KullHadd_09.12.2018

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 9 ta’ Diċembru, 2018

Ħarġa Nru 1,326 Prezz €1

NOĦOLQU L-BIDLA • MESSAĠĠ ĊAR MILL-PRIM MINISTRU LILL-PARTITI SOĊJALISTI EWROPEJ • F’LISBONA JOSEPH MUSCAT IMMARKA L-KISBIET LI GĦAMLET MALTA • “IL-PROGRESSIVI RRIDU MMEXXU L-BIDLA... NISFIDAW, NISSORPRENDU, NIPPROVOKAW”

Fir-ritratt jidhru l-Prim Ministri tal-Portugall u ta’ Spanja fost persuni prominenti ħafna li laqgħu b’mod tajjeb ħafna d-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

INQAS TRAFFIKU BIL-PROVI

Ara paġna 7

• ANALIŻI MINN KUMPANIJA EWLENIJA TAT-TAXIS TURI KIF ĦAFNA MIR-ROTOT QED ISIRU IKTAR MALAJR... SPEĊJALMENT FILGĦODU U LEJN IN-NOFSINHAR TAL-PAJJIŻ... GĦAD HEMM BŻONN TITJIB FIĊ-ĊENTRU TA’ MALTA

Ara paġna 3

IL-BANK ĊENTRALI JGĦID LI L-IMPJANT TAL-GASS FISSER MILJUNI TA’ EWRO FL-EKONOMIJA U GĦAND IN-NIES Ara paġna 9


02

09.12.2018

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-Baħar Adrijatiku testendi fuq il-Gżejjer Maltin It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab Ir-Riħ: Qawwi mill-Majjistral li jsir qawwi ħafna mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi li jsir qawwi għal qawwi ħafna L-Imbatt: Baxx mill-Punent Lbiċ li jsir millMajjistral It-Temperatura tal-Baħar: 20°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

18°C

UV 2

13°C

Il-Ħamis

17°C

UV 2

14°C

18°C

Il-Ġimgħa

UV 3

14°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Distributors Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

18°C

UV 2

14°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

18°C

UV 2

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Spiżerija Merħa, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni – 21333886 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq itTorri, Tas-Sliema – 21338369 St. Michael Pharmacy, Misraħ tatTransfigurazzjoni, Ħal-Lija – 21435875 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018

12°C

18°C

UV 3

12°C

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-13 TA’ DIĊEMBRU

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq ilKbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278


03

09.12.2018

kullhadd.com

IL-PROGRESSIVI GĦANDHOM IMEXXU L-BIDLA FL-EWROPA

Irridu nkunu aħna l-politiċi li nżommu mal-pass tan-nies u mhux nippretendu l-kontra. Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat f ’Lisbona meta flimkien ma’ mexxejja Ewropej oħra indirizza l-Kungress tal-Partit Soċjalista Ewropew bit-tema: Ġusta, Ħielsa, Sostenibbli l-Ewropea Progressiva li Rridu. “Aħna, il-progressivi, konna dejjem immexxu l-bidla u mhux nopponuha,” qal Joseph Muscat li tenna li wieħed ma jistax jinjora jew jipposponi l-bidliet. “Irridu nsibu t-tweġibiet għall-kwistjonijiet li se

jiddefinixxu l-ġenerazzjonijiet Ewropej li jmiss,” qal il-Prim Ministru li tenna li fost oħrajn dan irid isir fil-qasam tax-xogħol. “Irridu nisfidaw, nissorprendu u nipprovokaw,” iddikjara Joseph Muscat għax jekk irridu nirnexxu rridu nemmnu li nistgħu mmorru fejn naħsbu li ma nistgħux. L-appell ta’ Muscat kien ċar. Jekk in-nies jafdaw lill-Partiti Soċjalisti fuq il-ġustizzja soċjali, m’għandhomx għax ma jafdawhomx fuq it-tmexxija ekonomika. U jekk in-nies jaqblu mal-politika progressiva fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-partiti

Ewropej iridu jitkellmu wkoll dwar is-sigurtà u l-prevenzjoni tal-kriminalità. Joseph Muscat kien ċar li hemm muddelli progressivi li jaħdmu. U hawn seta’ jsemmi l-bidliet li seħħew f ’pajjiżna flaħħar snin. Seta’ jitkellem dwar it-tkabbir ekonomiku rekord ta’ Malta, l-ikbar fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin li Malta żiedet ix-xogħol u naqqset il-qgħad. Dan kollu fl-istess ħin li tirreġistra surplus. Spjega kif Malta għamlet dan billi kienet innovattiva. Iċ-child care b’xejn għal kulħadd u t-trasport għall-iskejjel.

Fl-istess ħin li l-pajjiż kien qed inaqqas il-faqar, Malta lleġiżlat favur iktar drittijiet ċivili. U pajjiżna mhux jieqaf jagħmel dan f ’Malta biss imma qed imexxi alleanzi Ewropej. “Hija din it-tip ta’ politika progressiva ta’ għaqda, ta’ ugwaljanza, ta’ ġustizzja u sostenibbiltà li għandha bżonn l-Ewropa. Huma biss il-forzi progressivi flimkien li jistgħu jmexxu dawn it-tip ta’ inizjattivi għaċ-ċittadini,” qal Muscat li appella għall-għaqda biex ikunu miġġielda l-firdiet u l-barrieri bil-politika tal-għaqda u tat-tama.


04

09.12.2018

kullhadd.com

22 PROPOSTA GĦALL-GĦARFIEN DWAR IS-SAĦĦA MENTALI

Id-Dokument ta’ Konsultazzjoni dwar il-Pjan Strateġiku għas-Saħħa Mentali 2020-2030 jinkludi 75 proposta li 22 minnhom jittrattaw il-promozzjoni ta’ għarfien tas-saħħa mentali u jindirizzaw id-determinanti tas-

saħħa. Id-dokument tnieda waqt konferenza nazzjonali li ttellgħet nhar l-Erbgħa li għadda, 5 ta’ Diċembru 2018, bil-perjodu ta’ konsultazzjoni dwaru jagħlaq flaħħar ta’ Frar 2019. Il-viżjoni proposta għas-saħħa

mentali f ’Malta hija bbażata fuq l-inkoraġġiment ta’ politika u ambjenti li jikkontribwixxu biex jippromwovu saħħa mentali għal kulħadd, jipprevjenu diżordnijiet mentali fost individwi b’riskju għoli u li jipprovdu trattament

Jingħata appoġġ lil speċjalisti edukattivi fil-pjanijiet tagħhom biex ikomplu jirriformaw is-sistema edukattiva u jnaqqsu l-istress u l-ansjetà fit-tfal u fiż-żgħażagħ relatati mal-eżamijiet

ta’ kwalità u kura lill-individwi bi problemi ta’ saħħa mentali. Din il-viżjoni se tkun implimentata permezz ta’ azzjonijiet miġburin taħt erba’ gruppi: • Li jiżdied l-għarfien tas-saħħa mentali u jkunu indirizzati l-fatturi determinanti tas-saħħa. • Qafas ta’ servizz tas-saħħa mentali rikonfigurat. • Jiżdied l-appoġġ għall-persuni b’diżordni mentali. • Bini ta’ kapaċità u inkoraġġiment għal żvilupp innovattiv biex tittejjeb il-ħidma. F’din il-kitba qiegħda tingħata ħarsa lejn it-22 proposta li jink-

wadraw fl-ewwel grupp, dak li jiżdied l-għarfien tas-saħħa mentali u jkunu indirizzati l-fatturi determinanti tas-saħħa. Is-saħħa mentali ta’ kull individwu hija riżultat ta’ influwenzi soċjali u ambjentali. Il-promozzjoni dwar is-saħħa mentali hija l-proċess li jtejjeb il-kapaċità kemm tal-individwu kif ukoll tal-komunitajiet biex jiżdied kemm il-kontroll fuq il-mod kif jgħix kif ukoll biex tittejjeb issaħħa mentali. Għal dan il-għan qegħdin ikunu proposti tliet azzjonijiet: • Tittejjeb il-kollaborazzjoni


05

09.12.2018

kullhadd.com

bejn is-servizzi tas-saħħa mentali, il-promozzjoni tas-saħħa u s-soċjetà ċivili biex ikabbru l-għarfien dwar is-saħħa mentali u jedukaw dwar kif ikunu magħrufin l-ewwel sintomi ta’ diżordnijiet mentali. • Titkompla l-promozzjoni għal tagħlim tul il-ħajja kollha: titjib fil-litteriżmu u ħiliet bażiċi għal kulħadd, fil-mira ewlenija jkunu dawk fl-aktar riskju ta’ esklużjoni soċjali. • Ikunu żviluppati u implimentati strateġiji ta’ prevenzjoni kontra s-suwiċidji li jinkorporaw l-aħjar evidenza għal dan billi jitħalltu ma’ attivitajiet maħsubin biex jipproteġu lil dawk il-gruppi bl-akbar riskji. Ix-xogħol Ix-xogħol jista’ jkun sors ta’ dħul finanzjarju u ta’ statura personali tal-individwu. Madanakollu, stress relatat max-xogħol huwa element komuni ħafna li jwassal għall-mard mentali. B’ħidma konġunta ma’ min iħaddem biex jitkabbar l-għarfien fuq metodi li jistgħu jintużaw biex jitnaqqas l-istress psikosoċjali u dak marbut max-xogħol jista’ joħloq sitwazzjoni li biha kemm min iħaddem kif ukoll il-produttività jistgħu biss jirbħu. Għal dan il-għan qed ikun propost li: • Tinħareġ espressjoni ta’ interess għal NGOs, unions u min iħaddem biex jimplimentaw inizjattivi mmirati biex jitnaqqas l-istress relatat max-xogħol u biex jipprovdu servizzi ta’ pariri u appoġġ. • Biex jinvestigaw u jkabbru l-għarfien dwar il-problema li qiegħda tikber fejn jirrigwarda preżenza u assenteiżmu fuq il-post tax-xogħol, l-impatt tagħha fuq il-post tax-xogħol u l-ekonomija lokali kif ukoll mezzi ta’ kif ikunu ffaċċjati dawn il-problemi. • Li l-postijiet tax-xogħol ikunu involuti biex ikunu identifikati minn stadju bikri persuni b’mard mentali ħalli jkunu jistgħu jiġu riferuti u jingħataw appoġġ, partikolarment ħaddiema barranin li jistgħu f ’Malta ma jkollhomx l-appoġġ tal-familja u biex dawn ikun inklużi fi proċess ta’ riabilitazzjoni. Skejjel Ir-relazzjonijiet bejn l-għalliema, il-ġenituri u l-ħbieb, l-impenn akkademiku, attitudni pożittiva, dinamiċi familjari b’saħħithom u trobbija effettiva huma ta’ influwenza partikolari fl-iżvilupp ta’ imġiba prosoċjali. L-ambjent tal-iskola jikkontribwixxi għallistat mentali tajjeb tat-tifel jew tifla. Relazzjonijiet batuti bejn l-għalliema u l-istudenti jwasslu għal diżordnijiet psikjatriċi u riżultati akkademiċi baxxi. Qed ikunu ppreżentati sitt

proposti f ’din id-direzzjoni: • Li tkun provduta informazzjoni u aċċess aħjar għal sorsi ta’ appoġġ għal tfal u adolexxenti. • Li jingħata appoġġ lil speċjalisti edukattivi fil-pjanijiet tagħhom biex ikomplu jirriformaw is-sistema edukattiva u jnaqqsu l-istress u l-ansjetà fit-tfal u fiżżgħażagħ relatati mal-eżamijiet. • Li jinkoraġġixxu diskussjoni fuq kwistjonijiet ta’ saħħa mentali waqt il-lezzjonijiet dwar l-Iżvilupp Soċjali Personali u ta’ Karriera (PSCD) kemm f ’livell primarju kif ukoll sekondarju bħala mezz ta’ aktar għarfien dwar is-saħħa mentali u t-tnaqqis tal-istigma assoċjata massaħħa mentali. • Li jkun provdut taħriġ u abilitajiet għall-edukaturi li kapaċi jindunaw b’bidliet ta’ imġiba fost it-tfal u jirreferu lit-tfal għal aktar appoġġ. • Joffru programmi ta’ promozzjoni dwar saħħa mentali kemm universali kif ukoll speċifika fl-iskejjel, inkluż identifikazzjoni bikrija ta’ problemi emozzjonali kif ukoll identifikar u azzjoni ta’ bullying inkluż cyber-bullying, kif ukoll identifikar u riferiment ta’ tfal li jistgħu jikkawżaw ħsara lilhom infushom. • Li jiżdied il-ħin iddedikat fuq attivitajiet fiżiċi fl-iskola ladarba huwa magħruf li dan jikkontribwixxi għal saħħa mentali tajba. Abbuż minn sustanzi Azzjonijiet maħsubin biex itejbu s-saħħa mentali u/jew inaqqsu l-livelli ta’ konsum ta’ alkoħol u sustanzi psikoattivi oħrajn jgħinu u jsaħħu l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ diżordnijiet mentali kkawżati minn abbuż ta’ alkoħol u drogi u jwasslu għal riżultati pożittivi f ’termini ta’ saħħa mentali. Qegħdin ikunu proposti żewġ azzjonijiet: • Li jkunu adottati modi regolatorji biex jitnaqqas il-konsum tal-alkoħol u d-drogi. • Li jkun provdut appoġġ lil żgħażagħ li jinqabdu f ’ċirki vizzjużi ta’ abbuż minn sustanzi u kriminalità. L-anzjani Fi studju riċenti li sar mill-Ewrobarometru rriżulta li s-solitudni hija problema mifruxa fost wieħed minn kull tliet persuni li fosthom sar l-istudju. Id-dipressjoni u s-solitudni fost l-anzjani huma ta’ tħassib. Qed ikun propost: • Li jkun provdut taħriġ lit-tobba u lill-infermieri biex ikunu jistgħu jintegraw aħjar is-servizzi psikjatriċi u ta’ saħħa ġenerali meta jkunu qegħdin jindirizzaw pazjenti f ’din is-sitwazzjoni. • Biex jistudjaw kemm hi komuni u x-xejriet ta’ solitudni fost l-anzjani; u li jaħdmu mas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet

Il-promozzjoni dwar is-saħħa mentali hija l-proċess li jtejjeb il-kapaċità kemm tal-individwu kif ukoll tal-komunitajiet biex jiżdied kemm il-kontroll fuq il-mod kif jgħix kif ukoll biex tittejjeb is-saħħa mentali. Għal dan il-għan qegħdin ikunu proposti tliet azzjonijiet

inaqqas il-livell ta’ kriminalità, itejjeb il-livell edukattiv, itejjeb il-ħajja komunitarja u jtejjeb ir-riżultati tax-xogħol. Qed ikun propost li: • Jippromwovi koeżjoni soċjali permezz ta’ inizjattivi organizzati mal-Kunsilli Lokali u s-soċjetà ċivili. • Jippromwovi postjiet rikreazzjonali għal attivitajiet fiżiċi u inĦolqien ta’ ambjenti terazzjoni soċjali. siguri u ta’ appoġġ • Tittejjeb il-preżenza tal-pulizija Ambjenti soċjali u ekonomiċi u l-użu tat-teknoloġija bħala dejaffettwaw il-kapital soċjali jew terrent kontra l-attività kriminali. l-organizzazzjoni soċjali. Kapital soċjali ogħla jista’ jipproteġi Teknoloġiji diġitali lill-individwi minn iżolament soċjali, joħloq sigurtà soċjali, It-teknoloġiji diġitali, inkluż taż-żgħażagħ biex jimplimentaw miżuri bil-għan li jnaqqsu l-effetti ħżiena tas-solitudni. • Biex jiżdiedu għall-anzjani ċ-ċentri ta’ matul il-jum li jipprovdu attivitajiet li jippromwovu u jikkontribwixxu għal titjib ta’ relazzjonijiet intersoċjali u għal saħħa fiżika u mentali aħjar.

il-midja soċjali, għandhom impatt fuq is-saħħa mentali bħalma huma l-problemi assoċjati ma’ cyber-bullying. Madanakollu, ftit ferm hija l-attenzjoni li ngħatat lill-opportunitajiet li tista’ toffri t-teknoloġija diġitali biex teduka lill-pubbliku. Qed ikun propost li: • Ikunu sfruttati l-opportunitajiet li toffri l-innovazzjoni diġitali biex tagħraf ir-riskju f ’persuni b’diżordnijiet mentali. • Li jsir użu minn pjattaformi online biex jappoġġjaw u jippromwovu attivitajiet ta’ rilassament li jtejbu s-saħħa mentali u joħolqu networks ta’ appoġġ virtwali.


06

09.12.2018

kullhadd.com

KARTI ĦOMOR FOST IR-REFEREES • DWEJJAQ KBAR FOST IR-REFEREES LOKALI Is-sitwazzjoni fil-kamp tar-referees tal-futbol xejn mhi waħda feliċi hekk kif jidher li hemm diżgwid kbir dwar kif qiegħda titmexxa l-Għaqda tar-Referees Maltin, magħrufa aħjar bħala l-Malta Football Referees Association (MFRA). Ftit tal-ġimgħat ilu numru ta’ referees li kienu għadhom ma ħallsux l-affiljazzjoni annwali rċevew email, li dan il-ġurnal għandu kopja tagħha, mingħand is-Segretarju tal-Għaqda, Christopher Francalanza, fejn dan wissa li jekk sa data partikolari l-ħlas ma jsirx, kienu se jibdew proċeduri sabiex jittieħdu l-uniformijiet lill-istess referees. “Hija tassew tal-mistħija li min suppost iħares id-drittijiet tar-referees jispiċċa jhedded lir-referees stess,” qalilna wieħed mill-uffiċjali urtati. Huwa kompla: “Ma nistax nifhem kif għandi nirċievi email bħal din wara tant snin ta’ servizz, aktar u aktar li parti netta millispiża tal-uniformijiet kienet tħallset mill-MFA u minn sponsor.” Uffiċjal ieħor li lmenta ma’ dan il-ġurnal, qal li dan l-istil ta’ tmexxija xejn ma niżel tajjeb ma’ ħafna referees li fl-istess ħin jemmnu li f ’dawn l-aħħar tliet snin l-MFRA tilfet ħafna mill-importanza tagħha tant li l-attendenza fl-attiv-

iatjiet soċjali li jkunu organizzati minn żmien għall-ieħor qed tkun waħda miżera. Is-sorsi tagħna qalu li l-avvenimenti li seħħew dan l-aħħar fejn il-President tal-MFRA Alexie Tabone ddeċieda li jitkellem dwar diversi problemi fis-settur waqt l-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-MFA xejn ma niżlet tajjeb ma’ ħafna membri għax jemmnu li din għamlet ħafna ħsara lis-settur. “Inħoss li s-settur tar-referees qed jiġi użat għal skopijiet oħra u dan mhux sew,” qalilna wieħed mir-referees li ilu jimmilita fis-settur għal aktar minn 30 sena. Huwa kompla li s-settur tar-referees, bħal f ’kull pajjiż, huwa wieħed sensittiv u wieħed irid jaħdem b’kawtela speċjalment fil-midja għaliex fl-aħħar

mill-aħħar il-kredibilità tal-istess referees tbati. “Qed nispiccaw li f ’ħafna mil-logħbiet naqilgħu tgħajjir mill-pubbliku sportiv relatat ma’ dak kollu li kien hawn min għażel li jperreċ ma’ kullimkien,” sostna referee żagħżugħ li kompla jgħid li f ’laqgħa riċenti kien deċiż mill-MFRA li tagħmel talba lill-MFA għal żieda ta’ 100% fil-miżati mħallsa lir-referees. “Qatt ma smajt b’xi ħaġa bħal din. Għalija dan wera nuqqas ta’ serjetà u nuqqas tal-ħiliet neċessarji f ’pożizzjonijiet ta’ tmexxija fi ħdan kumitat.” Huwa staqsa: “Min se jtik żieda ta’ 100%? Din kienet deċiżjoni żbaljata nieqsa mill-maturità mistennija f ’dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet fejn wieħed jipprova jinnegozja l-aħjar

pakkett possibbli. Din l-attitudni żgur li ma tawgurax tajjeb għal soluzzjoni ġusta għal kulħadd,” huwa tenna. Tliet referees barranin ukoll esprimew id-diżappunt tagħhom għal kif il-President tal-MFRA għażel li jiddistingwihom mill-kollegi Maltin. “Kienet tassew ta’ diqa għalina li ġejna identifikati mill-President tagħna stess bħala xi grupp ta’ nies differenti. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-mod amikjevoli li jittrattawna bih il-kollegi Maltin,” qalilna referee barrani minnhom. Huwa żied li s-soċjetà Maltija qiegħda ssir aktar multikulturali u ma jistax jifhem kif nies f ’pożizzjonijiet ta’ tmexxija jippruvaw jiddistingwu bejn nazzjonalità u oħra. “Għalija l-MFRA tista’ ma teżistix għax donnu li aħna l-barranin m’aħniex milqugħa fi ħdanha,” ikkummenta referee li għamel aktar minn 10 snin bħala referee f ’pajjiżu. Intant, fl-aħħar jiem għaddiet korrispondenza taħraq bejn

il-membri kollha tal-MFRA, li għal darb’oħra dan il-ġurnal għandu kopja tagħha, fejn Kyle Beeston, li kien involut f ’inċidenti xejn feliċi waqt logħba tal-Youths f ’Settembru li għadda, bagħat ir-riżenja tiegħu b’mod immedjat għal dak li ddeskriva bħala “diskriminazzjoni” fil-konfront tiegħu. Beeston kien ċar u skjett u staqsa għaliex ma ngħatax l-istess trattament bħall-membri oħra li għalihom l-MFRA ħarġet għonqha saħansitra fil-pubbliku. Staqsa wkoll għaliex l-ilmenti tiegħu kienu waqgħu fuq widnejn torox. L-istess sentiment kien espress bil-miktub mill-Assistent Referee tal-Premier Thomas Debono fejn qal li għall-ewwel darba fi 15-il sena talab lill-MFRA tikkundanna aġir ta’ stmerrija minn klabb lokali iżda anki f ’dan il-każ, l-MFRA baqgħet siekta. “Dan l-atteġġjament inkonsistenti dejjaq u weġġa’ ħafna referees. Aħna dejjem niġu mgħallma li l-konsistenza fil-wirjiet tagħna hija kruċjali iżda jidher li dan ilkunċett bażiku ma jitħaddimx fit-tmexxija tal-MFRA.” Is-sorsi tagħna żiedu li ma tkunx sorpriża li fil-jiem li ġejjin ikun hemm aktar riżenji fi ħdan l-MFRA. “Nhar it-Tlieta li ġej l-MFRA organizzat bibita tal-Milied. Kien ikun ferm aħjar li kieku ssejħet laqgħa fejn il-membri jingħataw l-opportunità li jsemmgħu leħinhom u jressqu l-ilmenti tagħhom,” temm jgħid wieħed mill-uffiċjali.


07

09.12.2018

kullhadd.com

TITJIB FUQ IL-MAĠĠORANZA TAR-ROTOT Klijent tal-kumpanija ECABS li nhar it-Tnejn li għadda qabad taxi minn Tas-Sliema għall-ajruport fis-sebgħa ta’ filgħodu dam biex wasal 21 minuta. Klijent ieħor li s-sena li għaddiet qabad l-istess rotta fl-istess ħin dam tliet minuti iktar. Differenza ferm ikbar kienet innotata fuq rotot oħra. Filwaqt li klijent li minn Ħal Balzan għal Tas-Sliema s-sena li għaddiet dam 37 minuta, klijent li għamel vjaġġ simili nhar it-Tnejn li għadda dam 13–il minuta. Differenza sostanzjali ta’ 24 minuta. U din mhix eċċezzjoni ta’ darba. Għax l-analiżi li għandna f ’idejna użajnieha biex qabbilna ġranet oħra. Klijent li nhar l-Erbgħa 21 ta’ Novembru dam 23 minuta biex wasal minn San Ġiljan għall-ajruport, kien idum 34 minuta kieku għamel il-vjaġġ nhar l-Erbgħa 22 ta’ Novembru 2017. Biex jidher ċar li l-proġett tat-twessigħ fil-Marsa Ħamrun Bypass qed iħalli riżultati qawwija ħafna sakemm ma jkunx hemm xi eċċezzjoni bħal meta nqalgħu inċidenti li għalkemm żgħar għalqu xi waħda mill-karreġġjati. L-analiżi li għandna f ’idejna turi wkoll li t-tnaqqis fil-ħin ta’ vjaġġar filgħodu hu ferm iktar b’saħħtu minn filgħaxija b’indikazzjoni ċara li mal-proġetti infrastrutturali għenet ukoll l-inizjattiva tat-trasport b’xejn lill-eluf ta’ tfal li jmorru skejjel privati u indipendenti. Rotta oħra li rat titjib sostanzjali kienet dik mis-Swieqi għal San Pawl il-Baħar fejn vjaġġ it-Tnejn li għadda dam 15–il minuta. Is-sena ta’ qabel dam 19–il minuta. Qbadna ħinijiet filgħaxija bħala parti mill-analiżi tagħna li wkoll urew li hemm ċertu titjib. Klijent tal-ECABS dam 47 minuta biex is-sena li għaddiet, proprju fl-14 ta’ Novembru, vjaġġa minn Ħal Far għal San Ġiljan. Din is-sena klijent li għażel l-istess rotta fit-13 ta’ Novembru dam 35 minuta. U filwaqt li r-rotta mill-Birgu għal San Ġiljan fl-istess ġurnata tas-sena li għaddiet damet siegħa u 12–il minuta, din is-sena minn Ħaż-Żabbar għal San Ġiljan vjaġġ dam 13–il minuta inqas. Dan jekk beda l-vjaġġ fil-ħamsa ta’ filgħaxija. Iċċekkjajna ġranet oħra u rotot oħra. Bħal minn Ħaż-Żebbuġ għal San Ġiljan. Fit-30 ta’ Novembru vjaġġ fuq din ir-rotta dam 29 minuta. Din id-darba f ’dik il-ġurnata dam 18–il minuta. Fl-analiżi tagħna konna attenti li nqabblu l-istess perjodi għax kif qalulna l-esperti miċ-ċentru tal-loġistika talECABS avveniment f ’ġurnata ibiddel ix-xenarju kollu. Biżżejjed ikollok avveniment bħal Black Friday biex tara differenza sostanzjali. Qed ikun innotat li hemm ċerta pressjoni fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż. Fejn għad irid jinħass il-frott ta’ ċerti bidliet bħal dik li qed issir f ’Tal-Balal u iktar minn hekk hemm bżonn ta’ proġett kbir bħal dak propost għas-central link project. Fil-fatt vjaġġ minn Naxxar għal San Ġiljan ħa ħames minuti iktar nhar it-13 ta’ Novembru ta’ din is-sena meta mqabbel mal-14 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet. Żieda sinifikanti kienet innotata fi vjaġġ mit-tliet irħula għall-ajruport filgħodu. Filwaqt li wieħed li telaq minn Ħal Balzan is-sena li għaddiet ħa 24 minuta, din is-sena ħa 39 minuta vjaġġ li telaq minn Ħ’Attard. Dan fit-22 ta’ Novembru ta’ din is-sena u l-21 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet. Għalkemm kien hemm ġranet oħra fejn id-differenza ma kinetx daqshekk kbira. Marvin Briffa, miċ-ċentru tal-loġistika tal-ECABS qal li prattikament il-vjaġġi minn San Ġiljan għan-naħa t’isfel tal-pajjiż kollha qed ikollhom titjib fil-ħin meta mqabbel mas-sena li għaddiet. “Jidher ċar ukoll li hemm bżonn ta’ xogħlijiet u upgrades fiċ-ċentru ta’ Malta bħal Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara u n-Naxxar. Qed joħroġ ċar li t-toroq f ’dawk l-akwati m’għadhomx ilaħħqu mad-domanda ta’ karozzi li hemm,” qal Briffa li nnota li għalkemm it-titjib qed jinħass filgħodu u filgħaxija, l-impatt filgħodu kien iktar sinifikattiv. “Kien hemm titjib sostanzjali. Saħansitra f ’każi minnhom titjib ta’ 20 minuta u 25 minuta. Fis-sezzjoni ta’ filgħaxija għalkemm kien hemm titjib ukoll però ma kienx daqshekk b’ammonti kbar. Nikkonkludi li probabilment li għen ħafna huwa l-iskema tat-trasport tat-tfal tal-iskejjel,” qal Briffa dwar skema li bdiet din is-sena u għalhekk wieħed jistenna li maż-żmien jinħass iktar l-effett tagħha.

IT-TNEJN 4 TA’ DIĊEMBRU 2017 Ħin ta’ Tluq

Post

Wasla

IT-TNEJN 3 TA’ DIĊEMBRU 2018 Tul

Ħin ta’ Tluq

Post

Wasla

Tul

7:00:00

Tas-Sliema L-Ajruport

0:24:00

7:00:00

Tas-Sliema L-Ajruport

0:21:00

7:15:00

San Ġiljan L-Ajruport

0:47:00

7:15:00

San Ġiljan

L-Ajruport

0:27:00

7:30:00

Ħal Balzan Tas-Sliema

0:37:00

7:30:00

Ħal Lija

Tas-Sliema

0:13:00

7:45:00

L-Imsida

Il-Birgu

0:47:00

7:45:00

Il-Gżira

Paola

0:20:00

8:00:00

San Pawl il-Baħar

Is-Swieqi

0:19:00

8:00:00

San Pawl il-Baħar

Is-Swieqi

0:15:00

8:30:00

San Ġiljan L-Ajruport

0:34:00

8:30:00

IT-TLIETA 14 TA’ NOVEMBRU 2017

San Ġwann L-Ajruport

0:22:00

IT-TLIETA 13 TA’ NOVEMBRU 2018

Ħin ta’ Tluq

Post

Wasla

Tul

Ħin ta’ Tluq

Post

Wasla

Tul

17:00:00

Ħal Far

San Ġiljan

0:47:00

17:00:00

Ħal Far

San Ġiljan

0:35:00

17:15:00

Il-Birgu

San Ġiljan

1:12:00

17:15:00

Ħaż-Żabbar San Ġiljan

0:59:00

17:30:00

Valletta

Ħal Għargħur

0:39:00

17:30:00

17:45:00 Tas-Sliema

San Ġiljan

0:20:00

17:45:00

18:00:00

Ħal Far

San Ġiljan

0:35:00

18:00:00

Ħal Far

San Ġiljan

0:33:00

18:30:00

In-Naxxar

San Ġiljan

0:15:00

18:30:00

In-Naxxar

San Ġiljan

0:20:00

IT-TLIETA 30 TA’ NOVEMBRU 2017

Valletta

Il-Mosta

Tas-Sliema San Ġiljan

0:30:00 0:19:00

IT-TLIETA 29 TA’ NOVEMBRU 2018

Ħin ta’ Tluq

Post

Wasla

Tul

Ħin ta’ Tluq

Post

Wasla

Tul

17:00:00

San Ġiljan

L-Ajruport

0:38:00

17:00:00

San Ġiljan

L-Ajruport

0:27:00

17:15:00

Il-Mosta

San Ġiljan

0:23:00

17:15:00

Il-Mosta

San Ġiljan

0:20:00

17:30:00

Ħal Far

Tas-Sliema

0:33:00

17:30:00

Ħal Far

San Ġiljan

0:29:00

17:45:00

Ta’ Xbiex

San Ġiljan

0:20:00

17:45:00

Il-Gżira

San Ġiljan

0:10:00

18:00:00

Tas-Sliema

L-Ajruport

0:27:00

18:00:00

Tas-Sliema

L-Ajruport

0:19:00

18:30:00 Ħaż-Żebbuġ San Ġiljan

0:29:00

18:30:00 Ħaż-Żebbuġ San Ġiljan

0:18:00


08

09.12.2018

kullhadd.com

MAĠISTRAT FRUSTRAT BIL-PIKI STUPIDI QUDDIEMU • JESPRIMI T-TĦASSIB DWAR DRAWWA F’GĦAWDEX F’sentenza tal-Qorti Kriminali f ’Għawdex il-Maġistrat Joe Mifsud kellu appell ċar biex każi ta’ piki stupidi ma jibqgħux jispiċċaw quddiem il-Qorti għax dan qed jispiċċa jaħli ħin prezzjuż tal-istess Qorti. Fil-każ li kellha l-pulizija kontra raġel Għawdxi dan kien akkużat li għamel rapport falz kontra raġel ieħor. Rapport falz li fl-aħħar millaħħar ma rriżultax għax l-akkużat ħareġ illiberat. Anke għax id-difiża kellha element ta’ provi favur tagħha li l-prosekuzzjoni ma kellhiex. Fil-fatt l-akkużat mar għand il-pulizija jirrapporta reat li seta’ seħħ u li dwaru saħansitra kien hemm filmat. Kien hawn li l-Maġistrat għamel dikjarazzjonijiet ċari. “Il-Qorti terġa’ tieħu l-opportunità biex turi t-tħassib tagħha dwar drawwa li jidher li qabdet sewwa f ’Għawdex li meta jsir rapport lill-pulizija u mill-istħarriġ ma jirriżultax ma jkunx ifisser li dik il-persuna għamlet rapport falz,” spjega l-Maġistrat Mifsud li fis-sentenza daħal fid-dettall dwar x’inhu rapport falz. “Il-pulizija għandha tara tassew hemmx lok li jittieħdu passi dwar ir-rapport li jkollha u mhux taqbad u tressaq lil dak li jkun imbagħad tħalli lill-Qorti tiddeċiedi u dan b’telf ta’ ħin prezzjuż għall-Qorti u spejjeż żejda għall-persuni involuti,” żied il-Maġistrat. Hawn kien ċar meta tenna li dawn huma “piki stupidi u skandalużi” minn nies li jippretendu li jiddettaw huma x’jiġri fil-Qrati. Hawn il-Maġistrat irrefera għal sentenzi oħra f ’dan is-sens fosthom waħda talImħallef Consuelo Scerri Herrera li qalet li kieku f ’pajjiżna għandna skrutinju aktar rigoruż, każi hekk ma jaslux il-Qorti.


09

09.12.2018

kullhadd.com

L-IMPJANT TAL-GASS B’ĊERTIFIKAT MILL-BANK ĊENTRALI WKOLL • STUDJU TAL-BANK ĊENTRALI JURI L-IMPATT TAL-QALBA GĦALL-GASS FUQ L-EKONOMIJA MALTIJA • EFFETT TA’ MILJUNI FI BWIET IL-FAMILJI MALTIN U GĦAWDXIN Studju dettaljat tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kkonferma l-impatt tal-impjant tal-gass f ’Dellimara fuq l-ekonomija Maltija. Jinnota b’mod ċar li kieku Malta kellha tiddependi fuq l-interconnector biss, it-tkabbir ekonomiku kien ikun inqas minn dak li kellna. Dan l-istudju li kien ippubblikat fl-aħħar jiem jibni fuq studju li kien sar fl-2016 minn esperti barranin. Din id-darba l-esperti Maltin, flimkien ma’ l-esperti Taljani, ikkwantifikaw ilfatt li pajjiżna ma baqax dipendenti biss minn fuq l-interconnector u l-power stations li jużaw il-heavy fuel oil. L-istudju jgħid li bil-livell preżenti tal-prezz taż-żejt l-użu esklussiv tal-interconnector kien itejjeb ilġid nazzjonali u l-pagi (għalkemm x’aktarx ma kienx ilaħħaq mad-domanda). Però r-riċerkatur tal-Bank Ċentrali jikkonkludi li l-użu tal-power station il-ġdi-

da wassal għal titjib ferm akbar għall-ekonomija ta’ pajjiżna millużu tal-interconnector. Tant li permezz ta’ dan l-investiment il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna huwa kkalkulat li kiber bi 2.5% li hija żieda ta’ madwar €240 miljun. B’riżultat ta’ dan il-poter tal-akkwist tal-familji tjieb b’1.8%. Dan ifisser madwar €340 aktar fil-bwiet tal-familji. Noel Rapa, Senior Research Economist fid-Dipartiment tar-Ricerka tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, għamel din l-analiżi billi uża mudell makroekonomiku avvanzat ħafna. Grazzi għal dan il-mudell, ir-riċerkatur tal-Bank Ċentrali kkonkluda li f ’każijiet fejn il-prezz taż-żejt ikun baxx, il-qalba għall-użu tal-interconnector kienet se twassal għal tnaqqis fil-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna ta’ madwar 0.3% u tnaqqis fil-pagi ta’ 0.4%. B’kuntrast l-użu tal-imp-

jant tal-gass naturali f ’sitwazzjoni bħal din iwassal għal titjib ta’ 1% fil-ġid nazzjonali, żieda ta’ madwar €96 miljun u titjib fil-pagi ta’ 0.5%, madwar €100 aktar fil-bwiet tal-familji. Barra minn hekk, il-mudell avvanzat tal-Bank Ċentrali jindika li jekk il-prezz taż-żejt kellu jogħla, l-użu tal-impjanti tal-gass ifisser tisħiħ ferm aqwa tal-ekonomija tagħna. Li kieku l-prezz taż-żejt kellu jitla’ għal $90 kull barmil (il-prezz li kien hemm fis-swieq internazzjonali bejn l-2010 u l-2014), l-użu tal-heavy fuel oil kien ikun ifisser li l-ekonomija tagħna tkun 3.7% iżgħar milli se tkun issa li għandna l-impjanti tal-gass naturali, filwaqt li l-pagi jkunu 2.8% anqas. Din l-analiżi tissiġilla analiżi li għamlu entitajiet oħra. Konklużjonijiet simili saru mill-Kummissjoni Ewropea, ilFond Monetarju Internazzjonali u l-aġenziji internazzjonali ta’ rating li kollha jindikaw li r-riformi fil-qasam tal-enerġija kienu kawża ewlenija għad-dinamiżmu tal-ekonomija Maltija fl-aħħar snin. Fuq kollox l-analiżi tal-Bank Ċentrali tkompli tiżviluppa r-riżultati ta’ studju ta’ akkademiċi in-

ternazzjonali li kien deher fl-2016 fil-ġurnal akkademiku awtorevoli, “Utilities Policy”, ippubblikat mill-Elsevier, waħda mill-akbar djar tal-pubblikazzjoni akkademiċi fid-dinja. Fil-fatt, f ’Ġunu 2016, Jan Ries u Franco Romerio, akkademiċi fl-Istitut tax-Xjenza Ambjentali fl-Università ta’ Ginevra, flimkien ma’ Ludovic Gaudard, espert filGrantham Research Insitute on Climate Change and the Environment tal-London School of Economics, kienu ppubblikaw studju: Interconnecting an isolated electricity system to the European market: the case of Malta. F’dan l-istudju kienu studjaw l-impatt tal-interconnector fuq il-prezz tal-energija u kienu stqarrew li “the main finding is that the Malta-Sicily interconnector does not necessarily lower

electricity prices for Malta’s consumers.” Dan minħabba li f ’każijiet fejn il-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali jkun orħos minn $65, il-prezz tal-elettriku mill-interconnector ikun ogħla mill-prezz li bih kien jiġi prodott l-elettriku bil-power stations tal-Enemalta. Kien għalhekk li l-akkademici barranin kienu kkonkludew li “some scenarios, notably the incorporation of natural gas in Malta’s future generation portfolio, achieve win–win situations for both consumer and supplier.” B’hekk dan l-investiment f ’qasam daqshekk importanti tal-infrastruttura ta’ pajjiżna għamel bidla materjali fil-ħajja tal-familji u n-negozji tagħna. Il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru ddeskriva dan l-investiment bħala l-ikbar investiment infrastrutturali li kellu pajjiżna sa issa.



11

09.12.2018

kullhadd.com

GĦINUNA NIBQGĦU B’SAĦĦITNA Dħalna fl-aħħar xahar tassena 2018. Kif tiddeskrivi din is-sena għall-Partit Laburista?

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, tkellem mal-gazzetta KullĦadd dwar l-aħħar 12–il xahar ta’ ħidma u kif il-partit irid jibqa’ rilevanti fiż-żmien li ġej. Dan f’jum meta l-Partit Laburista qed idur fuq in-nies għall-għajnuna hekk kif l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla jitolbu riżorsi kbar.

Din kienet sena impenjattiva ħafna għall-Partit Laburista. Flimkien mat-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, ħdimna sabiex nassiguraw li l-Partit Laburista jibqa’ l-iktar partit organizzat u b’saħħtu f ’pajjiżna. Il-ħatriet ta’ uffiċjali għall-Opportunitajiet Indaqs fl-Eżekuttiv Nazzjonali, inizjattivi bħall-programm LEAD, il-workshops organizzati mill-Fondazzjoni Ideat, l-attivitajiet tal-FŻL, ix-xogħol tal-Għaqda Veterani Laburisti u l-vuċi b’saħħita tan-Nisa Laburisti huma kollha xhieda ta’ tiġdid kontinwu u ta’ bidla ġenerazzjonali fi ħdan il-Partit Laburista. Din il-bidla se tkompli tassigura li l-istruttura tal-Partit Laburista tkun dejjem aktar lesta għal aktar sfidi u suċċessi, speċjalment għaliex qed inlestu għal test elettorali importanti s-sena dieħla.

kuljum jiddedikaw il-ħin tagħhom biex jaħdmu u jagħtu servizz lejn il-Partit Laburista. Żgur li mingħajr id-dedikazzjoni u l-enerġija tagħhom, il-Partit ma jkunx jista’ jimxi ’l quddiem biex jikseb Kemm hi ta’ sfida li partit fil-Gvern jibqa’ ħaj u relevanti? aktar suċċessi. Il-volontiera huma l-kolonni tal-Partit Laburista. Ħafna drabi meta partit ikun filGvern, l-attenzjoni tkun biss fuq Is-sena d-dieħla l-elezzjonijiet ix-xogħol tal-Gvern u l-irwol tal-Parlament Ewropew. Kif tal-partit jieħu pass lura. Mingħajr qed iħejji l-Partit Laburista? ma trid, meta tlajna fil-Gvern kien hemm inqas nies li qed jagħtu Dawn l-elezzjonijiet se jkunu test l-kontribut tagħhom f ’ċerti strut- elettorali importanti għall-Partit turi tal-partit minħabba li dawn Laburista. Ma rridu nieħdu xejn bdew jagħtu kontribut fil-Gvern. for granted, m’għandniex nieħIżda maż-żmien infetħu l-istruttu- du din l-elezzjoni b’mod leġġer. ri tal-partit biex setgħu jikkontrib- Fix-xhur li ġejjin irridu naraw wixxu aktar fit-tfassil tal-politika iċ-Ċentru Nazzjonali Laburistal-Gvern. Il-partit għandu l-irwol ta ħaj ta’ kuljum hekk kif qed li jisfida b’mod pożittiv lill-Gvern nirrankaw il-ħidma għall-elezu jassigura li dan qed jilqa’ l-as- zjonijiet tal-Parlament Ewropew. pirazzjonijiet tal-votanti. Il-partit Barra minn hekk qed nippreżenirid jibqa’ jiffunzjona anke meta taw tim b’saħħtu u kompetenti, tkun fil-Gvern. Ir-realtà hi li meta tim li jinkludi fih nies li għandtkun fil-Gvern trid sistema ak- hom esperjenza fil-Parlament tar effiċjenti sabiex tassigura li Ewropew u min le, nies li ilhom l-Gvern qed iwettaq dak li wiegħed fil-politika u nies li għadhom ġodfil-manifest elettorali tal-partit. Fl- da, nies li ġejjin minn minoranzi aħħar mill-aħħar fl-elezzjoni ġen- u maġġoranzi differenti, tim li erali, il-poplu jivvota għall-partit; fih hemm Maltin u Għawdxin. jekk il-Gvern ikun wettaq dak li Dan it-tim ta’ kandidati ser ikun wiegħed u l-partit ikollu manifest wieħed kompetenti li se jmexxi b’saħħtu, in-nies se jerġgħu jiv- ’l quddiem l-aġenda ta’ dan ilvutawlu. Għalhekk importanti li Gvern u jaħdem spalla ma’ spalla miegħu. l-partit jibqa’ organizzat. M’hemmx dubju li element qawwi fil-ħidma tal-Partit Laburista huwa l-volontarjat. Kif tiddeskrivi l-volontarjat fil-Partit Laburista bħalissa? Il-volontarjat fil-Partit Laburista nista’ niddeskrivih b’kelma waħda: enerġija. L-enerġija fil-Partit Laburista qed tiżdied għaliex bħala partit irridu naraw li nlaħħqu mal-enerġija li għandu l-Gvern. Minn qiegħ qalbi nixtieq nirringrazzja lil mijiet ta’ volontiera li ta’

Se ssir għall-ewwel darba l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali madwar il-pajjiż kollu. Kemm hi ta’ sfida din? Se tkun ta’ sfida għaliex se nkunu qed niffukaw l-enerġija tagħna mal-pajjiż kollu u mhux fuq il-ftit lokalitajiet li s-soltu jkun hemm elezzjonijiet fihom. Għalhekk jeħtieġ li nikkordinaw ir-riżorsi tagħna sabiex il-partit ikollu preżenza b’saħħita f ’kull lokalità madwar Malta u Għawdex.

Il-Partit Laburista diġà beda japprova kandidati għallKunsilli Lokali? Iva, kellna interess qawwi minn persuni ġejjin minn diversi oqsma tas-soċjetà. Madankollu, ilproċess ta’ approvazzjoni se jibqa’ għaddej f ’dawn il-ġimgħat. X’għandu jħeġġeġ lil xi ħadd li qed jaqra biex jitħajjar jikkontesta dawn l-elezzjonijiet? Nemmen li kull min irid jagħti xi kontribut lejn il-komunità u l-lokal tiegħu għandu jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Ħafna drabi ninsew li l-Kunsilli Lokali huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għaċ-ċittadini. Għalhekk jeħtieġ li jkollna grupp ta’ kandidati li mhux biss jaħdmu u jwasslu l-messaġġ tal-partit fis-soċjetà tagħna iżda wkoll jgħinuna nkunu eqreb lejn in-nies. M’hemmx dubju li mument sinifikanti jibqa’ meta ħarġet il-verità fuq Egrant. X’taħseb li mmarka dak il-mument? Bla dubju, il-kwistjoni Egrant għadha friska f ’moħħ il-poplu hemm barra. Il-każ Egrant espona mingħajr barrieri kif f ’pajjiżna hawn min hu mejjet għall-poter u lest li jagħmel kollox biex jakkwista dan il-poter. Egrant wera li hawn min lest li jsallab familja intortament meta kien jaf li dawn kienu biss rikba fuq gideb sempliċiment għal ħdura u qrusa politika. Egrant uriet ukoll li hawn min lest ifixkel l-istabilità ta’ pajjiż sħiħ u jpoġġi fil-periklu l-impjiegi ta’ eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin, billi jmur lil hinn minn xtutna fuq stazzjonijiet u ġurnali barranin iwassal il-messaġġ kontra pajjiżna. Il-problema

f ’kalunnja bħal Egrant hija li ma tista’ ssir qatt ġustizzja b’mod sew mal-familja tal-Prim Ministru. Sfortunatement, fil-Partit Nazzjonalista ma nbidel xejn. Iżda l-poplu llum meta jħares lura, kapaċi jagħmel ġudizzju fuq min mexa tajjeb fuq din il-kwistjoni.

Illum min irid jibqa’ jirkeb fuq l-allegazzjonijiet qabel ma jara l-provi vera juri li għadu ma tgħallimx u li ma jridx jitgħallem u dan hu propju dak li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Illum l-Oppożizzjoni trid tibqa’ tippersisti xorta waħda li titkellem fuq Egrant, u trid tippersisti xorta waħda li tibbaża fuq l-allegazzjonijiet mingħajr provi. IlKap tal-Oppożizzjoni m’għamilx biżżejjed biex il-Partit Nazzjonalista jindem minn dan kollu għaliex l-istess nies li wasslu biex ħarġu b’din il-ħadma, għadhom membri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u għadhom iterrqu bla mistħija fil-bini tal-Parlament. Lil hinn minn hekk, Adrian Delia m’għandu l-ebda saħħa u l-ebda awtorità morali jitkellem fuq inkjesti. Illum, maratona ġbir ta’ fondi. Kemm hu importanti l-kontribut li jagħtu n-nies?

L-isfida tagħna hi li nkomplu ngħollu l-livell biex nibqgħu l-ikbar forza politika f ’Malta. Iżda biex issostni l-kampanji u l-messaġġi b’daqstant kwalità Żgur li dan affettwa trid tinvesti u għalhekk induru l-kredibbiltà tal-Oppożizzjoni. fuq is-sostenituri tal-Partit. L-apTaħseb li l-Kap tal-PN għamel pell huwa wieħed, biex in-nies biżżejjed biex il-PN jindem jgħinuna nżommu u ngħollu l-livminn dan kollu? elli li lħaqna sal-lum.


12

09.12.2018

kullhadd.com

ID-DIREZZJONI TAL-AMBJENT F’PAJJIŻNA Pajjiż bla ambjent hu pajjiż bla ruħ u aħna bdejna nagħtu kas tiegħu sew sa mis-snin 80. Qabel, meta kien hawn il-boom tal-bini, kulħadd bena kif ried u ma tax kas tal-ambjent. Illum xort’ oħra. U biex inkunu nafu aktar fuq dan is-suġġett, tkellimt mal-Ministru għall-Ambjent, José Herrera. Minn Charles B. Spiteri X’għandna nifhmu bil-kelma ambjent u sa fejn twassal? Il-kelma ambjent trid tinterpretaha b’mod ħolistiku, mhux b’mod restrittiv. L-ambjent ifisser ħafna affarijiet. Hemm dak li nafu tradizzjonalment, jiġifieri l-preservazzjoni tal-kapital naturali tagħna - għax hi missjoni ewlenija u prinċipali tal-Ministeru tiegħi li nippreserva u nagħti protezzjoni u emfasi lillġmiel naturali ta’ pajjiżna. Dak hu aspett. Hemm imbagħad l-aspett urban, fis-sens li għandi obbligu wkoll li nara kif intejbu, kemm fl-ibliet kif ukoll fejn hemm il-fabbriki tagħna. Din is-sena l-Gvern ivvota ammont ferm akbar ta’ flus mis-snin ta’ qabel biex nistgħu ninvestu aktar f ’dak li nirriferu għalih bħala urban greening. L-ambjent hu wkoll il-klima, kif wieħed jindirizza l-kwistjoni tal-emissjonijiet fil-pajjiż, li qegħdin jaffettwawha negattivament. L-ambjent insibuh ukoll fl-aspett marittimu. Imbagħad fost affarijiet oħra, aspett importanti ferm hu kif wieħed jindirizza l-kwistjoni tal-iskart. Naf li ma taqbilx mal-ħafna applikazzjonijiet għall-pompi tal-petrol ġodda f ’areas ODZ. Iżda l-Ministeru x’qed jagħmel fuqhom? Jien mhux mal-pumping stations biss ma naqbilx. Jien għandi obbligu morali u legali li nipprova nippreserva kemm jista’ jkun lit-territorju Malti li għadu mhux mibni; jiġifieri dak li nsejħulu ODZ u li hu kapital naturali. Dan irid isir b’mod sostenibbli, għax hemm l-esiġenzi

tal-pajjiż ukoll x’wieħed jikkunsidra, iżda ovvjament, bħala Ministeru, jien preokkupat bl-iżvilupp li jsir fl-ODZ u rrid nippreservah. L-applikazzjonijiet tal-pompi tal-petrol fl-ODZ huma inkwetanti, għax jaħsdu art verġni. U din hi ħaġa li għandha ddejjaqna. Li għamilt bħala miżuri hu li tajt direzzjoni lill-ERA biex iħejju policy ġdida, li ġiet diskussa mal-Awtorità tal-Ippjanar; ġiet diskussa wkoll quddiem il-Kumitat tal-Ambjent fil-Parlament, li qabel mal-fehmiet tagħna u li għaddiet għall-Kunsill Eżekuttiv fejn hemm preżenti wkoll l-ERA. Issa qed isir fine tuning għal dik il-policy biex issir b’mod sostenibbli u naturalment meta mbagħad tiġi ratifikata mill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar, allura mbagħad ikollna policy ġdida. Ngħid sew li l-ERA ħarġet mill-MEPA? F’Malta, kuntrarjament għal dak li hemm f ’pajjiżi oħra fil-Punent, qatt ma kellna awtorità regolatorja għall-ambjent innifsu. Kellna lill-Awtorità tal-Ippjanar, li kellha ċertu poter u responsabbiltajiet f ’dan ir-rigward, iżda rridu niftakru wkoll li sa 20 sena ilu, lanqas kellna lill-Awtorità tal-Ippjanar. U jekk immorru aktar lura fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet, id-deċiżjonijiet ambjentali tal-ippjanar kienu prerogattiva tal-Ministru responsabbli. Imbagħad wasalna biex kellna Awtorità tal-Ippjanar u rrealizzajna li jista’ jkollna prijoritajiet differenti bejn dak li hu ambjentali u l-ambjent fih innifsu, għax

l-ambjent imur ħafna oltre minn sempliċement ippjanar, u għalhekk illum għandna l-Awtorità Regolatorja tal-Ambjent. Meta nitkellmu fuq il-UCA ġieli nsibu dar antika fuq naħa u għalqa fuq l-oħra. Dik id-dar kbira u antika tisfa nemla quddiem sitt sulari ġodda. X’ambjent qed jitħalla f ’bosta rħula, fejn flok ġonna qed ikollna xaftijiet? Sfortunatament Malta għandha l-limitazzjonijiet tagħha bħala qies. Tinsiex li qed nitkellmu fuq territorju ta’ 320 kilometru kwadru, għax żdied ftit minħabba r-reklamazzjoni tal-art fin-naħa tal-Port Ħieles, u għandna popolazzjoni li tisboq in-nofs miljun ruħ. Mela int ovvjament għandek pressjoni qawwija fuq l-iżvilupp, fejn irid ikollok żoni urbani, żoni tal-agrikoltura, kampanja u toroq. Irid ikollok kollox. Issa xi kultant il-prijoritajiet jidħlu f ’xulxin. Fil-passat ma tantx bżajna għascity cores tagħna. Meta fis-sittinijiet l-iżvilupp beda jsir b’mod sfrenat – wara li telqu l-Ingliżi u kellna l-boom tal-bini, kellna żvilupp għaddej gas down u l-prijoritajiet tan-nies fid-dinja kienu differenti milli huma llum. In-nies forsi kienu inqas emanċipati fl-affarijiet ambjentali u storiċi u allura, sfortunatament, irvinajna ftit miscity cores. Li baqa’ rridu nippreservawh. Issa fuq il-ġonna. Fuq dawn jista’ jkollok eċċezzjoni fejn ikollok ordni ta’ konservazzjoni biex ġnien ma jistax jinbena. Għandna mbagħad sidien li ġew huma stess għan-

di u talbuni biex naraw nistgħux nikkonservaw il-ġonna tagħhom. Iżda min-naħa l-oħra min għandu ġnien, sfortunatament m’hemmx policy u ma naħsibx li tista’ ssir policy ta’ malajr, li tista’ timpedixxi lil dak li jkun milli jiżviluppah. Hemm liġijiet li suppost jagħmlu restrizzjonijiet fejn jidħol l-aspett kulturali u patrimonjali. Dawn jesiġu li ma jiġux imwaqqa’ jew żviluppati ċerti binjiet. Min-naħa tal-Ministeru qed nippruvaw insalvaw il-bini antik billi nagħmluh abitabbli, fis-sens li nħallu l-faċċata u ngħollu ftit u nirranġawh minn ġewwa. Għandna wkoll inizjattivi fiskali u finanzjarji li ħareġ il-Gvern f ’dawn l-aħħar baġits, biex iħajjar lil dak li jkun jirranġa l-proprjetà antika tiegħu u jagħmilha kummerċjalment aktar vijabbli. Hemm għotjiet sostanzjali: tiffranka fil-bolol u fit-taxxa; jiġifieri sforz qed nagħmlu. Tgħidli biżżejjed? Le. Iridu jsiru studji biex naraw kif nistgħu nikkonservaw aktar lill-ġonna tagħna. Pereżempju jien noqgħod Ħal Lija. Dan il-lokal kien u għadu rinomat għall-ġonna sbieħ li hemm, speċjalment ġonna taċ-ċitru, iżda anki hemm, hemm uħud minn dawn il-ġonna sbieħ li qed jispiċċaw u jsiru binjiet. Dan hu l-prezz li nħallsu għall-iżvilupp. Nemmen u nistenna li wieħed jagħmel l-affarijiet b’aktar attenzjoni. L-ilma hu sors ambjentali. Kemm qed inħarsu l-bjar meta nħalluhom iċedu posthom għall-garaxxijiet? Il-Kavallieri kienu intelliġenti iktar miċ-ċiviltà ta’ dan is-seklu, għax meta saret il-Belt Valletta kienu jordnaw li kull dar ried ikollha l-bir tagħha. Dak iż-żmien is-sistema tat-tħaddim tal-ilma kienet differenti, għax fi żmienhom ma kinux jużaw l-ilma tal-aquifer; ma kellhomx it-teknoloġija biex ibiddlu l-ilma baħar f ’ilma ħelu; ma kellhomx impjant tar-reverse osmosis. Allura x’kienu jagħmlu? Kellhom sistema bbażata fuq dik Rumana, fejn jagħmlu l-akkwedotti. Jaraw fejn ikun hemm l-ilma u jippro-

vduh għall-ibliet. Kienu jippreservaw iżjed l-ilma tan-nixxigħat, il-widien ma kinux jinbnew u allura kellhom l-ilma ġieri ġej u ħafna bjar u ġibjuni. Iżda dak kien fis-snin 1800, meta bl-Ordni, bil-Kavallieri, bl-iskjavi, bil-Maltin u b’kulħadd, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq għall-inqas 100,000 ruħ. Illum, il-popolazzjoni hi ħames darbiet aktar, barra milli llum għandna turiżmu kbir u allura għandna konsum akbar. Illum in-nies jużaw iktar ilma; l-iġjene hi aktar importanti u għalhekk, it-talba għall-provvista tal-ilma hi ferm aktar qawwija mill-bżonnijiet ta’ dak iż-żmien. Allura m’għadhiex vijabbli li f ’pajjiż daqstant żgħir u niexef, tirristruttura l-bżonnijiet tal-ilma bil-metodi tradizzjonali. Allura għandna preservazzjoni tal-aquifer, li tagħtina bejn 40 u 45 fil-mija tal-provvista; qed indaħħlu l-kunċett ta’ new water għall-biedja u għandna wkoll xi 40 fil-mija oħra li nġibu mill-baħar. Magħhom għandna r-reverse osmosis, li mhix daqshekk għolja bħala finanzjament, waqt li l-inqas persentaġġ li nużaw inġibuh direttament mix-xita. Ma jfissirx li ma rridux nibżgħu għal dan l-ilma tal-bjar tagħna u hemm liġijiet li jipproteġuhom, iżda llum il-pajjiż m’għadux dipendenti mill-metodi tradizzjonali ta’ kif ippreservajnieh, għax għandna lill-pajjiż innifsu jippreserva l-ilma. Jekk l-ilma jmur fl-aquifer u nieħdu minnu kemm għandna nieħdu, allura jkollna bir taħt Malta kollha. Għax illum għandna aċċessibbiltà li dari ma kellhomx. Qamet għagħa kbira kontra l-plastik. Jidhirli li kienet l-UE li esiġiet li jinbidlu l-fliexken tal-ħġieġ. Xi tħoss li għandu jsir issa, u tista’ Malta tieħu direzzjoni bil-maqlub? Li ġara hu li aħna kellna sistema tajba ħafna sa mis-snin 60, fejn dak li jkun jirritorna l-fliexken tal-ħġieġ u jingħata rifużjoni. Li ġara ma kienx li l-Ewropa qalet: “tużawx fliexken tal-ħġieġ,” iżda li ma setax ikun li jitħalla l-użu tal-ħġieġ b’mod eċċessiv minħabba l-fair trading.


13

09.12.2018

kullhadd.com

U peress li l-kontenituri tal-plastik ġew orħos, kulħadd beda juża l-plastik. Ma kinitx ordni tal-UE u d-dinja ma kinitx għadha għarfet il-periklu tas-single use plastic. F’Malta se ndaħħal sistema bil-magni, li tixbah is-sistema li kien hemm qabel, fejn il-plastik, il-landa u l-ħġieġ jiġu rritornati u tingħata rifużjoni fuqhom. Bħalissa bl-estensjonijiet tat-toroq nafu naslu għat-teħid ta’ bosta roundabouts, li d-dehra tagħhom bil-fjuri tnaqqas l-istress tas-sewwieqa staġnati. Kemm hu apprezzat l-ambjent offrut mill-ħaddiema tal-ELC, li bħalissa jarmaw ukoll bil-presepji fihom? Hu apprezzat. Ix-xogħol tal-ELC hu xogħol imprezzabbli. L-iskop ewlieni tagħhom hu li jħaddru t-toroq u r-roundabouts tagħna. Hi kumpanija privata, hi konsorzju li kieku rebaħ tender snin ilu, b’kuntratt mal-Gvern. Għandna wkoll aġenzija tal-Gvern li jisimha MELP, li tissorvelja u tagħtini l-għodda biex nirregola u nidderieġi lill-ELC. Illum l-MELP saret parti minn Ambjent Malta. Wieħed irid ikun paċenzjuż u prudenti, fis-sens li jekk tinqala’ triq għax hemm bżonn titwessa’, ma tistax tħawwel is-siġar f ’dak iż-żmien, għax jista’ jkun li ma jkunx l-istaġun li tħawwel. Jekk titneħħa roundabout, ma jfissirx li xi mkien ieħor ma jistax ikun hemm oħra. U meta naqilgħu xi siġar qed nagħmluhom xi mkien ieħor u qed inżidu. Issa se nagħmlu sistema ta’ urban greening, fejn se jkollna aktar ħitan ħodor, iktar ħdura fl-ibliet u wkoll fl-oqsma industrijali. Ix-xtajtiet pubbliċi. X’ambjent sajfi se jibqagħlu l-Malti biex jgħum bla ma jħallas u għandux ikun obbligat imur il-Mellieħa għal għawma bla ħlas? Hemm ukoll jidħol il-kunċett ta’ sostenibbiltà. Malta hi pajjiż fejn trid iżżewweġ l-aspirazzjonijiet ambjentali ma’ dawk turistiċi. Hawn 260 kilometru ta’ xtajtiet. Hemm ukoll xtajtiet f ’Għawdex u f ’Kemmuna. Jiġifieri peress li aħna gżira għandna xtajtiet sostanzjali. U l-ERA ħadet il-pożizzjoni li fejn jista’ jiġi sfruttat turistikament u kummerċjalment, mingħajr ma jagħmel ħsara lill-ambjent, wieħed jikkonċedi, iżda fejn hemm areas prestini, speċjalment fejn hemm l-irdumijiet, hemm irid jibqa’ flistat naturali tiegħu. Min-naħa l-oħra rridu nħallu wkoll partijiet prestini, iżda rridu naħsbu wkoll għall-iskop kummerċjali. Dan kollu issa jrid jiġi interpretat fl-isfond tal-liġi ġdida fuq id-dominju pubbliku. Issa għaddejna l-liġi li tgħid li x-xtut huma dominju pubbliku, jiġifieri jkunu

aċċessibbli għal kulħadd u allura ma jistax wieħed jaqbad u jieħu l-art. Madanakollu ma jfissirx li jekk ikun hemm in-neċessità ma jitteħidx parti mix-xatt. Idealment ma jintmess xejn mill-ambjent, iżda jekk ma tmiss xejn, il-pajjiż jibqa’ bħal ġnien. Malta hi pajjiż u mhux reġjun. Barra, hemm postijiet fejn ikollhom areas ikbar minn Malta u jkunu reġjuni ambjentali biss. Hawn irid ikollna bilfors, ftit minn kollox. Jien semmejtlek San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra fejn ħafna Maltin għandhom il-postijiet tal-villeġġjatura tagħhom. Fis-Salini fil-medda tal-baħar kollha, għamilna l-Park Nazzjonali biex nipproteġu lill-għasafar u lillħut endemiku, u qiegħed f ’idejn ilBird Life. Mela hemm ma jinbena xejn fiha. Kif iddur is-Salini hemm l-Għadira s-Safra, ta’ Natura 2000. Iżda jien qed nirriferi għallgħawm tan-nies. Pereżempju fil-Qawra, sid ta’ lukanda li kien diġà ħa mix-xatt biex bena pixxina u rama biddeckchairs, issa ħa kważi x-xatt kollu biex kompla jkabbar. Iva, iżda nistiednek iżżur pajjiżi barranin u tara li kullimkien għandek beach concessions. Issa f ’pajjiżi oħra ma jagħtux wisq fil-għajn għax hemm abbundanza ta’ territorju, waqt li f ’Malta, jekk irridu nkabbru t-turiżmu ma jistax ma jkollniex beach concessions, għax hemm min ifittex lukanda mal-baħar. Allura rridu nikkompetu wkoll. Iżda għada pitgħada ma tistax tagħmilha din, għax issa għandna l-liġi tad-dominju pubbliku. Jiġifieri għamilna xi ħaġa biex nipproteġu dan kollu. Xi tgħidli għall-problema tal-iskart organiku? Dan hu indispensabbli li jsir. Niġbru madwar 75,000 tunnellata ta’ skart organiku kull sena. Jekk nirriċiklawh, l-iskart fil-borża s-sewda li jmur fil-landfill dejjem jonqos u mill-organiku nistgħu nagħmlu soil enhancer u qed nużawh biex nirriabilitaw il-miżbliet tagħna. Minnu nipproduċu wkoll il-gass. Jiġifieri flok nitfgħuh mal-iskart l-ieħor, nużawh għal skopijiet oħra. Hemm xi mod kif ngħallmu lill-Maltin jużaw l-iskart organiku għall-ġonna u l-għelieqi tagħhom? Ninsabu involuti fil-programmi Don’t Waste Waste u Sort it Out u nippruvaw nilħqu kemm nistgħu nies. Tajjeb insemmi li meta nilħqu ċerti volumi ta’ skart domestiku nkunu nistgħu nagħmlu l-fertilizzant.

Iżda jista’ xi ħadd jagħti ħjiel ta’ kif tagħmel kontenitur u taħżen l-iskart organiku int stess? Jekk tidħol fis-sit Don’t Waste Waste juru kif tagħmel il-kompost fiddar. U hemm ukoll applikazzjoni ta’ Don’t Waste Waste. Irridu ngħallmu lin-nies u għalhekk, avolja għandna l-liġi li tagħti d-dritt li ntellgħu nies li jarmu skart addoċċ quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja, għalissa m’aħna ntellgħu lil ħadd, għax nifhmu li n-nies iridu jitgħallmu. L-ewwel nippruvaw inħarrġu lil kulħadd, inħallu s-sistema tindara u mbagħad jekk jibqa’ minoranza ta’ nies li jridu jibqgħu jaqgħu u jqumu, inħarrkuhom. U l-kontenituri l-ġodda, jista’ jsir xi ħaġa għall-ġbir tagħhom minflok minn Ta’ Qali biss? Il-kuntratt kien jesiġi li jkun hemm postijiet mnejn jinġabru mill-komunità u l-ġbir se jkun solvut għax se niftiehmu mal-Kunsilli, maċ-Ċentri Ċiviċi u għaqdiet oħra li jkunu jistgħu jitqassmu dawn ilbins mingħandhom. Wara kollox m’hemmx data sakemm bilfors kull dar irid ikollha dawn il-bins.


14

09.12.2018

kullhadd.com

L-INFERMIERA L Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-immudellar? Bdejt nimmudella meta kelli biss tliet snin. Kont għadni żgħira iżda minn dejjem kelli dik il-ħajra li nesprimi dan it-talent. Inħobb ħafna l-immudellar u nirsisti ħafna sabiex immur tajjeb. Kif kont tħossok meta bdejt timmudella ta’ tliet snin? Kont inħossni kunfidenti ħafna u dak iż-żmien ma tantx kont nistħi. Fil-verità aktar ma’ kbirt aktar bdejt nistħi għalkemm il-kunfidenza baqgħet fija. Taqbel li t-tfal

jieħdu sehem f ’kompetizzjonijiet tal-immudellar?

fl-immudell

Ħa ngħidlek dan it-talent mhux biss juri s-sbuħija tiegħek iżda wkoll kemm int intelliġenti u taf tuża moħħok. Bis-saħħa tal-immudellar tista’ tinteraġixxi ma’ ħaddieħor u bl-esperjenza iktar tista’ titjieb. Fl-istess ħin tista’ tuża leħnek, u anke t-tonalità meta tiġi biex twieġeb trid tkun adattata.

Naħseb l-isb sok kunfiden wiċċek u għa Jogħġobni w l-mistoqsijiet

Sas-sena li għaddiet int ma kontx timmudella. X’kont qed tagħmel?

Għandek xi personalità?

Sas-sena l-oħra kont għadni studenta l-Università ta’ Malta u kont qed niffoka fuq l-istudji tiegħi. Ma kellix ċans inkompli l-immudellar minħabba d-diversi assignments li kelli u l-eżamijiet li kelli.

Bħala role m alità nagħżel

X’ħajrek terġa’ tibda?

Inħoss li l-in ħafna fid-din

Kif għedtlek aktar qabel, l-immudellar hi xi ħaġa li nħobb nagħmel f ’ħajti. Nixtieq ħafna li niffoka fuq dan it-talent u kieku jkolli x-xogħol tiegħi ma nkomplix niddependi fuq ommi finanzjarjament. Liema kien il-kors li għamilt l-Università ta’ Malta? Jien gradwajt bħala infermiera. Huwa xogħol li jitlob ħafna dedikazzjoni u paċenzja. M’hemmx dubju li jrid ikollok il-vokazzjoni għalih. Kif jirnexxilek tlaħħaq bejn ix-xogħol u l-immudellar? Trid tkun organizzata u tqassam ħinek sew. Jekk imbagħad ikollok l-għajnuna mingħand il-familja u l-kollegi tasal żgur. Kif inhi l-ġurnata tipika tiegħek? Filgħodu nqum u mmur ix-xogħol. Wara mmur sal-gym fejn nieħu ħsieb mhux biss id-dehra tiegħi iżda wkoll li nkun fiżikament tajba. Meta jkolli l-ħin liberu tiegħi, inqum, niċċekkja l-affarijiet u l-impenji li għandi nagħmel fuq it-teżi u jekk insib ċans noqgħod ftit nirrilassa. Ġieli wkoll immur il-gym għax inqisu wieħed mill-postijiet favoriti tiegħi fejn l-instructor tiegħi Antonella Bianco tieħu ħsiebi u tagħtini ċertu taħriġ sabiex dejjem ikolli forma fiżika aħjar. Kemm taħseb li jgħinek l-isport bħala persuna? Jgħin ħafna mhux biss fiżikament iżda anke mentalment għax int tħossok tiżvoga wara ġurnata xogħol jew studju. Hemm bżonn li nħeġġu aktar nies jipprattikaw l-isport minħabba l-ġid li kapaċi jagħmel. Importanti li bniedem jiċċaqlaq ħalli jħossu fiżikament aħjar. X’inhi l-isbaħ ħaġa li tara

X’inhi dik il

Min kienu l tal-immude

Kienu l-fami kelli biss tliet kollu neċessa

Xi tħoss me jorbot f ’daw

Ifhem qabel m sew. Wara li kunfidenti u s’hemm ħdim jien tajt l-aqw

Taħseb li fid s-sbuħija u

Le ma naħsi intelliġenti u taf dak l-għa bl-aħjar mod

Taħseb li pe sehem fl-im

Jien nemmen min hu sabiħ in the eye of kulħadd jista jonijiet hemm wieħed xorta lilek innifsek

Għandek xi

Importanti li Li tagħti min valur import

X’inhi l-isba

L-isbaħ parti Vjaġġ li jibd titjieb. It-triq affaxxinanti. fosthom foto persuna iżda

Kien hemm tibqa’ tiftak

Dejjem g ess ħin il-par


LI SARET MISS MALTA

lar?

baħ ħaġa hi li tkun ferħana fuq il-palk u tħosnti. In-nies jindunaw kif tħossok mill-bixra ta’ alhekk trid tipproġetta lilek innifsek bl-aħjar mod. wkoll il-mument meta l-ġudikanti jibdew jistaqsuna t.

i role model jew tħossok ispirata minn xi ?

model kienet togħġobni Lady Diana. Bħala personlil Susan Borg.

l-qawwa li l-aktar tiddistingwik minn oħrajn?

X’ħassejt meta rbaħt Miss Malta? Biex ngħidlek il-verità lanqas kont naf x’kien qed jiġri għax ħassejtni maħsuda, sorpriża iżda fl-istess ħin ferħana. Dawn l-emozzjonijiet kollha mħallta ġegħluni nkun pożittiva u kburija b’dak li rnexxieli nagħmel. Għalkemm xi kultant għadni s’issa ma nistax nirrealizza li jien kont inkurunata bħala Miss Malta, għalija huwa unur kbir li se nirrappreżenta lil art twelidi f ’Miss World u se nagħmel dan bl-aħjar mod possibbli. Il-kompetizzjoni se ssir fil-Filippini u se nagħti dak kollu li naf sabiex immur tajjeb. Kif taħseb li se tinbidillek ħajtek wara din ir-rebħa?

l-persuni li ħeġġewk tieħu l-karriera ellar?

Għalkemm baqagħli kważi sena oħra biex nipparteċipa, minħabba li l-kompetizzjoni se ssir f ’Ottubru, se jkolli ħafna attivitajiet li rrid nieħu sehem fihom bħal sessjonijiet ta’ ritratti u mitt elf ħaġa oħra. Se jkolli ħajti okkupata, dik żgur. Madanakollu ninsab lesta u se nħares ’il quddiem sabiex din l-esperjenza tkun waħda pożittiva.

ilja tiegħi li ħeġġewni nibda din l-avventura meta t snin. Imbagħad ħbieb u kollegi tawni s-sapport arju sabiex ntejjeb il-kapaċitajiet tiegħi.

Nitkellmu ftit dwar ix-xogħol li tagħmel. Int taħdem bħala infermiera. X’inhi din il-vokazzjoni li tħoss meta tiġi biex tgħin lill-oħrajn?

eta titla’ fuq il-palk, meta tqis li kollox iħoll u wk il-ftit mumenti?

Fil-verita’ huwa sabiħ li tagħti servizz lil ħaddieħor. Kull ġurnata li naħdem u l-esperjenza li qed nikseb qed jgħinuni sabiex nikber bħala persuna. Niġi influwenzata wkoll mill-kollegi tiegħi b’mod pożittiv għax ngħinu lil xulxin. Hija xi ħaġa sabiħa li int tagħti qalbek għall-ġid ta’ ħaddieħor.

ntelliġenza hija xi ħaġa importanti li tinfluwenzani nja tal-immudellar.

ma nitla’ fuq il-palk ngħid talba sabiex kollox imur nkun ippreparajt sew għal din il-wirja nħossni ferħana hemm fuq. Nibda ngħid li biex wasalt mt u għamilt ħafna sagrifiċċji. Imbagħad ngħid li wa tiegħi u nħalli f ’idejn il-ġurija biex tiddeċiedi.

d-dinja tal-immudellar jgħoddu ħafna l-figura perfetta?

ibx li l-figura u s-sbuħija biss jgħoddu. Trid tkun fl-istess ħin kapaċi titkellem. Tajjeb ukoll li tkun arfien ġenerali filwaqt li żżomm l-etikett tiegħek d possibbli.

ersuna b’figura xi ftit qawwija tista’ tieħu mmudellar?

n li kulħadd għandu x’joffri. Ħadd ma jista’ jgħid ħ u min hu le. Kif jgħid il-qawl Ingliż Beauty is the beholder. Bħala messaġġ wieħed jista’ jgħid li a’ jkollu opportunità. Veru li f ’ċerti kompetizzm xi rekwiżiti li jridu jiġu rispettati. Madankollu a jista’ japplika. Fuq kollox hemm iċ-ċans li ttejjeb k u tħossok aħjar.

i filosofija tal-ħajja?

i tkun ġentili u tagħti aktar milli tista’ lil ħaddieħor. ngħajr ma tistenna li tirċievi lura nħoss li huwa tanti.

aħ parti tal-immudellar?

i hi l-esperjenza kollha li tkun għaddejt minnha. da mill-bidu u jwasslek xi mkien fejn int tkompli q sakemm int tasal biex tikkompeti hija waħda Ikollok iċ-ċans taħdem ma’ persuni differenti ografi u artisti li jgħinuk tikber mhux biss bħala a wkoll bħala mudella.

m xi parir partikolari li tahulek xi ħadd u li kru?

għallmuni biex inżomm saqajja mal-art u fl-istn insegwi l-ħolm li għandi. Jien imxejt ma’ dawn riri u issa ninsab fejn ninsab.

15

09.12.2018

kullhadd.com

Kemm jgħinek is-Sur Vince Taliana? Vince Taliana huwa raġel li jgħin lil dak li jkun bl-aħjar mod possibbli. Huwa persuna li jgħin lill-mudella biex temmen aktar fiha nnifisha u jagħtiha opportunitajiet kbar. Barra li huwa ħabib tiegħi huwa organizzatur tajjeb. U x’inhu s-sehem ta’ Susan Borg f ’ħajtek? Susan tgħini ħafna għax tieħu ħsieb in-nutrizzjoni tiegħi. Hija persuna li timmotivani ħafna u tinkoraġġini biex inkun aħjar. Kważi kważi ngħid li saret parti mill-familja tiegħi. Nixtieqek tgħaddili messaġġ ta’ inkoraġġiment lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera flimmudellar jew inkella bħala infermiera. Min jixtieq jidħol infermier, ngħidlu li trid tieħu dan ix-xogħol bħala vokazzjoni. Trid tkun vera dedikata ħa tieħu sodisfazzjon kbir. Min-naħa l-oħra jekk tidħol fis-settur tal-immudellar qatt m’għandek taqta’ qalbek, anzi tirsisti sabiex dejjem titjieb. Kif għedt aktar qabel dwar dak il-parir, follow your dreams, imxi wara l-ħolm tiegħek u jekk ikollok xi diffikultà importanti li tfittex l-għajnuna.

Għalkemm xi kultant għadni s’issa ma nistax nirrealizza li jien kont inkurunata bħala Miss Malta, għalija huwa unur kbir li se nirrappreżenta lil art twelidi f’Miss World u se nagħmel dan bl-aħjar mod possibbli. Ilkompetizzjoni se ssir fil-Filippini u se nagħti dak kollu li naf sabiex immur tajjeb


16

09.12.2018

kullhadd.com

VIŻJONI ĦOLISTIKA Ian Borg Ministru

Il-ħidma fit-toroq imissu magħha ta’ kuljum in-nies, kemm jekk ikunu residenti fl-istess triq, kemm jekk ikollhom il-post tax-xogħol fil-viċinanzi, kif ukoll jekk jużawha biex jaslu minn post għall-ieħor. U għalhekk hija ħidma li qed nimplimentaw b’mod kontinwu, lejl u nhar u sodisfatti li x-xogħol miexi ġmielu. Iżda tajjeb li niftakru li l-viżjoni tal-Gvern f ’dan is-settur hija waħda ħolistika, u li għalkemm ninsabu impenjati bis-sħiħ inwettqu proġetti multi-miljunarji fl-infrastruttura tat-toroq, bħall-Marsa Junction Project, u nippreparaw għal oħrajn bħas-Central Link Project, kif ukoll biex nimplimentaw il-wegħda bla preċedent ta’ €700 miljun fuq it-toroq kollha tal-pajjiż, il-Ministeru għat-Tra-

sport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu fi ħdanu għaddejjin b’ħidma li tikkumplimenta u anke tmur lil hinn minn dan l-impenn. Il-mina bejn Malta u Għawdex hija impenn ieħor importanti. Dan l-investiment huwa wieħed li se jibdel il-ħajja tal-Għawdxin, billi jiffaċilita l-mod ta’ kif huma se jkunu jistgħu jivvjaġġaw bejn iżżewġ gżejjer. Proġett li huwa wkoll sinonimu ma’ opportunitajiet ġodda ta’ xogħol u tkabbir ekonomiku f ’Għawdex, fosthom f ’setturi tasservizzi u tat-turiżmu. It-trasport huwa wkoll impenn ieħor tagħna li jagħmel parti minn din il-viżjoni. Qegħdin noperaw u nħaddmu diversi skemi u inċentivi favur bidla neċessarja fil-kultura tat-trasport tal-pajjiż. Inċentivajna t-trasport pubbliku b’xejn għaż-żgħażagħ kollha minn 16 sa 20 sena, u issa estendejnieh ukoll għal żgħażagħ li għandhom 14 u 15-il sena u studenti full-time ta’ kwalunkwe età. Qegħdin nagħtu appoġġ sħiħ lill-għażliet varji ta’ sharing li llum għandna disponibbli f ’pajjiżna – kunċetti bħal car sharing, bike sharing u scooter sharing. Inċentivajna u se nkomplu ninċentivaw tibdil fl-għażliet tal-vetturi privati; skemi li mhux biss iħajru lil dak li jkun biex jib-

del il-karozza tiegħu li tniġġes iżda jinċentivawh biex jixtri karozza aktar nadifa, karozza elettrika jew saħansitra mutur żgħir jew pedelec. U dan is-settur ma jiqafx biss mal-art. Pajjiżna huwa gżira; gżira b’pożizzjoni strateġika, portijiet naturali u tradizzjoni marittima antika li tmur lura bosta snin. Għalhekk ma jistax jonqos li ninvestu, nħaddmu u nippromwovu lis-settur marittimu tagħna. Il-bandiera Maltija hija waħda mill-assi li ġġib ħafna kburija lil pajjiżna – bandiera li għandha rreġistrati taħtha aktar minn 8,000 bastiment merkantili b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 77 miljun u kważi 800 superyacht; bandiera li tfisser li r-reġistru Malti huwa l-ewwel fl-Ewropa u s-sitt wieħed fid-dinja. Il-Gvern jagħraf dan is-suċċess, u ninsabu impenjati li nkomplu ninvestu fih għax fuq kollox din l-industrija mhux biss tiġġenera ammont sostanzjali f ’munita barranija imma tiġġenera wkoll diversi impjiegi ta’ valur miżjud għal eluf ta’ persuni. U għalhekk il-viżjoni tal-Ministeru tinkludi aktar investiment fil-marinas kif ukoll pjan għall-port il-kbir li jġib miegħu tant suċċess ekonomiku. Kif qegħdin nitkellmu fuq ilbaħar, inħoss li għandi nieħu spunt biex inħarsu ftit lejn l-op-

portunitajiet ta’ trasport li dan joffrilna. Is-suċċess tat-trasport permezz tal-ferries huwa ċar – minn 66,000 passiġġier fl-2012 tlajna għal 1.3 miljun passiġġier fl-2017. Il-viżjoni tagħna għal dan is-servizz huwa li ntejbu l-landing sites eżistenti filwaqt li naraw kif nestendu dan is-servizz għal aktar lokalitajiet madwar il-gżira. Industrija importanti oħra għal pajjiżna hija l-avjazzjoni u pajjiżna għaddej ukoll minn żmien ta’ tkabbir f ’din l-industija, kemm fejn jidħol reġistru kif ukoll fejn jidħlu s-servizzi. Illum qbiżna t-300 ajruplan irreġistrat f ’Malta u qegħdin inħarsu biex nespandu s-suq għax il-futur ta’ dan is-settur jidher li huwa wieħed sabiħ mimli b’aktar potenzjal. Qegħdin inwettqu wkoll xogħol importanti li jvarja minn tisbiħ ta’ pjazez, faċilitajiet bħal bankijiet pubbliċi, sa anke sistemi għall-ġbir tal-ilma tax-xita f ’diversi lokalitajiet tal-pajjiż. Dawn il-proġetti jissarrfu f ’ħafna benefiċċji għall-komunitajiet ta’ pajjiżna. Din hija ħidma li qed titwettaq mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan il-Ministeru stess u li wkoll ta’ kuljum għaddejjin fuq proġetti varji, ta’ kull daqs imma li qed jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Din l-istess ħidma qiegħda

tiġi kkumplimentata permezz ta’ inizjattivi pożittivi mill-Awtorità tal-Ippjanar – inizjattivi bħad-“Development Planning Fund” u “Sebbaħ il-Lokal”, li jagħtu opportunità lill-Kunsilli Lokali biex jużaw fondi favur proġetti għall-benefiċċju tal-komunità, u inizjattivi privati tal-istess Awtorità bħal “Irrestawra Darek” li jinċentivaw lill-poplu biex ikollu rwol huwa wkoll fil-konservazzjoni tal-komunitajiet tagħna. Ħidma sfiqa u ħidma determinata – dan huwa l-pedament li aħna fuqu ta’ kuljum nibnu l-ġurnata ta’ ħidma tagħna. U hekk kif daqt se nkunu qed nagħlqu din is-sena b’suċċessi importanti, qegħdin naħsbu u nippjanaw suċċessi ikbar. Għax fl-aħħar mill-aħħar l-għan finali huwa dejjem kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi – kwalità tal-ħajja li tista’ biss titjieb bi tkabbir ekonomiku permezz ta’ tkabbir f ’industriji differenti fosthom il-marittimu u l-avjazzjoni, li tista’ biss titjieb minn investiment fl-infrastruttura u għażliet aħjar u aktar sostenibbli għat-trasport, u li ta’ kuljum tmiss ma’ u tiġi affettwata mill-kwalità estetika u ambjentali tal-komunità. Jien impenjat li nibqgħu għaddejjin bir-ritmu li qbadna biex din il-viżjoni li għandna għal Malta tasal fis-seħħ. Inkomplu naħdmu.

BREXIT: MALTA U L-INGILTERRA

Marlene Mizzi Membru Parlamentari Ewropew

Nhar it-Tlieta li ġej, 11 ta’ Diċembru 2018, hija ġurnata kruċjali għar-Renju Unit. F’dik il-ġurnata l-Parlament Ingliż se jkun qiegħed jivvota dwar jaċċettax jew le l-ftehim li għalih waslet il-Prim Ministru Ingliża Theresa May mal-Kummissjoni Ewropea u li taħtu r-Renju Unit ma jibqax jifforma parti mill-Unjoni Ewropea sa mid-29 ta’ Marzu 2019. Mhux wisq ’il bogħod. Kulħadd jaf li l-maġġoranza tal-poplu tar-Renju Unit kienet ivvotat f ’referendum favur li

r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. X’kienet tfisser din id-deċiżjoni jafha kulħadd. Ix-xenarju politiku, b’mod partikolari fl-Ingilterra, u aktar u aktar fi ħdan il-Partit Konservattiv Ingliż, kien kontinwament maħkum minn maltemp qawwi. Id-deċiżjoni msemmija kienet fissret tista’ tgħid tmiem il-karriera politika talPrim Ministru Konservattiv Ingliż David Cameron, bil-piż tat-twettiq ta’ din id-deċiżjoni jaqa’ finalment fuq spallejn Theresa May, li għandu jingħad li hi personali ma kinetx taqbel li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-Unjoni Ewropea. U allura għandu jkun ammirat il-kuraġġ u l-lealtà tagħha lejn id-deċiżjoni tal-maġġoranza bla ma tinjora d-deċiżjoni tal-minoranza. Kulħadd jaf ukoll bis-sitwazzjoni prekarja li jinsab fiha l-Partit Konservattiv Ingliż b’riżultat ta’ dan kollu. U aħna, bħala Malta, x’se jkun l-effett fuqna? Kif se nintlaqtu? Hawnhekk għandna nżommu quddiem għajnejna l-medda twila ta’ snin ta’ relazzjonijiet bejn iż-

żewġ pajjiżi. Ir-relazzjonijiet nistgħu ngħidu li bdew fl-1800 meta l-Ingliżi kienu strumentali biex jitkeċċew il-Franċiżi minn Malta wara ħakma qasira ta’ sentejn. Fl1813 Malta saret kolonja tal-Ingliżi uffiċjalment bit-tajjeb u l-ħażin kollu ta’ dan. F’Settembru 1964 Malta ngħatat l-Indipendenza, fl1974 sirna Repubblika u fl-1979 ksibna l-ħelsien aħħari mill-Ingliżi meta fil-31 ta’ Marzu ta’ dik is-sena salpa darba għal dejjem minn Malta l-aħħar suldat barrani u ngħalqet il-bażi militari tal-Ingliżi f ’pajjiżna. Medda ta’ snin li mhux dejjem kienet ward u żahar. Kien hemm ix-xewk ukoll, imma mqabbel ma’ pajjiżi oħrajn li bħalna wkoll kienu kolonji ta’ xi imperu, l-episodji koroh sakemm ingħatajna l-Indipendenza u li matulhom xtered ukoll id-demm, ma kinux numerużi. L-influwenza Ingliża għadha evidenti fostna. Il-mod kif jaħdem il-Parlament, il-qasam mediku, it-tfassil tal-liġijiet, huma biss ftit eżempji, flimkien mal-fatt li l-Ingliż huwa t-tieni lsien uffiċjali tagħna.

Medda ta’ snin li matulhom rajna jiżviluppaw relazzjonijiet sani ħafna bejn iż-żewġ popli fejn jirrigwardaw servizzi ta’ saħħa, edukazzjoni u anke emigrazzjoni ta’ Maltin lejn l-Ingilterra. Fil-25 ta’ Novembru li għadda r-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea ftehmu dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea bil-Prim Ministru tagħna Joseph Muscat jiddikjara li “Malta tilfet alleat li matul iż-żmien dejjem sibna fuq l-istess paġna fuq materji relatati ma’ finanzi u affarijiet ekonomiċi. Madankollu Malta mhi se titlef xejn mir-relazzjonijiet tagħha mar-Renju Unit u li b’dan il-ftehim mhu se nitilfu xejn mid-drittijiet dwar il-pazjenti, l-istudenti u ċ-ċittadini li huma protetti b’dan il-ftehim u ftehimiet oħra.” Huma dikjarazzjonijiet li jserrħu moħħ il-poplu Malti u Għawdxi, imma ma jfissirx li mit-30 ta’ Marzu 2019 ’il quddiem kollox se jkun kif jgħidu l-Ingliżi “plain sailing”. Il-Prim Ministru għamilha ċara daqs il-kristall li t-tluq tar-Renju

Unit mill-Unjoni Ewropea se jkun qed joffri sfida mhux faċli għall-istess Unjoni Ewropea u kien għalhekk li qal li “issa rridu naraw li aħna u pajjiżi oħrajn nilqgħu din l-isfida u niftiehmu fuq kwistjonijiet li jaffettwaw diversi pajjiżi żgħar u medji.” Għall-preċiżjoni għandu jingħad li jekk il-Parlament Ingliż nhar it-Tlieta li ġej japprova l-ftehim li waslet għalih Theresa May, allura fit-30 ta’ Marzu 2019 jiskatta perjodu ta’ sentejn ta’ tranżizzjoni biex tkun innegozjata r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Jekk nhar it-Tlieta li ġej il-Parlament Ingliż ma japprovax allura l-istorja tkun waħda kompletament differenti. Nistennew u naraw kif se tiżvolġi l-istorja. Din se tkun l-aħħar kontribuzzjoni tiegħi fil-gazzetta għal din is-sena li waslet biex tintemm. Għalhekk nieħu din l-opportunità biex nawgura lill-qarrejja, lill-editur, lill-ħaddiema tal-gazzetta u lill-familji tagħhom Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq u hena.


17

09.12.2018

kullhadd.com

X’WIĊĊ TOST! Editorjal

Mingħajr mistħija ta’ xejn, Delia ħareġ jibgħat il-messaġġ li nofs il-faċċata ta’ fuq tat-Times of Malta għandha titwemmen, iżda n-nofs ta’ isfel mhix kredibbli

M’hemmx frażi oħra biex tiddeskrivi l-attitudni ta’ Adrian Delia. Mhux mod ġdid, iżda wiċċ tost. Kif ukoll ipokresija politika li tfakkar fl-agħar żminijiet tal-Partit Nazzjonalista. Bl-attitudni tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni spiċċa qed inaqqar mill-ftit kredibbiltà li għandu. Għax wara ġimgħat jgħid li kull min hu taħt investigazzjoni għandu jirriżenja, issa qed jgħid b’mod ċar li dan il-kejl ma jgħoddx għalih. Li Adrian Delia sar kap b’akkużi gravissimi mdendla fuq rasu kulħadd jafu. Il-kap ta’ qablu saħansitra kien qallu li m’għandux ikun kandidat għallkap wara rapport tal-Eks Ministru Louis Galea. Iżda, kap sar u tul l-aħħar xhur dejjem baqa’ lura milli jiċċara b’mod sew dak li kien hemm fuqu. Issa t-Times of Malta tal-Ħadd li għadda żvelat li hemm investigazzjoni tal-pulizija li tinvolvi lilu. Wara dan, ħarġu jitolbu r-riżenja tiegħu il-partners fil-koalizzjoni tal-Partit Demokratiku u l-gruppi li jaħdmu bl-appoġġ ta’ David Casa u

Simon Busuttil bħall-Common Sense u l-Occupy Justice. Dan wara li r-rapporti qalu li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija dwar każ ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f ’Londra. Rapport f ’The Sunday Times ikkwota sorsi qrib il-Pulizija jikkonfermaw li f ’Marzu rċeviet rapport investigattiv mill-Aġenzija Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU. Ir-rapport tal-FIAU rrakkomanda li tinfetaħ investigazzjoni kriminali dwar il-possibilità ta’ ħasil ta’ flus għal sidien Maltin ta’ żewġ briedel f ’Soho u li allegatament jinvolvu lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Kienet il-blogger Daphne Caruana Galizia li ftit talġimgħat qabel inqatlet, allegat li Delia daħħal aktar minn miljun ewro minn ċirku ta’ prostituzzjoni f ’Londra. Dan permezz ta’ kont bankarju li kellu f ’ismu f ’Jersey u li fih suppost kienu qed jidħlu flus minn kirjiet ta’ proprjetajiet f ’Londra. Huwa allegat li f ’dan il-kont kienu jidħlu 20,000 sterlina kull xahar.

Fl-allegazzjonijiet tagħha, Caruana Galizia qalet li l-ħlasijiet tal-kirjiet fil-kont bankarju ta’ Delia kienu fil-fatt flus li ġejjin mill-prostituzzjoni. Hu mifhum li l-flus ġew trasferiti f ’isem Emmanuel Bajada, persuna assoċjata ma’ Delia. Disa’ snin ilu, Bajada ammetta fil-Qorti Maltija każ ta’ ħasil ta’ flus li ġejjin mill-prostituzzjoni. Jidher li l-flus kienu jiġu ddepożitati fil-kont tal-bank ta’ Delia f ’Jersey minn mart Bajada. Caruana Galizia żiedet tallega li l-flus kienu se jinħaslu f ’kont li ħu Bajada, Eucharist, kellu fil-Marshall Islands. Mingħajr mistħija ta’ xejn, Delia ħareġ jibgħat il-messaġġ li nofs il-faċċata ta’ fuq tat-Times of Malta għandha titwemmen, iżda n-nofs ta’ isfel mhix kredibbli. Żewġ rapporti tal-istess gazzetta u tal-istess ġurnalist irid jagħżel minnhom. Fuq dak li jidher li jista’ jaqbel lilu jsejjaħ għar-riżenji ta’ nies fil-Gvern u fuq dak li jikkundanna lilu jgħid li spin tal-Lejber. Fi ftit kliem jgħid li l-ġurnalist jilgħab f ’idejn il-Partit Laburista.

Jispiċċa jaġixxi b’dan il-mod redikolu għax ta’ qablu daħħluh f ’ħajt. Ġegħluh jirrepeti l-istess kampanja tagħhom u spiċċa vittma. Il-Prim Ministru dejjem kien konsistenti. F’kull każ li kellu quddiemu dejjem tenna li d-deċiżjonijiet jeħodhom fuq rapporti jew investigazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet indipendenti. Hekk għamel f ’iktar minn każ wieħed meta saħansitra neħħa nies mill-Kabinett. Delia għażel kejl differenti. Ma’ kull allegazzjoni fuq xi ħadd mill-Gvern ħareġ jgħajjat għal riżenji immedjati b’mod aggressiv. Issa għax fil-mira hemm hu saħansitra qed jgħid li lanqas qed jgħid li jekk hu jkun investigat jirriżenja. Fil-fatt, nafu li dan il-kejl użah għannies tiegħu Jason Azzopardi u David Casa. L-istorja li kien hemm il-Ħadd li għadda turina b’mod ċar għaliex Adrian Delia ma jista’ jieħu ebda azzjoni fil-konfront tan-nies tiegħu. Jekk Delia jagħmel hekk iduru fuqu u jgħidulu x’se tagħmel int?!


18

09.12.2018

kullhadd.com

Mid-Djarju ta’ Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 29 ta’ Novembru kulħadd jaf li jien l-akbar Nazzjonalist li hawn f ’Malta u M’hawnx għalih il-Kap tagħna f ’Għawdex. Ma mortx għax Adrian Delia! Ili ngħid li jien ħassejtni ftit ma niflaħx u ma qiegħed narah jissaħħaħ ma’ kull ridx nissogra li ma mmurx jum li jgħaddi, u llum kelli kon- nagħmel xi ġimgħa magħluq ferma, meta qal li Konrad Mizzi ġewwa u ma ngawdi xejn mhux jirriżenja biss għandu, mill-attivitajiet li se jittellgħu imma jħallas lura l-flus tal-pop- fil-ġimgħa li ġejja. U se jkollna lu li nefaq. Għax billi jirriżenja xi ngawdu, man! Konkors ta’ biss, aħna ma nieħdu xejn. Anzi kanzunetti, fashion show, żfin li kieku jien minflok Adrian De- tradizzjonali internazzjonali u lia, inwiegħed li nagħmel liġi li żfin ieħor. Żgur li se mmur nhar tkun tgħid li r-riżenji mhumiex il-Ġimgħa meta se jkun hemm biżżejjed, imma kull ministru, ikel Malti u Taljan, għax wara segretarju parlamentari, depu- l-partit glorjuż tagħna, żaqqi tat, u uffiċjali tal-Gvern li jab- tiġi. U lanqas se nimmissja l-atbużaw minn flusna, ikollhom tività ta’ nhar it-Tlieta meta se iħallsu kollox lura. Għalkemm jkollna spettaklu ta’ maġija, formeta qbadtha fuq hekk ma’ si ma tafx kif insibu xi bakketĠorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, dan ta magika li ġġibilna l-għaqda malajr saddli ħalqi għax qalli li fil-partit. l-ewwel Adrian Delia jmissu jgħid lill-eks ministri u segretarji Il-Ħadd, 2 ta’ Diċembru parlamentari Nazzjonalisti biex iħallsu lura l-flus li kienu ħadu Ma setax ikolli ġurnata aħmeta taw lilhom infushom żieda jar mil-lum. Minn filgħodu kmieni erħejtilha lejn il-Gudja ta’ €500 fil-ġimgħa. għat-tifkira tal-qtil ta’ Raymond Il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru Caruana, u tgħidx kemm ħadt gost nara lill-kbir Eddie, lil LawMa jiqafx ir-raġel, man! Vera- rence Gonzi, lil Simon Busutment għandna Kap li jaħdem til, u lil Adrian Delia spalla ma’ bla heda u li jien m’għandi l-eb- spalla għalkemm ikolli ngħid li da dubju li se jwassalna għal Simon Busuttil u Adrian Delia rebħiet konvinċenti fl-elezzjoni- qagħdu ’l bogħod minn xulxjiet tal-Parlament Ewropew u in kemm jista’ jkun. Imbagħad tal-Kunsilli Lokali f ’inqas minn mort il-każin tagħna biex nisma’ sitt xhur oħra. Ilbieraħ filgħax- lill-Kap u għoxejt bid-diskors ija kien fuq TVM ma’ Saviour li għamel. Ġismi qamli xewk Balzan u llum reġa’ ta konferen- xewk meta smajtu jerġa’ jisfida tal-Pulizija za tal-aħbarijiet u reġa’ talab lill-Kummissarju għar-riżenja ta’ Konrad Mizzi biex jekk irid, jiġi u jinvestigah u t-tneħħija ta’ Keith Schem- hemmhekk, fil-każin tal-Gudja. bri. Imma l-ġurnata tiegħu ma Li kieku kont jien, l-istess sfida waqfitx hawn. Inawgura wkoll nagħmilha l-Ħadd li ġej meta se Misraħ il-Milied fid-Dar Ċen- ninġabru bi ħġarna fid-Dar Ċentrali, misraħ li min jaf kemm se trali għall-maratona ġbir ta’ fonjiġbed nies lejn id-Dar Ċentrali di. Ħaġa waħda biss tapnitli xi l-ġimgħa d-dieħla kollha ħer- ftit il-ġurnata, għax biex iwieġeb qana li jagħtu l-kontribuzzjoni lil Godfrey Farrugia tal-Partit tagħhom biex dan il-partit glo- Demokratiku, il-partit tagħna ta rjuż tagħna jkompli jissaħħaħ. l-impressjoni li Simon Busuttil Mhux ta’ b’xejn li s-Segretarju ma kienx għaqli meta għamel Ġenerali Clyde Puli, fil-magħluq koalizzjoni ma’ Marlene. u fil-miftuħ, qiegħed jgħid li l-partit qatt ma kien imħejji It-Tnejn, 3 ta’ Diċembru daqshekk għall-elezzjoni. Keep Nini nini jilagħbuna bit-tbagħbis it up, Clyde! fil-voti u/jew fl-għadd tagħhom! Mhux meta għandna lil Adrian Is-Sibt, 1 ta’ Diċembru Delia bħala kap, u lil Clyde Puli Lanqas ilħaqt qomt dalgħodu li bħala segretarju ġenerali. Jekk ma rħejtilhiex lejn l-istamperija. mingħalihom li se jgħadduna Kelli seba’ mitt sena biex inżur minn għajn il-labra b’sistema Misraħ il-Milied għax ilbieraħ elettronika tal-għadd tal-voti se ma stajtx nattendi għall-ftuħ, jgħarralhom. Anzi t-tbagħbis mhux għax ma kontx mistie- tagħhom, kif qal Clyde Puli nnifden, għax għalkemm ma kontx su, jikkonferma kemm il-partit mistieden, kieku mort ħadd ma glorjuż tagħna għandu r-riżorsi kien se jkeċċini għax hemmhekk kollha jaħdmu biex jissorveljaw

il-proċess elettorali u jaraw li kull riżultat elettorali jirrifletti r-rieda tal-elettorat. U ngħid jien għalfejn is-sistema kienet imbagħbsa? Jien konvint li ppruvaw ibagħbsu għax bħalma ili ngħid jien, jafu li fl-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej se nagħtuhom tkaxkira. Kieku huma ċerti li se jirbħu, kieku ma kienx ikollhom għalfejn ibagħbsu, man, mhux hekk! Sewwa qalilna Clyde Puli li qatt qabel ma konna daqshekk imħejjija. Joqrob qiegħed iż-żmien biex noħorġu bil-car cades ma’ Malta u Għawdex. It-Tlieta, 4 ta’ Diċembru Iġri jasal Mejju u l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ħa neħilsu minn dak Juncker għax dan ħlief jara x’jagħmel biex jaġevola lil Joseph Muscat, ma jagħmilx. Ħarġu jgħidu tal-Unjoni Ewropea li l-Maltin huma l-aktar nies li jonfqu flus fir-restoranti u fil-lukandi. U mhux ċajta, dejjem skont tal-Unjoni Ewropea. Qalu li l-familji jonfqu 20 fil-mija taddħul tagħhom fir-restoranti u fil-lukandi. M’għandix dubju li dawn il-figuri Juncker tahomlhom. Insomma, jista’ jkun li għandhom raġun ukoll, għax fil-verità, kull darba li nidħol ilBelt, jew immur sa Tas-Sliema, ir-restoranti dejjem mimlijin narahom, minkejja li qegħdin ifaqqsu wieħed ħdejn l-ieħor. L-Erbgħa, 5 ta’ Diċembru Kemm sirt nieħu pjaċir nisma’ d-diskorsi ta’ Adrian Delia, Kap tal-partit glorjuż tagħna! Aktar ma nisimgħu jitkellem, aktar nikkonvinċi ruħi li għamilna għażla tajba u nkompli nikkonvinċi ruħi li l-isbaħ żmien għall-partit tagħna għadu ġej. U l-bidu ta’ dan l-isbaħ żmien se tkun ir-rebħa kbira li se nagħmlu s-sena d-dieħla fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Anke Joseph Muscat u sħabu jafu li aħna resqin lejn l-isbaħ żmien, tant li qegħdin jagħmlu minn kollox biex isikktu lil Adrian Delia. Imma lbieraħ għamilha ċara li kull tentattiv li jsir min-naħa tal-Gvern biex isikktu, aktar se jkompli jissaħħaħ biex ikompli l-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni. Mhux biss. Se jkompli jsaħħu biex ikompli jsaħħaħ il-partit tagħna. U lilna, minbarra dawk id-deputati li moħħhom biss biex jippruvaw jagħtuh il-gambetti, se jsibna warajh kull ħin u kull mument.

ISMA’ LILI WKOLL Josianne Cutajar Kandidata għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Ta’ kull sena, in-Nazzjonijiet Uniti jniedu kampanja ta’ 16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, liema vjolenza sseħħ l-aktar fuq in-nisa u l-bniet. It-tema ta’ din is-sena hi Hear Me Too - Isma’ Lili Wkoll. Dan il-messaġġ li kull vittma għandha tiġi mismugħa laqatni immens u kien għalhekk li jiena wkoll ingħaqadt b’kampanja fuq il-midja soċjali tiegħi għal dan il-għan. Kif jaf kull min jaħdem fil-qasam tal-vjolenza domestika, kull każ, u kull vittma huma uniċi. Hemm eluf ta’ vittmi li sfortunatament jibqgħu inviżibbli f ’għajnejn is-soċjetà, minkejja l-uġigħ u t-tbatija li jkunu għaddejjin minnhom. In-nuqqas ta’ attenzjoni għall-bżonnijiet ta’ dawn il-vittmi hija, fiha nnifisha, forma ta’ vjolenza oħra li aħna lkoll bħala soċjetà aħna ħatja tagħha, u li rridu nikkumbattu konxjament. Hekk kif il-popolazzjoni tagħna qiegħda tixjieħ, pereżempju, qed naraw żieda fl-abbuż ta’ persuni anzjani. Dan l-abbuż spiss isir min dawk l-eqreb tal-anzjan, bħall-ulied jew issieħeb, li magħhom il-persuna anzjana jkollha relazzjoni ta’ fiduċja, u spiss ta’ dipendenza. Din it-tip ta’ vjolenza domestika tkisser lill-anzjan, li diġà, minħabba l-età, jkun f ’pożizzjoni iktar vulnerabbli. Hi iktar diffiċli wkoll li din il-vjolenza tiġi identifikata, minħabba l-fatt li spiss tkun fil-forma ta’ theddid, insulti, manipulazzjoni, jew iżolament mill-bqija tal-familja jew ħbieb. Bħal kull forma oħra ta’ vjolenza, l-iskop hu li min qiegħed iwettaq dik il-vjolenza jżomm kontroll assolut fuq il-vittma. Hemm ċertu sinjali li jistgħu jindikaw il-vjolenza li aħna wkoll nistgħu noqogħdu attenti għalihom. Dawn jinkludu anzjani b’korrimenti, tbenġil, u marki oħra li ma jaqblux mar-

raġuni li jagħtu għalihom; anzjan li jkun imgerrex ma’ ċerti nies, jew jidher iżolat b’mod li mhux normali; anzjan li huwa emozzjonalment dipendenti fuq individwu; jew li f ’daqqa waħda jinsab f ’qagħda ekonomika ħażina, minkejja li kellu r-riżorsi għall-għajxien tiegħu. Hu importanti li f ’każijiet bħal dawn, inkunu sensittivi billi nifhmu d-diffikultajiet tal-vittma u nirrispettaw l-għażliet tagħha. Fl-istess ħin, huwa d-dmir tagħna li nuruha li l-għajnuna teżisti u hija disponibbli għaliha wkoll. Sinjal ċar li l-vjolenza domestika ma tiddiskriminax hu l-fatt li daqskemm isofru persuni anzjani, daqstant ieħor ibatu t-tfal li jkunu xiehda ta’ vjolenza fiddar. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-fatt tirrikonoxxi li t-tfal jistgħu jkunu vittmi diretti tal-vjolenza domestika jekk jarawha sseħħ quddiem għajnejhom. F’Mejju li għadda, Malta implimentat bissħiħ din il-Konvenzjoni fil-liġi Maltija, u b’hekk il-Gvern wessa’ konsiderevolment il-protezzjoni għal dawn it-tfal ukoll. Riċerka fil-qasam turina li l-vjolenza domestika tittrawmatizza lill-ulied, ikollhom kemm ikollhom età. It-tfal għandhom il-kapaċità li jibqgħu jiftakru affarijiet sinifikanti għalihom, u dawn jinkludu, sfortunatament, avvenimenti negattivi li jkunu ħasduhom jew weġġgħuhom. Diffiċli immens li wieħed ikejjel il-ħsara psikoloġika u fiżika li ssir fuq it-tfal b’din il-vjolenza, hekk kif tibqa’ taffettwahom matul ħajjithom, kemm akkademikament, kif ukoll soċjalment. Hemm tfal li meta jikbru, isiru huma stess aggressuri, u hekk jitkompla ċ-ċiklu vizzjuż tal-vjolenza. Il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika mhix se tintrebaħ fil-futur qrib, perà flimkien bħala soċjetà magħquda nistgħu nagħmlu passi ta’ ġgant biex negħlbuha. Ejja nagħtu s-sostenn tagħna lill-professjonisti li jaħdmu mingħajr waqfien f ’dan il-qasam, ejja nżommu għajnejna miftuħin għal kull sinjal li jista’ jindikalna li ħabib jew qarib qiegħed isofri minn xi forma ta’ abbuż, u ejja lkoll nikkundannaw kull forma ta’ abbuż bl-iktar mod pubbliku li nistgħu. Ejja ntajru kull stigma u mistħija li għad fadal massuġġett tal-vjolenza. U iva, ejja nisimgħu, lil kull vittma wkoll!



20

09.12.2018

kullhadd.com

ID-DIŻABILITÀ MA XXEKKLUX MILLI JWETTAQ IL-ĦOLM TIEGĦU THOMAS BORG - għawwiem li twieled b’id iqsar minn

Għalkemm mhux kollox ward u żahar, Thomas dejjem kien oħra iżda din id-diżabilità ma xekklitux milli jwettaq il-ħolm ambizzjuż, kompettitiv u jemmen li xejn ma jista’ jwaqqfu tiegħu. Qed iħabrek bis-sħiħ biex sentejn oħra jirrappreżen- fejn jistqarr li jekk jaqa’ jerġa’ jqum u jkompli kif kien sejjer ta lil Malta fil-Paralimpjadi ta’ Tokyo bħala għawwiem. u anki aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Kollox beda meta kont qed nipprepara għall-eżami tal-livell Ordinarju tal-għawm. Bħala kowċ kelli s-sur Eddie tal-Inspire. Ġie fuqi l-għalliem tal-edukazzjoni fiżika u ħajjarni nibda dan l-isport. Bdejt mal-Inspire iżda mbagħad ingħaqadt mal-klabb ta’ Neptunes u issa ninsab ma’ Exiles. Kellek xi sport ieħor li kont tieħu sehem fih? Iva, kont nieħu sehem fil-ġudo u sal-2015 kont għadni nikkompeti. Kont anke nilgħab futbol man-nursery tal-Melita. Iżda flaħħar mill-aħħar kelli nagħżel u kien għalhekk li komplejt blgħawm. Issib differenza bejn il-ġudo u l-għawm? Iva, huma żewġ dixxiplini kompletament differenti minn xulxin. Ma tistax tikkumparahom. L-għawm huwa sabiħ għax tikkompeti miegħek innifsek u fl-istess ħin tipprova ttejjeb il-ħinijiet tiegħek. Il-ġudo wkoll għandek ċerta individwalità iżda hemm ħafna aktar teknika involuta. Kont ma’ Neptunes u issa ma’ Exiles. Kemm għenuk dawn

iż-żewġ klabbs?

na aħjar wara sessjoni ta’ sport. lbi u mort għal darb’oħra u wreTitgħallem tkun dixxiplinat u jthom li kapaċi nagħmilha. FilM’hemmx dubju li dawn iż-żewġ tħoss sens kbir ta’ sodisfazzjon. fatt irnexxieli. klabbs għenuni ħafna biex nikber bħala għawwiem. Minn dawn iż- Għandek xi rabja minħabba Taħseb li l-poplu Malti għadu żewġ timijiet għamilt ħafna ħbieb d-diżabilità tiegħek? ftit lura bħala mentalità u wara t-taħriġ u l-logħob ikollok lejn kif iħares lejn persuni ma’ min tgħid kelma. Le, ma nħoss l-ebda rabja. Anzi b’diżabilità? jien inkompli nitħarreġ dejjem Din il-kundizzjoni li għandek aktar sabiex inkun aħjar minn Iva, naħseb li għadna ftit lura. twelidt biha? Kif qatt ma ħaddieħor. Iktar ma nikkompeti Nara li għad m’hemmx mentalità taqta’ qalbek? mal-oħrajn, aktar irrid nitjieb. miftuħa. Bħal qishom iħarsu lejna u ma jagħtuniex l-importanza li Sibt ħafna l-għajnuna tal-ġenitu- Ġieli kellek riżultati aħjar ħaqqna. Fl-istess ħin hemm ħafna ri tiegħi. Dawn kienu ta’ sapport minn ta’ ħaddieħor? nies li ma jemmnux fina. Jaħsbu li kbir għalija. Qatt ma ċaħħduni għandna abbiltajiet inqas minnminn xejn u jwassluni fejn ikun Iva, ikolli u dan kollu grazzi hom u din il-ħaġa tirritani xi ftit. hemm bżonn. Huma stess intro- għad-determinazzjoni li għanduċewni għal sports ġodda. Jien di. Nixtieq dejjem nagħmel sfidi Din tiegħek tqisha bħala dejjem għamilt idoli sportivi u ġodda u dan jgħini sabiex niżvi- diżabilità? dejjem nipprova nimitahom u luppa aktar it-talenti tiegħi. nieħu minnhom. Le qatt ma ħarist lejha bħala Tħoss li għandek żvantaġġ diżabilità. Semmejt li importanti li peress li tgħum b’id waħda? jkollok idoli sportivi. Min Naf li Malta hawn għawwiem huma l-idoli tiegħek? Xi kultant iva iżda qatt ma nħal- ieħor bl-istess kundizzjoni li dan il-fatt jaffettwali ħajti. Qed tiegħek. Taf bih? Jien għandi lil Darko Duric u nagħmel ħafna fiżjoterapija saBertolar Rolgo li t-tnejn li huma biex nibbilanċja l-muskolu ta’ Iva, qed nitkellmu fuq Julian Bagħawwiema mill-aqwa. spallti. Minkejja kollox qatt ma jada li jien ħabib ħafna miegħu. bqajt lura sabiex nipprattika dak Jittrenja ħafna miegħi u ngħinu Kemm jgħinek l-isport filli nħobb. Jien nadatta t-taħriġ lil xulxin. Nitħarrġu flimkien flħajja tiegħek? Kif tlaħħaq skont il-bżonnijiet tiegħi u dak li għawm. mal-istudju u mat-taħriġ? nagħmel huwa tajjeb għax nevita xi injuries bla bżonn. Ġieli kellek kuntatt ma’ L-isport jgħinek ħafna u ma noDarba ridt nieħu sehem f ’ses- Special Olympics Malta? qgħodx mingħajru. Narah bħala sjoni badgerkarting iżda bdew brejk mill-istudju fejn int tiżvoga iħassruli għax qaluli li ma nistax Special Olympics m’għandhomx dik il-frustrazzjoni ta’ sigħat ta’ intellaq minħabba li l-istering x’jaqsmu magħna minħabba li studju. Nassigurak li tħossok ħaf- kien iebes. Iżda jien ma qtajtx qa- jien nieħu sehem fil-logħob Para-

limpiku. Dawk jieħdu sehem f ’logħob ieħor għalihom. Semmejt il-logħob Paralimpiku. Il-mira tiegħek nimmaġina li tieħu sehem fil-logħob ta’ Tokyo tas-sena 2020 hux hekk? Iva, nixtieq ħafna nieħu sehem f ’dawn il-logħob. Nemmen li l-ħolm li għandek jista’ jsir realtà jekk ikun hemm dedikazzjoni u sagrifiċċju. Bħalissa qed nittrenja bis-sħiħ għalihom, qed nagħmel ħafna għawm u anke taħriġ ieħor fil-gym. Bqajt għaddej bil-fiżjoterapija u qed nagħmel ħafna eżerċizzji għall-qalb. Dan kollu jinvolvi ħafna sagrifiċċji iżda determinat li nasal fejn nixtieq. Għandi f ’moħħi li nipparteċipa fil-kompetizzjoni 50 metru freestyle, 100 metru freestyle, 100 metru breaststroke waqt illogħob Paralimpiku ta’ Tokyo. Liema kienu l-avvenimenti internazzjonali li ħadt sehem fihom f ’dawn l-aħħar snin? Diġà kelli l-okkażjoni nieħu sehem fil-logħob Paralimpiku ta’ Berlin f ’Lulju 2017. Dakinhar ħadt sehem fil-50 metru freestyle u breaststroke kif ukoll tal-100 metru fl-istess dixxiplini. X’tip ta’ sagrifiċċji qed tagħmel?


21

09.12.2018

kullhadd.com

Bħala sagrifiċċji ġieli noqgħod lura milli noħroġ filgħaxija sabiex norqod kmieni u nqum b’saħħti. Sigriet ieħor huwa li ma norqodx tard u nieħu l-mistrieħ tiegħi. Nemmen ħafna li jekk iżżomm ruħek dixxiplinat ser tikseb aktar riżultati. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti? Iva, importanti li nagħmel xi ftit tar-ringrazzjamenti lil ċerti persuni għax kieku ma wasaltx fejn wasalt. L-ewwel nett nixtieq in-

rodd ħajr lill-kowċis tiegħi talgħawm. Imbagħad nixteq ngħid grazzi wkoll lil Edward u lil Nigel tas-Cynergy, il-post fejn nittrenja u li huma wkoll l-isponsors tiegħi. Grazzi wkoll tmur lil Alison Matthews li hija l-persuna li toħodli ħsieb in-nutrizzjoni. Dawn kollha għenuni sabiex irawmu fija l-mentalità pożittiva lejn l-isport. Ma rridx ninsa lanqas lin-nies ta’ St Martin’s College li dejjem sibthom ta’ spalla kull meta jkolli xi attività. Fl-aħħar u verament mhux l-inqas nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi li jieħdu ħafna paċenzja bija f ’dan

Dejjem ħassejt li l-aqwa preġju tiegħi mhux l-abbiltà fiżika tiegħi iżda d-determinazzjoni psikoloġika li dejjem irrid nipprova xi ħaġa ġdida

il-vjaġġ tant sabiħ li għaddej minnu. Sew missieri kif ukoll ommi dejjem iwassluni meta jkolli bżonn immur għat-taħriġ. Dejjem ikunu hemm għalija u ma nistax nieqaf nirringrazzjahom. X’inhu l-futur ta’ Thomas Borg? Jien naħseb ħafna fil-pożittiv u għalhekk nemmen li għandu jkolli futur sabiħ. Nixtieq ħafna li nkun fuq il-podju u nirbaħ xi midalja tad-deheb. Barra l-logħob Paralimpiku ta’ Tokyo, nixtieq ħafna nikkompeti fil-logħob mondjali li

mira f ’moħħok toqgħodx taħsibha, aqbad u agħmilha ħalli tasal fejn trid. Sib idolu sportiv u prova imitah fit-tajjeb li jagħmel. Fl-aħħar nett jien nemmen li l-ġisem m’għandux jillimitak għal dak li tixtieq tagħmel. Dejjem ħassejt li l-aqwa preġju tiegħi mhix l-abbiltà fiżika tiegħi Nixtieqek tgħaddi l-aħħar iżda d-determinazzjoni psikoloġimessaġġ tiegħek lill-persuni b’diżabilità u anke lill-ġenituri ka li dejjem irrid nipprova xi ħaġa ġdida. tagħhom sabiex jieħdu Huwa veru li ser tiltaqa’ ma’ xi eżempju minnek. ostakli iżda dan kollu m’għanNemmen li fil-ħajja m’hemm xejn dux iwaqqfek milli tagħmel dak li li ma tistax tagħmel. Jekk għandek tħobb. ser isiru fil-Malasja matul is-sena d-dieħla. Konxju li f ’Malta diffiċli li jkollok karriera fl-isport u għalhekk nixtieq li mmur nistudja barra minn xtutna u niżviluppa l-karriera tiegħi tal-għawm.


22

09.12.2018

kullhadd.com

IL-WIRT STORIKU TAL-MARSA Il-Marsa isimha magħha - kelma mlissna mill-ilsien Għarbi li tfisser port jew daħla kennija fil-baħar. Il-Marsa hija belt fuq ix-xaqliba ta’ Nofsinhar il-Lvant ta’ Malta b’popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 4,000 ruħ imqassmin bejn żewġ parroċċi. Ġeografikament il-Marsa hija l-parti baxxa fin-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir fejn jisporġu għadd ta’ widien min-naħat għoljin ta’ Malta fosthom ir-Rabat, isSiġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. Il-widien prinċipali li jferrgħu għal ġol-wita Marsija huma Wied il-Kbir u Wied is-Sewda. Il-Marsa tal-lum hija magħrufa primarjament għall-port attiv u għaż-żoni industrijali kbar u ta’ importanza għall-ekonomija Malt- tu) sisien li xeħtu dawl ġdid fuq ija. Iżda ftit jobsru li moħbijin taħt il-Marsa bħala żona li ilha abitata is-saffi ta’ tarmak u konkos jeżistu sa minn eluf ta’ snin ilu. (jew għall-inqas darba kienu jeżis- F’perjodi differenti nstabu fdali-

jiet ta’ żmien il-Feniċi u r-Rumani; oqbra bi fdalijiet ta’ oġġetti talġew skavati wkoll fdalijiet Puniċi fuħħar fihom. kif ukoll Griegi. Mhux bogħod Sena wara din is-sejba kien inkixmix-xatt, lura fl-1860 kienu nstabu ef qabar ta’ żmien il-Feniċi. Fattur interessanti ħafna dwar din is-sejba kien li l-iskeletru tal-persuna li kienet indifnet fih baqa’ ppreservat tajjeb ħafna; xi ħaġa rari ħafna meta tqis li s-sejba tgħodd eluf ta’ snin. Sejba li qajmet interess kbir kienet dik tal-1874 meta fi Triq il-Ġiżwiti inkixef katakombi Ruman magħmul minn 43 kamra tad-dfin imħaffrin fil-blat. Instabet ukoll lapida bid-data tal-ħames seklu wara Kristu minquxa fuqha. Ta’ min jgħid li dil-lapida u fdalijiet oħrajn mill-istess sejba kienu ttieħdu għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Belt. It-miem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20 raw il-bidu tal-industrijalizzazzjoni progressiva fil-Marsa. Dal-iżvilupp ġab kummerċ kbir fid-daħla ta’ ġewwa tal-port u l-għajta kienet li min ried jaqla’ lira, il-Marsa kienet il-post għalih. Kien għalhekk li ħafna familji Ħamruniżi, Furjaniżi, Qriema, Żrieraq, Siġġiwin u saħansitra Għawdxin (biex insemmi ftit mill-postijiet imnejn oriġinaw il-Marsin) qabdu ħwejjiġhom u rħewla lejn ix-Xatt fejn kien hemm xogħol kemm trid u kemm tiflaħ tagħmel. Ġaladarba dawn il-familji għamlu l-Marsa darhom beda jiżdied ilbżonn għall-bini ta’ abitazzjonijiet peress li sa dak iż-żmien ftit li xejn kienu jeżistu djar. Kien għalhekk li t-tħaffir għall-pedamenti ta’ djar ġodda kixef għadd ġmielu ta’ sejbiet storiċi. Fil-bidu tas-snin 30 (1933) instab qabar maħsub ta’ żmien il-Feniċi b’għadam u fdalijiet tal-fuħħar ġo fih waqt skavar għall-pedament fi Triq San Mikiel. Bħal din is-sejba nstabu oħrajn fl-1939 ġo Triq it-Tiġrija u fl-1947 viċin il-Biċċerija. Fl-1956, tħaffir fi Triq l-Istalel kixef il-pedamenti ta’ dawk li filqedem kienu mħażen li setgħu servew ukoll bħala postijiet ta’ kenn għax-xwieni waqt il-mal-

temp. Fuq parti mis-sit fejn kien hemm il-Power Station fl-1968 instabu aktar oqbra Puniċi. L-aktar sejba riċenti kienet f ’Ġunju tal-1993 meta fuq medda ta’ art qrib il-Power Station, diġà magħrufa bħala Tal-Qbajjar minħabba sejbiet oħrajn, inkixfu fdalijiet ta’ binja fl-għamla ta’ apside b’osswarju magħha li esperti mid-Dipartiment ta’ Mużewijiet ikkonkludew li tmur lura għall-Medjuevu. Forsi l-akbar teżor prezzjuż li kellha l-Marsa kienet bla dubju ta’ xejn Villa San Giacomo, mibnija minn Ġan Franġisk Abela, l-ewwel kittieb tal-istorja ta’ Malta. Il-Kommendatur Abela, li kien inħatar Viċi Kanċellier tal-Ordni ta’ San Ġwann fil-bidu tas-seklu 17, bena din il-villa fuq l-Għolja tal-Ġiżwiti, fejn sa ftit ilu kien hemm l-impjant tal-Power Station. Villa San Giacomo nbniet fuq medda kbira ta’ art u kienet imdawra b’ġonna bil-funtani u bl-istatwi tal-irħam. Kien post għall-kwiet li jpaxxi l-għajn bilġmiel arkitettoniku u naturali tiegħu. L-iskop ta’ Ġan Franġisk Abela kien li wara karriera diplomatika brillanti fi ħdan l-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta, seta’ jirtira fil-villa tiegħu ġewwa l-Marsa u jiddedika l-kumplament ta’ ħajtu għar-riċerka u l-kitba dwar l-istorja tal-ġzejjer Maltin. Kien f ’dil-villa, madwar l-1647, li l-Kommendatur Abela kiteb l-aqwa biċċa xogħol letterarja tiegħu bl-isem Descriptione di Malta, Isola nel Mare Siciliano e Adriatico con le sue Antichita’ e altre Notizie in 4 Volumi; erba’ volumi mimlijin kitba riċerkata, tagħrif u storja dwar Malta u l-bliet prinċipali tagħha kif ukoll ċiviltajiet barranin li ħakmuha, il-Knisja f ’Malta u familji antiki li nisslu nies prominenti sa żmienu. Dil-opra ta’ Ġan Franġisk Abela hija l-ewwel letteratura magħrufa dwar Malta u l-istorja tagħha li qatt saret. Barra minn hekk, huwa kellu kollezzjoni mdaqqsa u ta’ valur ta’ kull tip ta’ oġġetti antiki misjubin fil-gżejjer Maltin. Il-Kommendatur Abela miet fl-4 ta’ Mejju 1655 u kif xtaq hu wara mewtu l-villa u kull ma’ kien jinsab fiha għaddiet għand il-patrijiet Ġiżwiti. Minn hemm bdiet tissejjaħ La Villa dei Gesuiti. Hija ħasra kbira li maż-żmien dil-villa ġiet abbandunata u ħafna mill-kollezzjoni ta’ antikitajiet li kien fiha għebu ħlief għal xi ftit oġġetti li llum huma esibiti filMużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Illum il-ġurnata ma għadu jeżisti xejn mill-villa ta’ Ġan Franġisk Abela bħalma għadu jeżisti xejn mill-ħafna sejbiet storiċi li xi darba, ħafna snin ilu, kienu jagħmlu parti mill-ħajja ta’ kuljum ġol-Marsa tal-qedem.


23

09.12.2018

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

(RI)ĠENERAZZJONI “Truth or dare?” Inti kieku x’tagħżel? Sitt żgħażagħ qegħdin qaqoċċa billejl fi ġnien pubbliku, jilagħbu Spin the Bottle (mingħajr il-flixkun), imma tiskanta ħadd minnhom ma jagħżel “truth”. Kulħadd jippreferi jirriskja d-“dare”, anki jekk din tfisser fil-każ ta’ Andrea li jkollha tinża l-bra quddiem sħabha, jew fil-każ ta’ Miguel ikollu jippowstja fuq Facebook li hu gay. Imbagħad f ’daqqa waħda jisimgħu mutur jiskiddja: tfajla qed issuqu titlef il-kontroll, tixkana u tittajjar minn fuq il-mutur u tispiċċa mal-art ftit passi bogħod minnhom. Iż-żgħażagħ jispiċċaw l-għassa jagħtu l-verżjoni tal-fatti tagħhom għar-rapport tal-pulizija, u tinfetaħ investigazzjoni. Kien biss inċident tat-traffiku? Le, mhux eżatt. U xi ħadd, fost dawk iż-żgħażagħ, jaf preċiż x’ġara u għaliex. Imma

min se jissogra jitkixxef u jiskopri l-verità? U x’għandha x’taqsam ma’ dan kollu, wiżgħa kurjuża? (Ri)ġenerazzjoni ta’ Antoinette Borg huwa r-rebbieħ tal-Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Dan hu t-tieni rumanz għal Borg, wara s-suċċess ta’ Fittixni li s-sena l-oħra rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bħala l-aqwa ktieb fil-kategorija tiegħu. L-awtur Trevor Żahra ddeskriva lil Borg bħala “dik il-kombinazzjoni, rari ħafna ssibha, ta’ pinna b’saħħitha, Malti eleganti u mirqum, u l-kapaċità li dejjem issib il-frażi ideali għall-kuntest.” (Ri)ġenerazzjoni huwa rumanz għall-adolexxenti, dwar il-proċess ta’ maturazzjoni u l-vjaġġ lejn l-adultezza u l-bidliet fina li dal-vjaġġ iġib miegħu. Fi kliem Borg: “Ir-rumanz jiffoka fuq l-isfidi

tal-adolexxenza, li hi waħda mill-itqal tranżizzjonijiet li l-bniedem jgħaddi minnhom. Sfida li tibqa’ iebsa, ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.” Borg irnexxielha tagħġen f ’dar-rumanz il-faxxinu li għandha għall-wiżgħa, li f ’(Ri) ġenerazzjoni għandu “cameo” u rwol simboliku imma importanti. “Naf li diversi nies jitqażżu minnhom, imma lili l-wiżgħa taffaxxinani għallkapaċità straordinarja li għandha li tirriġenera ruħha, anki meta titlef fiżikament parti minn ġisimha,” kompliet Borg. (Ri)ġenerazzjoni huwa rumanz miktub għall-adolexxenti, għalkemm ħafna adulti se jieħdu ħafna u ħafna gost jaqraw il-kitba manjetika ta’ Borg. Dar-rumanz huwa ideali għal dawk kollha li għoġbuhom rumanzi bħal Riħ Isfel u Gramma, u jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers. com Mistoqsija: Fuq xiex jiffoka dan ir-rumanz?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb (RI)ĠENERAZZJONI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba IT-TFAJLA TAT-TEMPJU, IL-PRASPAR TA’ KALĊIDON u ĊINU huwa: M.C. GATT - IR-RABAT

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

02

TIRBAĦ €100

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Bis-saħħa tal-investiment tal-impjant tal-gass, il-familji kemm qed ikollhom aktar flus fil-bwiet? Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:

Tweġiba:


24

09.12.2018

kullhadd.com

BIEX TINQEDA AĦJAR!

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, jikteb dwar kif għandhom jinbidlu l-latrini pubbliċi biex il-pubbliku jieħu servizz aħjar. Żgur li kull wieħed u waħda minna, xi darba jew oħra kellhom jagħmlu użu minn xi konvenjenza pubblika. Uħud ikunu ddisinjati b’mod li jilqgħuk filwaqt li oħrajn sa minn qabel ma tidħol fihom tkun diġà taf li aħjar ma tirfisx l-għatba tagħhom. • Delega ta’ responsabbiltà Għall-fini ta’ korrettezza u preċiżjoni, ir-responsabbiltà ta’ dawn il-latrini hija f ’idejn il-Kunsilli Lokali. Dan joħrog bl-aktar mod ċar mill-Att tal-Kunsilli Lokali. Kap 363, fejn fir-Raba’ Taqsima, taħt it-Titolu; Funzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali, Proċedura u Laqgħat, f ’ paragrafu 33 (i) insibu; Bla ħsara għas-sub artikolu (2) u għad-dispożizzjonijiet ta’ kull liġi oħra li tkun isseħħ fiż-żmien, il-funzjonijiet ta’ kull Kunsill Lokali jkunu; (b) fir-rigward ta’ kwalunkwe triq, li tipprovdi l-knis, tindif u qtugħ ta’ ħaxix ħażin, tindif ta’ sinjali stradali u dwal stradali, il-ġbir u t-tneħħija ta’ kull skart, iż-żamma tal-indafa u l-manutenzjoni u ż-żamma tal-konvenjenzi pubbliċi kollha, tal-bramel taż-żibel u ta’ reċipjenti oħra għad-depożitu temporanju u għal ġbir ta’ skart u li taċċerta li dawn huma kollha aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti; Dan ifisser li ħadd ma jista’ jaħseb jew jippretedni li dawn il-konvenjenzi pubbliċi, b’xi mod jistgħu jittieħdu minn idejn il-Kunsilli Lokali, bla ma ssir diskussjoni wiesgħa u bi qbil, kemm mal-Assoċjazzjoni

tal-Kunsilli Lokali kif ukoll mall-Kunsilli Lokali nfushom. Qed ngħid dan għaliex tul dawn l-aħħar sentjen, rajna fil-ġurnali, artikli fejn qed isiru studji dwar iż-żamma ta’ dawn il-konvenjenzi. Nistqarr, li kien biss fl-aħħar jiem li l-Assoċjazzjoni kellha laqgħat dwar dan u dan wara li kienet hi li staqsiet sabiex tiltaqa’ biex ikollha tagħrif dwar dak li qed jiġri. Se nkun ċar, bla ftehim u qbil mal-Kunsill Lokali, l-ebda konvenjenza pubblika mhi se tittieħed minn idejn il-Kunsilli Lokali. Filwaqt li nifhem u naqbel li dawn għandhom ikunu miżmuma fl-aqwa livell ta’ tindif possibbli, filwaqt ukoll li nirrikonoxxi li hemm Kunsilli Lokali li ma jagħmlux il-massimu tagħhom biex dawn iżommuhom fl-aħjar livell ta’ ndafa, filwaqt li naċċetta l-fatt li ma jistax jasal sajf ieħor u jkollna l-istess problemi li kellna fis-sjuf li għaddew, ma naċċettax li dan jiġi użat bħala skuża biex il-konvenjenzi pubbliċi jiġu meħuda minn taħt idejn il-Kunsilli Lokali. • Allokazzjoni Finanzjarja

ma, San Ġiljan, il-Qrendi (Wied iż-Żurrieq) u l-Belt Valletta fost l-oħrajn, timmeritahom allokazzjoni apposta għal dan. F’postijiet bħall-Għadira, ilBajja ta’ Għajn Tuffieħa u l-Armier, li kollha jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, fis-sajf, trid tħalli persuna magħhom il-ħin kollu. Qed nitkellmu fuq miżerjament kuntratt ta’ madwar €27,500 (€50 kuljum għal sitt xhur kull konvenjenza pubblika). Ammont li minnu l-kuntrattur irid iħallas il-bolla, jaħseb għal leave jew għas-sick leave tal-impjegat kif ukoll jagħmel tajjeb għall-ħsarat u għall-vandaliżmu li jista’ jkun hemm. Kif jista’ allura Kunsill Lokali jżomm dawn il-konvenjenzi fi stat tajjeb meta jkun marbut li jagħti l-kuntratt lill-orħos offerta ’l fuq mill-prekarjat. Kif jista’ l-Kunsill tal-Mellieħa, jagħti kuntratt għaż-żamma ta’ dawn il-konvenjenzi pubbliċi (li għandu ħamsa), bi prezz ta’ inqas minn €30,000 għal ħames latrini għal sena sħiħa?! Imma dawk huma r-regoli u magħhom ikollu jimxi l-Kunsill Lokal. Bħall-Mellieħa hemm oħrajn. Hu proprju għalhekk li ħadd ma jista’ jiġi u jgħid li ladarba l-Kunsilli mhux iżommu l-aħjar livell ta’ ndafa, dawn għandhom jitteħdulhom. Nifhem li dan id-diskors ma sarx u mhux qed ngħid li sar. Sempliċement qed nagħmilha ċara mill-bidu biex ma jmurx forsi jkun hemm min għaddietlu minn rasu imma qed iħossu skomdu jagħmilha uffiċjali.

Ċerti konvenjenzi pubbliċi li jinsabu f ’żoni turistiċi, jirrikjedu attendenza kontinwa u dan ifisser salarju għal sigħat twal. Il-Kunsilli Lokali, ma jingħatawx finanzjament biżżejjed għal dan. Mhux qed nirreferi għall-allokazzjoni diretta b’mod ġenerali, iżda għall-flus mogħtija direttament u espressivament għal dawk il-konvenjenzi pubbliċi. Postijiet bħall-Mellieħa, Wied il-Għajn, San Pawl, Tas-Slie- • X’jagħmel konvenjenza

pubblika ta’ livell? Wieħed irid jibda billi jieħu inkonsiderazzjoni diversi aspetti, fosthom ilpost fejn tinsab, il-livell ta’ traffiku li jkollha u l-profil li għandha ż-żona li tinsab fiha. Ċertament imma li huwa importanti li tkun; - Nadifa u niexfa - Ventilata b’mod tajjeb - Bi bżonn ta’ manutenzzjoni mill-inqas - Pjanata b’mod intelliġenti bilħsieb ċentrali tal-manutenzjoni li se jkun hemm bżonn - Aċċessibbli bl-aħjar mod possibbli għal kull persuna fis-soċjetà Hemm diversi tipi ta’ konvenjenzi. Hemm dawk li jkunu provduti minn ċentri tax-xiri, supermarkets, restoranti, bars, swali ta’ konferenzi, teatri, bus terminals u ħafna oħrajn. Ħafna minn dawk li jinsabu f ’postijiet privati bħal dawk imsemmija hawn fuq, ħafna drabi jkunu riservati għall-klijenti rispettivi. Dawn però, jagħtu eżempji prattiċi fil-mod li jkunu ġew iddisinjati. Ħafna drabi, għaliex l-ispiża issir minn sid l-istabbiliment, il-livell ta’ manutenzjoni jkun wieħed baxx u li meta jkun hemm bżonn, ikun jista’ jsir bl-inqas spejjeż possibbli. Uħud saħansitra jkollhom tip ta’ kodiċi apposta biex tkun tista’ taċċessah. • Disinjar aħjar Il-fatt li llum nitkellmu fuq drittijiet tal-ġeneru, iwassal biex wieħed iżomm f ’moħħu dan l-aspett soċjali ukoll meta jiġi

biex jiddisinja konvenjenza pubblika. Għaldaqstant, id-disinn u l-mod ta’ aċċessibiltà huma imperattivi f ’kull sens. Skont l-użu fin-numri tal-konvenjenza, wieħed irid jaħseb għall-postijiet ta’ entratura. Irid jara li possibilment, mill-entratura stess ma jkunux jidhru l-pixxaturi u fuq kollox li mal-pixxaturi ma jkunx hemm mirja, kif ġieli hu l-każ. Konvenjenzi pubbliċi jridu jkunu ddisinjati wkoll b’mod li jnaqqsu kemm jista’ jkun ilbżonn ta’ kuntatt għal raġunijeit iġeniċi. Prodotti elettroniċi, ħafna drabi jkunu jirrekjedu livell inqas ta’ tiswijiet għaliex jaħdmu b’sensors apposta u fl-istess waqt ma jkunx hemm bżonn li wieħed imisshom biex jinqeda. L-istess fejn jidħlu sinkijiet u reċipjenti tas-sapun kif ukoll ilvit. Inqas ma jintmissu affarijiet, inqas il-ħsara u ikbar il-livell ta’ iġjene. Ma’ dawn il-punti kollha, jekk irridu nagħtu servizz ta’ prodott b’valur miżjud, irridu naraw li jkunu użati kuluri newtrali u mhux kuluri skuri li jweġġgħu l-għajn appena tidħol fihom. Dan jagħti l-impressjoni ta’ telqa anki jekk il-livell ta’ ndafa jkun wieħed tajjeb ħafna. Attenzjoni trid tingħata x’tip ta’ dawl jiġi użat, kif ikunu għaddejjin il-pajpijiet u li m ajkunx hemm pedestalli li fuqhom jistrieħu s-sinkijiet u toilets. Dan jagħti aktar faċilità biex wieħed inadd-


25

09.12.2018

kullhadd.com

Eżempju tajjeb ta’ kif wieħed irid jaħseb għal postijiet ta’ entratura. Irid jara li possibbilment, mill-entratura stess ma jkunux jidhru l-pixxaturi u fuq kollox li malpixxaturi ma jkunx hemm mirja, kif ġieli hu l-każ.

L-oppost ta’ dak li rajna fir-ritratt l-ieħor. Entratura f ’mera li tirrifletti l-pixxaturi u bla diviżorji ta’ privatezza.

ikunu dawn il-konvenjenzi pubbliċi hija li mhux biżżejjed wieħed jara li dawn ikunu mnaddfin tajjeb. Dan għaliex, id-disinn tagħha, il-materjal użat u l-aċċessorji ta’ ġo fihom, kultant jagħmluha diffiċli li żżommhom indaf il-ħin kollu. Ifisser li ma jistax ikollok waħda mingħajr l-oħra u jekk verament irridu li jkollna konvenjenzi pubbliċi ta’ livell, irridu nżewġu l-affarijiet kollha flimkien. Id-domanda hija ovvja: Dan kollu kif se jsir jekk aktar qabel qed ngħid li l-Kunsilli m’għandhomx il-mezzi biex imqar iżommu dawk li diġà għandhom fi stat tajjeb? Il-punt ta’ tluq għandu jkun li dawn għandhom jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. Kull ħaġa li tiġri fil-lokal, hi x’inhi, dejjem il-Kunsill jeħel biha u allura dan ma jistx jitlef il-kontroll tal-affarijiet u tal-faċilitajiet li għandu fil-lokal tiegħu. Biex proprju tiġi indirizzata din il-problema u dan in-nuqqas, il-Kunsilli Lokali għandhom joperaw il-latrini permezz ta’ ftehim mal-privat. It-tali ftehim għandu jara li filwaqt li l-privat jieħu ħsieb iż-żamma tal-konvenjenzi għaż-żmien stipulat, għall-ispejjeż tiegħu, fi spazju addizzjonali li jkun hemm magħhom, ikollu ċ-ċans li jiġġenera dħul ieħor minn vending machines, spazji ta’ reklamar, bejgħ ta’ ilma b’magni awtomatiċi u oħrajn. Dawn il-mezzi ta’ dħul għandhom ikunu definiti minn qabel • Il-finanzjament u jkunu parti mill-fethim bejn Ir-raġuni ewlenija li qed nidħol il-privat u l-Kunsill Lokali. Bl-istfid-dettall ta’ kif għandhom ess mod, għandu jkun hemm af f ’inqas ħin. Dawn għandhom ikunu dejjem installati mal-ħajt u merfugħa mill-art. Attenzjoni għandha tingħata wkoll għall-materjal użat. Irridu mmorru għall-materjali li ma jitħammġux daqshekk malajr u fuq kollox li jiġbru inqas mikrobi. Qed nirreferi għall-materjali li naraw fi kċejjen kbar fejn ċerti materjali huma ħafna aktar faċli biex tnaddafhom u l-kimiċi ma jagħmlulhomx ħsara. Aspett ieħor importanti huwa fejn tidħol is-sigurtà. Importatni li ma jkunx hemm madum jew materjal ieħor li jiżloq. L-art ta’ ġewwa dawn il-konvenjenzi trid tkun ma tiżloqx, anki meta mxarrba. Irridu naraw ukoll li kull konvenjenza jkollha l-aċċessorji li jaħdmu b’sensors tajbin bħal fejn joqgħod is-sapun, minn fejn jinħarġu l-karti biex tixxota l-idejn u possibilment anki modi elettroniċi kif tagħmel dan b’magni apposta. Importanti wkoll li jkunu provduti kontenituri fejn wieħed jarmi dawn il-karti u sinjali ċari biex dawn ma jiġux mormija fit-toilets. Il-cubicles għandhom ikollhom grampun fejn wieħed idendel ġlekk jew kowt. Ftit tara postijiet fejn dawn jeżistu, anki f ’konvenjenzi privati. Nemmen ukoll li kull konvenjenza għandu jkollha post jinqafel fejn fih ikun hemm is-sapun u materjal ieħor li jintuża għat-tindif tagħha.

dettalji ċari tal-ħinijiet ta’ attendenza, reġistrazzjoni tal-ħinijiet siegħa b’siegħa tat-tindif fuq skeda apposta li tkun viżibbli f ’kull ħin fil-post, u x’tisbiħ (pjanti etċ) jista’ jisir madwar il-konvenjenzi nfushom. Il-privat ikollu wkoll l-obbligu li jmantni l-konvenjenzi pubbliċi b’materjal sanitarju kull meta tinħass il-ħtieġa. Il-Kunsilli Lokali min-naħa tagħħom, jistgħu wkoll jidħlu fi ftehim sabiex dawn il-konvenjenzi pubbliċi jkunu mgħammra b’apparat ta’ sistemi ta’ sigurtà sabiex jiġi evitat vandaliżmu filpost. Dan ikun ukoll ta’ vantaġġ għall-operatur privat. • Ħlas miċ-ċittadin F’ċerti żoni, wieħed jasal biex jaċċetta li għandu jkun hemm ħlas minimu li fl-istess waqt jagħmel tajjeb għal konvenjenzi oħra li mhumiex daqstant iffrekwentati. Dan il-ħlas għandu jgħin biex ikun hemm sens ta’ responsabbiltà għaliex la wieħed iħallas jippretendi li la jerġa’ jiġi biex jagħmel użu mill-post, isibu f ’kundizzjoni tajba u f ’livell ta’ ndafa kif mistenni. Dan però ma jistax isir f ’kull konvenjenza. F’postijiet li l-użu ta’ dawn il-konvenjenzi jsir minn anzjani jew irħula li mhux frekwentati mit-turisti, dawn għandhom jibqgħu bla ħlas. Huwa biss dawk li jinsabu f ’żoni turistiċi li jistgħu jitħaddmu b’dan il-mod. Bi ħlas minimu qed nifhem li ma jkunx jeċċedi l-€0.50ċ u l-entratura għalihom għandha tkun awtomatika fejn il-bieb (turnstile gates) iduru hekk kif wieħed jitfa’ l-flus.

• Bażi ta’ diskussjoni Naħseb li dan kollu jista’ u għandu jwassal għal diskussjoni sana bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali u l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi sabiex tinstab formula tajba għal kulħadd, sabiex jitħaddmu u

jiġu operati dawn il-konvenjenzi pubbliċi. Nemmen li qegħdin fi żmien tajjeb biex sas-sajf li ġej inlaħħqu nibdew inħaddmu sistema li toffri servizz ta’ valur miżjud mhux biss għal dawk li jkunu fostna imma wkoll għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.


26

09.12.2018

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 255

P. CARUANA - MSIDA

Mimdudin:

Bi 3 Numri 073 128 198 415 515 608 718 758 791 951 B’4 Numri 0711

1264 1392 1660 1758 3758 3979 4001 4069 6226 6759 7072 7396 7736 9174 9837

B’5 Numri 01597 04605 07963 11376 11692 15271 18111 19096 21631 25167 28277 33564 36691 41351

45275 48177 53143 60011 60161 62439 64630 81232 84512 86232 87809 91719 96451 99961

B’6 Numri

7950223

317105 631169 721286 751108 769445 780717 890135 897898

B’9 Numri

B’7 Numri

B’10 Numri

0303790 1091510 5791381

7600860056 8372199767

057810695 098171016 234586797 308668640 619046528 652750521

1. Kompli l-qawl: Ebda saba’ ma jixbah lill-......... (5) 4. Fidil (4) 7,21W. Avviċina (5) 9,11. Tagħmilha bin-nar (5) 10. Għolla (6) 12. Għamel toqba (6) 16. Ara 5 18,15. Sportiv li jaqbeż ħafna (8) 19. Ara 12 wieqfa 20. Stampi

21. 23. 24.

tal-Qaddisin (5) Sliema Sports Association (1,1,1) Tindif mid-dnubiet? (4) Trid twaħħlilha bolla biex tibgħatha (5) Weqfin:

1. 2,3. 3. 5,16.

Tista’ tkun maġenb il-qabar (6) Gideb (6) Ara 2 Minn ta’ wara (6)

6, 22. 8. 11. 12,19. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Lejla (6) Magħmula aktar fini (9) Ara 9 Saqaf fuq erba’ minn dan tiġi kamra (5) Frank Galea Attard (1,1,1) Pensjonant (6) Ara 18 Kap (3) Ara 7 Ara 6

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Drabi, 4.Duwa, 7,23.Ndarab, 9.Ali, 1.Dwardu, 2,12W. Axisa, 3,16.Induna, 10.Dakkar, 12.Sardin, 18.AA, 19.Org, 5.UAK, 6,15.Arroganti, 8.Dabdabuni, 20.Isbel, 21.Bra, 24.Ittri 11.Fa, 13.Ras, 14.Nolqot, 17.Nar, 21.Bla, 22.Ara


27

09.12.2018

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


28

09.12.2018

kullhadd.com

SKOMDI JIDDEFENDUH • ANKE DAWK LI S-SOLTU JAGĦTU L-BENEFIĊĊJU TAD-DUBJU LIL DELIA MHUMIEX IĦOSSUHOM TAJJEB • UĦUD JARGUMENTAW LI ĠABILHOM FIX-XEJN L-ARGUMENTI KOLLHA TAGĦHOM • TA’ BUSUTTIL JOGĦRKU JDEJHOM Qed ikomplu jiżdiedu d-deputati Nazzjonalisti li qed iħossuhom skomdi jiddefendu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Ma’ dawk ovvji, bħal Karol Aquilina u Simon Busuttil, qed jingħaqdu oħrajn li forsi jagħtu inqas fil-għajn għax kemm ilu li sar Kap hu draw joqogħdu iktar lura. Iżda, il-KullĦadd tista’ tiżvela li fost l-iktar imdejqin bis-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista hemm id-Deputat Therese Comodini Cachia li nies qrib tagħha nstemgħu jgħidu li jekk l-affarijiet fil-Partit Nazzjonalista ma jinbidlux lanqas titħajjar tkun kandidat f ’elezzjoni ġenerali oħra. Skomdu wkoll hemm id-Deputat Karl Gouder li ftit li xejn jista’ jitkellem minħabba l-impjieg tiegħu fil-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt meta tkeċċiet Claudette Buttigieg hu wkoll kien se jitkeċċa u salva bi żbrixx. Biex illum sar iktar kawt. Iżda, nafu tajjeb li mhu kuntent xejn bis-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa. Anke David Stellini qed iħossu imbarazzat. Dan minkejja li tul l-aħħar 12–il xahar qabeż kemm seta’ għal Delia tant li kien spiċċa fil-mira ta’ Jason Azzopardi. Skomdu jiddefendi lil Delia hemm ukoll Claudio Grech li fl-aħħar ġimgħat kien qed jissemma bħala bniedem li jista’ jeħodlu postu. Ħafna deputati Nazzjonalisti qed jgħidu filmagħluq li Adrian Delia ġabilhom fix-xejn l-argument li kull min ikun investigat għandu jirriżenja minnufih u għalhekk spiċċa ta raġun lill-Prim Ministru li dejjem argumenta li wieħed għandu jistenna l-investigazzjoni. Saħansitra editorjal tat-Times of Malta talab lil Delia jissospendi lilu nnifsu bil-kejl tiegħu stess. Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għandu jimxi bil-kejl tiegħu stess u jissospendi lilu nnifsu mit-tmexxija tal-Partit, intqal fl-Editorjal talĠimgħa tat-Times of Malta, “A Leader must lead by example”.

Bi kliem ċar il-gazzetta saħqet li Adrian Delia għandu jwarrab ukoll mill-politika sakemm tiġi konkluża l-investigazzjoni tal-pulizija dwar l-allegat każ ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f ’Londra. Kienet l-istess gazzetta l-Ħadd li għadda li żvelat li Delia jinsab fil-qalba ta’ investigazzjoni mill-pulizija li bdiet f ’Marzu li għadda. Dan wara akkużi serji li kienet għamlet kontrih il-blogger Daphne Caruana Galizia. L-editorjal sostna li issa li jaf bl-investigazzjoni fil-konfront tiegħu, Adrian Delia m’għandu l-ebda għażla ħlief jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista u saħansitra mill-politika. Dan bil-kejl li fassal huwa stess fil-konfront ta’ ħaddieħor. Azzjoni li fl-aħħar jiem diġà stqarr li mhux se jagħmel. L-editorjal qal li jekk din mhix raġuni biżżejjed, Delia għandu jħares lura għal kif mexa fis-sajf li għadda meta ġiet ippubblikata l-inkjesta Egrant li xejnet għalkollox l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-familja tiegħu. It-Times li dejjem kienet ta’ appoġġ għall-fazzjoni tal-Eks Kap Nazzjonalista, fakkret lill-Kap attwali li dakinhar talab lill-predeċessur tiegħu Simon Busuttil biex jerfa’ r-responsabbiltà politika u jissospendi lilu nnifsu mill-grupp parlamentari. Għalkemm il-gazzetta saħqet li dakinhar kien hemm konklużjoni ta’ inkjesta u llum hemm investigazzjoni li għadha għaddejja, il-gazzetta qalet li l-allegazzjonijiet li jorbtu lil Delia ma’ ċirku ta’ prostituzzjoni f ’Soho jpoġġu f ’dell ikrah lilu, lill-Partit tiegħu u lill-Oppożizzjoni kollha, li llum qalet hija magħmula wkoll minn partit ieħor li qed jitlob għar-riżenja tiegħu. Huwa għalhekk li Delia għandu jimxi bil-kejl tiegħu stess u jwarrab mill-politika sakemm tintemm din l-investigazzjoni, temm jgħid l-Editorjal.

Ftit minn dawk li mhumiex lesti jiddefendu lil Delia wara l-istorja tat-Times


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.