www.kullhadd.com Il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru, 2018
Ħarġa Nru 1,318 Prezz €1
DARHOM FIS-SOD! • QABŻU L-100,000 IS-SIDIEN TA’ DAR MINGĦAJR DEJN • ŻDIEDU L-FAMILJI BIT-TFAL U ANKE S-SINGLE PARENTS LI HUMA SID DARHOM Għall-ewwel darba fl-istorja qabżu l-100,000 in-numru ta’ familji li huma sidien u fdew iddejn mal-banek fuq id-dar tagħhom. Minn analiżi dettaljata li saret millgazzetta KullĦadd ta’ statistika ppubblikata din il-ġimgħa jirriżulta li filwaqt li fl-aħħar ħames snin Rapport indipendenti wera tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kif fost l-operaturi kienu naqsu l-familji bit-tfal li saru tas-SERVIZZI FINANZJARJI sidien ta’ djarhom, fl-aħħar ħames f’pajjiżna kien hemm snin kien hemm bidla u żieda żieda fl-ottimiżmu sostanzjali. meta mqabbel Ara paġna 5 mas-sena 2017.
OTTIMISTI
Ara paġna 4
IKELLIMNA L-PAGEANTMASTER TAR-REĠINA ELIŻABETTA
Ara paġni 14-15
Taljan li lagħab ma’ Bormla spiċċa jitħarreġ ma’ Leicester City. Dan b’mod li wieħed jistenna f’xi film.
DIK ĦOLMA!
Ara paġna 6
02
14.10.2018
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni baxxa testendi minn fuq il-Libja sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab u bix-xita minn ħin għal ieħor lokalment bir-ragħad. Ir-Riħ: Ftit qawwi mil-Lvant ix-Xlokk li jsir moderat minNofsinhar il-Lbiċ u bil-buffuri tar-riħ. Il-Viżibilità: Tajba lokalment moderata għal ħażina filħalbiet tax-xita. Il-Baħar: Moderat għal qawwi. L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mil-Lvant. It-Temperatura tal-Baħar: 25°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
25°C
Indirizz Postali KullĦadd
UV 4
18°C
Il-Ħamis
25°C
UV 4
20°C
25°C
Il-Ġimgħa
UV 2
20°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
24°C
UV 2
20°C
24°C
UV 2
20°C
25°C
UV 4
19°C
kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Polymer, Triq ix-Xagħjra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 79455477
Il-Gwardjani Lokali
– 2132 0202
Għawdex
L-Isptar ta’ Malta
– 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex
– 2156 1600
Stampat Miller Distributors Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Il-Pulizija ta’ Malta
112
– 2122 4001-9
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza
5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, tar-Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
14.10.2018
kullhadd.com
IL-MALTIN L-AĦJAR LI MARRU BIL-PREZZ TAL-FUEL • IŻ-ŻIEDA MEDJA DIN IS-SENA FL-EWROPA FERM OGĦLA MINN TA’ MALTA • IL-POLITIKA TAL-GVERN TĦALLI L-FROTT • MALTA BL-IKTAR ROĦS MILL-2013 Statistika uffiċjali maħruġa mill-Kummisjoni Ewropea turi b’mod ċar li madwar l-Unjoni Ewropea ż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt qed tħalli effett qawwi fuq il-prezzijiet tal-petrol u tal-fuel. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħa kien hemm żidiet oħra fil-Belġju, fejn il-petrol għola b’6ċ u d-diesel żdied b’7ċ, fil-Finlandja, fejn il-petrol żdied b’4ċ u d-diesel b’7ċ, fl-Irlanda b’żieda ta’ 4ċ fil-prezz tal-petrol u fil-Litwanja b’żieda ta’ 4ċ fil-prezz tad-diesel. Bħala medja madwar l-Unjoni Ewropea din il-ġimgħa l-prezz tal-petrol għola b’2ċ mentri d-diesel żdied bi 3ċ. B’kuntrast, f ’Malta il-prezzijiet baqgħu stabbli. B’riżultat ta’ dan, il-familji u n-negozji f ’pajjiżna komplew igawdu prezzijiet ferm orħos minn dawk f ’pajjiżi oħra. Skont l-istatistika tal-Kummissjoni Ewropea hemm 15-il pajjiż bi prezz tal-petrol ogħla minn Malta. Il-prezz f ’pajjiżna huwa orħos minn dak imħallas minn 362 miljun Ewropew, jew 7 minn kull 10 Ewropej. Id-diesel huwa orħos minn 24 pajjiż b’popolazzjoni ta’ 465 miljun, jew 9 minn kull 10 Ewropej. Il-prezz tal-petrol flUE jlaħħaq l-€1.49, 13ċ aktar minn Malta, mentri d-diesel huwa €1.41, 18ċ aktar minn pajjiżna. L-ogħla prezz tal-petrol huwa €1.69 fl-Olanda, jew 33ċ ogħla minn Malta, mentri l-ogħla prezz tad-diesel huwa €1.60 fl-Iżvezja, jew 37ċ ogħla. Jekk wieħed iħares lejn kif inbidlu l-prezzijiet mill-bidu ta’ din is-sena, wieħed isib li
ŻIEDA FIL-PREZZ DIN IS-SENA PETROL Malta
5ċ
UE
12ċ
Żona Ewro
12ċ9
DIESEL
waqt li f ’Malta kien hemm żieda fil-prezz ta’ 5ċ, madwar l-UE kien hemm żieda ta’ kważi 13ċ fil-prezz tal-petrol u ta’ 15ċ f ’dak tad-diesel. Jirriżulta li f ’pajjiżna kien hemm l-anqas żieda fil-prezzijiet madwar l-UE. B’kuntrast, fi Franza kien hemm żieda ta’ kważi 17ċ u 24ċ rispettivament fil-prezz tal-petrol u f ’dak tad-diesel. Anke fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja, iż-żieda din is-sena kienet aktar mid-doppju ta’ dik li kien hawn f ’Malta. L-istess statistika tindika li minn April 2013 kien hemm tnaqqis ta’ 7ċ fil-prezz
tal-petrol u ebda tnaqqis fil-prezz tad-diesel fl-UE, mentri f ’Malta kien hemm tnaqqis ta’ 15ċ fil-prezz tal-petrol u 17ċ f ’dak tad-diesel. Malta kienet il-pajjiż bl-akbar tnaqqis fil-prezz tad-diesel u tal-petrol matul dan il-perjodu, hekk kif l-istatistika tal-Kummissjoni tindika li minn mindu nbidel ilGvern fl-2013, f ’Malta l-prezz tal-petrol u d-diesel naqas b’10% u bi 12%, mentri fl-UE, it-tnaqqis fil-petrol kien ta’ 5%, filwaqt li ma kien hemm ebda tnaqqis fid-diesel. B’kuntrast, tul l-amministrazz-
Malta
5ċ
UE
15ċ4
Żona Ewro
16ċ4
joni ta’ qabel, il-petrol kien ogħla b’36% u d-diesel b’35% f ’Malta mentri fl-UE tul l-istess żmien, iż-żieda kienet ta’ 21% fil-petrol u ta’ 17% fid-diesel. Filwaqt li l-Gvern preżenti raħħas il-prezzijiet tal-fuel aktar milli seħħ fl-UE, dak ta’ qabel kien impona żieda kważi d-doppju ta’ dik fl-Ewropa. Dan juri biċ-ċar li l-politika enerġetika tal-Oppożizzjoni – li l-prezzijiet f ’pajjiżna joqogħdu jixxejru mal-prezz internazzjonali – kienet twassal għal instabbiltà u piżijiet akbar għall-familji tagħna.
04
14.10.2018
kullhadd.com
ŻIEDA FL-OTTIMIŻMU FIS-SETTUR TAS-SERVIZZI FINANZJARJI • RAPPORT TAL-PWC JIKKONFERMA LI AKTAR MINN 62% HUMA POŻITTIVI DWAR IN-NEGOZJI TAGĦHOM Rapport ikkummissjonat millPwC flimkien ma’ Finance Malta wera kif fost l-operaturi tasservizzi Finanzjarji f ’pajjiżna kien hemm żieda fl-ottimiżmu meta mqabbel mas-sena 2017. Fil-fatt aktar minn 62% tal-operaturi f ’oqsma bħal dawk talbanek, kumpaniji tal-assikurazzjoni u management fost oħrajn, jikkummentaw dwar settur li sejjer tajjeb ħafna u futur li wkoll jidher tajjeb ħafna u stabbli. L-iktar kumpaniji li jispikkaw fl-ottimiżmu tagħhom, huma dawk fis-settur tal-assikurazzjoni mhux biss mil-lat ta’ volum ta’ xogħol li kellhom, iżda anke mil-lat ta’ kemm in-negozju tagħhom misteni li jħalli profitt. Il-Financial Services Survey, ir-raba’ stħarriġ tax-xorta tiegħu huwa msejjes sabiex jesplora u janalizza l-livell ta’ ottimiżmu, l-attività ekonomika u l-profitti tal-operaturi f ’pajjiżna. L-istess operaturi, madwar 34%, li jfisser li l-persentaġġ baqa’ stabbli mas-sena l-oħra, jikkonfermaw li rreġistraw żieda fil-volum tax-xogħol. Fl-istess stħarriġ, l-operaturi jagħmlu referenza għat-teknoloġija blockchain u jaraw din it-teknoloġija bħala oppor-
tunità, dan minkejja li l-informazzjoni għal dan l-istħarriġ kienet miġbura qabel mal-liġijiet imressqa quddiem il-Parlament biex jirregolaw dan is-settur, kienu leġiżlati. Fil-fatt il-liġijiet li ġew mgħoddija mill-Parlament se jkunu qed jippermettu t-twaqqif ta’ ekosistema b’saħħitha għal dawk il-kumpaniji li joperaw permezz tat-teknoloġiji emerġenti, fosthom il-blockchain. Dan kollu se jkun qed jiftaħ aktar toroq ta’ opportunitajiet bħala pajjiż, mhux biss fuq livell individwali, iżda b’mod ġenerali għall-ekonomija tagħna. Minkejja dan, il-Gvern għandu l-ħsieb li jkompli jesplora u jinċentiva aktar l-innovazzjoni billi fost l-oħrajn iħares lejn teknoloġiji ġodda, fosthom dawk tal-Artificial Intelligence, Quantum Technology, Big data u Internet of things. Il-Prim Ministru tkellem f ’bosta okkażjonijiet dwar il-ħtieġa li issa bħala pajjiż indawru ħarsitna lejn teknoloġija bħall-intelliġenza artifiċjali, xogħol li diġà beda jsir. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tħassib tal-operaturi, l-aktar li qed tidher bħala sfida
għas-settur tas-servizzi finanzjarji hija li jkun hawn biżżejjed ħaddiema. Din hija sfida pożittiva għax tfisser kemm il-pajjiż qed jirnexxilu joħloq mhux biss impjiegi u opportunitajiet. Iżda għax qed ikompli jikber. Minkejja kollox, huwa ovvju li dan huwa tat-tħassib għall-operaturi fuq bażi individwali. Mill-istess rapport ta’ PwC u Finance Malta jidher li għad hemm bosta mistoqsijiet mill-kumpaniji dwar it-tħaddim tal-muniti virtwali u l-ismart contracts f ’ċerti aspetti minn dawn il-kumpaniji. Wieħed irid iżomm f ’moħħu li dawn ir-riżultati huma miksuba fi żmien fejn qed jissoktaw l-attakki l-ewwel u qabel kollox minn esponenti Maltin, fosthom il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista u mezzi tax-xandir internazzjonali li qed jieħu x-xoqqa f ’moxtha li jirkbu fuq il-kampanja negattiva xprunata minn nies bħal David Casa u Roberta Metsola. Minkejja kollox huwa ċar, li l-operaturi, bl-istess mod kif qed jimxi l-poplu Malti u Għawdxi mhux qed jagħtu kas ta’ dan, għax jafu li bħala pajjiż ninsabu mexjin ’il quddiem.
Mitlub jikkummenta dwar dan l-istħarriġ, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, Silvio Schembri, stqarr li l-fatt li ż-żieda fl-ottimiżmu fost l-operaturi tas-servizzi finanzjarji ġiet fi żmien meta għaddejjin attakki fuq is-settur, kemm domestikament, iżda anke fuq bażi internazzjonali, juri mhux biss kemm dawn l-attakki huma bbażati fuq fatti skorretti, iżda anke kemm filfatt l-istituzzjonijiet tagħna qed jaħdmu.
Schembri stqarr li minkejja li wieħed jistenna li jkun hemm kulħadd fuq l-istess front, mhux b’inqas l-Oppożizzjoni, f ’settur fejn m’għandniex indaħħlu l-politika, minkejja l-attakki dan il-Gvern mhux qed jaqta’ qalbu u r-riżultati miksuba jidhru bl-aktar mod ċar. Silvio Schembri tenna li l-impenn tal-Gvern huwa dak li jkompli jagħti l-għodda kollha neċessarja sabiex, dan is-settur tant importanti għall-ekonomija tagħna jkompli jikber anke permezz tal-innovazzjoni.
05
14.10.2018
kullhadd.com
IKTAR FAMILJI BIT-TFAL SARU SIDIEN TA’ DARHOM • ŻDIEDU WKOLL SINGLE PARENTS LI HUMA SIDIEN TA’ DARHOM Fl-aħħar ħames snin kien hemm żieda fil-familji bit-tfal li saru sidien ta’ darhom. Dan jikkuntrasta mat-tnaqqis li kien hemm filħames snin ta’ qabel. Jirriżulta li bejn l-2008 u l-2012 l-ammont ta’ familji bi tfal li kienu sidien ta’ darhom kien naqas minn 47,620 għal 39,532. B’kuntrast, bejn l-2012 u l-2017 kien hemm żieda qawwija fil-familji bi tfal li saru sidien ta’ darhom. Fil-fatt, dawn żdiedu għal 50,188, li tfisser li kull sena medja ta’ 2,131 familja bi tfal saru sidien ta’ darhom. L-istatistika tindika wkoll li l-ammont ta’ single parents li huma sidien ta’ darhom fl-2017 laħaq l-4,194. Dan meta sal-2012 kien hemm biss 2,612-il single parent li kienu sidien ta’ darhom. B’hekk 62% tas-single parents illum huma sidien ta’ darhom, kontra s-60% fl-2012. Dan jirriżulta minn analiżi dettaljata ta’ statistika uffiċjali li ħarġet fl-aħħar jiem u li ġabet fix-xejn id-diskors tal-Oppożizz-
l-amministrazzjoni preċedenti medja ta’ 749 familja fis-sena rnexxielhom jifdu d-dejn kollu li kellhom fuq darhom, taħt din l-amministrazzjoni l-medja telgħet għal 1,285 familja fis-sena. Din l-istatistika tindika li kontra l-istampa li tipprova tpenġi l-Oppożizzjoni r-realtà hi li l-miżuri li ħa l-Gvern, flimkien mat-tkabbir ekonomiku, qed iwasslu biex aktar familji qed isiru sidien ta’ darhom, bit-titjib jinħass anke fost is-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà tagħna. joni li f ’pajjiżna l-familji mhux qed isibuha possibbli li jixtru dar fejn joqogħdu. Skont is-Survey of Income and Living Conditions – stħarriġ li jsir skont regoli Ewropej mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – fl-2017 78.2% tal-familji kollha f ’pajjiżna kienu sidien ta’ darhom. Din hija żieda fuq is-77.5% fl-2012 u fuq is76.5% fl-2008. Iċ-ċifri uffiċjali jindikaw li waqt li bejn l-2008 u l-2012 l-ammont ta’
familji li kienu sidien ta’ darhom żdied minn 108,810 għal 118,637, li tfisser żieda ta’ kważi 9,900 familja, sal-2017 kien hemm żieda ta’ aktar minn 13,000 familja li saru sidien ta’ darhom. Fil-fatt, fl2017 kien hemm 131,782 familja f ’pajjiżna li kienu sidien ta’ darhom. Minn dawn, il-maġġoranza saħansitra ma kienx fadlilhom dejn xi jħallsu fuq id-dar tagħhom. Fil-fatt, fl-2017 għall-ewwel dar-
ba fl-istorja ta’ pajjiżna qbiżna l-100,000 familja li huma sidien ta’ darhom mingħajr ma fadlilhom xejn x’jagħtu lill-bank. Sal2008 dan l-ammont kien taħt il-91,000 familja, mentri fl-2012 kien lanqas laħaq l-94,000 familja. Kull sena fl-aħħar ħames snin medja ta’ 2,629 familja saru sidien ta’ darhom, mentri taħt l-amministrazzjoni preċedenti ż-żieda kienet ta’ 2,457 familja fis-sena. Barra minn hekk waqt li taħt
Qbiżna l-100,000 familja li huma sidien ta’ darhom mingħajr ma fadlilhom xejn x’jagħtu lill-bank
06
14.10.2018
kullhadd.com
MHUX VITTMI GĦAL DEJJEM! • IL-GVERN JIBDA JIMPLIMENTA BIDLIET IMPORTANTI Matul din il-ġimgħa l-Gvern approva l-ewwel mekkaniżmu li se jkun parti minn Exit Programme għall-vittmi ta’ prostituzzjoni. L-għan ta’ dan il-mekkaniżmu hu li l-Gvern jipprovdi għajnuna professjonali li tgħin lil dawn il-persuni joħorġu minn dan iċċirku. Fi tmiem l-ewwel fażi tad-diskussjonijiet, il-Gvern approva proposta sabiex tibda tingħata għajnuna speċjalizzata lil persuni li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’
Kordin u li f ’xi mument f ’ħajjithom missew mal-prostituzzjoni. Dan hu l-ewwel programm ta’ din ix-xorta li ser ikun offrut millIstat. L-għajnuna hija mmirata sabiex tgħin lil dawn il-persuni jgħixu ħajja indipendenti ’l bogħod mill-prostituzzjoni. Il-mekkaniżmu se jkun ukoll qed jagħtihom l-għodda meħtieġa biex tippreparahom għall-isfidi bażiċi tal-ħajja wara li joħorġu millħabs. Il-Gvern ser ikun qed jara li
l-programm speċjalizzat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinkludi opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, formali u informali. Din l-inizjattiva hija frott id-diskussjonijiet li saru bejn is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli u l-amministrazzjoni ta’ Dar Ħosea, l-unika dar f ’Malta mmexxija mill-volontarjat li tiffoka esklussivament fuq każijiet ta’ prostituzzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli tqis dan ilproġett bħala biss il-bidu ta’ ħolqien ta’ programm komprensiv li jagħraf id-diffikultajiet individwali ta’ persuni vulnerabbli li jesprimu x-xewqa li joħorġu mill-prostituzzjoni. Il-Gvern itenni t-twemmin tiegħu li jsaħħaħ u jħarrax il-ġlieda tiegħu kontra persuni li jisfruttaw lil dawn il-persuni vulnerabb- isiru biex il-vittmi ma jibqgħux li. Dan huwa l-ewwel pass li jmur ikunu penalizzati imma jingħataw id f ’id mal-bidliet li hemm bżonn l-għajnuna meħtieġa.
MINN BORMLA GĦAL MA’ LEICESTER
Ħolma ta’ bniedem li jilgħab ilfutbol professjonali li saħansitra ġabitu wkoll fl-ewwel diviżjoni f ’Malta nbidlet b’mod mhux tas-soltu. Hija storja li kważi tirrakkonta biss fil-films. Fil-blog ta’ gianlucadimarzio kien spjegat kif it-Taljan Davide Lorenzo spiċċa jaħdem fi Franza bħala waiter wara li x-xewqa tiegħu li jsir plejer professjonali falliet għalkollox. Dan sakemm… Kien fl-aħħar jiem li fil-Peitet Maison, ir-ristorant lussuż fejn jaħdem, mar għall-ikel Vichai, it-Tajlandiż sid tat-tim ta’ Leicester. Lorenzo li fuq dik il-mejda kien ra wkoll lil Mino Raiola u Maxwell, fost nies famużi oħra ma qgħadx lura u mar jgħidlu l-istorja tiegħu. Is-sid sema u ftit tal-jiem wara Lorenzo sab ruħu Leicester flimkien mal-internazzjonali Jamie Vardy fost oħrajn. Jirriżulta li dan Lorenzo beda ma’ Torino mbagħad
ma’ Juventus sa l-ewwel snin tal-adolexxenza. Imma ma rnexxilux jagħmilha filkompetizzjoni sfrenata li teżisti u minn hemm beda jdur l-Ewropa. Inkluż ġie Malta fejn lagħab ma’ Bormla. Eventwalment mar l-Istati Uniti u lura l-Italja u mar Franza jaħdem ta’ waiter kontra qalbu sakemm iltaqa’ ma’ Vichai. “Meta għidtlu li kont malJuventus fi snin tal-youths ħarisli b’mod stramb. X’qed tagħmel hawn allura? Hemm irrakkontajtlu ħajti,” qal il-plejer meta intervistat. Sid il-Leicester staqsieh jitħajjarx jilgħab ilBelġju jew it-Tajlandja u ftit sigħat wara kien fi triqtu għal Leicester fejn issa qed jitħarreġ biex jerġa’ jiġi f ’tiegħu u minn hemm jaraw x’se jiġri u fejn se jmur jilgħab. U kif jgħid Di Marzio nnifsu min jaf forsi Leicester iġibulu l-fortuna li ġabet lil Taljan ieħor, Claudio Ranieri!
07
14.10.2018
kullhadd.com
MONSINJUR ALLEGATAMENT SAWWAT TIFEL FI SKOLA Monsinjur li kien imexxi skola primarja tal-Knisja f ’Għawdex tressaq il-Qorti akkużat li allegatament sawwat tifel t’10 snin. Monsinjur Karm Gauci, li sa ftit tax-xhur ilu kien il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti filħdax t’Ottubru, b’kontravenzjoni. Il-każ qed jinstema’ wara bibien magħluqa quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud. ONE News żvela lbieraħ kif dan il-każ ġara fid-disgħa ta’ Mejju li għadda, ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar. Is-sorsi qalulna li kien hemm żewġ subien involuti u wieħed minnhom spiċċa quddiem is-surmast. Dan it-tifel, li kien għadu kemm għamel operazzjoni f ’rasu, allegatament spiċċa miġbud minn
xagħru u hemm xhieda li rawh jaqla’ daqqiet bil-pala tal-id. Fil-fatt ONE News irrapporta li żewġ persuni minn barra l-iskola, li dakinhar inzertaw kienu l-iskola xehdu wara l-bibien magħluqa li raw it-tifel jiġi msawwat mis-saċerdot. Ix-xhieda ta’ dawn iż-żewġ persuni hija meqjusa bħala waħda b’saħħitha tant li minn tagħrif li kiseb dan l-istazzjon, iddeskrivew xena xokkanti. Spjegaw kif it-tifel hu u allegatament jaqla’ xi daqqiet, spiċċa jinżel kokka u jitbaxxa. Kien irrapportat ukoll li f ’dikjarazzjoni li ta l-qassis, li rtira biż-żmien ftit tax-xhur ilu, saħaq li t-tifel kien ħaqqu. B’rabta ma’ dan il-każ, saret anki inkjesta Maġisterjali li għaliha tqabbad Dr. Jean Paul Grech. Filwaqt li l-inkjesta eskludiet
li l-Monsinjur kkaġuna xi feriti fuq it-tifel, irreferiet bil-qawwa għal eżami mediku li sar fuq ittifel wara dan il-każ. It-tabib Michael Refalo, li ONE News huwa infurmat li tqabbad mill-pulizija, ikkonkluda li ma sabx tbenġil. It-tabib żied jgħid li fuq il-qurriegħa tar-ras tat-tifel baqgħet tidher ferita kkawżata mhux mill-każ iżda minn infezzjoni li rriżultat wara l-operazzjoni li għamel it-tifel, jiem qabel il-każ. One.com.mt ippubblika ritratti li juru kif kienet ras it-tifel qabel mal-qassis allegatament ġibidlu xagħru. Esperti legali li tkellem magħhom sostnew li l-konklużjonijiet ta’ din l-inkjesta jeżonoraw u ma jippuntawx subgħajhom dirett lejn il-qassis. Madankollu l-istess esperti qalulna li f ’każijiet simili tista’ tiġi imposta ordni ta’ protezzjoni.
08
14.10.2018
kullhadd.com
DOKUMENT TA’ MALAJR LI MA RIDUX DOMANDI DWARU • KUNTRARJU GĦAS-SOLTU M’GĦAMLUX KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET • IL-ĠURNALISTI GĦAMLU ĦAMES MINUTI U TEFGĦUHOM ’IL BARRA Minn kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern, din hija l-iktar sena li l-Partit Nazzjonalista ma kienx komdu jressaq is-suppost proposti tiegħu ta’ qabel il-baġit. Tant li filwaqt li s-soltu tissejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li mbagħad tkun segwita b’laqgħat mal-imsieħba soċjali din is-sena saret mill-ewwel il-laqgħa mal-imsieħba soċjali u l-midja ma ngħatatx ċans tagħmel mistoqsijiet jew saħansitra titlob kjarifiki. Fil-fatt, il-membri tal-midja
tħallew għall-ewwel ftit minuti biex imbagħad ġew mitfugħa ’l barra. Jirriżulta li sforz l-inkwiet li kien hemm fil-PN tul l-aħħar xhur ix-xogħol fuq dan id-dokument waqa’ lura u kollox kellu jsir ta’ malajr. Fil-fatt, dan spikka meta iktar kmieni din il-ġimgħa d-Deputat Ivan Bartolo ħa sehem fil-programm Arena. Bis-suppost dokument ta’ ftit paġni quddiemu, Bartolo ntalab jagħmel dikjarazzjoni sempliċi dik li jgħid x’hemm għall-pensjonanti. Iżda, ma kienx kapaċi jagħmel dan. Iqalleb fil-paġni ta’ quddiemu ma sabx proposta waħda anke jekk suppost ma tantx kellu jqalleb fil-paġni għax qal li ddiskutewh fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Iżda, meta mbagħad ġie dahru mal-ħajt, qal li ma ji-
stax jara għax kien bla nuċċali. Intant, mhux biss id-dokument jispikka għan-nuqqas ta’ proposti iżda d-dikjarazzjonijiet tal-Oppożizzjoni meta mressaq id-dokument ta’ qabel il-baġit huma bbażati fuq premessi żbaljati li juru kif
il-Partit Nazzjonalista ma jistax ikun kredibbli meta jitkellem dwar l-ekonomija. Adrian Delia jsostni li t-tkabbir ekonomiku eċċezzjonali li nkiseb fl-aħħar snin mhuwiex jirriżulta f ’bidla reali u pożittiva għall-familji f ’pajjiżna. Iżda, il-fatti juru mod ieħor. L-Oppożizzjoni tgħid li żdied il-faqar, naqsu l-pagi u ħadd ma jista’ jsir sid ta’ daru. Iżda, in-nies u n-numri juru realtajiet differenti. Skont il-Eurostat, fl-aħħar tliet snin l-ammont ta’ dawk f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqas b’16,000 persuna. Issa l-proporzjon tal-popolazzjoni f ’sitwazzjoni vulnerabbli qiegħed fl-anqas livell minn mindu bdew jinġabru dawn il-figuri għal pajjiżna fl-2005. Il-Labour Force Survey magħmul mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindika li tul l-aħħar ħames snin il-paga medja f ’pajjiżna żdiedet bi kważi €3,000 minn madwar €16,000 fl-2013 għal kwazi €19,000 fl-2018. Grazzi għat-titjib ekonomiku li seħħ f ’pajjizna fl-aħħar snin, illum għandna l-anqas ammont ta’ persuni jirreġistraw għal impjieg u l-akbar ammont ta’ persuni jaħdmu bi qligħ fl-istorja ta’ pajjiżna. Il-persuni li jiddependu għall-għajxien tagħhom mill-assistenza soċjali naqsu bin-nofs, filwaqt li d-depożiti li familji Maltin għandhom ma’ banek lokali żdiedu b’aktar minn 50% f ’ħames snin. Minflok jirrikonoxxi li ħaddiema barranin qed jagħtu kontribut pożittiv lill-ekonomija u lill-finanzi pubblici f ’pajjiżna, Adrian Delia qed ikompli jipprova jbeżża’ li dawn qed jisirqu opportunitajiet għall-familji Maltin. Ir-realtà hi li ż-żieda li kellna fl-ammont ta’ ħaddiema barranin seħħet fl-istess żmien meta r-rata ta’ qgħad f ’pajjiżna waqgħet fl-anqas livelli li qatt kienu rreġistrati, filwaqt li r-rata ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-Maltin għall-ewwel darba fl-istorja qabzet il-medja taż-Żona Ewro.
09
14.10.2018
kullhadd.com
300 SODDA OĦRA F’MATER DEI • FEJN U KIF SE JIŻDIEDU? Bis-servizzi dejjem jiżdiedu fl-Isptar Mater Dei, li kien żgħir mill-bidu nett, u biż-żieda tal-popolazzjoni, qed tikber aktar il-pressjoni għat-tkabbir tiegħu. Konxju minn dan, ilGvern ħejja pjani biex fi żmien ta’ bejn erba’ u sitt snin oħra n-numru ta’ sodod fil-kumpless ta’ Mater Dei jiżdiedu bi 300 apparti li tul il-leġiżlatura l-oħra kienu nbnew żewġ swali oħra. Wara li nhar it-Tlieta li għadda d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne indirizza l-laqgħa tal-Kabinett tkellem dwar dan u l-gazzetta KullĦadd stħarrġet kif dan l-iżvilupp mistenni jsir f ’diversi stadji. L-ewwel li se jsir huwa li fil-viċinanza tal-Kamra Mortwarja jinbena Outpatients Department ġdid b’parkeġġ ta’ ħames sulari taħtu. Dan iċ-ċaqliq ikun ifisser li flok l-Outpatients tal-lum jinkiseb spazju għal 120 sodda oħra. Stadju ieħor ikun il-bini ta’ sptar ġdid għall-kura ta’ mard mentali akut li wkoll ikollu 120 sodda biex fl-aħħar stadju jinbena sptar tal-maternità u t-tfal fuq iż-żewġ swali li nbnew tul il-leġiżlatura l-oħra. L-art li fuqha se jinbena l-isptar għall-kura mentali diġà qiegħda f ’idejn il-Gvern. “Mal-problema ta’ spazju f ’Mater Dei, l-isfidi ewlenin għall-qasam tas-saħħa huma l-ħtieġa li jiżdiedu s-servizzi li qegħdin jingħataw bħalissa u li huma ta’ livell eċċellenti; is-sostenibbiltà tagħhom; l-innovazzjoni teknoloġika bħalma hija l-blockchain li dieħla wkoll fil-qasam tas-saħħa u l-akbar sfida hija l-bidla fil-mentalità li għandha twassal biex nenfasizzaw ferm
u ferm aktar fuq il-prevenzjoni milli qegħdin nagħmlu llum meta qegħdin kważi nibbażaw totalment fuq il-kura,” qal lil dan il-ġurnal id-Deputat Prim Ministru. Sadanittant jirriżulta wkoll li qed jinħass il-bżonn li jibda jinbidel l-apparat mediku f ’Mater Dei peress li issa hemm minnu li għadda żmien twil minn fuqu, filwaqt li tkompli tkun introdotta teknoloġija aktar avvanzata, bħalma hija dik robotika. Huwa mistenni li s-sena li ġejja se jkun introdott robot biex ‘jassisti’
lill-kirurgu waqt l-operazzjonijiet filwaqt li ‘jitgħallem’ mingħandu. Se jiżdiedu wkoll il-magni talMRI biex minn 8,000 kull sena, kif kienu jsiru sas-sena 2013 u li llum diġà telgħu għal 27,000 MRI kull sena, jittellgħu għal 35,000 u mbagħad għal 50,000. Dan se jkun ifisser li jiżdiedu tliet magni oħra tal-MRI, magna oħra fil-privat u oħra f ’Għawdex. Sadanittant f ’Għawdex għaddej ukoll il-proġett ta’ bini ta’ sptar ġdid minn Steward Healthcare u skola medika minn Barts. L-investiment ma kienx, u
mhux se jkun biss wieħed infrastrutturali imma wkoll f ’dak uman, tant li f ’dawn l-aħħar snin ġew impjegati 480 infermier u 800 tabib, b’aktar tobba jintbagħtu jispeċjalizzaw barra l-pajjiż filwaqt li fejn jirrigwarda infermieri se jibda jingħata taħriġ professjonali postgraduate b’mod pjanat u strutturat u mhux b’mod sporadiku. Malta se tkun l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li jkun qed joffri dan it-taħriġ lill-infermieri. “Se nkunu qegħdin nenfasizzaw ukoll għal aktar użu
mill-faċilitajiet li għandna fil-komunità bħalma huma ċ-Ċentri tas-Saħħa biex mard kroniku mhux infettiv ikun trattat fihom u mhux fl-isptarijiet. Apparti li ftaħna Ċentru tas-Saħħa ġdid f ’Ħal Kirkop, se nkunu qegħdin niftħu ieħor ġdid f ’Għawdex filwaqt li se noħorġu talba għal espressjoni ta’ interess biex jinbena Ċentru tas-Saħħa ieħor finnaħa ta’ fuq ta’ Malta. Sadanittant se jsir rinnovar taċ-Ċentri tas-Saħħa eżistenti bi spiża ta’ €11-il miljun,” qal id-Deputat Prim Ministru.
11
14.10.2018
kullhadd.com
NEGOZJI INĊENTIVATI In-negozji tal-familja huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija. Għal dan ilgħan il-Gvern irid jinċentivahom mhux biss b’liġijiet ġodda, iżda wkoll b’inċentivi biex ikunu jistgħu jaħdmu iktar. Tkellimna mal-Avukat Nadine Lia responsabbli minn ħafna mill-bidliet li għaddejjin bħalissa. X’inhu negozju tal-familja? Negozju tal-familja huwa negozju li fih żewġ membri tal-familja jew aktar. Barra minn hekk, negozju tal-familja huwa wieħed fejn il-maġġoranza tal-pussess jew tal-kontroll jinsabu fi ħdan il-familja. Tista’ tgħid li n-negozju tal-familja huwa l-eqdem struttura tan-negozju li teżisti. Kemm għandna negozji tal-familja f ’pajjiżna? Huwa fatt li madwar 75% tan-negozji f ’Malta huma tal-familji jew kkontrollati minnhom. Hemm madwar 31,000 negozju żgħir tal-familja, li jimpjegaw minn wieħed sa ħamsa min-nies. Bejniethom dawn iħaddmu ’l fuq minn 38,000 ruħ; hemm oħrajn li jimpjegaw ’il fuq minn 250 sa 500 ruħ. Dawn il-figuri huma waħda mir-raġunijiet għalfejn ilGvern ħass il-bżonn li pajjiżna jkollu liġi li tindirizza speċifikament in-negozji tal-familja. X’inhuma l-iktar ħtiġijiet ta’ dawn in-negozji? L-akbar ostakli li jaffaċċjaw negozji tal-familja huma dawk li għandhom x’jaqsmu mat-trasferiment, speċjalment meta membri tal-familja jiġu biex jittrasferixxu n-negozju bejniethom u minn ġenerazzjoni għall-oħra. 30% biss tan-negozji tal-familja jirnexxu f ’din it-tranżizzjoni mill-ewwel għat-tieni ġenerazzjoni, filwaqt li inqas minn 10% jkampaw fit-tielet ġenerazzjoni. Sfida oħra li kull negozju, irrispettivament mid-daqs tiegħu, jaffaċċja xi mument jew ieħor huwa kif se jiffinanzja t-tkabbir. Is-self mill-banek huwa mod kif tradizzjonalment negozji Maltin li ma jkollhomx il-likwidità u l-kapital meħtieġ jiffinanzjaw dan it-tkabbir. Però huwa wkoll fatt li s-self millbanek joħloq ukoll piż fuq dawn in-negozji li kultant ikun kbir wisq biex finalment in-negozju jkun jista’ jlaħħaq miegħu. Aħna nemmnu li l-likwidità hija ħaġa essenzjali għall-intraprizi ta’ kull daqs biex in-negozju tagħhom ikun jista’ jibqa’ għaddej b’suċċess. Għalhekk
inħossu li għandna nsibu metodi oħra ta’ finanzjament, li permezz tagħhom l-intrapriżi jilħqu l-livell ta’ likwidità meħtieġ biex ikunu jistgħu jesploraw opportunitajiet kummerċjali ġodda. Biex nilħqu dan l-għan huwa neċessarju li, b’ħidma u sinerġija mal-banek, noħolqu skemi ġodda li jgħinu lin-negozji jiffaċilitaw l-aċċess responsabbli għall-finanzjament, kemm għall-working capital u anki għall-investiment biex ikomplu jtejbu l-operat tagħhom, jinvestu u jkabbru. Riċentement ħabbartu xi bidliet oħra. X’inhuma dawn il-bidliet u għaliex?
Għaliex in-negozji tal-familja huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija. In-negozji tal-familja huma kruċjali għall-ekonomija tagħna u bl-introduzzjoni ta’ din il-liġi l-Gvern ddeċieda li jagħtihom l-appoġġ mistħoqq bl-aħjar mod li jista’ billi jiżviluppa politika u leġiżlazzjoni effettiva. Fil-fatt, din il-liġi innovattiva u unika fl-Ewropa diġà bdiet tħalli effett pożittiv fuq l-intrapriża lokali.
Wara li ppreżentajna din il-liġi fil-Parlament ftit tassnin ilu, kien imiss li nibdew napplikawha fis-suq. Hekk kif bdejna niġġeneraw iktar interess fost in-negozji tal-familja indunajna li kien hemm il-possibilità li nagħmluha aħjar milli hi billi nippreżentaw xi emendi sabiex in-negozji jkunu jistgħu japplikaw għall-inċentivi bl-aktar mod faċli u effiċjenti. L-emendi huma mmirati sabiex inaqqsu l-burokrazija filwaqt li nagħmluha iktar faċli għan-negozji sabiex Kemm hu importanti l-irwol japplikaw għall-inċentivi ppro- tal-Bank għall-Iżvilupp vduti minn din il-liġi. f ’dawn l-inizjattivi ġodda?
Hemm xi inċentivi finanzjarji Kif ħabbarna ftit tal-jiem ilu, għal min għandu negozju għall-ewwel darba bank lokali tal-familja? se jkun qed joħloq skema speċjalizzata għan-negozji tal-familIva, hemm diversi inċentivi fi- ja. Bl-għajnuna tal-Uffiċċju nanzjarji – uħud minnhom huma għan-Negozji tal-Familja u forma ta’ tax credit, filwaqt li l-Bank of Valletta, dawn in-neoħrajn huma ta’ tnaqqis tat-taxxa gozji ser ikomplu jibbenefikaw tal-boll. Dan ix-xahar ħabbar- minn aktar għajnuniet minn din na skema ġdida mal-bank lokali l-iskema speċjalizzata. MadanBOV u l-Bank Malti għall-Iżvi- kollu, sabiex din l-iskema tkun lupp sabiex in-negozji tal-familja waħda ta’ serħan il-moħħ u li vejkunu jistgħu jissellfu minn Bank rament toffri ghajnuna lil dawn lokali biex b’hekk ikollhom ik- it-tip ta’ negozji, il-Bank Malti tar assistenza biex jittrasferixxu għall-Iżvilupp huwa wkoll parti n-negozju tagħhom. minn dan il-ftehim li ntlaħaq u ser ikun bħala dak li jagħmel tajjPerò għaliex negozju għandu eb. Irridu nirrikonoxxu li l-akbar jippretendi din l-għajnuna ostaklu li jiltaqgħu miegħu n-nekollha li qed toffru intom? gozji, b’mod partikolari n-nego-
zji żgħar, huwa l-aċċess għall-finanzi. U hawnhekk fejn jidħol l-irwol tal-Bank għall-Iżvilupp. Din il-kollaborazzjoni bejn il-BOV, l-Uffiċċju tan-Negozji tal-Familja, u l-Bank Malti għall-Iżvilupp qed tgħin ukoll l-istrateġija tal-Gvern biex inrawmu kultura ta’ innovazzjoni u intraprenditorija f ’pajjiżna. Kontu għamiltu inċentivi fuq trasferiment ta’ negozju. X’inhuma dawn l-inċentivi u kemm intużaw? Fil-preżent hemm tliet inċentivi ta’ dan it-tip. Tnejn minnhom se jibqgħu ghal dejjem filwaqt li waħda minnhom kienet imħabbra fil-baġit tal-2017 u kellha sservi għal sena waħda biss. Iżda minħabba l-interess u take up qawwi ta’ din l-inċentiva, din ġiet estiża fil-baġit tal-2017 għat-tieni sena konsekuttiva. It-tliet inċentivi joffru tnaqqis fir-rata tat-taxxa tal-boll li għandha titnaqqas meta jsir trasferiment ta’ negozju lil membri tal-familja. X’tip ta’ investiment qed ifittxu dawn in-negozji bl-għajnuna li qed tagħtuhom intom? Sa minn meta infetaħ l-uffiċċju tan-negozji tal-familja rajna take up ta’ diversi inċentivi apparti dawk li jikkonċernaw it-tnaqqis tat-taxxa. B’riżultat ta’ dan
rajna negozji li bdew jinvestu fl-impjegati tagħhom permezz tal-fondi li jistgħu jingħataw kull sena sabiex jipprovdu taħriġ u edukazzjoni għall-ħaddiema u għas-sidien tan-negozju stess. Rajna wkoll take up qawwi tal-advisory fund fejn issa bdew ifittxu assistenza professjonali u legali sabiex jieħdu parir fuq kif għandhom jagħmlu s-suċċessjoni, jittrasferixxu n-negozju, jiżviluppaw il-governanza tan-negozju u jistrutturaw filwaqt opportun. Sodisfatti bl-element ta’ innovazzjoni li qed taraw? Għamilna passi ’l quddiem iżda konvinta li għad fadal ħafna xi jsir hekk kif din il-liġi tibda tilħaq aktar negozji. Fejn tara n-negozji tal-familja f ’Malta minn hawn u ftit tas-snin oħra? L-ikbar sfida li jiffaċċjaw in-negozji tal-familja hija l-kontinwità. Il-maġġoranza ma jirnexxilhomx ikomplu joperaw minn ġenerazzjoni għall-oħra u għalhekk din hija problema li nixtiequ nsolvu. Għal dan il-għan, nittamaw li bis-saħħa tas-servizzi li qed joffri l-uffiċċju tan-negozji tal-familja nkunu nistgħu nsalvaw u naraw ħafna iktar negozji jgħaddu għand il-ġenerazzjonijiet li jmiss.
12
14.10.2018
kullhadd.com
IL-PERIKLU XOGĦLU X’jagħmel id-Dipartimet talProtezzjoni Ċivili u x’jinvolvi l-irwol tiegħek bħala Direttur ta’ dan id-Dipartiment?
Il-funzjonijiet tad-Dipartiment huma ħafna u varji; primarjament li jwieġeb għal kull sejħa ta’ emerġenza; li jkun ippreparat f ’każ ta’ diżastru, kif ukoll għal dawk l-emerġenzi naturali, industrijali jew oħrajn li jistgħu jinqalgħu; sabiex jorganizza u jikkordina faċilitajiet ta’ taħriġ u korsijiet għall-personell li jistgħu jinħtieġu; sabiex iwaqqaf l-infrastruttura meħtieġa; sabiex iġib ’il quddiem konoxxenza pubblika dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-Protezzjoni Ċivili; sabiex iżomm u jmexxi Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ. Bħala Direttur irrid nara li l-funzjonijiet kollha tad-Dipartiment qed jaħdmu, u qed jaħdmu sewwa. Ir-rwol tiegħi huwa li nimplimenta l-viżjoni tal-Gvern tal-ġurnata u nara li din miexja skont il-programm maħsub. Ukoll li nilħaq milestones, deadlines u miżuri li jitfasslu skont il-policy u li mmexxi ’l quddiem dak kollu possibbli fil-qasam tal-Protezzjoni Ċivili. Kien hemm xi fatturi partikolari li xprunawk b’xi mod jew ieħor biex tinklina ruħek lejn dan id-Dipartiment? Hemm żewġ fatturi, wieħed ġej mill-ewwel impjieg li kelli fis-Settur Pubbliku. Dan kien li narma l-iscaffolding mal-Valletta Rehabilitation Project. Xogħol riskjuż u ta’ periklu li qatt ma dejjaqni, allura kif fl-1998 kien hemm sejħa ta’ applikazzjoni biex jinfetaħ l-ewwel reklutaġġ għal mal-Protezzjoni Ċivili applikajt ma’ oħrajn li konna naħdmu fis-settur. Il-fattur l-ieħor kien li minn mindu kont żgħir kont inħobb ngħin, kont nara lil xi mara bil-basktijiet tqal tax-xirja, kont neħodhomlha u nwasslilha l-basktijiet id-dar. Dan il-valur iktar kiber u sab għeruqu f ’dan id-Dipartiment għax meta tgħin, ftit jew wisq tħoss ċertu sodisfazzjon li l-ebda premju ma jagħtihulek.
toqsijiet li rridu nagħmlu internament, għax, vera l-Protezzjoni Ċivili qiegħda hemm biex issalvak minn kull inċident, imma nistaqsi int qed tevitah l-inċident? Jew qed tistenna li jiġrilek u tippretendi li jkollok kollox miegħek għax hemm il-Protezzjoni Ċivili? L-affarijiet ma jaħdmux hekk. Huwa fl-obbligu ta’ kulħadd li jkun edukat u jħares il-liġijiet sewwa, li josserva regoli u li jipprova jkun parti minn din il-bidla fil-mentalità dik “li lili ma jista’ jiġrili xejn”. Kulħadd huwa suġġett u kulħadd għandu stejjer kbar x’jikteb. Jalla li flimkien naslu biex niktbu stejjer ta’ suċċess u mhux ta’ traġedji. Fuq livell personali u emozzjonali, kif taffaċċja t-traġedji? It-traġedji ibsin, tidrahom bil-mod imma jaffettwawk u jibqgħu jaffetwawk tul ħajtek kollha. Idderri mal-milja taż-żmien imma dak li tara u li tmiss jibqa’ miegħek u kultant jitla’ fil-wiċċ, għax wara kollox aħna umani, u nħossu, aħna għandna familja bħal kulħadd allura nweġġgħu iktar għax f ’xeni kiefra bħal dawn imutu n-nies f ’idejk, f ’inċidenti u bla ma trid tiftakar fil-familja tiegħek. L-ikbar weġgħat meta tkun tajt ħiltek kollha f ’xi operazzjoni ta’ salvataġġ delikata biex issalva xi ħajja u wara ftit jiem il-persuna tmut, dak huwa diżappunt indiskrivibbli, biss is-sodisfazzjon ikun kbir meta mirakolożament il-persuna ssalva u tibqa’ ħajja, dak l-ikbar sodisfazzjon.
Emanuel Psaila Direttur tal-Protezzjoni Ċivili li jaħdem qatigħ għas-salvagwardar tas-sigurtà f’pajjiżna, waqt li għandu wkoll imħabba kbira lejn l-ilsien Malti, tant li riċentement nieda ktieb li jġib l-isem Storja Maqsuma.
kontinġenza u linji direttivi u kodiċi assoċjati li jkollhom x’jaqsmu ma’ emerġenzi u diżastri pubbliċi; li jissorvelja l-ħidmiet tad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili; li jinkoraġġixxi u jagħti sostenn fuq livelli nazzjonali u lokali dwar it-tħejjija għal xi emerġenza ġenerali li tkun kapaċi li tirrispondi għal kull xorta ta’ emerġenza, tkun xi tkun il-kawża tagħha; li jikkoordina u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’organizzazzjonijiet volontarji ta’ Protezzjoni Ċivili.
Riċentement, innutajt li kien hemm anqas problemi b’persuni li sabu lilhom Int membru wkoll tal-Kunsill infushom f ’diffikultà waqt il-maltemp. Jista’ jkun li dan tal-Protezzjoni Ċivili. X’inhu huwa minħabba li l-pubbliku r-rwol ta’ dan il-Kunsill? ġenerali qed jagħti aktar kas Ir-rwol tal-Kunsill huwa li; jif- tar-rakkomandazzjonijiet formula, imexxi u jikkordina tiegħek fost oħrajn? kull kwistjoni u prattika ta’ politika nazzjonali dwar il-Protez- Jista’ jkun li għalhekk. Qed nagħfzjoni Ċivili; biex jikkordina dak su ħafna fuq il-midja, qed nippruli jidħol fil-kompetenza tiegħu vaw nedukaw kemm nistgħu, qed fil-każ ta’ emerġenza pubblika nippruvaw ukoll inkunu effettivi jew diżastru; li japprova pjani ta’ fil-qasam tal-midja soċjali, imma
għen ħafna wkoll in-National Flood Relief Project, li magħhom naħdmu tajjeb ħafna (kif nagħmlu ma’ ħafna entitajiet) u nagħmlu spezzjonijiet fuq bażi regolari. X’relazzjoni għandu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma’ organizzazzjonijiet volontarji bħal mhuma l-Malta Red Cross Society u s-St John’s Ambulance Brigade? Hemm relazzjoni tajba ħafna, pożittiva u li tħares ’il quddiem. Apparti dawn l-entitajiet imsemmija hemm ukoll oħrajn li jgħinu lill-Protezzjoni Ċivili u li magħhom għandna relazzjoni tajba ferm. Ftit ġimgħat ilu l-Gvern qassam €35,000 f ’fondi diretti lil sitt entitajiet skont l-għajnuna li qed joffru lid-dipartiment. Tajjeb li ngħidu li kemm mar-Red Cross kif ukoll mas-St John Rescue Core fi ftit xhur oħra nibdew nagħtu taħriġ lin-nies tagħna biex isiru instructors fil-first aid u fillife supporting at sea.
X’livell ta’ parteċipazzjoni għandu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-front edukattiv?
Semmi xi affarijiet li qegħdin iħallu effett negattiv fuq il-ħaddiema tal-Forza tal-Għajnuna u Salvataġġ fi ħdan id-Dipartiment Hemm diversi modi. Nużaw il-mi- tal-Protezzjoni Ċivili. dja u nagħmlu kull sforz possibbli biex inwasslu edukazzjoni xierqa, Affarijiet negattivi jkun hemm x’wieħed ma għandux jagħmel, dejjem, forsi l-iktar waħda komukif iridu jwasslu l-messaġġ ta’ in- ni hija n-nuqqas ta’ nies; biss dan ċident, kif jużaw tajjeb il-112. Ap- ġie mxejjen għalkollox minħabparti dan nagħmlu żjarat fl-iskejjel, ba l-element pożittiv li għandtfal ta’ skejjel diversi jiġu jżuruna hom il-ħaddiema. Fil-biċċa l-kbifl-istazzjonijiet, nagħmlu aware- ra tagħhom dawn jagħmlu dan ness talks, nagħmlu fire drills, ix-xogħol bħala vokazzjoni, għax nissorveljaw eżerċizzji interni u iridu jsalvaw, għax iridu jgħinu, niżguraw li l-messaġġ dwar il-pre- għax iħossu dan id-dmir. Jgħidu li venzjoni u li nkunu preparati jasal. anke l-imsaren fl-istonku jgergru Apparti l-edukazzjoni, ma jfissirx u dan jgħodd għal kulħadd, imma li aħna nipprietkaw biss, imma meta niġu għall-verità nista’ ngħid nistaqsi: “Int bħala ċittadin x’qed b’wiċċi minn quddiem li l-ħaddietagħmel biex tevita kemm tista’ ma tal-Forza jkunu dejjem hemm. inċidenti? X’qed tagħmel bħala Insemmi eżerċizzju spontanju li prevenzjoni għalik u għal dawk li għamilna s-sena li għaddiet fejn tħobb? Għandek fire blanket qrib ridna naraw kemm ħaddiema se il-kċina? Għandek extinguish- jirrispondu għal sejħa diretta, u er fil-karozza? Inti titkellem fuq dan kien suċċess għax iktar minn il-mobile u ssuq? Inti tħalli l-bor- 98% tal-Forza wieġbu għaliha, irma fuq in-nar u tmur tagħmel xi relevanti li kien matul il-lejl. Dan ħaġa oħra?” Dawn huma l-mis- juri li l-membri tal-Forza qegħdin
13
14.10.2018
kullhadd.com
hemm biex verament jipproteġu u issa għandna vetturi li kapaċi jġorru 11,000 litru ilma u għalhekk jsalvaw liċ-ċittadin. stajna nattakkaw in-nirien minn bnadi differenti u bi kwantità kbiBħala pumpiera, tistgħu ra ta’ ilma, id-direzzjoni tar-riħ tiffurmaw trade union? ukoll għenet. Bl-investiment li qed Iva, il-ħaddiema jistgħu jissieħbu jagħmel il-Gvern f ’xiri ta’ vetturi f ’Union. Fil-fatt il-maġġoran- tat-tifi tan-nar ġodda qed narmaw za assoluta tal-membri tal-Forza iktar għal kull eventwalità. Tajjeb tal-Għajnuna u Salvataġġ qegħdin li nsemmu li lejn l-aħħar tas-sena fil-Unjin tal-Protezzjoni Ċivili. daqt jaslu Malta żewġ bawżers li Dan seta’ jsir wara li ġiet emendata jesgħu 20,000 litru u tnejn oħra li jesgħu 40,000 litru ilma. Dawn l-liġi fl-2015. ġew wara ftheim li għamilna malMIP biex f ’każ ta’ nirien industriX’inhuma l-isfidi li bħala jali jkollna kwantità kbira ta’ ilma Dipartiment tal-Protezzjoni u nkunu nistgħu nitfgħu n-nirien Ċivili jkollkom tħabbtu taħt kontroll fl-iqsar żmien poswiċċkom magħhom f ’każi sibbli. ta’ nirien maġġuri bħalma kien hemm ftit tal-jiem ilu Id-Dipartiment jiġi attrezzat fil-Magħtab? Kif ilqajtu biex jilqa’ għal kull eventwalità għalihom? inkluż it-taħriġ tal-ħaddiema? L-isfidi huma kbar, kif tkellimna, li tibdel mentalità hija l-ikbar Iva, it-taħriġ huwa fundamentali. sfida, imma nemmen li naslu għax Isir taħriġ imsejjaħ in-house kull il-poplu huwa ħerqan u jħoss li jrid nhar ta’ Ġimgħa. Dan huwa taħriġ entità li tipproteġih. F’nirien kbar intensiv għall-membri tal-Forza tkun trid ammont kbir ta’ ilma u kollha inkluż jien stess. Sa issa ammont kbir ta’ pumpiera. Fil- diġà implimentajna tliet tipi difMagħtab irnexxielna nitfu f ’inqas ferenti ta’ taħriġ. Apparti dan, 50 minn erba’ sigħat minħabba bos- persuna tħarrġu fuq salvataġġ u ta fatturi. Is-sistema tal-hydrants tifi ta’ nirien minn ġo helicopter. tal-wasteserve kienet taħdem u 100 persuna marru Rotterdam ħadmet b’mod effiċjenti, aħna biex jitħarrġu fuq nirien ikkawżati
minn LNG. Tmien persuni saru instructors fuq HAZMAT, se nagħmlu taħriġ fuq tall buildings, tajna korsijiet individwali fuq well being u oħrajn f ’oqsma speċjalizzati. Il-pilastru tat-taħriġ huwa fundamentali biex il-PĊ topera sewwa, u se nkomplu ninvestu ħafna f ’dan il-qasam. Xi pjanijiet oħra għandkom għall-futur? Lestejna pjan nazzjonali u preżentajnieh lill-Gvern. Dan jinkludi trasformazzjoni mill-qiegħ tal-Protezzjoni Ċivili. Iridu jinbidlu l-istazzjonijiet kollha (10) u jkunu kollha jifilħu għat-terremoti. Inutli jkollok l-aqwa apparat meta jekk jagħmel terremot jaqa’ kol-
lox, jikkollassa kollox fuq it-trakkijiet u fuq in-nies u għalhekk ma tkunx tista’ topera. L-istazzjonijiet il-ġodda jridu jilqgħu fihom lillNGOs biex huma wkoll ikollhom is-sigurtà meħtieġa u jibqgħu operabbli f ’każ ta’ diżastru. Irridu iktar riżorsi umani biex inlaħħqu mad-domanda tal-work force li qed tikber u qed taħseb biex tirtira, għall-popolazzjoni li dejjem qed tiżdied u biex inħarsu u nimplimentaw id-domandi li qed jaqgħu fuq il-PĊ ta’ kuljum. Irid jinxtara iktar apparat, irid isir iktar taħriġ u fuq kollox irid ikun hemm qabża fil-kwalità bejn ix-xogħol ta’ fire brigade u x-xogħol tal-Protezzjoni Ċivili, għax huma differenti. Il-pjan iħares lejn il-futur, lejn il-ġenerazzjoni li jmiss u tfal ta’
Ir-rwol ta’ Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jekk tieħdu bis-serjetà huwa mpenjattiv u jeħodlok anke l-ħin tal-familja aħseb u ara tal-passatemt jew aħjar tal-kitba letterarja. Min jaf, forsi la nirtira bis-servizz jerġa’ jibda jidher Leli li jħarbex ftit!
ħames snin illum jibda jkollhom edukazzjoni ta’ fire awareness u għalhekk ma jħossuhiex bi tqila biex 30 sena oħra meta jiġu biex jiftħu business, jew inkella jinvestu ma jarawx l-ispiża tal-fire precaution bħala żejda għax tkun parti mill-kultura u l-edukazzjoni tagħhom. Għandek imħabba kbira lejn l-ilsien Mali tant li riċentement nedejt ktieb li jġib l-isem Storja Maqsuma. Agħtina iktar dettalji. Iva l-ilsien Malti nħobbu, fil-fatt nagħmel mezz li kull email niktibha bil-Malti dejjem jekk ma jkunx hemm esponenti barranin fiha. Il-letteraturaa nħobbha wkoll, anzi nħobbha ħafna. Storja Maqsuma huwa l-uniku pubblikazzjoni tiegħi u dan wasal għax kont irbaħt il-konkors letterarju għaż-żgħażagħ. Nixtieq li nikteb u nippubblika biss m’għandix ċans. Ir-rwol ta’ Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jekk tieħdu bis-serjetà huwa impenjattiv u jeħodlok anke l-ħin tal-familja aħseb u ara tal-passatemp jew aħjar tal-kitba letterarja. Min jaf, forsi la nirtira bis-servizz jerġa’ jibda jidher Leli li jħarbex ftit!
14
14.10.2018
kullhadd.com
KARRIERA TWILA LI DAWRITU D-DINJA Intervista ma’ Bruno Peek, Pageantmaster tar-Reġina Eliżabetta Fil-11 ta’ Novembru, ir-Renju Unit se jfakkar il100 sena mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, biex jagħti ġieħ lil miljuni ta’ nies li nqatlu jew sfaw feruti biex jiżguraw il-libertà. Se jinxtegħlu aktar minn elf torċa li jissimbolizzaw tmiem id-dlam tal-gwerra u r-ritorn tad-dawl tal-paċi. Elf daqqaq Min hu Bruno Peek u kif tħares lejn il-35 sena li qattajt bħala Pageantmaster? Jien tewmi. Twelidt f ’King’s Lynn, Norfolk, l-Ingilterra lil ġenituri Pollakki. Bħala aħwa, konna abbandunati mill-istess ġenituri meta kellna biss 13-il xahar. Itteħidna f ’Dar tat-Tfal f ’Lowestoft, f ’Suffolk, l-Ingilterra u meta għalaqna erba’ snin u nofs ġejna adottati minn koppja adorabbli u mill-aqwa li saru għalina l-ġenituri ġodda tagħna. B’diqa ngħid, li meta ħija George għalaq it-22 sena tiegħu, miet, kif ġralhom aktar tard il-ġenituri adottivi tagħna. Lil dawn tlifthom darba għal dejjem, iżda nibqa’ ngħożżhom ħajti kollha. Sirt Pageantmaster aktar minn 35 sena ilu u minn dak iż-żmien qatt ma ħarist lura. Il-karriera tiegħi kienet waħda mżewqa għallaħħar u ħaditni madwar id-dinja kollha. Kelli l-unur niltaqa’ u naħdem mar-Reġina, ma’ Prinċpijiet, Presidenti, Prim Ministri, ma’ komunitajiet lokali tal-Gvernijiet u bosta organizzazzjonijiet mal-erba’ naħat tad-dinja. Kelli wkoll il-privileġġ li nattendi għal riċeviment ma’ Eks President ta’ Malta, kif ukoll iltqajt ma’ numru ta’ Prim Ministri Maltin ukoll. Int kont responsabbli minn għadd kbir ta’ ċelebrazzjonijiet kbar f ’perjodu ta’ aktar minn 35 sena. Kull ċelebrazzjoni kienet oriġinali u meta tfassalhom u twettaqhom, tagħmel kollox waħdek, jew tikseb l-għajnuna ta’ oħrajn? Il-maġġoranza l-kbira tal-ġrajjiet huma uniċi u marbutin ma’ mumenti speċjali fl-istorja. Meta norganizza dawn it-tipi ta’ ċelebrazzjonijiet u kommemorazzjonijiet, inħobb niġbor miegħi numru ta’ kollegi oħra li nafdahom, u huma jassistuni. Dawn ikunu kapaċi jinvolvu ruħhom fil-qasam espert tagħhom u lkoll naħdmu flimkien u mal-organizzazzjonijiet u mal-komunitajiet li jqabbduna x-xogħol madwar id-dinja. Il-fatt li ilek żmien twil tieħu ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet tar-Reġina, kif tara li huma l-gosti tagħha? Jew titħalla fil-libertà tagħżel int innifsek? Dejjem inħossni onorat meta naħdem fuq ġrajjiet li jinvolvu lill-Maestà Tagħha r-Reġina, kif ukoll mal-Membri tal-Familja Rjali. Huma nies mill-aqwa biex taħdem magħhom, kif huma wkoll is-Segretarji Privati u l-Membri kollha fil-Palazz Irjali.
taż-żaqq fir-Renju Unit u f’pajjiżi oħra fid-dinja se jikkommemoraw il-ġrajja billi jdoqqu l-lament tradizzjonali Skoċċiż Battle’s O’er u elf knisja u katidrali se jingħaqdu flimkien billi fis-7.05p.m. se jdoqqu l-qniepen tagħhom. Sakemm ħejjejt dan is-servizz sirt naf li Birkirkara se tkun qed
Huma dejjem tawni pariri siewja, li jien dejjem aċċettajt, għax nifhem li jkunu jridu l-affarijiet sew, u b’hekk l-għajnuna tagħhom tiswa biex tiksibli s-suċċess fil-ġrajjiet li nieħu f ’idejja. Għal numru ta’ okkażjonijiet kelli l-unur li nkun maġenb il-Maestà Tagħha r-Reġina u l-Altezza Rjali, id-Duka ta’ Edinburgh. L-aħħar darba li ġara dan kien waqt id-daqq u l-kant tal-Innu Nazzjonali fil-Kastell Windsor, meta r-Reġina għalqet 90 sena. F’waqtiet simili nħossni emozzjonat li nkun fil-kumpanija ta’ Reġina li serviet lil pajjiżna u lill-Commonwealth għal kważi 70 sena, b’għerf kbir, dixxerniment u mħabba lejn il-poplu li hi sservi. Xi kemm iddum biex torganizza ġrajja, u tħoss li ċ-ċelebrazzjonijiet marbutin mar-Reġina jkunu l-aktar ta’ sfida u ibsin? Normalment nieħu bejn sentejn u erba’ snin biex norganizza attività nazzjonali jew internazzjonali. L-aktar li ħaditli ħin sal-lum hi Battle’s Over – A Nation’s Tribute, li se ssir fil-11 ta’ Novembru ta’ din is-sena. Din il-ġrajja qed tkun organizzata biex tfakkar il-100 anniversarju minn tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija, u biex tagħti ġieħ lil bosta miljuni ta’ nies li jew inqatlu jew irritornaw id-dar feruti gravi waqt jew wara li ntemmet il-gwerra, fil-11 ta’ Novembru, 1918). Sa ma naslu għall-11 ta’ Novembru, l-organizzazzjoni ta’ din il-kommemorazzjoni storika unika, tkun ħaditli erba’ snin u nofs u tkun
tieħu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ paċi. Biex nikseb aktar tagħrif ikkuntattjajt lil Bruno Peek, il-Pageantmaster tar-Reġina Ingliża, li qed jieħu ħsieb l-organizzazzjoni.
involviet eluf ta’ nies u komunitajiet madwar id-dinja. Jien ninsab ferħan ukoll u b’mod speċjali, li qed ninvolvi lill-gżira ta’ Malta għal din iċ-ċelebrazzjoni. Matul is-snin, lil Malta daħħaltha f ’numru ta’ okkażjonijiet, u dejjem infittex li naħdem mal-komunitajiet tal-gżira sabiħa tagħkom, permezz tal-uffiċjali tal-Gvern. Il-fatt li nkun involut fi ġrajjiet li jolqtu direttament lill-Maestà Tagħha r-Reġina u lill-Membri l-oħra tal-Familja Rjali, jitfgħu fuqi responsabbiltà enormi, peress li l-ħidma trid iddur bħall-arloġġ. Ċertament li tul dawn is-snin kollha, ix-xogħol tiegħek laqqgħek ma’ numru ta’ persunaġġi importanti mid-dinja kollha. Tiftakar f ’xi ħadd li seta’ ħalla impressjoni kbira fuqek? Dejjem nibqa’ skantat bin-nies li niltaqa’ magħhom, speċjalment dawk li juru interess u jkunu jixtiequ jafu xi rrid nikseb. Minn dawn iltqajt ma’ Kapijiet ta’ Stat, Gvernijiet, organizzazzjonijiet u komunitajiet lokali eċċ. Għalhekk ma nkunx ġust jekk nagħmel għażla. Ommi dejjem għallmitni nagħmel ħilti kollha biex nittratta lil kull min niltaqa’ miegħu, bl-istess rispett, irrispettivament minn min hu u minn fejn ikun ġej. Mill-okkażjonijiet kollha li organizzajt, u li żgur tiftakar, liema tqis li kienet l-aktar waħda diffiċli għalik u għala? Il-funeral t’ommi. Għalija kienet id-dawl leqqien tul ħajti kollha. B’riferenza għall-ġrajjiet li organizzajt, żgur nasal nemmen li l-aktar diffiċli kienu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju, fl-1999-2000, peress li kont qed naħdem ma’ pajjiżi u komunitajiet madwar id-dinja u għalhekk kelli nitħallat ma’ kulturi, reliġjonijiet u tradizzjonijiet differenti. Il-festi għall-Ġublew tad-Deheb u dak tad-Djamanti tal-Maestà Tagħha r-Reġina wkoll kienu għadma iebsa, għax waqt li ridt noħroġ is-sbuħija tal-okkażjonijiet, ridt ninkoraġġixxi lill-pubbliku minn kull strata tal-ħajja, jiġi u jiċċelebra dawn il-mumenti uniċi fl-istorja tar-renju tar-Reġina. Fl-2016, int kont responsabbli mill-koordinazzjoni ta’ aktar minn 1,250 beacon mar-Renju Unit, iċ-Channel Islands, Isle of
Minn Charles B. Spiteri Man u t-territorji tar-Renju Unit, għaċ-ċelebrazzjoni ta’ għeluq id-90 sena tar-Reġina. X’kien jinvolvi dan ix-xogħol? Hemm kelli nagħmel kuntatt ma’ aktar minn 9,000 Kunsill Lokali, ma’ diversi organizzazzjonijiet, mal-midja u ferm aktar. Ridt nipprovdihom b’qafas ta’ ċelebrazzjoni, fejn huma nfushom, b’mod sempliċi u li jagħtihom sodisfazzjon, setgħu jżommu kuntatt mal-Palazz Irjali. Meta norganizza ġrajjiet simili, jien nipproduċi gwida għal min irid jieħu sehem, bl-informazzjoni kollha neċessarja għal dawk li jkunu jixtiequ jipparteċipaw. Tul is-snin sibt li din ilħaġa offrietli s-suċċess mixtieq. Fir-Renju Unit, tħoss li dawn il-ġrajjiet jiġbdu lill-massa? U qatt kont ikkummissjonat għal xogħol bħal dan f ’pajjiżi barranin? Il-ġrajjiet kollha li organizzajt f ’dawn l-aħħar 36 sena, kollha ġibdu mijiet ta’ eluf ta’ nies, speċjalment peress li jattendu l-ġrajjiet fil-lokal tagħhom, marbutin maċ-ċelebrazzjonijiet u l-kommemorazzjonijiet li nkun organizzajt. Għat-tieni parti tal-mistoqsija tiegħek, ngħidlek li kont ikkuntattjat minn Gvernijiet oħra, iżda nixtieq li nibqa’ ffukat fuq ir-Renju Unit, iċ-Channel Islands, l-Isle of Man, it-territorji barranin tar-Renju Unit u l-Commonwealth, għalkemm nieħu gost ninvolvi numru ta’ pajjiżi oħra fl-istess attivitajiet li norganizza. Tista’ tgħidilna xi ħaġa fuq fuq, dwar dak li tgħaddi minnu meta torganizza grajja? Dejjem inqiegħed qalbi f ’ruħi f ’kull ġrajja li norganizza, u dan biex nibqa’ ffukat u niżgura s-suċċess tagħha. Għalhekk inkun taħt pressjoni qawwija, għax naf li fuq spallejja rrid inġorr responsabbiltà kbira u dawk li jipparteċipaw dejjem jistennew minni, tmexxija soda. Nispera biss u nixtieq li l-legat tiegħi ikun li l-poplu jibqa’ jiftakarni għall-fatt li nkun ġbart mijiet ta’ eluf ta’ nies flimkien, biex jikkommemoraw u jiċċelebraw mumenti uniċi fl-istorja tul milja ta’ 36 sena. Min jixtieq jidħol bil-kompjuter fuq www. brunopeek.co.uk u jniżżel Guide To Taking Part in Battle’s Over – A Nation’s Tribute, f ’paġna 33 jista’ jara kif il-Belt ta’ Birkirkara se tieħu sehem f ’din il-ġrajja storika unika. Nixtieq li jkun hemm aktar bliet f ’Malta u Għawdex li jieħdu sehem bl-istess mod, u jagħtu ġieħ lill-mijiet ta’ Tobba u Infermiera li daru b’eluf ta’ suldati feruti matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.
15
14.10.2018
kullhadd.com
MINN INFERMIERA TAL-MEDITERRAN GĦAL ARENA TA’ QTIL
L-Ewwel Gwerra Dinjija ġabet ħafna skarsezzi fost il-Maltin. Għalhekk f’dak iż-żmien kien hawn ħafna għaks u faqar minkejja li kien hawn ħafna xogħol
L-aħbar xokkanti tal-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand u l-Arċidukessa f ’Sarajevo, Herzegovina, fit-28 ta’ Ġunju, 1914, nisslet sensazzjoni profonda mal-Ewropa kollha. Dan il-qtil kien rifless f ’għaġeb u biża’ mhux biss f ’Malta iżda ssarraf ukoll f ’nuqqas ta’ sigurtà fl-Ewropa, li wassal għall-Ewwel Gwerra Dinjija. Fid-29 ta’ Lulju tal-istess sena, sitt ijiem qabel mal-Gran Britannja ddikjarat formalment il-gwerra tagħha kontra l-Ġermanja, id-Deputat Direttur tas-Servizzi Mediċi, il-Kurunell Kmandant Michael William Russell, sejjaħ lill-uffiċjali mediċi tiegħu lura mill-vaganzi u lesta l-erba’ sptarijiet li kien hawn Malta għal kulma seta’ jinqala’. Dawn kienu fil-Kottonera (278 sodda), fl-Imtarfa (55 sodda), Forrest (20 sodda) u l-Isptar tal-Belt. Dan kien qed jintuża mill-morda tar-Royal Malta Artillery (26 sodda) u bħala Sptar għall-Familji Militari (10 sodod). Mad-dikjarazzjoni tal-gwerra, kien immobilizzat is-servizz tal-ambulanza bit-tliet sezzjonijiet fl-istazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-gwerra. Sezzjoni A ngħaqdet mal-Fortizza ta’ Ħ’Attard, Sezzjoni B marret f ’Bir id-Deheb u Sezzjoni Ċ għaż-Żebbiegħ, qrib l-Imġarr. Hekk kif il-kriżi politika bdiet teskala b’mod mgħaġġel, ittieħdu diversi miżuri u peress li Malta kienet taħt l-idejn Ingliżi u qed isservi bħala bażi għall-ikbar u l-aktar Flotta Navali Ingliża b’saħħitha fil-Mediterran, il-gżira ntlaqtet mill-ewwel mill-kriżi - it-theddid u l-biża’ ta’ gwerra. Żewġ vaguni tal-ambulanza tqiegħdu fl-Imtarfa, wieħed fil-kamp tal-Mellieħa, ieħor fil-kamp ta’ Għajn Tuffieħa u tnejn f ’Bir id-Deheb. Fil-bidu ta’ Awwissu Malta rċeviet dispaċċ minn Portsmouth fuq il-movimenti navali Britan-
niċi. Dan kien jaqra li l-Ammiraljat u l-Uffiċċju tal-Gwerra kienu qed jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jekk meħtieġ, il-flotta tkun tista’ titlaq minn pajjiżna f ’kull ħin. Fis-6 ta’Awwissu ħarġet ordni li l-isptarijiet militari fil-Kottonera u fil-Belt jingħalqu biex iservu għad-difiża ta’ Malta. Il-ħaddiema u l-pazjenti ġew trasferiti fl-Isptar il-ġdid tal-Imtarfa, li nbena fi Blokki A, B, Ċ u D. Fit-8 ta’ Awwissu nfetħu żewġ sptarijiet għal każi żgħar: wieħed f ’Żabbar Gate, taħt il-Maġġur Henry Lawrence Weekes Norrington tal-RAMC u t-Tabib R. Busuttil u ieħor fi Blokk A fil-Barracks tal-Furjana taħt isSurġent Maġġur Alfred Eugene Mifsud tal-RMA. Il-ħaddiema għal dawn l-isptarijiet kienu pprovduti mill-Assoċjazzjoni Ambulanza San Ġwann. 48 tabib ċivili, 13-il mara infermiera u 97 infermier raġel imħarrġa, flimkien ma’ sitt farmaċisti, sitt compounders u sitt koki, kienu voluntiera għasservizz permezz tal-Assoċjazzjoni Ambulanza San Ġwann. Matul il-gwerra mietu ħafna u ħafna nies u dawk li sfaw feruti ttieħdu bil-vapuri fi sptarijiet lejn Lixandra u Malta. Kienu jieħdu bejn tlieta u erbat ijiem biex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom. Fit-22 ta’ Marzu, l-HMHS Soudan, li kien vapur mibdul fi sptar għal 202 pazjenti u b’arranġament għal 100 sodda oħra f ’emerġenza, telaq mid-Dardanelli għal Malta, b’113-il każ u 76 ferut. Dawn tniżżlu f ’Bighi fil-25 ta’ Marzu. L-ewwel konvoj ta’ 600 suldat ferut gravi wasal Malta fl-4 ta’ Mejju, 1915 fuq HT Clan McGillivray. Minn dawn, 160 każ sever ittieħdu fl-isptar tal-Belt; il-bqija ttieħdu Tignè għall-konvalexxenza. Ma kien hemm qatt waqfien fin-numru ta’ feruti ġejjin Malta.
Fil-5 ta’ Mejju, 394 suldat waslu fuq l-HS Sicilia. 200 minnhom intbagħtu fl-isptar tal-Kottonera, il-bqija baqgħu fl-Isptar Navali f ’Bighi. 30 suldat ieħor waslu feruti fuq l-HS Somali. Fis-6 ta’ Mejju, fuq l-HT Aragon ġew 641 każ ieħor, li 20 minnhom ittieħdu fl-Isptar tal-Kottonera, 126 fl-Isptar tal-Belt, 250 f ’Tignè, f ’240 San Ġorġ u 5 uffiċjali flIsptar tal-Blue Sisters. Sitt ijiem wara waslu 700 każ ieħor fuq l-HT Caledonia. Issa, in-numru tal-morda u feruti fil-gżira tela’ għal 2,593. In-numru baqa’ tiela’. Fis-17 ta’ Mejju, waslu 773 ferut mill-Eġittu fuq l-HT Braemar Sasle, li l-maġġoranza tagħhom intbagħtu fl-isptarijiet tal-Imtarfa u Sant Andru. L-għada, ir-Royal George ġab 353 każ ieħor; is-Southland 776 minn Lixandra. F’Ottubru 1915, forza militari niżlet f ’Salonika biex tgħin lis-Serbja fil-gwerra tagħha kontra l-Bulgarija. Il-ħidma f ’Gallipoli kienet abbandunata kmieni f ’Jannar 1916. Għalhekk in-numru ta’ każi ta’ feruti lejn Malta naqas, hekk li sa tmiem Marzu 1916, kien hawn 20,000 sodda iżda 4,000 pazjent biss. F’April 1917, l-attakki mis-sottomarini fuq il-vapuri sptarijiet għamluha diffiċli biex jibqgħu jevakwaw lill-feruti minn Salonika għal Malta. In-numru totali ta’ morda u feruti kkurati f ’Malta mill-4 ta’ Mejju 1915 sa Frar 1919 kien: 2,538 uffiċjal, 14-il soru infermiera u 55,439 f ’ħidma oħra. Total ta’ 57,991 mill-Mediterranean Expeditionary Force, u 2,930 uffiċjal, 467 soru infermiera u 74,733 f ’ħidmiet differenti: total ta’ 78,130, mis-Salonica Expeditionary Force. Dan kollu ġab ħafna xogħol lillMaltin. Iżda mhux kollox kien ward u żahar.
Skarsezzi
L-Ewwel Gwerra Dinjija ġabet ħafna skarsezzi fost il-Maltin. Għalhekk f ’dak iż-żmien kien hawn ħafna għaks u faqar minkejja li kien hawn ħafna xogħol. Ilħobż għola d-doppju. Il-Gvern Ingliż għamel taxxi ġodda minflok id-dazju, li kien naqas peress li naqas il-kummerċ. Minflok, daħlu taxxi fuq iċ-ċinema u taxxa fuq is-suċċessjoni. Din il-qagħda ħażina wasslet għall-moviment fost il-ħaddiema. Fl-1916 waqfet Union fit-tarzna: Malta Government Workers’ Union. Wara l-gwerra l-qagħda ħażina kompliet. Is-Sette Giugno Fi Frar 1919, saret l-ewwel laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali mmexxija minn Filippo Sciberras sabiex ifasslu Kostituzzjoni u jgħadduha lill-Gvern Ingliż biex japprovaha. Fis-7 ta’ Ġunju, 1919 kienet qed issir it-tieni laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali fil-Belt Valletta meta folla kbira nġabret il-Belt Valletta bħala turija ta’ appoġġ. Il-folla tilfet il-kontroll meta rat li xi ħwienet ħallew il-bandiera Ingliża tittajjar fuq il-bjut. Huma waddbu l-ġebel u attakkaw il-Bibljoteka, l-imħażen ta’ negozjanti tal-qamħ u l-istamperija talgazzetta The Daily Malta Chronicle (gazzetta favur l-Ingliżi). Membri Ingliżi fl-Union Club ipprovokaw lill-Maltin billi waddbu soldi qalb il-folla. Meta l-pulizija Maltija ma setgħetx tikkontrolla l-folla, issejħu s-suldati Ingliżi li sparaw fuq il-folla. Hawn inqatlu tliet Maltin, Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada u Manwel Attard. L-għada, il-folla telgħet tpoġġi kuruni fil-post fejn inqatlu l-Maltin. Membri talUnion Club reġgħu pprovokaw lill-Maltin. Il-folla reġgħet saħnet. Din id-darba ħarġu l-marines u qatlu lil Karmenu Abela.
16
14.10.2018
kullhadd.com
GĦAWDEX JIĊĊELEBRA ŻEWĠ FESTI REĠJONALI Kitba ta’ il-vara tiġi ppriservata b’mod etikament korrett skont CLIFFORD GALEA in-normi attwali tal-konservazzjoni u r-restawr. L-iskop ewlieni tal-intervent kien li tiġi ppriservata l-vara Nhar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru, il-Knisja f ’Għawdex mingħajr ma tkun mibdula l-awtentiċità u l-karattru tiċċelebra b’solennità l-festa ta’ Sant’Orsla, verġni u tagħha. Il-partijiet fejn kien kien hemm il-ħsarat ġew ukoll martri, patruna ta’ Għawdex, u kotitular tal-Knisja irtukkjati bir-reqqa. Dan seħħ sabiex is-sbuħija talKatidral ma’ Santa Marija. Skont tradizzjoni li tmur lura għas-seklu ħamsa, vara tkun tista’ terġa’ tiġi apprezzata. Tajjeb wieħed Sant’Orsla kienet prinċipessa mill-Brittanja li ħalliet jenfasizza li l-irtokk sar bl-użu ta’ pniezel żgħar ħafna art twelidha ma’ grupp ta’ żgħażagħ tamparha biex u kien applikat biss fejn kien hemm il-ħsarat. B’hekk twassal il-messaġġ ta’ Kristu fost il-popli Ġermaniċi, l-irtokk baqa’ jirrispetta l-karnaġġjon u l-induratura atfl-inħawi ta’ dik li llum hi l-Belt ta’ Cologne. Jingħad li twali. Fi kliem ieħor, l-irtokk ma biddel xejn mid-dehra hawnhekk inqatlet mill-Unni (Huns) talli kienet qiegħ- oriġinali tal-vara b’mod li tiġi tidher qisha għadha ħierga minn taħt idejn l-artist. Saret enfasi kbira li l-vara da teħodha kontra t-twemmin pagan tagħhom. Sant’Orsla hi għalhekk eżempju għal ħafna fil-ħajja tibqa’ tidher antika u bil-karattru awtentiku tagħha. B’hekk il-vara reġgħet lura għas-sbuħija oriġinata’ kuljum.. Hija eżempju ta’ missjunarja, billi tat ħajjitha għal ħutha bnedmin oħra, biex tgħix fosth- li tagħha u qabel irritornat lejn Għawdex, tpoġġiet om u tagħti xhieda tat-twemmin Kristjan tagħha. Hija għall-wiri fil-Knisja tas-Sorijiet Klawstrali ta’ Sant’Orskienet lesta għal kull tip ta’ sagrifiċċju biex iżżomm la, fi Triq Sant’Ursula fil-Belt Valletta, bejn l-1 u t-3 ta’ Awwissu 2014. sħiħa l-fidi tagħha. Id-devozzjoni lejn Sant’Orsla fil-Katidral ta’ Għaw- Il-Ħadd ta’ wara, nhar it-28 ta’ Ottubru jiġi ċċelebrat dex bdiet fis-sena 1614, ftit iktar minn 400 sena Jum Għawdex. Dan il-jum ifakkarna meta l-patrijott ilu, meta Fra Eugenio-Romirez Maldonado, li kien Għawdxi l-Arċipriet Saver Cassar fl-1798 mexxa l-imGvernatur ta’ Għawdex, irregala l-bust tal-qaddisa blokk tal-Franċiżi f ’Għawdex u għal sentejn iggverna lill-Knisja Matriċi – bust li kien ġab miegħu minn Sal- lil Għawdex bħala stat indipendenti minn Malta sal-20 amanca. Ix-xbieha dlonk saret fulkru ta’ devozzjoni ta’ Awwissu 1801. u l-Għawdxin irrikorrew għall-interċessjoni tagħha Saver Cassar (29 ta’ Diċembru 1746 - 16 ta’ Diċembru 1805) kien qassis Għawdxi u patrijott, li kien Gverf ’kull gwaj li kienet tgħaddi minnu l-gżira. Nhar is-6 ta’ Settembru 1620, is-Sinodu Djoċesan ta’ natur Ġenerali ta’ Għawdex indipendenti għal sentejn. Malta u Għawdex iddikjara lil Sant’Orsla patruna ta’ Cassar twieled f ’Għawdex fid-29 ta’ Diċembru 1746. Għawdex u l-festa tagħha saret kmandata għal Għaw- Studja f ’Ruma u ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Marzu 1771. Huwa ġie nominat Arċipriet tal-Knisja Matriċi dex. Fis-sena 2014 tfakkar għeluq l-400 sena minn meta t’Għawdex fl-1773 u sar Provigarju ta’ Għawdex flEugenio-Ramirez Maldonado, Gvernatur ta’ Għaw- 1775. Fit-3 ta’ Settembru 1798, l-Għawdxin qamu kondex minn Settembru 1610 sa Awwissu 1613, irregala l-bust ta’ Sant’Orsla lill-Knisja Matriċi u Kolleġġjata tra l-ħakkiema Franċiżi, u fit-18 ta’ Settembru tal-istess sena, Cassar ġie maħtur bħala Kap tal-Gvern u ta’ Għawdex. Il-bust kien akkwistat mill-Kavallier Eugenio-Romirez Suprintendent tal-Gżira ta’ Għawdex. Il-battaljun Maldonado, f ’Salamanka, belt twelidu. Meta nħatar Franċiż fiċ-Ċittadella u fil-Forti Chambray ċedew Gvernatur ta’ Għawdex fl-1 ta’ Settembru 1610, hu lill-Ingliżi bejn it-28 u d-29 ta’ Ottubru 1798, u l-Inġab il-vara miegħu. F’Jum il-Festa, fil-21 ta’ Ottubru, gliżi kkonsenjaw il-gżira lill-Arċipriet Cassar. Huwa hu kien joħroġ il-vara fil-bieb tar-residenza tiegħu, li sussegwentement iddeċieda li Għawdex jibqa’ amkienet maġenb il-Matriċi, għall-qima tal-fidili. Meta ministrat bħala stat indipendenti, filwaqt li rrikonoxxa spiċċa minn Għawdex f ’Awwissu 1613, hu ħa l-vara lil Ferdinand III ta’ Sqallija bħala Re. Fl-istess żmien lura Malta. Iżda, l-Università u l-poplu Għawdxi tal- Cassar ippreżenta wkoll petizzjoni lis-Santa Sede biex buh li jagħtihielhom. Is-sena ta’ wara, hu rregala l-vara jistabbilixxi lil Għawdex bħala djoċesi separata minn lill-Knisja Matriċi ta’ Għawdex. dik ta’ Malta. Id-Djoċesi Kattolika Rumana ta’ GħawGħal mijiet ta’ snin, il-bust kien jinħareġ f ’purċiss- dex eventwalment inħolqot fl-1864. joni tliet darbiet fis-sena. Minħabba f ’hekk sofra Iżda il-Kungress Malti tal-Imdina ma approvax l-azzħafna ħsarat u kien imsewwi diversi drabi. F’Jannar jonijiet tal-Arċipriet Saver Cassar, u fl-20 ta’ Awwissu 2014, b’kortesija tal-Ministru għal Għawdex, il-vara 1801 ippressaw lill-Ingliżi biex jaħtru lil Emmanuele ttieħdet fil-laboratorju tar-restawr ta’ Heritage Malta Vitale bħala Gvernatur ta’ Għawdex minflok Cassar. f ’Bighi. Hawn il-vara kienet studjata b’reqqa u b’mod Jingħad li Cassar ħassha sew din l-azzjoni kontrih, li xjentifiku b’mod li kien jinvolvi tliet elementi li huma fiha kienu involuti anke xi nies qrib tiegħu u baqa’ neċessarji qabel ma jibda l-intervent ta’ restawr: (1) sejjer lura f ’saħħtu sakemm miet fis-16 ta’ Diċembru il-manifattura tal-vara; (2) il-kundizzjoni tagħha; u (3) 1805 fl-età ta’ 58 sena. l-interventi li saru fuqha fil-passat. Fl-okkażjoni tal-220 anniversarju mir-rebħa Wara li saru l-istudji u d-dokumentazzjoni neċessarja, tal-Għawdxin fuq il-Franċizi u fit-tifkira ta’ Jum il-vara ġiet imnaddfa mit-trab li akkumula fuq diversi Għawdex, il-Gozo Creative Theatre Club flimkien partijiet tagħha. Il-qtar tax-xemgħa tneħħew bl-użu ta’ mar-Reġjun t’Għawdex se jtellgħu d-dramm storiku sħana u karti assorbenti sabiex jiġi evitat li tinbarax Il-Qassis li Rebaħ dwar l-Arċipriet Saver Cassar. Dan l-induratura. Il-verniċ safrani li kellha fuqha l-vara ix-xogħol għall-palk li nkiteb minn George Scicluna tneħħa b’mod delikat kemm minn fuq il-karnaġġ- ġie drammatizzat minn Joe Psaila għal din il-projon kif ukoll minn fuq l-induratura. B’hekk il-kuluri duzzjoni li se jkollha direzzjoni ta’ George Mizzi. Idsbieħ taż-żebgħa u l-lewn tal-induratura reġgħu nkix- dramm li ser ikun miftuħ għall-pubbliku ser jittella’ fu. Il-partijiet tal-ġibs u taż-żebgħa li kienu qegħdin nhar il-Ħadd 28 t’Ottubru fis-7:30pm fuq il-Bastjun jinqalgħu mill-injam tal-vara reġgħu twaħħlu. Dawn ta’ San Mikliel fis-swar taċ-Ċittadella (ħdejn il-wesgħa l-interventi ħadu ħafna żmien u dedikazzjoni sabiex tal-arloġġ).
17
14.10.2018
kullhadd.com
DIK RULE OF LAW! Editorjal
Għax tajjeb wieħed jiftakar li Simon Busuttil innifsu mar jixhed quddiem inkjesta maġisterjali li ddikjara fiduċja fiha hu nnifsu
Kieku Simon Busuttil inħatar Prim Ministru, f ’Malta tassew kien ikollha kriżi fis-saltna tad-dritt. Għax kieku bħalissa pajjiżna huwa mmexxi minn Prim Ministru li jattakka u jimmina l-qrati meta ma jaqblux miegħu. L-insistenza ta’ Simon Busuttil fl-aħħar jiem li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat hija dikjarazzjoni surreali li tixhed disperament politiku u ebda rispett lejn is-saltna taddritt. Simon Busuttil jgħid li l-poplu jaħsibha bħalu anke jekk bil-fatti l-poplu ma kienx emmnu sa minn qabel kienu ppubblikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta Aaron Bugeja. Tant li fl-2017 sfiduċjah fl-ikbar telfa elettorali għal mexxej politiku fl-istorja tal-politika Maltija. Iżda, l-ikbar aspett ta’ tħassib huwa l-fatt li qatt il-parlament Malti ma kellu rappreżentant fi ħdanu li injora daqshekk ilkunċett bażiku tar-rule of law.
Għax ir-rule of law mhux titkellem dwarha trid iżda tgħixha. Konna drajna li Busuttil jattakka lill-Avukat Ġenerali u lill-Pulizija. Iżda, id-dikjarazzjonijiet li jippruvaw ipoġġu f ’dubju investigazzjoni rigoruża tal-Qorti laħqu l-qofol ta’ aġir tal-mistħija minn bniedem politikament iddisprat. M’hemmx dubju li Busuttil ried jagħmel dawn il-pantomimi biex forsi jikseb xi ftit appoġġ għall-attivitajiet li se jkun qed jorganizza hu bħala membru ta’ Occupy Justice f ’dawn il-jiem. Iżda, Busuttil għandu jifhem li ladarba ddeċieda li ma jerfax ir-responsabbiltà politika u jitlaq mill-politika darba għal dejjem irid iħaddan imqar nitfa ta’ diċenza. Għax tajjeb wieħed jiftakar li Simon Busuttil innifsu mar jixhed quddiem inkjesta maġisterjali li ddikjara fiduċja fiha hu nnifsu. Iżda, ladarba l-konklużjoni ta’ din l-inkjesta m’għoġbitux
qiegħed jipprova jimminaha b’aġir provokattiv li jpoġġih fl-iktar livelli baxxi tal-politika Maltija. Fl-istorja riċenti qatt ma rajna politiku jaqa’ daqshekk fil-baxx. Però l-piż mhux fuq Simon Busuttil biss. Huwa pożittiv li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wera li ma jaqbilx mad-dikjarazzjonijiet tal-predeċessur tiegħu. Iżda, ma jistax jieqaf hemm. Fis-sajf li għadda, Adrian Delia ddikjara b’mod ċar li Simon Busuttil kellu juri hux se jerfa’ hu r-responsabbiltà li tant jipprova jgħabbi lil ħaddieħor biha. Illum qed jgħid li l-pożizzjoni tiegħu dwar Egrant ma nbidlitx imma żied li x-xogħol tiegħu mhux li jikkundanna. Forsi hawn naslu naqblu miegħu għax ilKap tal-Oppożizzjoni mhux qiegħed hemm biex jikkundanna jew ma jikkundannax bid-diskors iżda biex jieħu azzjoni bil-fatti.
Is-sajf li għadda kien wera li jrid jieħu azzjoni meta kien se jissospendi lil Simon Busuttil. Iżda ma rnexxilux għax il-grupp parlamentari dar kontra tiegħu u din hi l-ikbar problema li għandu Delia. Li anke jekk xtaq juri xi ftit iktar rispett lejn is-saltna tad-dritt minn ta’ qablu, il-fatt li għadu ma bediex imexxi l-Partit Nazzjonalista tefgħu l-baħar. U jrid u ma jridx se jasal il-mument li se jkollu jammetti li dan hu biss ħtija tiegħu. Għax wiegħed mod ġdid bil-paroli f ’ħafna laqgħat fil-każini Nazzjonalisti s-sajf li għadda iżda bil-fatti għamel kollox bil-kontra. Reġa’ qed ikun negattiv bl-istess mod. Reġa’ qed jibni l-argumenti ekonomiċi tiegħu fuq l-invenzjonijiet u l-fatti żbaljati. Reġa’ mhu qed jipproponi xejn konkret. Fi ftit kliem ħafna affarijiet li kien jagħmel Simon Busuttil meta kien kap tal-Oppożizzjoni. U f ’żewġ kelmiet XEJN ĠDID.
18
14.10.2018
kullhadd.com
AZZOPARDI JISTENBAĦ SENA U JUMEJN TARD
Mid-Djarju ta’ Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 4 ta’ Ottubru Xtaqt ħafna mmur nisma’ lillKap Adrian Delia fil-Kungress tal-General Workers’ Union, imma ma stajtx. Ma stajtx mhux għax ma kellix ħin, imma għax tal-General Workers’ Union qaluli li l-kungress ikun miftuħ għal tagħhom biss. Sa ċertu punt imnalla ma mortx għax, milli smajt, il-Kap Adrian Delia kellu ħafna tifħir għall-istess General Workers’ Union u għal dawk li mexxewha tul is-snin. Saħansitra qal li kienu huma li firxulna t-tapit biex wasalna sa hawn. Imma xorta ma jien se ngħid xejn fil-pubbliku dwar dan, għax il-Kap tal-partit, ikun min ikun, dejjem igawdi r-rispett sħiħ tiegħi u lanqas biss jgħaddili minn moħħi li nikkritikah, aħseb u ara kemm ngħid kontrih. Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru Niskanta fuq li niskanta nara lillKap ta’ dan il-partit glorjuż tagħna, Adrian Delia, ilaħħaq ma’ kollox. Illum beda l-ġurnata bi żjara fil-Junior College fejn qal ċar u tond li huwa fid-dmir u wkoll ta’ pjaċir għalih, li jisma’ u jwettaq l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ. Apparti din iż-żjara, ħa ħsieb li jikkummenta dwar id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li qalet li r-raġel ta’ Justyne Caruana, Silvio Valletta m’għandux jitħalla jkompli jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Ma naqasx ukoll li jgħid tiegħu dwar il-kwistjoni bejn il-Gvern u l-Union tal-għalliema. U jaf xi jgħid man, ir-raġel! F’kull okkażjoni, kliem meqjus li jimla lil kulħadd bil-kuraġġ u bil-fiduċja. Is-Sibt, 6 ta’ Ottubru Dalgħodu ppruvajt inqatta’ ftit ħin ma’ Ġorġ ta’ ħdejna, imma lanqas laħaq rani li bilkemm ma bagħatnix nixxejjer. Ħsibt li ħa għalih fuq xi ħaġa, imma kien pront qalli li x-xogħol tant żdiedlu li bilkemm qiegħed ilaħħaq. Minnu għax fil-ħanut tiegħu qatt ma rajt daqshekk nies. Imbagħad erħejtilha lejn l-istamperija bit-tama li xi ħadd jagħtini xi ħjiel fuq kif sejjer il-partit glorjuż tagħna, imma tista’ tgħid li ma kien hemm ħadd. Ovvjament m’għandhomx ħin x’jaħlu miegħi meta issa riesqa l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u m’għandi l-ebda dubju li lkoll kemm huma qegħdin jaħdmu bla heda biex lil tal-Labour
nagħtuhom tkaxkira. Filgħaxija, xtaqt mort sal-Belt għan-Notte Bianca, attività li fi żmienna qatt ma kont nitlifha. Kemm kont niffanfra nidħol Kastilja meta Prim Ministru kellna lill-kbir Eddie u/ jew lil Lawrence Gonzi! Illum le, man! Kull darba li nħares lejn Kastilja dwejjaq kbar jaqbduni.
baqax waħdu, għajr dik Ana Gomez u l-bella kumpanija. Din id-darba ngħaqdu miegħu 25 organizzazzjoni internazzjonali. Xejn xejn qegħdin nagħtu l-impressjoni li l-inkjesta li qiegħda ssir mill-maġistrat mhux ta’ min jafdaha, anke jekk fil-verità mhuwiex il-każ.
Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru
It-Tlieta, 9 ta’ Ottubru
Issa m’għandix għalfejn noqgħod inħabbel moħħi kif se nqatta’ n-nofstanhar ta’ filgħodu kull nhar ta’ Ħadd. Issa li tlaqna bil-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsilli Lokali żgur li se jibda jkollna attività kull nhar ta’ Ħadd. Lanqas kafè ma ħadt għax għedt issa nsib fejn nieħu kafè u żewġ pastizzi. Iżda waqt li kont qed nagħmel dan, ma stajtx ma nosservax kemm ġiet sabiħa l-pjazza ta’ Raħal Ġdid, u f ’qalbi għedt mhux kif jgħidu tagħna li dan il-Gvern mhu jagħmel l-ebda proġett kapitali. Għamilt anke ftit tad-dwejjaq imma dawn taruli hekk kif l-ewwel kelliem fl-attività, id-Deputat Toni Bezzina qalilna li kulma jsir f ’pajjiżna, jagħmlu min jagħmlu, huwa dovut għall-kbir Eddie u għal Lawrence Gonzi li kienu huma li daħħluna fl-Unjoni Ewropea. Toni Bezzina rringrazzjahom it-tnejn, imma nesa lil Simon Busuttil li bħala Kap Ċentru tal-Informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, (ma nafx jekk niftakrux sew l-isem) kien ta sehem kbir biex dħalna fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għalhekk ma jistax jarah, għax kien wegħedu li se jkun jista’ jkompli jonsob.
Ġurnata xejn sabiħa llum, anke jekk reġa’ kellna rebħa oħra fil-Qorti. Imma l-battibekk bejn Pierre Portelli (l-id il-leminija talKap Adrian Delia u Nickie Vella de Fremeaux, (il-mara ta’ Adrian Delia) seraq ix-xena u ġibed l-attenzjoni ta’ kulħadd. Bqajt imbellah meta Nickie akkużat lil Portelli b’atti kriminali, anke jekk forsi ma kienx jaf, billi qabad u għamel tiegħu s-serje ta’ NET TV meta l-iskript kitbu ċertu wieħed Vella. Agħar minn hekk, Portelli akkuża lil Nickie li ħalliet lilha nnifisha issir arma kontra Medialink, kontra l-persuni onesti li jaħdmu, u kontra l-partit li qiegħed imexxi żewġha. Le, le! Dan ma jistax ikun. Portelli żgur li għandu żball. U ngħid jien għaliex ilha xahrejn titlob lil żewġha biex ilaqqagħha ma’ Pierre Portelli, u baqa’ ma sar xejn? Possibbli li Pierre Portelli qiegħed jitħalla jagħmel li jrid u lanqas il-Kap ma jista’ għalih?!
It-Tnejn, 8 ta’ Ottubru Trid tisma’ l-aħbarijiet fuq l-istazzjonijiet tagħna biex tkun taf verament x’inhu jiġri f ’pajjiżna. U tagħmel kuraġġ kbir, bħalma nagħmel jien, meta tkun taf x’qiegħed jiġri f ’pajjiżna. L-għalliema lill-Gvern waqfulu u kellu jdoqq l-irtirata, mhux billi jgħidu l-Prim Ministru u l-Ministru Evarist Bartolo. U llum il-Qorti, anzi l-ogħla Qorti f ’pajjiżna, tat rebħa lill-partit tagħna. Mhux biss. David Casa kompla għaddej bil-kampanja tiegħu kontra Malta, (sorry, kontra l-Gvern) fil-Parlament Ewropew u qiegħed jinsisti li l-Unjoni Ewropea għandha tindaħal fil-każ tal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia u tordna lill-Gvern jagħmel inkjesta pubblika. U David Casa ma
L-Erbgħa, 10 ta’ Ottubru Simon Busuttil reġa’ għamilha fil-Parlament! Simon se jibqa’ jiġġieled sal-aħħar u ħadd u xejn mhu se jwaqqfu. La t-theddid, la t-tgħajjir, xejn u xejn man! B’kuraġġ liema bħalu qallu ċar u tond li huwa għadu jemmen li l-kumpanija Egrant hija tiegħu, mhux billi l-Maġistrat qal mod ieħor. Għalkemm jien ma nafx minn fejn ġabha li ħafna huma dawk in-nies li jaħsbuha bħalu, għax jien, ma’ kull min nitkellem, kulħadd jgħidli li fuq l-istorja ta’ Egrant għaxxaqnieha. Imma Simon żgur li ma vvintahiex li bħalu hawn ħafna nies li għadhom jemmnu li l-Egrant hija ta’ Joseph Muscat jew ta’ martu. Ngħid id-dritt ma segwejtx id-diskors kollu tiegħu fil-Parlament, għax sirt naf li fuq l-istazzjon tagħna hemm il-Kap Adrian Delia, u jien ikun hemm min ikun hemm, dejjem nippreferi li nisma’ l-Kap. Ħriġt ftit iddiżgustat għax wara dak li ġara fil-Parlament ilbieraħ u llum, stennejtu li se jerġa’ jaħtar lil Simon bħala kelliem għall-governanza tajba.
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Li wieħed jikkritika biex jibdel għall-aħjar hija xi ħaġa tajba u ta’ min wieħed jinkoraġġiha. Imma li tikkritika għax tkun tixtieq headline fil-midja, hija biss medjokrità politika u injoranza grassa, għaliex tispiċċa ddaħħak in-nies bik. Qed ngħid dan b’referenza għall-mozzjoni intavolata fit-2 ta’ Ottubru, mid-Deputat tal-Oppożizzjoni, l-Onorevoli Jason Azzopardi u l-Kelliem ewlieni għall-Gvern Lokali, l-Onorevoli Robert Cutajar, il-President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, juri nuqqas ta’ qbil mal-kontenut tal-istess mozzjoni. Mozzjoni li titkellem dwar avviż legali maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli, dwar ir-regolamenti tal-iskart. Dan għaliex, jidher bl-aktar mod ċar li l-Onorevoli Azzopardi ma kellu l-ebda idea ta’ x’kien għaddej fil-qasam tal-Gvern Lokali, fuq livell ta’ Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali kif ukoll fi ħdan il-Ministeru li hu suppost huwa shadow minister tiegħu. Jistona kif l-Onorevoli Robert Cutajar iffirma din il-mozzjoni meta hu stess kien mistieden għal-laqgħat organizzati mill-istess Assoċjazzjoni, bis-suġġett bħala parti mill-aġenda mibgħutha lilu. Laqgħat li hu ma attendiex għalihom, anki jekk għal raġunijiet li setgħu kienu validi. Agħar minn hekk, il-bravu Jason Azzopardi, lanqas biss ġietu f ’moħħu jikkonsulta jew jitkellem mal-membri tal-Partit tiegħu stess li huma membri fl-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali. Lanqas ma ġietu f ’moħħu li jikkonsulta mqar mas-Sindki Nazzjonalisti li l-lokal tagħhom kien parti mill-proġett pilota tal-borża organika. Lanqas għaddielu minn moħħu jitkellem mal-Presidnet tar-Reġjun t’Għawdex, li wkoll ġej mill-Partit tiegħu, fejn ir-reġjun kollu t’Għawdex kien parteċipi fil-proġett pilota talborża organika. Trid tkun Jason Azzopardi biex tagħmel qassata bħal din! Għax irrid infakkar lil Onorevoli Jason Azzopardi li
dan is-suġġett ilu jiġi diskuss mal-Kunsilli Lokali sa mit-30 ta’ Settembru 2017. Dakinhar, f ’laqgħa plenarja li għaliha kienu mistiedna l-Kunsilliera kollha, ġie diskuss dan is-suġġett, flimkien ma’ proposti li għamlet l-Assoċjazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart. Għal din illaqgħa kien hemm preżenti 142 Kunsillier miż-żewġ partiti ewlenin fejn dawn ġew indirizzati minn panel ta’ esperti fil-qasam kif ukoll mill-Ministru José Herrera u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis. Barra dan, l-Assoċjazzjoni kienet involuta f ’kull laqgħa li saret bejn il-Ministeru konċernat, l-ERA u d-Diviżjoni għallGvern Lokali, fejn kull darba, l-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni inżamm infurmat, kif jixhdu l-minuti tas-seduti tal-Assoċjazzjoni, liema minuti jiġu ċirkolati mall-Kunsilliera kollha, għalhekk, ukoll pubbliċi. Il-Kunsilli Lokali kienu anki kkonsultati fuq il-ġranet talġbir tant li ġew mitluba jindikaw il-ħinijiet u l-ġranet sabiex il-leġiżlazzjoni tinħadem proprju madwar dawn il-ġranet. Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li kien hemm proċess ta’ konsultazzjoni meta ġew imnedija proposti għal-littering regulations, liema proposti u emendi kienu wkoll pubbliċi. Jien nistaqsi lil Jason Azzopardi; Int tlabt li tkun revokata l-legal notice sħiħa fejn anki qed titkellem li jkun hemm pieni aktar ħorox għal min iħammeġ, għal min joħroġ il-borża barra l-ħin jew il-ġurnata tagħha. Ifisser li int kontra li jkun hemm ordni u li jkun hemm aktar organizzazzjoni u dixxiplina f ’pajjiżna dwar l-immaniġġjar tal-iskart? Għax jekk mhux kontra, għaliex ma ressaqtx mozzjoni biex tibdel fejn ma qbiltx? Int trid tħalli lill-Kunsilli Lokali jikkumbattu weħidhom bla ma jkollhom saħħa legali li min jinqabad jikser il-liġi, iħallas għal għemilu? Għaġġilt Onorevoli. Għaġġilt u daħħakt in-nies bik. Aġir simili, fejn il-politika partiġjana qed tiġi qabel l-interess u l-ġid komuni fuq suġġett li jolqot lil kull wieħed u waħda minna, hija għajb għal min iħaddimha. Ħasra li għad hawn politiċi li l-uniku interess tagħhom hu li jgemgmu anki meta jonqsu li jinfurmaw ruħhom qabel jitkellmu, basta jippruvaw ixekklu x-xogħol li jkun qed isir. Wieħed jistenna aħjar minn min qed jaspira li xi darba jkun hu fil-pożizzjoni li jiddeċiedi, partikolarment proposti alternattivi għal dak li ma jkunx qed jaqbel miegħu.
19
14.10.2018
kullhadd.com
NURU RISPETT BL-INDAFA Josè Herrera Ministru
Tista’ tgħid li kulħadd jiddejjaq meta jisma’ lil xi ħadd jgħid affarijiet xejn sbieħ fuq pajjiżna u bħal donnu tmur tipprova twieġeb biex tieħu s-sodisfazzjon. Ħasra li f ’ċerti ċirkustanzi, bħal ngħidu aħna l-indafa, f ’pajjiżna ħafna mid-drabi jkun it-tort tagħna stess. Ilna xhur, ġimgħat u snin għaddejjin b’kampanji edukattivi, kampanji fl-iskejjel u fil-komunitajiet tagħna. Il-kampanja Don’t Waste Waste tista’ tgħid daħlet f ’kull dar f ’Malta u f ’Għawdex. Tqassmu diversi fuljetti, saru reklami fuq il-gazzetti, fuq ir-radju, fuq it-televixin, fuq il-midja socjali u saru diversi attivitajiet. Nemmen li l-poplu – aħna - nafu
x’għandna nagħmlu. Nafu li ħażin li nikkunsmaw bl-addoċċ u narmu fejn ġie ġie. Aħna stess ingergru meta naraw munzelli sħaħ ta’ skart f ’xi kantuniera. Però, mhux aħna stess inkunu qiegħdin nagħmlu jew nikkontribwixxu għal dawn l-azzjonijiet? Issa bdejna kampanja oħra bl-isem Sort it Out għaliex hemm bżonn nisħqu aktar u aktar dwar l-importanza tas-serparazzjoni tal-iskart. It-tindif u l-manutenzjoni xorta jibqgħu importanti li jsiru fl-irħula, fl-ispazji miftuħa, u f ’postijiet oħra li l-poplu jmur fihom. Il-widien huma każ klassiku, każ li xxukkjani meta ftit wara li sirt ministru bdejt nirċievi kummenti, ritratti, telefonati fuq l-istat diżastruż tal-widien. Għalhekk ħadna azzjoni mill-ewwel u permezz ta’ task force li ħloqna dak iż-żmien, u llum qiegħda titħaddem permezz ta’ Ambjent Malta, tlaqna qatta bla ħabel innaddfu u fuq kollox nirriabilitaw dawn l-istess postijiet. Dawn huma l-pulmun ta’ pajjiżna u atti bħal rimi ta’ skart b’mod abbużiv proprju fl-aktar postijiet li għandna nipproteġu għandhom mhux biss isibu l-kundanna ta’ kulħadd
imma wkoll id tal-ħadid fil-liġijiet tagħna. Rajna bħala Ministeru li hemm bżonn aġġornament qawwi tal-liġijiet eżistenti dwar ir-rimi ta’ skart b’mod illegali u abbużiv. Il-pieni kienu b’mod li ma jirriflettux is-sitwazzjoni ekonomika tal-lum, fejn f ’ċerti aspetti kienu antiki u għaldaqstant numru ta’ xhur ilu nbeda l-proċess biex f ’Settembru ddaħħlu liġijiet ġodda. Dan għamilnieh wara konsultazzjoni wiesgħa mal-Kunsilli Lokali, konsultazzjoni fejn fil-proċess tagħha tkellimna mal-Kunsilli Lokali kollha kif ukoll konna f ’kuntatt tista’ tgħid dirett mal-assoċjazzjoni tal-istess Kunsilli Lokali. Wieħed mill-aspetti li daħħalna jindirizza l-iskart mitluq u mormi bl-addoċċ, ħafna drabi fl-istess żoni li nkunu noqogħdu! Tara boroż taż-żibel ta’ kull kulur, f ’ħinjiet differenti mitluqin f ’kantuniera jew oħra. Irridu ndaħħlu aktar sens ta’ maturità u dixxiplina fejn wieħed joħroġ il-borza partikolari li tkun ser tinġabar sa mhux aktar qabel minn 4 sigħat li jkun ser jinġabar. Dan qegħdin nagħmluh għar-raġuni biex mhux jinħarġu l-boroż, li fix-xita u
l-maltemp jew għax isibuhom l-annimali tat-triq, nispiċċaw biż-żibel kollu jiġri fit triq. Żidna l-piena biex nagħmluhom aktar ta’ deterrent speċjalment dawk li jippersistu u jkomplu jonqsu milli jħallu lil pajjiżna nadif. Il-multi żdiedu b’mod sostanzjali għaliex nafu li l-impatt huwa sostanzjali. Li persuna tħammeġ il-komunità mhix offiża sempliċi, għaliex qiegħda taffettwa b’mod dirett lill-kumplament. Apparti dan, mill-31 t’Ottubru 2018 ser tibda tinġabar ilborża organika madwar Malta u Għawdex. Dan wara li kien dan il-Gvern li nieda proġett pilota madwar numru ta lokalitajiet f ’Malta u Għawdex kollu. Matul is-sena huwa stmat li niġġeneraw mas-70,000 tunnellata ta’ skart organiku. Filwaqt li dan juri kemm qegħdin narmu flus mill-ikel, l-effett ta’ dan kollu fuq l-ambjent huwa ħazin ħafna. Dan il-materjal meta jkun qiegħed jiddikomponi, jerħi gass li huwa ħazin għall-ambjent tagħna u għaldaqstant issa li għandna l-faċilità li dan l-iskart ser jinġabar tliet darbiet fil-ġimgħa, nappella biex il-pubbliku jikkopera u jagħmel użu minn dan is-servizz.
Qegħdin inqassmu mal150,000 kontenitur biex il-ġbir ta’ dan l-iskart ikun u jsir aktar faċli. Qegħdin nistennew il-kollaborazzjoni tal-pubbliku u nemmnu li bil-ħila ta’ kulħadd nistgħu nagħmlu d-differenza fuq l-iskart li jintrema fil-miżbliet tagħna.
Rajna bħala Ministeru li hemm bżonn aġġornament qawwi tal-liġijiet eżistenti dwar ir-rimi ta’ skart b’mod illegali u abbużiv
INKOMPLU NAGĦTU PRIJORITÀ LILL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI
Clint Camilleri Segretarju Parlamentari
Proprju fil-ġimgħa meta jiġi ċċelebrat Jum l-Annimali ħabbart regolamenti ġodda dwar iż-żamma tal-klieb, regolamenti li permezz tagħhom sar illegali li l-klieb jintrabtu bi ktajjen jew b’materjal ieħor bħala mezz primarju ta’ żamma tagħhom. Din il-leġiżlazzjoni sussidjarja ġdida segwiet konsultazzjonijiet li saru mal-NGOs li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali u tiżgura li l-irbit ta’ klieb ikun ikkun-
sidrat bħala trattament illegali f ’ċerti każijiet. Din hi leġiżlazzjoni li għandha l-għan li telimina kull forma ta’ tbatija lill-klieb li jinkludu; - L-irbit jew it-trażżin ta’ klieb ma’ kwalunkwe oġġett wieqaf bħala mezz permanenti jew primarju ta’ żamma ta’ kelb m’għandhiex tapplika għal waqt proċeduri veterinarji jew matul it-trasportazzjoni ta’ klieb; - L-użu ta’ kullar inadekwat L-irbit jew it-trażżin ta’ klieb bi kwalunkwe mezz inkluż imma mhux limitat biss għal katina, ħabel, korda, ċinga, taljola jew cable run, iżda ma jinkludix l-użu ta’ ċinga addattata meta persuna tmexxi kelb f ’post pubbliku, jew waqt servizzi veterinarji jew ta’ infurzar kemm mill-veterinarji kif ukoll mill-uffiċjali tal-ħarsien tal-annimali; - Ambjent/Post inadekwat fejn jinżamm il-kelb li jinkludu fost l-oħrajn: l-art li fuqha
jinżammu l-klieb, iċ-ċirkolazzjoni tal-arja, il-livelli ta’ trabijiet, it-temperatura, eċċ... b’tali mod li ma jkunux ta’ dannu għall-annimali, il-klieb m’għandhomx jinżammu fi dlam permanenti u lanqas mingħajr perjodu xieraq ta’ mistrieħ minn dawl artifiċjali. Kull annimali għandu jingħata l-ispazju xieraq għall-bżonnijiet fiżjoloġiċi u eteoloġiċi skont l-esperjenza u tagħrif xjentifiku stabbiliti. - Trasportazzjoni inadekwata – matul it-trasportazzjoni ta’ klieb fi kwalunkwe vettura, għandhom jittieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni u sigurtà neċessarji. Sa ftit tal-jiem ilu l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali (KAP 439) ma kien ikopri l-ebda leġiżlazzjoni sussidjarja biex tkun irregolata ż-żamma tal-klieb. Għalhekk kien importanti li dawn ir-regolamenti ġodda jidħlu fis-seħħ għaliex dawn issa se jiżguraw li l-ebda individwu ma jorbot, jaqfel,
jorbot b’katina jew jirrestrinġi l-kelb ma’ kwalunkwe oġġett wieqaf bħala mezz primarju ta’ żamma tal-kelb. Barra minn hekk din il-leġiżlazzjoni sussidjajra ġdida tinkludi regolamenti dwar iż-żona adekwata li fiha jinżamm kelb, u dwar it-trasportazzjoni adekwata tal-klieb. Il-klieb huma ħlejjaq soċjevoli li jeħtieġu interazzjoni ma’ nies u/jew annimali oħra. Għalhekk it-trażżin permanenti jew għal ħin twil jista’ jagħmlilhom ħsara fiżika u psikoloġika severa. Dan il-Gvern dejjem kien u se jibqa’ kommess li jħares it-trattament xieraq tal-annimali. B’dawn ir-regolamenti mhux biss saru illegali l-irbit u t-trażżin ta’ klieb għal perjodi twal, iżda ġew ipprojbiti wkoll kullari inadekwati u ddaħħlu speċifikazzjonijiet ġodda għall-kumpartiment ta’ kelb biex nassiguraw li l-ebda kelb ma jiġi ristrett fi kwalunkwe ħin b’mod li jikkawżalu tbatija jew ġrieħi.
Il-klieb huma ħlejjaq soċjevoli li jeħtieġu interazzjoni ma’ nies u/ jew annimali oħra. Għalhekk it-trażżin permanenti jew għal ħin twil jista’ jagħmlilhom ħsara fiżika u psikoloġika severa
20
14.10.2018
kullhadd.com
AKTAR INVESTIMENT MILL-PRIVAT F’PAJJIŻNA Silvio Parnis Segretarju Parlamentari
Bħala Gvern nemmnu ħafna fil-privat, fosthom minħabba li permezz tas-sħubija bejn ilGvern u l-privat, igawdu l-komunitajiet u ċ-ċittadni kollha. Il-privat huwa katalist biex tiġi ġġenerata l-ekonomija u għattisħiħ tat-turiżmu f ’Malta. Huwa fatt li fuq bażi ta’ kuljum, pajjiżna qiegħed jimxi dejjem aktar ’il quddiem. Dan qiegħed iwassal għal aktar tisħiħ fl-investiment mill-privat u għall-kuntrarju ta’ ftit snin ilu, tista’ tgħid li l-privat illum qiegħed jinvesti f ’kull par-
ti u settur tal-pajjiż. Meta l-privat jinvesti, ikun qiegħed jgħin fil-ħolqien ta’ aktar impjiegi. Hawnhekk huwa d-dmir tagħna biex bħala leġiżlaturi nagħmluha aktar faċli għall-privat biex jinvesti. Il-Gvern irid ikun it-tama għall-privat biex b’hekk l-ekonomija tagħna tkompli tissaħħaħ. Qiegħed ngħid dan għaliex f ’dawn l-aħħar snin ġiet introdotta din il-prassi u qed tirnexxi. Illum qegħdin naraw li bil-kunċett tal-PPP qed inkomplu nkabbru l-ekonomija. L-ekonomija tikber billi naqsmu l-ideat ta’ xulxin sabiex niksbu dejjem aktar riżultati pożittivi. Il-Gvern għamel dan billi ħoloq bilanċ. Erba’ snin ilu Gvern Laburista waqqaf Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta li permezz tiegħu beda jinħoloq aktar għarfien dwar il-potenzjal b’saħħtu li għandu n-naħa t’isfel ta’ Malta. Ma niddejjaq xejn ngħid li għad fadlilna aktar x’ninvestu f ’dan il-potenzjal, madankollu l-investimenti li għamel il-Gvern
preżenti f ’dawn il-ħames snin biss huma ħafna. Biex insemmu xi ftit eżempji, qlibna l-Power Station minn waħda taħdem bil-Heavy Fuel Oil għal waħda taħdem bilgass, qegħdin nirranġaw il-junction tal-Marsa, ħloqna spazju miftuħ billi għamilna waterfront f ’Bormla, irriġenerajna l-Pjazza Antoine De Paule f ’Raħal Ġdid li hija waħda mill-akbar pjazez li għandna f ’pajjiżna u li fiha jiġi ġġenerat ħafna kummerċ, qegħdin ukoll nirriġeneraw Ġnien il-Mediterran li huwa wieħed mill-akbar ġonna li għandna finnaħa t’isfel ta’ Malta u ħloqna wkoll il-kunċett ġdid ta’ Ġonna tal-Qari. Din il-ġimgħa ħabbarna l-Istrateġija għall-Kottonera u konsultazzjoni pubblika dwarha, li hija ffukata fuq in-nies u tagħraf li jekk verament nixtiequ l-Kottonera timxi ’l quddiem jeħtieġ li npoġġu lis-soċjetà taħt il-lenti bl-iskop li ntejbu l-kwalità talħajja tiegħu. Nemmen li għad fadal ħafna
xi jsir u rridu nkomplu naraw li l-pjazez tagħna, li wara kollox huma l-qalba tal-lokal, issirilhom il-bidla meħtieġa biex ikunu post ta’ rikreazzjoni u post li fih ir-residenti jirrilassaw. Dan it-titjib fin-naħa t’isfel ta’ Malta awtomatikament qiegħed iwassal għal aktar investiment mill-privat f ’din il-parti ta’ pajjiżna. Ftit jiem ilu kelli l-unur nattendi għall-ftuħ uffiċjali ta’ stabbiliment tal-ogħla livell f ’Marsaxlokk. Qiegħed nirreferi għal Tex Mex South. Kif ċert li ħafna minnkom tafu jeżisti Tex Mex ieħor f ’Tas-Sliema u huwa popolari ħafna kemm fost il-Maltin kif ukoll fost it-turisti li jżuru pajjiżna. Nemmen li waħda mir-raġunijiet għall-popolarità ta’ Tex Mex hija d-dedikazzjoni tas-sidien u tal-impjegati ta’ dan l-istabbiliment. Dawn għandhom ħila li joħolqu atmosfera unika u jservu ikel u xorb tal-ogħla kwalità, u għalhekk nemmen li dan l-istabbiliment se jkompli jagħti
aktar stima lin-naħa t’isfel ta’ Malta. Huwa ta’ pjaċir għalija li nara li dawn is-sidien għandhom l-intenzjoni li fil-futur se jkomplu jinvestu f ’aktar stabbilimenti f ’pajjiżna. Issa bħala Gvern dmirna huwa li nkomplu ngħinu, mhux biss bil-kuraġġ imma wkoll billi nkomplu nibdlu l-infrastuttura ta’ pajjiżna, inkomplu nnaddfuh u nħaddruh u billi l-Gvern Lokali jservi bħala pont bejn l-investituri privati u l-Gvern ċentrali. Il-viżjoni tagħna hija ċara. Il-Kunsilli Lokali tagħna jridu jimirħu aktar biex il-lokal tagħhom ikun aktar modern, ikollu aktar faċilitajiet u tkompli tikber il-kompetizzjoni bejn l-ibliet u l-irħula tagħna biex inkunu nistgħu nibdlu dan ilpajjiż. Għalhekk inħeġġeġ lil aktar entitajiet privati sabiex huma wkoll ikomplu jinvestu f ’pajjiżna. Jekk il-Gvern u l-privat ikomplu jaħdmu id f ’id se nwasslu sabiex verament pajjiżna jkun l-għira tad-dinja.
SVEN GIEGOLD TAL-ĦODOR! Marlene Mizzi Membru Parlamentari Ewropew
Sinċerament nistqarr li ma nistax insib mod ieħor kien niddeskrivi lill-Membru Parlamentari Ewropew mill-Partit tal-Ħodor tal-Ġermanja, Sven Giegold, għajr li hu ossessjonat li jagħmel ħsara lil Malta. Ossessjoni riflessa mill-fatt li issa ilu s-snin jipprova b’kull mod iħammeġ lil Malta. Ossessjoni li issa ħarraxha billi qed jhedded li se jibda kampanja mal-bank internazzjonali HSBC biex jitlaq minn Malta jekk skont hu l-Gvern ma jurix titjib fil-mod kif jaħdem fil-qasam tal-flus fejn jirrigwarda ħasil ta’ flus.
Wara theddida bħal din ħassejtni fid-dover bħala Membru Parlamentari Ewropew bħalu u daqsu, li niktiblu personalment u li anke nxandar l-ittra li bgħattlu. Ma jiddispjaċini għall-ebda kelma li ktibt fl-ittra lil Giegold. Nemmen bis-sħiħ li b’din l-aħħar mossa tiegħu Giegold qabeż kull limitu, wera nuqqas ta’ professjonalità u integrità, u abbuża mill-istatus tiegħu ta’ Membru Parlamentari Ewropew. Inħossni konvinta li Giegold qed jabbuża mill-istatus ta’ Membru Parlamentari Ewropew għax qiegħed jagħmel dan filwaqt li jinħeba wara l-pretensjoni tal-ġlieda tiegħu kontra l-ħasil tal-flus. Meta indirizza l-Plenarja tal-Parlament Ewropew l-akkużi li għamel kontra pajjiżna kixfu l-malintiż tiegħu meta aċċetta li jkun jifforma parti minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li kellha tiġi Malta biex tistabbilixxi l-fatti. Giegold ġie Malta biex SUPPOST jistabbilixxi l-fatti meta kien diġà magħruf il-mod li bih iħares lejn Malta, u li kien
diġà stabbilixxa l-fatt QABEL MA ĠIE!! Biex wara kollox din id-delegazzjoni ma pproduċiet xejn sostanzjali ħlief paroli fil-vojt. Dik serjetà! Imma issa qabeż kull limitu. Issa Giegold qed jhedded u jipperikola l-għajxien ta’ mijiet ta’ familji li għandhom lil qrabathom jaħdmu mal-HSBC. Apparti hekk qiegħed jittanta joħloq atmosfera fejn l-investiment barrani jibda jaħsibha aktar minn darba darbtejn biex jiġi Malta u qed jipperikola wkoll l-investimenti u d-depożiti ta’ eluf kbar ta’ Maltin. Imma lil dan Giegold x’jimpurtah?! L-attitudni li qiegħed jaġixxi biha Giegold hija waħda tal-mistħija. Giegold qiegħed mingħalih jipprova jagħmilha tal-bully ma’ pajjiżna għax aħna pajjiż żgħir. X’aktarx li Giegold ma jafnix biżżejjed! Ara dan il-bravu qatt ma smajtu jghid xejn fuq id-Deustche Bank ta’ pajjiżu, li hu mċappas sew bi skandli tal-ħasil ta’ flus; jew fuq l-iskandli li laqtu lid-Danske Bank tad-Danimarka u l-iskandli li hemm fuq banek fil-Latvja
u l-Estonja! Dawn l-iskandli ma dejquhx lil Giegold tal-Ħodor! Jew forsi ma kienx hemm MEPs minn dawn il-pajjiżi jkesksuh lejn pajjiżhom! Għax ngħiduha kif inhi, li tkeskes lill-barranin lejn pajjiżek mhix ċajta! Giegold ma jistax jibqa’ jitħalla jitkellem fl-arja, jakkuża bl-addoċċ u jipponta subgħajh lejn dak u lejn l-ieħor. Li għandu jagħmel hu li, jew jissostanzja dak li qal billi jieħu l-provi għand l-awtoritajiet kompetenti, inkella jagħlaq ħalqu u jieqaf mill-ossessjoni tiegħu li jagħmel ħsara lil Malta. Kif ngħidu bl-Ingliż, “put up or shut up”! Ħadd m’għandu jistenna li nieqaf hawn. Ma nistax ma nsemmix il-fatt li Sven Giegold dejjem sab ir-riħ inpoppa kull meta kkritika lil Malta fil-Parlament Ewropew – riħ inpoppa mill-Membri Parlamentari Ewropej Maltin tal-Partit Nazzjonalista. Huwa lil xi Sven Giegold li l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista jagħtu l-appoġġ tagħhom. Donnu li
l-kuxjenza ma tniggiżhomx meta jarawh jinqeda bihom biex isawwat lil Malta. Issa bħal donnu indehxu ftit għax raw x’inhuma l-intenzjonijiet ta’ Giegold fir-rigward ta’ Malta. Issa indehxu għax jafu li t-tkeskis intenzjonat tagħhom sploda f ’wiċċhom. Imma jista’ jisplodi wkoll, intortament, f ’wiċċ l-eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin li jistgħu jbatu direttament u indirettament kawża ta’ dak li qed jhedded bih Sven Giegold. Sadattant lil Sven Giegold nassigurah li se nkun qed nikkonfrontah mhux biss permezz tal-ittra li bgħattlu imma direttament fil-Parlament Ewropew, fl-istess post fejn ma ddejjaq xejn jipprova jkasbar lil pajjiżna ladarba sab l-appoġġ tal-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista. Il-Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba u li verament iħobbu lil pajjiżhom, m’għandhomx jinsew min għamel ħsara kbira lil pajjiżna u lill-familji tagħna, meta f ’Mejju li ġej imorru jitfgħu l-vot tagħhom fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
21
14.10.2018
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
IL-ĦADDIED TAL-KUNVENT Għodwa waħda, qabel sbieħ iljum, kavallier jitfaċċa quddiem il-kunvent ta’ Cour Dieu b’tifla ltima l-ġmiel tagħha. Peress li fil-kunvent ma setgħux jidħlu nisa, il-Patri Gwardjan ħalla t-trobbija ta’ Ġovanna f ’idejn il-ħaddied Dagoberto. Dan ir-rakkont huwa ambjentat fi Franza, fi żmien ir-Renju
Franċiż meta l-kunflitt bejn l-aristokrazija u l-poplu kien fl-aqwa tiegħu. Kastelli bdew jinħarqu u l-irjus bdew jisħnu. Iżda l-poplu kien ukoll jagħraf jiddistingwi bejn aristokratiċi twajba u oħrajn li jaraw lill-poplu dubbien. U filwaqt li Dagoberto jkompli jrabbi ’l Ġovanna bħallikieku
kienet bintu, iqumu mistoqsijiet dwar min setgħet kienet din Ġovanna u kif sabet ruħha fil-ħanut tal-ħaddied tal-kunvent ta’ Cour Dieu. Tweġiba ċara għal din il-mistoqsija ħadd ma kellu ħlief il-Patri Gwardjan, iżda maż-żmien, storja ta’ mħabba tikxef dak li kellu jibqa’ mistur…
kien hemm ħafna u dawn huma ppustjati biex fihom jaqa’ l-ilma li jkun ġej mill-għolijiet) kien hemm wesgħa ġmielha mimlija siġar żgħar, li f ’nofshom iċ-ċerv beda jitgħawweġ u jirtogħod bħal liebru. Iżda mbagħad, fejn soltu meta jkunu għejjew iċ-ċriev imorru jinxteħtu fl-ilmijiet ta’ ħdejn il-kunvent, dan in-nobbli annimal, li bħal donnu fehem li l-ilma hu l-qabar tiegħu, b’moviment ħafif li mhux naturali għaċ-ċriev, reġa’ lura fil-pront, għadda b’rasu merfugħa minn nofs il-braċċieri u l-kaċċaturi u reġa’ telaq għan-naħa tas-siġar tal-bosk. Luciano kien miexi maġenb is-sbejħa kuġina tiegħu, u wieħed mill-kaċċaturi qal, “Tgħid beħsiebu jerġa’ joħodna
Trianon?” “Dan iċ-ċerv għandu x-xjaten!” kompla jgħid l-ieħor jidħaq. “Inkella ma jafx jgħum,” qal Luciano. “Kapaċità!” qabeż wieħed miżżewġ ġentlomi spiritużi. “Tkun sabiħa jekk anki ċ-ċriev jiftlilhom jirraġunaw.” “Filosfu jew mhux,” qalet is-sbejħa tfajla, “jiena għandi mmiddu.” U kif qalet hekk, qabdet f ’idejha ċ-ċkejkna karabina li kellha f ’ħoġorha. Iċ-ċerv ried donnu jerġa’ lura għat-triq li kien għamel, iżda f ’daqqa waħda tfaċċa Beneditt jiġri, u għalkemm b’nifsu maqtugħ beda jgħajjat, “Iċ-ċerv sejjer ’l isfel u kif jidher irid jaqbad it-Triq ta’ Bilby.”
SILTA MILL-KTIEB Taraha tiggaloppja matul il-bosk, tissupera l-fossijiet, taqbeż is-siġar u tiżżufjetta bl-ostakli li ma’ kull pass tiltaqa’ magħhom, tgħid li hi l-istess Aurora l-kaċċatriċi. Luciano u ż-żewġ kaċċaturi l-oħra, mexjin dejjem warajha, iżda hi maqtugħa qatigħ minnhom billi ż-żiemel Irlandiż tagħha, li beda b’nifsejh jiġbed l-arja, donnu biex juri li ried jilħaq l-għawi tal-klieb qabel il-klieb stess. Iċ-ċerv, li kien wasal fl-aħħar, beda jegħja u jagħti ruħu b’mirbuħ, il-klieb saru aktar furjużi u s-Sinjorina Aurora baqgħet għaddejja dejjem ’il quddiem, tħalli iżjed lura lil ħbiebha aktar ma timxi. Bejn il-Mogħdija tal-Mara l-Mejta, li hi kienet għadha kif għaddiet, u l-għadira (minn dawn l-għadajjar
Mistoqsija: Lil min beda jrabbi Dagoberto?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-ĦADDIED TAL-KUNVENT. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-METAMORFOSI huwa: G. CAMILLERI - ĦAŻ-ŻABBAR
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
05
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Min kien irregala l-bust ta’ Sant’Orsla lill-Knisja Matriċi u Kolleġġjata ta’ Għawdex? Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
Tweġiba:
22
14.10.2018
kullhadd.com
IL-QAWWA TAL-MOĦĦ FL-ISPORT Bernice Sant - performance psychologist li tgħix u taħdem fl-Ingilterra kif ukoll atleta li tipprattika l-crossfit, liema sport kulma jmur qed jikber fil-popolarità madwar id-dinja. F’din Kif għażilt li tispeċjalizza fil-psikoloġija tal-isports u mhux f ’xi qasam ieħor tal-psikoloġija? Ma taħsibx li kieku kont taqla’ iktar flus? Il-psikoloġija minn dejjem kienet għal qalbi kemm għalija nnifsi permezz ta’ passjoni kbira ta’ kif jaħdem il-moħħ kif ukoll mill-kumplimenti li kont naqla’ mingħand nies li bi ftit kliem u ħin li noffrilhom ngħinhom b’suċċess. Apparti hekk l-isport dejjem kien għal qalbi però peress li meta kont iżgħar kont kemxejn mibruma u kont niġi bullied fuqha ma kont nikkompeti fl-ebda sport. Kulma kont nagħmel huwa xi naqra sport għall-gost. Imbagħad, meta kelli 13/14–il sena bdejt nagħmel naqra eżercizzji blużu ta’ weight training u minn ta’ 17–il sena bdejt nieħu ħsieb sew id-dieta tiegħi u ġibt kunfidenza biex nibda niffoka fuq l-isport. Minn hemmhekk, qatt ma waqaft nagħmel l-eżerċizzji regolari kif ukoll nieħu ħsieb id-dieta tiegħi, tant li waqt l-ewwel degree tiegħi (B.A. Psychology & Theatre Studies) ġibt Level 2 + 3 Fitness Instructing u Ċertifikat fid-Dieta u n-Nutrizzjoni. Sakemm, kont Malta għamilt madwar tliet snin ngħallem klassijiet ta’ Group Fitness In-
l-intervista, Sant se tkun qed tagħti d-dettalji kollha rigward kemm il-moħħ jilgħab rwol importanti fir-rendiment talatleti f’diversi dixxiplini sportivi.
koloġija tal-isport, u b’hekk iġġib dak li jgħidulu Stage 1. Imbagħad, ikollok tagħmel dik li tissejjaħ Stage 2 li jieħu sentejn u jkollok tagħmel diversi xogħol applikabbli u akkademiku. Issa wara dan, għal Malta, nerġa’ nsostni safejn għandi informazzjoni, xorta jkollok tgħaddi minn proċess biex iġġib it-titlu ta’ psikologa għal Malta. Fil-każ tiegħi għamilt Baċellerat Ġenerali (B.A.) ta’ Psikoloġija u Teatru għal tliet snin fl-Università ta’ Malta, wara għamilt sena Higher Diploma (H.Dip) biex niġi ekwivalenti ta’ Honours fil-psikoloġija mill-istess Università, iktar tard komplejt għall-Masters (MSc) fil-Performance Psychology mill-Università ta’ Edinburgh, Masters (MSc) oħra fuq Sport X’jinvolvi l-kors fl-Università Psychology mill-Università ta’ biex tilħaq psikologa Liverpool John Moores u bħalissa tal-isport? għaddejja b’dottorat professjonali (DPsy) fuq Sport and Exercise Biex tilħaq psikologa fl-isport Psychology mill-istess Università hija naqra kkumplikata. L-ewwel ta’ Liverpool fl-Ingilterra. nett, safejn għandi informazzjoni jien, Malta għadu ma jiġix offrut Meta atleta jkun qed jaffronta kors li jista’ jwasslek għat-tit- sitwazzjoni diffiċli f ’ħajtu, lu ta’ psikologa fl-isport. Li hu kemm taħseb li dan jaffettwah Il-plejers klijienti tiegħek żgur hu li jrid ikollok Baċellerat fir-rendiment tiegħu fl-isports ikellmuk biss fuq problemi fil-Psikoloġija, imbagħad peress li li jkun jipprattika? relatati mal-isport jew fuq t-titlu ta’ psikologa huwa protett problemi oħra li jiltaqgħu mill-British Psychological Soci- Hemm ħafna fatturi fuq xiex magħhom fil-ħajja? ety (BPS) ġol-Ingilterra, tagħmel tiftaħ meta jidħlu sitwazzjonijiet Għalkemm is-settur tiegħi huwa Masters li jkun jispeċifika fil-psi- diffiċli. L-ewwel nett, kemm hija
structing mal-Health Promotion waqt li għamilt ukoll tliet staġuni man-nazzjonal tal-Futsal u mal-Hibernians Futsal b’suċċess u sodisfazzjon kbir. Dawn l-esperjenzi kollha għenuni biex inkompli fuq din il-linja. Huwa veru li l-linja ta’ psikologa fl-isport għadha linja kemxejn ġdida allura għadu mhux kulħadd jaċċetta l-fatt li huwa settur li wieħed għandu jinvesti l-flus fiha però nemmen li bil-mod kulħadd qed jirrealizza li l-psikoloġija fl-isport hija importanti daqs il-fiżjoterapija, in-nutrizzjoni, u strength and conditioning fost oħrajn. Apparti minn hekk, qatt ma kont persuna li nħares lejn il-flus bħala l-motivatur prinċipali tiegħi u dan jista’ jintwera mill-ammonti ta’ snin twal li għamilt naħdem b’mod volontarju. L-għan prinċipali tiegħi dejjem kien li ngħin nara l-persuni li jkolli quddiemi jħossuhom aħjar u permezz ta’ ftit għajnuna jagħrfu l-abbiltajiet moħbija tagħhom biex ikunu kapaċi jilħqu dak kollu li jixtiequ.
l-psikoloġija fl-isport, però dan ma jfissirx li l-atleti għandna narawhom bħala magna li l-uniku għan li għandhom hu li jirbħu. Din hija perċezzjoni żbaljata u fil-fatt, ħafna riċerki jiktbu kemm l-atleti huma nies normali bl-emozzjonijiet, ħsibijiet u esperjenzi bħal kull persuna oħra. Dan ifisser li bħala psikologa fl-isport, ikun hemm ħafna drabi fejn problemi oħra bħal relazzjonijiet, familji, imwiet u oħrajn, ikunu jridu jiġu indirizzati għax fl-aħħar mill-aħħar ikunu qed jaffettwaw il-wirja tal-atleta. Ovvjament, jekk il-problemi jiġu oltrè mix-xogħol li psikologu fl-isport huwa intitolat li jara, l-atleti jiġu referuti għal psikologi speċifiċi relatati mal-problema.
diffiċli s-sitwazzjoni għall-persuna speċifika li għandi quddiemi (mhux kulħadd jinterpreta l-istess sitwazzjoni bl-istess mod), it-tieni hija t-tip ta’ coping mechanisms li l-persuna speċifika tuża għal sitwazzjonijiet diffiċli; is-sapport li l-persuna għandha minn ta’ madwarha (kowċis, familjari, partner fost oħrajn). L-aħħar u mhux l-inqas, kemm il-persuna hija konxja ta’ kif taġixxi meta l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb. Minħabba dawn ir-raġunijiet, ma nistax nagħti risposta ta’ iva jew le, u għalhekk ir-risposta tiddependi fuq dawn il-fatturi kollha. B’hekk mhux kull atleta jiġi bżonn psikologu ma’ kull problema! Dan ma jfissirx li hemm għalfejn ikun hemm problema biex atleta jkollu/ha psikologu. Ħafna mill-atleti professjonali li jkunu diġà kisbu suċċess ikollhom psikologi magħhom fuq impjieg fiss biex jgħinuhom kif iżommu dak il-livell ta’ suċċess. Għal dawk involuti fl-isport, l-isport u l-psikoloġija tal-bniedem huma marbutin flimkien? Iva. Peress li l-gisem u l-moħħ jaħdmu id f ’id, biex iwasslu dak li l-udjenza tkun qed issegwi, huwa importanti li nagħrfu li fatturi li ħa jaffettwaw lill-moħħ,
23
14.10.2018
kullhadd.com
eventwalment ħa jaffettwaw ukoll lill-ġisem, fi kliem ieħor, il-wirja tal-isport tal-atleta. L-isport huwa marbut mal-psikoloġija permezz ta’ kemm persuna għandha kunfidenza fl-abbiltajiet tagħha, kemm temmen fiha nnifsiha, kemm hi lesta tiddedika ħin għall-isport tagħha b’mod dixxiplinat, kemm forsi l-udjenza taffettwaha u b’liema mod, kemm fuq kif tmur mat-tim, kif ukoll kif il-kowċis imorru mal-atleti tagħhom, fost ħafna iktar setturi. Ftit taż-żmien ilu bdejt taħdem mat-tim tal-futbol ta’ Liverpool fl-Ingilterra. Kif għazilt il-futbol u mhux sport ieħor? Minn dejjem xtaqt naħdem ma’ tim professjonali ħalli nieħu l-esperjenza ta’ x’jiġri minn wara l-kwinti ta’ x’jintwera fuq it-televixin, kif ukoll biex inkun nista’ nifhem aktar psikoloġikament kif jippreparaw dawn l-atleti qabel imorru għall-kompetizzjoni tagħhom. Għalkemm ma’ Liverpool Football Club jien ma naħdimx bħala psikologa tal-isport imma bħala Steward fit-tunnel area (diġà għandhom żewġ psikologi preżentament), inħoss li t-tagħlim li diġà tgħallimt f ’dawn is-sentejn permezz ta’ osservazzjoni u kuntatti importanti li għamilt kienu diġà impekkabbli. Bħala sport jien mhux qiegħda fuq futbol biss. Infatti kelli esperjenzi ta’ proġetti żgħar, osservazzjonijiet jew kuntatti man-Nazzjonal tal-Basketball tal-Iskozja, in-Nazzjonal ta’ New Zealand - All Blacks Rugby, in-Nazzjonal tal-Iskozja tar-Rugby, Thai Boxers Professjonali, Sewwieqa tal-Formula 1 u atleti kompetittivi oħra minn diversi sport fosthom crossfit, atletika, badminton, tenis u ġinnastika. Apparti minn hekk, jien lanqas biss jiena fuq sport biss. Jien gradwata biex naħdem fuq psikoloġija ta’ wirjiet. Issa din tista’ tkun wirja fl-isport (kull tip ta’ sport), fil-wirja tal-arti (kant, żfin u drama fost oħrajn, wirja tal-militar, wirja ta’ business, kif ukoll wirja ta’ kirurġija. L-għan ta’ performance psychologist hu li jara li l-persuna li għandu quddiemu tista’ tiffunzjona f ’livell għoli b’mod effettiv u b’sens ta’ kuntentizza. Int tipprattika wkoll il-crossfit. Agħtina iktar dettalji.
trejning ġo gyms, dynamic yoga kif ukoll bħalma semmejt qabel kont ngħallem group fitness classes f ’forma ta’ circuit training. L-għan aħħari tiegħi hu li dejjem nibqa’ navvanza fuq li kont billi niffoka fuq id-dgħufija tiegħi. Kif tqis li l-isport jgħin fl-iżvilupp ħolistiku tal-bniedem? L-isport minnu nnifsu huwa forma ta’ kif wiehed jista’ jiżvoga kif ukoll jirrilassa. Huwa mod kif jista’ pożittivament jaffettwa lill-bniedem bijoloġikament (ormoni), psikoloġikament (tħossok aħjar bħala konċentrazzjoni, kunfidenza u well-being inġenerali), fiżikament (iktar b’saħħtek u fuq tiegħek), soċjalment (issir taf iktar nies) u f ’setturi oħra importanti. Dan jiġri għax, bħalma semmejt qabel, meta wieħed jipprattika l-isport hu jkun qed juża kemm il-moħħ, kif ukoll il-ġisem, fejn dawn iridu jaħdmu f ’unità biex iwasslu għall-wirja li wieħed jixtieq. Huwa vera li tista’ tkun diffiċli li tiddedika ħafna ħin biex wieħed jipprattika l-isport fuq bażi regolari (speċjalment dawk l-atleti li jipprattikaw l-isport bħala passatemp), però din tkun diffiċli biss għall-bidu, għax meta wieħed jidra dik it-tip ta’ ħajja, ma jkunx irid imur lura għax jibda jara l-benefiċċji tant prezzjużi.
Huwa vera li għalissa għad m’hemmx korsijiet ta’ livell għoli f’Malta f’dan is-settur, allura tkun kemxejn diffiċli li wieħed jagħmel il-pass li jmur jistudja barra. Però, għalkemm kelli ħafna esperjenzi diffiċli sakemm qed ngħix barra minn Malta waħdi, nista’ nikkonferma li kieku kelli mmur lura fiż-żmien, ma naħsibhiex darbtejn li nerġa’ nagħżel il-linja li għażilt!
Għalhekk wieħed għandu jinforma ruħu sew fuq dan is-settur billi jiċċekkja li l-mediċini jew supplimenti li qed jiġu meħuda huma adekwati, kif ukoll ikunu paċenzjużi u persistenti fil-ħin li jiddedikaw għall-isport tagħhom Bħala persuna li għadni kif biex eventwalment jaslu għat-tir għamilt il-kors ta’ UK Anti-Dop- li jkollhom f ’moħħhom bl-aktar ing Advisor inħossni li infurmajt mod nadif. ruħi ħafna iktar f ’dan il-qasam. Nemmen li għad hemm nuqqas Kif tgħaddi l-ħin liberu ta’ edukazzjoni li tiġi mwassla dejjem jekk issib ħin lill-atleti fuq dan is-settur. Appar- għal dan? ti minn hekk, kull sena li tgħaddi, l-atleti dejjem qegħdin jitjiebu Huwa importanti ħafna li allura jaf ċerti atleti jfittxu rotta wieħed iżomm bilanċ fil-ħajja. iktar veloċi kif jistgħu jlaħħqu Huwa impossibbli li wieħed mal-livelli eċċezzjonali li ċerti at- jiffoka fuq xogħol biss għax leti jilħqu, għalkemm din mhijiex eventwalment dak ix-xogħol ma rotta ideali. Irridu nżommu wkoll jibqax jiġi magħmul b’passjoni. f ’moħħna li dawn l-għażliet ma Il-ħin liberu tiegħi huwa bbażat jiġux dejjem minn atleti imma fuq eżerċizzju fiżiku, meditazzRigward l-irwol ta’ psikologu jistgħu wkoll ikunu qegħdin jiġu joni, niltaqa’ ma’ xi ħbieb, kull tal-isport, taħseb li t-timijiet influenzati minn kowċis li jisten- tip ta’ tagħlim ġdid (kulturi ġodMaltin mhumiex qegħdin new aktar mill-atleta, pressjoni da, kotba u riċerki fost oħrajn) u jemmnu biżżejjed f ’dan mill-atleti l-oħra li jkunu qegħ- avventuri ta’ safar jew ta’ sport. il-qasam fl-isport illum? din jikkompetu fl-istess tim kif Għaddi messaġġ lil dawk Il-psikoloġija fl-isport ilha teżis- ukoll mill-isponsors. ti, però m’ilhiex biżżejjed li tkun Iż-żieda ta’ testijiet huwa riżul- it-tfal u / jew żgħażagħ li stabbli f ’kull sport bħal meta tat ta’ dan li għadni kif semmejt. qegħdin jaspiraw li jagħmlu ssemmi fiżjoterapija jew nutrizzjoni. Għalkemm qed ngħid hekk, f ’dawn l-aħħar sentejn kien hemm avvanzi enormi fejn tidħol il-psikoloġija fl-isport. Tinnota dan meta tibda tara ħafna iktar postijiet vakanti fis-settur. Għalissa, il-postijiet battala qed jiżdiedu ħafna fl-Amerka u l-Ingilterra, però nemmen li Malta ħa tkun qed tieħu passi simili fil-futur. Fenomenu li qed ikisser il-futbol mondjali f ’dawn l-aħħar żminijiet huwa l-korruzzjoni speċjalment dik marbuta mal-betting. X’tikkummenta fuq dan? Il-kelma korruzzjoni tfisser li l-affarijiet mhux qed jimxu kif suppost. Issa qatt ma tista’ tkun 100% li l-korruzzjoni hija xi ħaġa żgura li teżisti f ’kull sport u f ’kull logħba però dan ma jeskludix li jista’ jeżisti. Għalhekk, huwa importanti immens li jkun hemm strutturi b’saħħithom ta’ sigurtà li jassiguraw li ċerti abbużi ma jsirux.
Iva. Il-crossfit huwa sport li jinvolvi tipi differenti ta’ sport bħall-ġinnastika u l-weightlifting, però b’intensità aktar qawwija. M’ilnix ħafna nipprattikah dan l-isport (qisu sentejn u tmien xhur) u dan l-aħħar bdejt nikkompeti fih ġewwa l-Ingilterra. Minn dejjem kont inħobb ħafna l-isport. Infatti qablu kont nipprattika Thai Boxing, Strongman, X’taħseb li jwassal biex
sportiv jagħmel użu minn sustanzi projbiti biex jirnexxi fid-dixxiplina sportiva partikolari li jkun jipprattika flok jikseb suċċess bil-ħila personali tiegħu?
karriera professjonali bħala psikologu li jispeċjalizza fl-isport. Is-settur tal-psikoloġija huwa importanti immens fl-isport. Iktar kemm ikollna nies li jinvestu ħinhom jistudjaw fuq dan is-settur iktar jista’ jkollna atleti li qegħdin jieħdu kull tip ta’ għajnuna bżonjuża biex jaslu għall-għanijiet li jkunu qed jimmiraw għalihom. Kif nistgħu naraw fl-Ingilterra u f ’ħafna pajjiiżi oħrajn, il-psikologi fl-isport huma bżonjużi daqs il-fiżjoterapisti, il-konsulenti fin-nutrizzjoni, it-tobba u oħrajn biex l-atleti jkollhom karriera ta’ suċċess. Huwa vera li għalissa għad m’hemmx korsijiet ta’ livell għoli f ’Malta f ’dan is-settur, allura tkun kemxejn diffiċli li wieħed jagħmel il-pass li jmur jistudja barra. Però, għalkemm kelli ħafna esperjenzi diffiċli sakemm qed ngħix barra minn Malta waħdi, nista’ nikkonferma li kieku kelli mmur lura fiżżmien, ma naħsibhiex darbtejn li nerġa’ nagħżel il-linja li għażilt!
24
14.10.2018
kullhadd.com
IL-BOV B’APPOĠĠ KULTURALI Is-17-il edizzjoni tal-Festival Mediterranea ġiet imnedija uffiċjalment mit-Teatru Astra u l-Bank of Valletta waqt konferenza stampa li saret fil-Head Office tal-BOV f ’Santa Venera nhar it-Tlieta 10 ta’ Ottubru 2018. Il-qofol tal-festival ta’ xahar huwa rappreżentazzjoni doppja tal-Opra popolari ta’ Giuseppe Verdi La Traviata fil-25 u s-27 ta’ Ottubru. “Huwa xieraq li nibdew dan l-avveniment illum billi nagħtu ġieħ lil Mro. Joseph Vella, id-direttur tal-mużika sinonimu mal-Festival li ħalliena aktar kmieni din is-sena,” qal is-CEO tal-Bank of Valletta Mario Mallia. “Il-Bank of Valletta kien parti minn dan il-festival kulturali mill-bidu nett, festival li stabbilixxa ruħu fil-kalendarju kulturali ta’ Malta.”
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, ddikjarat li wieħed mill-għanijiet tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jġib il-kultura fil-forom kollha tagħha, inkluża l-opra, eqreb lejn iċ-ċittadini.
Minħabba li l-opra hija sinonima ma’ Għawdex, il-Ministeru nieda “Xahar tal-Opra” fejn qed jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet b’kollaborazzjoni ma’ teatri tal-opra u partijiet interes-
sati oħra u li għandhom l-għan li jestendu l-opra lil hinn mit-teatru u eqreb tal-komunità. Dawn l-avvenimenti jinkludu taħditiet, kunċerti u esibizzjonijiet dwar temi relatati. Il-Ministru Caruana insistiet li l-wirt kulturali ċċelebrat mill-komunitajiet għandu jkun appoġġjat biex jitgawda mill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, u għal dan il-għan, il-Ministeru għal Għawdex qed jinvesti bil-kbir f ’inizjattivi bħal dawn. Il-Ministru Caruana kkonkludiet billi rringrazzjat lis-soċjetajiet mużikali għall-impenn tagħhom lejn l-opra f ’Għawdex kif ukoll in-numru kbir ta’ voluntiera involuti f ’dawn il-proġetti. Iċ-Ċermen tal-Festival Mediterranea Michael Formosa ddikjara li La Traviata se timmarka pass sinifikanti fl-iżvilupp tal-arti fil-gżejjer Maltin - il-50 anniversarju mill-inawgurazzjoni tat-Teatru Astra - iżda se titniżżel fl-istorja bħala l-ewwel opra fl-Astra f ’40 sena li mhux se titmexxa mill-Professur Joseph Vella. Huwa rrefera għat-tribut mogħti lil Mro Vella mis-Sur Mario Mallia u ddikjara li t-teatru issa għandu r-responsabbiltà li jkompli jmexxi ’l quddiem dan l-avveniment importanti, fejn Mro Vella kien protagonista ewlieni. Formosa kkonkluda billi stqarr li l-opra tat-Teatru Astra u l-Festival Mediterranea stabbilixxew lilhom infushom bħala punti ewlenin fil-kalendarju kulturali Malti, u għollew
il-profil ta’ Għawdex u tal-komunità li animat it-Teatru Astra matul vjaġġ straordinarju li issa ilu 50 sena. L-Opra ta’ din is-sena hija mżewqa b’diversi stilel li jinkludu lill-Għawdxija Miriam Cauchi li se tinterpreta r-rwol ta’ Violetta. Giulio Pelligra li s-sena l-oħra saħħar lil kulħadd fir-rwol tiegħu, f ’Lucia di Lammermoor huwa fdat bir-rwol ta’ Alfredo. Il-baritonu ta’ fama ta’ Bolshoi Maxim Aniskin se jinterpreta lil Germont filwaqt li l-mezzo-sopran Oana Andra se terġa’ lura għall-Astra bħala Flora. Philip Walsh, li m’għandu bżonn ta’ l-ebda introduzzjoni milqugħ se jmexxi l-opra. Id-direttur artistiku Taljan Enrico Stinchelli se jidderieġi t-tmien opra tiegħu fl-Astra. L-edizzjoni tal-2018 tal-Festival Mediterranea se tinkludi serje ta’ taħditiet immexxija minn Dr Abraham Borg, Dr Godwin Vella u Dr Mark Sagona, fuq l-opra La Traviata, u l-aspetti storiċi u artistiċi marbuta ma’ Għawdex. Il-Mużew ta’ Hagar fir-Rabat se jkollu wirja fuq il-50 anniversarju tat-teatru. Attrazzjoni speċjali hija l-parteċipazzjoni tal-Oxford Girls Choir (UK) li se jagħtu sehemhom fil-festival fl-24 u s-26 ta’ Ottubru - f ’kunċerti fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-Lukanda Kempinski f ’San Lawrenz. Avvenimenti oħra se jenfasizzaw it-tradizzjonijiet tal-inbid ta’ Għawdex u s-solisti tal-Banda La Stella f ’chamber concert. L-opra La Traviata hija appoġġjata mill-Programm ta’ Appoġġ Kulturali ta’ Għawdex amministrat mill-Arts Council Malta u l-Ministeru għal Għawdex. Bookings għal dawn l-avvenimenti kollha jistgħu jsiru fuq il-helpdesk tal-festival fuq 21550985, email: bookings@ mediterranea.com.mt. Bookings online u informazzjoni oħra dwar l-opra u l-festival huma disponibbli fuq www. teatruastra.com.mt.
25
14.10.2018
kullhadd.com
SFIDA DIFFIĊLI TINTEMM B’SUĊĊESS It-tim tal-2018 Foster Clark LifeCycle Challenge, li jikkonsisti f ’27 ċiklist u back-up support tim waslu lura Malta qawwijin u sħaħ il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru 2018. Meqjusa bħala l-ikbar u l-aktar sfida diffiċli fis-serje mindu saret l-ewwel darba fl1999, l-isfida ta’ din is-sena ħadet liċ-ċiklisti fuq vjaġġ bir-rota minn Abu Dhabi għal Salalah fin-Nofsinhar ta’ Oman. Bl-għajnuna ta’ Foster Clark, li tat għotja ta’ €25,000 li se jmorru għar-riċerka fil-kliewi li qed issir fl-Università ta’ Malta, u mmexxija mill-fundatur tal-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) Alan Curry, il-LifeCycle Challenge ilha ssir kull sena għal dawn l-aħħar 19-il sena b’risq il-pazjenti li jbatu bil-marda tal-kliewi. 10 ijiem fuq ir-rota b’uħud millvjaġġi itwal minn 200 kilometru, iċ-ċiklisti qadfu l-aktar fuq toroq fid-deżert, madwar muntanji u għoljiet b’ħafna tlajja’ u nżul, u bla dubju fis-sħana qawwija. Huma kuljum ħassewhom pjuttost eżawriti, iżda l-kuraġġ, id-dedikazzjoni u li jafu li qed jgħinu għal kawża daqshekk nobbli, żammew ruħhom iffukati sew biex jaslu sad-destinazzjoni finali. “Li spiċċajna din l-akbar sfida kienet ġurnata memorabbli għalina. Kellna xi ftit korrimenti matul ir-rotta, ħames ċiklisti kellhom fil-fatt jirtiraw, filwaqt li 16 spiċċaw l-isfida kollha,” qal Alan Curry. “Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) se tkompli bil-ħidma tagħha biex tiġġenera iktar kuxjenza dwar il-mard talkliewi, il-kura aħjar għall-pazjenti, u biex inkomplu nsostnu r-riċerka fil-problemi tal-kliewi. Nirringrazzjaw lill-isponsor tat-titlu Foster Clark, l-isponsors l-oħra tagħna, iċ-ċiklisti tagħna u t-tim ta’ appoġġ li tant ħadmu matul din l-isfida iebsa. F’moħħna dejjem inżommu lil dawk il-pazjenti li jbatu minn mard tal-kliewi u l-familji tagħhom.” “Nilqgħu lura l-eroj ta’ Foster Clark LifeCycle Challenge,” qal John Schembri, il-Kap tal-Operat ta’ Foster Clark. “LifeCycle Challenge taqsam l-istess mentalità u valuri bħall-kumpanija tagħna. Ma nistgħux inkunu aktar kburin minn hekk li qed nagħtu appoġġ lil Alan Curry u lit-tim kollu tiegħu fil-kawża nobbli tagħhom għat-tieni sena konsekuttiva.” Fejn taħsbu li se ssir l-edizzjoni ta’ 2019 ta’ Foster Clark LifeCycle Challenge? Komplu segwu l-paġna ta’ Facebook u s-sit
elettroniku tagħna: www.lifecyclechallenge.com għall-aġġornamenti. Għotjiet għal din il-karità jistgħu jsiru online fuq is-sit: www.lifecyclechallenge.com jew inkella permezz ta’ sms: 5061 7370 = €2.33; 5061 8920 = €6.99; 5061 9229 = €11.65; jew permezz ta’ sejħa għal 5160 2020
= €10, 5170 2005 = €15; u 5180 2006 = €25. Id-dettalji tal-bank huma kodiċi Swift VALLMTMT, numru IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017, Isem tal-Bank: Bank of Valletta, Numru tal-Kont 14814521017. Il-LifeCycle Challenge għandha l-appoġġ ukoll ta’ ħafna negozji oħra u individwi privati.
26
14.10.2018
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 247
CARMEL AGIUS - Ħ’ATTARD
Mimdudin:
Bi 3 Numri 675 689 950 975 B’4 Numri 0397 0728 0788 1159 1596 1755
1995 2100 2678 3578 3780 3886 3912 4055 4237 4399 4908 5003 5435 5537 5875 6593
7183 7210 7251 7931 7971 8134 8179 8335 8502 8717 8860 9324 9493 9746
B’5 Numri 01963 09541 12056 15360 18398 19707 22471 23542 39296 49376 57967 63252 63646 64834
72448 77694 77723 77995 80950 90771 92179 96815 B’6 Numri 309685 310395 439861 549319
783719 810516 914633 994592 B’8 Numri 02592796 02889372 23909601 47989145 50897590 58689541 80255853 98591273
20. 1. Kompli l-qawl: 21. ........ bla lġiem tiġġarraf (5) 23. 4. Ir-riħ jifforma 24. ħafna bħal dan (4) 7,21W. Nerfa’? (5) 9. Soru Ingliża (3) 10. Appik (6) 1. 12. Bħal 14 wieqfa (6) 2,3. 16. Kontra le (3) 3. 18. Omm (2) 5. 19. Eric Borg
Jones (1,1,1) Temm ħajja (5) L-10 xahar imqassar (3) Isir fil-ġabra (4) Kapsuli biż-żejt (5) Weqfin: Fejn hemm il-Cliffs (6) Frott (6) Ara 2 Din kienet tagħtina
6,15. 8. 11. 12,22. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
l-elettriku? (3) Ħajti? (9) Tista’ toqtol (9) Missier (2) Hekk isejħu lil Mattew (5) Royal Malta Artillery (1,1,1) Marret (6) Ara 6 Value Added Tax (1,1,1) Ara 7 Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Bajda, 4.Tork, 9,17.Rarità, 10.Dritti, 1.Barmil, 2,7.Jardi, 3.Add, 5.Ort, 12.Maduma, 16.Lia, 18.Am, 19.RAA, 6,11.Kbira, 8.Irrumblaw, 12,21 20.Inbid, 23.Saru, 24.Wraps mimduda. Marad, 13.Dan, 14.Ardita, 15.Qartas, 21.Ras, 22.Dar
27
14.10.2018
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
28
14.10.2018
kullhadd.com
IKTAR NISA JINGĦAQDU FIL-PROGRAMM LEAD • IKTAR NISA NGĦAQDU FIL-PROGRAMM LEAD TAL-PARTIT LABURISTA
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Membru tal-Parlament Ewropew u l-koordinatriċi tal-programm LEAD, Miriam Dalli, spjegat kif fit-tielet grupp ta’ Lead ingħaqdu 30 mara oħra, nisa li ġejjin minn kull qasam tas-soċjetà. Dan ifisser li issa huma 100 il-persuni li ntgħażlu biex jingħaqdu ma’ dan il-programm maħsub biex iħeġġeġ lin-nisa jidħlu b’mod dirett fil-politika Maltija u dawn it-30 jiffurmaw it-tielet grupp.
Dalli sostniet li LEAD ta esperjenza diretta lil għexieren ta’ nisa u l-Partit Laburista tahom fiduċja sħiħa tant li diġà jirrappreżentawh f ’attivitajiet li jvarjaw minn dawk tal-massa għal dawk fuq il-mezzi tax-xandir. Fi ftit xhur oħra jkunu qed jirrappreżentaw lill-Partit Laburista bħala kandidati f ’elezzjonijiet diversi. Il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef saħaq li l-programm LEAD
huwa parti minn proċess kontinwu ta’ tiġdid fil-Partit Laburista. Tenna li LEAD huwa xhieda tal-ħeġġa li teżisti sabiex il-parteċipazzjoni politika tiżdied. Micallef qal li filwaqt li fadal xi jsir, il-Partit Laburista qed jilħaq il-miri li qed ipoġġi għalih innifsu. “L-ewwel pass f ’din it-triq huwa l-25 ta’ Mejju tal-2019, il-pass li jmiss imbagħad tkun l-elezzjoni ġenerali li ġejja,” qal Micallef. Is-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit La-
burista Lydia Abela sostniet kif fuq għal Partit Laburista LEAD mhux biss programm iżda viżjoni. “Bħala partit irridu iktar nisa fit-tmexxija. Irridu iktar nisa fil-politika. U dan hu biss l-ewwel pass għax dwar hekk il-Gvern għandu mandat elettorali. B’LEAD nistgħu nassiguraw li meta l-Gvern jiġi biex jimplimenta bidliet li jaħsbu għal iktar nies fil-politika, il-pajjiż se jsib kandidatura tal-Partit Laburista b’saħħitha,” qalet Lydia Abela.
IL-LATVJAN SATANIST KIEN ESTRADIT MINN MALTA FUQ KAŻ TA’ OQBRA Il-Latvjan residenti Marsascala li din il-ġimgħa tressaq il-Qorti f ’każ fejn kien daħal eżorċist bħala espert tal-Qorti kien diġà estradit minn Malta lejn pajjiżu fuq każ simili. Kien il-Maġistrat Joseph Apap Bologna li kien laqa’ t-talba biex fl-2011 Karlis Meiers ikun estradit lejn il-Latvja wara li l-awtoritajiet Latvjani kienu qed jitolbu li jintbagħat lura pajjiżu għall-każ li ġara fl-2009. Minn stħarriġ li għamlet il-gazzetta KullĦadd
jirriżulta li skont it-talba ta’ estradizzjoni dak iżżmien ir-raġel kien mar fuq qabar armat b’pala wara li għamel sigħat jixrob. Filwaqt li sieħbu kien hemm iħares lejh, hu ħammel il-post fejn kien hemm il-fdalijiet ta’ mara li kienet hemm sentejn qabel u saħansitra kisser is-salib u l-monument li kien hemm fuq il-qabar. Din il-ġimgħa ż-żagħżugħ ta’ 28 sena wieġeb mhux ħati li hedded mara li taħdem ma’ organizzazzjoni volontarja li ma jistgħux jissem-
mew b’ordni tal-Qorti. Meier kien imressaq il-Qorti akkużat li poġġa għodda u affarijiet marbuta mal-okkult fil-bitħa tal-mara, allegatament biex jikkonvinċiha li qiegħda taħt saħta. L-Ispettur Joseph Mercieca u Oriana Spiteri spjegaw li Meiers ċaħad li poġġa dawn l-affarijiet biex jhedded u qal li dan kien parti minn ritwal u kien se jidfen l-għadam u l-affarijiet oħra wara li jlesti. Qatt ma spjega kif dawn spiċċaw fil-bitħa tagħha.