4 minute read

Rapport f’paġna

IL-VIĊI KAPIJIET DESTINATI LI JSIRU ĦRIEF TAS-SAGRIFIĊĊJU

Robert Arrigo u David Agius mistennija jġorru parti sew mit-tort tal-akbar telfa fl-istorja li l-PN qatt sofra

Advertisement

Waqt li fl-immedjat, wara l-akbar telfa elettorali mill-1955 ’l hawn, żamm is-skiet fid-dieher, jirriżulta lil din il-gazzetta li r-rappreżentanti tal-establishment Nazzjonalista kienu diġà għaddejjin minn wara l-kwinti jirsistu bil-manuvri biex ikomplu jikkonsolidaw il-pożizzjoni fl-Oppożizzjoni. Dan kien jinkludi li jittajru l-aħħar elementi fit-tmexxija tal-Partit li huma assoċjati mar-rivoluzzjoni mitlufa ta’ Adrian Delia.

Għaldaqstant, iż-żewġ Viċi Kapijiet Robert Arrigo u David Agius, responsabbli għall-Affarijiet tal-Partit u tal-Parlament rispettivament, kienu destinati li jiġu ssagrifikati fuq l-altar, anke jekk ftit li xejn kellhom x’jaqsmu mal-akbar disfatta.

Minn tagħrif li għandha l-KullĦadd, jidher li l-istrateġija tal-establishment hi bbażata fuq tliet pilastri miri.

Hu ċar li l-ewwel mira kienet li l-esponenti ta’ din l-aktar fazzjoni b’saħħitha jnaqqsu kemm jistgħu mill-importanza tat-telfa Nazzjonalista u/jew inkella tar-rebħa Laburista. Alleati ferventi tal-establishment fil-fatt ilhom minn dakinhar tar-riżultat jipprovaw jaqbdu ma’ kull skuża, anke infantili, biex isostnu li Robert Abela mhux veru rebaħ jew inkella jekk rebaħ minħabba “manipulazzjoni tal-poplu permezz tas-saħħa tal-poter (power of incumbency) u “użu abbużiv tax-xandir nazzjonali”.

Eżempju ta’ din il-linja kien f’diskors mill-Eks Viċi Kap Beppe Fenech Adami fejn qal li l-Partit Laburista kellu fondi sproporzjonati biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Fir-realtà analiżi li saret mill-gazzetta Times of Malta, kif ukoll mill-MaltaToday, uriet li kien il-PN li nefaq l-aktar f’reklami fuq il-mezzi soċjali.

It-tieni mira hi dik li, bħala l-magħżul tal-establishment, Bernard Grech jidher li rnexxielu jwettaq il-missjoni li jnaqqas id-distakk bejn iż-żewġ partiti. Filwaqt li qabel l-elezzjoni kienu qed jiffukaw fuq li d-distakk fil-voti jkun inqas minn dak tal-2017 u dak marrilhom żmerċ, issa qed jgħidu li, imqabbel ma’ kif kienu taħt Adrian Delia, id-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas.

Hemm min saħansitra qiegħed jgħid li kien hemm progress għax qed iqabbel ir-riżultat li kiseb ilPN fl-elezzjoni ġenerali taħt Bernard Grech ma’ dak li kien kiseb fl-elezzjoni għall-Membri Parlamentari Ewropej fi żmien Delia. Dan għax taħt Delia l-Partit kiseb 38% tal-voti u taħt Bernard Grech inkiseb 42%.

Minkejja dan, u apparti li huma żewġ elezzjonijiet b’fatturi differenti ħafna li ma jistgħux jitqabblu, dak li ġara fl-aħħar elezzjoni ġenerali hu simili għal tendenzi passati. Fil-fatt, fl-elezzjoni tal-MEPs tal-2014 (taħt Simon Busuttil) ilPN kien kiseb 40% tal-voti, biex imbagħad fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 kien tela’ għal 44%.

L-istess fl-elezzjoni talMEPs tal-2009 (taħt Lawrence Gonzi) il-Partit kien ġab 40% tal-voti biex imbagħad fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 kien tela’ għal 43%. Huwa fatt li l-PN dejjem iġib bejn 3% u 4% aktar tal-voti bejn elezzjoni talMEPs u dik ġenerali, għax aktar Nazzjonalisti joħorġu jivvutaw.

It-tielet mira fl-istrateġija tal-establishment kienet dik li jippontaw subgħajhom lejn il-fazzjoni ta’ Delia. Jiġifieri, skont din in-narrativa, it-tort tad-disfatta elettorali hu li l-fazzjoni tal-Eks Kap ħadmet kontra l-linja tal-Partit.

Hemm min qed jgħid li d-de putati li ma ħarġux għall-elezzjoni affettwaw ir-riżultat, b’mod speċjali fis-6 Distrett u fid-9 Distrett. Dan minbarra li qed jingħad li dehru xejriet filwirt tal-voti li seta’ kien hemm strateġija, speċi ta’ block vote, biex il-preferenzi ma jmorrux fuq il-kandidati tal-establishment.

Pereżempju inqas minn wieħed minn kull tliet voti żejda ta’ Alex Borg intiret minn Chris Said, apparti li tal-ewwel ġab tliet darbiet iżjed mill-istess politiku veteran. Inqas minn wieħed minn kull tmien voti żedja ta’ Joe Giglio fuq id-9 Distrett marru għand Beppe Fenech Adami, waqt li fuq l-10 Distrett inqas minn wieħed minn kull għaxar voti żejda ta’ Giglio marru fuq Karol Aquilina.

Kumplimentari ma’ dan kollu, l-establishment għamel minn kollox waqt il-kampanja elettorali biex joskura liż-żewġ Viċi Kapijiet li kważi ma dehru mkien.

Din l-istrateġija tidher li kellha suċċess, tant li, imqabblin mal-2017, Arrigo naqqas kwart tal-voti, minn 6,892 tal-ewwel preferenza għal 5,112, waqt li Agius naqqas ftit aktar minn kwart tal-voti, minn 1,951 tal-ewwel preferenza għal 1,426.

Mill-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat, tal-establishment ippontaw subgħajhom lejhom it-tnejn u l-proċess li jkunu pproġettati bħala l-ħrief tas-sagrifiċċju ngħata spinta akbar meta, fuq il-mezzi soċjali, Arrigo sejjaħ minnufih għall-għajnuna ta’ Roberta Metsola, illum President tal-Parlament Ewropew.

Xejn ma jiswa l-fatt li Arrigo kien kruċjali biex is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit terġa’ b’xi mod tinġieb fuq binarji aħjar, lejlet elezzjoni ġenerali, wara l-ħela sfrenata li kien hemm taħt Simon Busuttil.

Ta’ min ifakkar li l-aħħar kontijiet pubbliċi juru b’mod ċar li, taħt Arrigo, il-PN kien beda jfendi xi ftit u ma baqax iżid id-dejn. Fatt li kien tkellem dwaru anke pubblikament l-Eks Deputat Clyde Puli, li kien qal li d-dejn tal-Partit kien qed ixekkel ħafna l-ħidma. Jidher li tal-establishment xejn ma qed togħġobhom is-sikkatura introdotta fl-aħħar snin u jridu jerġgħu jibdew jonfqu billi jistampaw iċ-“ċedoli”.

Issa Arrigo diġà ħabbar li mhux se jkun qed jikkontesta mill-ġdid il-kariga u l-ebda kariga oħra. Fl-istess ħin qed tkompli tiżdied il-pressjoni fuq

Bit-tneħħija tal-Viċi Kapijiet, finalment ikun seħħ il-pjan tal-Blue Heroes li jieħdu lura l-Partit Nazzjonalista

Alex Borg Joe Giglio Darren Carabott Jerome Caruana Cilia

Justin Schembri Ivan J. Bartolo Graziella Galea

This article is from: