l-aktar faxxa li jkunu qed jippjanaw li jibdew il-familji tagħhom, żdied bi kważi €4,000 jew kważi 30%. Fil-bqija tal-Unjoni Ewropea ż-żieda medja kienet inqas minn €2,500 jew 15%, jiġifieri nofs ir-rata b’kemm kiber id-dħul tar-residenti Maltin.

Eqreb lejn pajjiżna, it-Taljani tal-istess età gawdew minn żieda ta’ madwar €1,250 jew inqas minn 8%.

B’riżultat t’hekk, waqt li l-ispejjeż residenzjali bħala sehem mid-dħul tal-familji Taljani żdiedu b’16.6%, id-differenza għall-Maltin kienet 8.2% jew inqas minn nofs tal-ġirien tagħna. Dan il-proporzjon għall-familji Maltin hu l-inqas fl-UE kollha, fejn il-medja tal-ispejjeż biex titħallas residenza privata jnaqqru ewro minn kull ħamsa tad-dħul medjan disponibbli. Stimi tal-Eurostat stess ipoġġu tali spejjeż f’pajjiżna bħala 45% tal-medja Ewropea.

Rigward il-provvista ta’ housing soċjali, ir-rekord tal-amministrazzjoni Laburista wkoll hu eżemplari.

Studju tal-Kummissjoni Ewropea fl-2013 kien ikklassifika l-mudell f’pajjiżna tal-akkomodazzjoni soċjali ffokat fuq ir-residenza u bi skop żgħir. Minn madwar 0.3% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2004, l-infiq fuq housing soċjali niżel għal 0.1% sal-2012, erba’ darbiet inqas mill-medja Ewropea.

B’riżultat ta’ dan, fl-2013 kien hemm 3,304 persuni fuq il-lista ta’ stennija tal-Awtorità tad-Djar, waqt li din kellha biss 47 post t’akkomodazzjoni biex tilqa’ għal tali domanda u kellha ssib soluzzjoni għal madwar 800 benefiċjarju ieħor li kienu qed jgħixu f’kundizzjonijiet perikolużi.

Tmien snin wara, il-lista ta’ stennija tniżżlet għal 1,980 persuna, tnaqqis ta’ 40%, u minflok 47 post għad-dispożizzjoni, issa qed jinbnew 1,700 akkomodazzjoni. Minkejja dan, anke qabel bdew jinbnew dawn l-appartamenti, salaħħar ta’ Ġunju li għadda aktar minn 570 post t’akkomodazzjoni ġew allokati mill-istokk eżistenti, waqt li 240 familja oħra ġew akkomodati permezz ta’ proprjetajiet li l-Awtorità tikri mill-privat.

L-allokazzjoni finanzjarja għall-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali żdiedet bi €19-il miljun f’sentejn biss, minn €10 miljun għal €29 miljun, waqt li l-baġit għall-infiq kapitali kiber minn €0.7 miljun għal €4 miljun fuq l-istess perjodu.

Dan kollu għandu jwassal biex, għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, il-Gvern se jkun f’qagħda li jaqdi l-maġġoranza assoluta talpersuni fuq il-lista ta’ stennija.

Minbarra hekk, grazzi għall-iskema talFirst Time Buyers, waħda mill-ħafna li introduċa Gvern Laburista biex tagħti nifs lil koppji żgħażagħ b’mod partikolari, gawdew mal-24,000 persuna sal-bidu ta’ din is-sena u kumplessivament iffrankaw mas-€70 miljun f’taxxi.

Jirriżulta li, mindu ddaħħlet l-iskema li qed tgħin lil koppji żgħażagħ u individwi li jixtiequ jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, saru mal20,000 kuntratt.

Minbarra dan, iż-żgħażagħ gawdew ukoll minn aktar għajnuna ta’ tnaqqis fit-taxxi, kemm mid-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jimmitigaw l-effetti tal-pandemija kif ukoll b’riżultat tal-aħħar baġit. Fil-fatt, is-suq tal-proprjetà ra xejn inqas minn 9,545 konvenju jseħħu bejn Ġunju u Diċembru tas-sena li għaddiet, bil-valur globali tal-proprjetà jaqbeż iż-€2 biljun.

L-ewwel xhur tal-2021 ukoll irriżultaw f’ammonti rekord ta’ konvenji li saru u li, effettivament, iridu jissarrfu f’kuntratti definittivi sal-aħħar tas-sena. B’din il-mentalità u politika jfisser li Malta mistennija tkompli f’din it-triq biex issir dejjem iżjed pajjiż ta’ familji sidien ta’ djarhom.

L-INKJESTA TEĦTIEĠ “ANALIŻI MINGĦAJR LENTI KKULURITA”

– il-Professur Saviour Formosa

Il-Professur Saviour Formosa mid-Dipartiment tal-Kriminoloġija fi ħdan il-Fakultà għallĠid tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta jemmen li r-rapport talinkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jeħtieġ analiżi profonda mingħajr għamad politiku jew “inbiħ ta’ xi wħud” li jistgħu biss ifixklu l-passi importanti li jeħtieġ jittieħdu.

Waqt li hu kritiku għall-użu ta’ kliem sensazzjonali firrapport tat-tliet imħallfin, bħal “Mafja”, Formosa jisħaq li ma nistgħux naraw biss it-travu f’għajnejna u m’hemmx lok li parti timponi fuq l-oħra.

“L-importanti li niġbdu ħabel wieħed. Li joħroġ mir-rapport hu li l-Istat Malti wasal biex jevolvi lejn realtà ġdida: realtà ’l bogħod mill-parrokkjaliżmu, partiġjaniżmu u li finalment nibdew ngħidu l-ħażin bħala ħażin u ntejbu t-tajjeb li dejjem kellna u għandna,” qalilna l-Professur meta mitlub reazzjoni dwar ir-rapport li ġie ppubblikat mill-Prim Ministru nhar il-Ħamis.

Ir-rapport mit-tliet imħallfin jagħmilha ċara li l-Istat ma kellu l-ebda sehem fil-qtil ta’ Caruana Galizia. Minkejja dan, jisħaq li l-Istat għandu jġorr ir-responsabbiltà wara li ħoloq l-ambjent ideali biex dan seta’ jseħħ.

“Hu kruċjali li dan ir-rapport jinqara fil-kwiet u mingħajr lenti kkulurita. Vitali aktar li jinqara fl-eżitu li kull parti mittriumverat tas-separazzjoni tal-poteri tal-Istat (leġiżlattiv, eżekuttiv u ġudizzjarju) għandhom jiġu rispettati. Li parti timponi fuq l-oħra mhux lok però li tissuġġerixxi tibdil hu tali u hu dan kif għandna nħarsu lejn ir-rapport. Ir-rapport joħloq rakkomandazzjonijiet interessanti kif ukoll jagħmel referenzi għal termini li jservu ta’ żvijar mis-sustanza.

“Is-suġġerimenti li jinħolqu kategoriji ta’ krimini ġodda hi validissima peress li fl-aħħar snin bħala kriminologi dejjem naraw soċjetà tevolvi u magħha jinħolqu krimina ġodda: dawk ċibernetiċi, dawk li jirriflettu l-affluwenza u bil-maqlub ilfaqar.

“Imma termini bħall-użu tassensazzjonaliżmu tal-kelma Mafja mingħajr ma jiġi spjegat x’inhuma l-elementi li jagħmel organizzazzjoni Mafjuża, ma jagħmlux ġid lil xi ħaġa tant importanti bħal dan ir-rapport: l-elementi reliġjużi, dawk tal-internazzjonalizzazzjoni tal-operat u elementi oħrajn mhumiex eżistenti.

“Din ta’ Malta mhijiex ibbażata fuq il-mafja tradizzjonali jew dik li feġġet minn Corleone u għamlet sfreġju minn stat intier. U ma ninsewx li għal snin twal Malta ‘ospitat’ il-kap talcupola fil-gżira ta’ Għawdex … u ħadd ma għajjat b’rule of law!

“Lura għar-rapport, tali jservi ta’ dokument ieħor li jimmatura dan il-pajjiż, li jservi ta’ ħarsa friska lejn iddixxiplina tal-ġurnaliżmu, irreati, l-assoċjazzjoni, elenku ta’ tibdil rikjest, tibdil li jrid studju matur u profond fuqu u fis-serenità ’l bogħod mill-inbiħ ta’ wħud li finalment ixekklu l-passi importanti li jridu jsiru. Dan aktar u aktar peress li saru diġà ħafna tibdiliet u jridu jsiru aktar,” kompla jispjega l-Professur Formosa.

Tlabna wkoll reazzjoni mingħand Randolph Debattista, Editur ta’ The Journal, li ddeskriva l-apoloġija li ta Dr Abela u l-laqgħa li mistennija ssir malfamilja Caruana Galizia bħala passi importanti ’l quddiem.

“Ir-rapport għandu jservi biex Malta tibda tagħlaq bilmod il-mod il-ferita li nfetħet f’Ottubru 2017. Nemmen li kull min qiegħed fil-ħajja pubblika, partikolarment fi ħdan il-Partit Laburista, għandu rwol kruċjali x’jilgħab fiż-żmien li ġej, biex jippromwovi l-prinċipji li stabbilixxa l-Prim Ministru fir-reazzjoni tiegħu għar-rapport talinkjesta.

“Prinċipji dwar ir-rwol talġurnalist fis-soċjetà u l-bżonn li nipproteġu u nsostnu l-ġurnaliżmu, għax wara kollox hu permezz ta’ skrutinju b’saħħtu li nistgħu nassiguraw politika tal-ogħla livell. Il-prinċipju ta’ governanza tajba. L-importanza ta’ politika aktar matura u miftuħa fejn nirrispettaw aktar lil xulxin u noffru l-id tal-ħbiberija bħala poplu wieħed magħqud.

“Għandna l-opportunità li nindirizzaw dgħufijiet li ilhom fis-sistema Maltija għal snin twal. Il-fatt li l-Gvern diġà beda jimplimenta riformi importanti jawgura tajjeb għat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet talbord tal-inkjesta,” ikkonkluda Debattista.

Rapport tal-Inkjesta Pubblika

Daphne Caruana Galizia

Ġurnalista Assassinata fis-16 ta’ Ottubru 2017

Preżentat lil Onor. Prim Ministru Dr. Robert Abela fid-29 ta’ Lulju 2021

Chairman Imħallef Michael Mallia Membri Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino Onor. Imħallef Abigail Lofaro

ADRIAN DELIA LIL MANUEL DELIA: “GIDDIEB”

L-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Manuel Delia hu giddieb wara li dan kiteb dwaru u l-involviment tiegħu fir-rapport tal-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

B’reazzjoni għall-artiklu ta’ Manuel Delia, li mhux l-ewwel darba li kiteb kontrih u ħadem biex ma jibqax Kap Nazzjonalista, Adrian Delia qal li dak li kiteb il-bloger hu gidba assoluta. Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni għalaq bil-kelma giddieb lejn Manuel Delia.

Manuel Delia u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ta’ spiss allegaw li Adrian Delia ħa jew ġie offrut flus mingħand Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia, biex tiġi mminata l-kampanja elettorali ta’ David Casa, flaħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Wara li spiċċa minn Kap, dawk flestablishment Nazzjonalista komplew bil-pressjoni biex Adrian Delia saħansitra jitneħħa minn Deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista. Manuel Delia kiteb ukoll kemm-il darba dwar il-ħtieġa li Bernard Grech ma jħallix lill-predeċessur tiegħu jkun kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss fejn mistenni jikkontesta t-Tmien Distrett. Dawn il-manuvri bdew jimmuntawhom ukoll ta’ Beppe Fenech Adami, li wkoll joħroġ fuq l-istess distrett, li jinkludi lil Birkirkara, u jaraw lil Adrian Delia bħala theddida.

Kif inhu magħruf, Manuel Delia u talfergħa Nazzjonalista Repubblika ħadu rwol iżjed ċentrali u voċiferu fid-Dar Ċentrali mindu saret il-konġura biex jitneħħa Adrian Delia u floku jitpoġġa Bernard Grech. Sa din il-ġimgħa stess, ta’ Repubblika ltaqgħu fid-Dar Ċentrali mal-Kap attwali biex jiddiskutu strateġija politika. Preżenti għal-laqgħa kien hemm l-id il-leminija ta’ Grech, Ray Bezzina u Chris Peregin.

Apparti minn hekk, nhar il-Ġimgħa filgħodu fid-diskussjoni Parlamentari dwar ir-rapport tal-inkjesta pubblika, tħallew jitkellmu biss id-deputati talBlue Heroes u li huma viċin l-għaqda Repubblika, fosthom Karol Aquilina u Jason Azzopardi. Lanqas iż-żewġ Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo ma ngħataw minuta mill-ħin għaddispożizzjoni tagħhom.

Fl-aħħar jiem, Grech ukoll ħeġġeġ linnies jattendu għall-protesti organizzati minn Repubblika u Manuel Delia, avolja dawn xorta m’attirawx wisq interess.

This article is from: