KullĦadd_29.03.2020

Page 20

20

29.03.2020

kullhadd.com

FERĦ U NIKET GĦAL KOPPJA FQIRA Kitba ta’ EMAN BONNICI

Fost il-membri tal-Provinċja tal-Qalb Pura ta’ Marija tal-Patrijiet Karmelitani fl-Istati Uniti tal-Amerka nsibu figura “traġika” li l-minġel tal-mewt ħasad sa minn kmieni mhux biss lilha imma wkoll lill-ġenituri tagħha. Tagħhom hija storja qasira, aktarx kiebja, imma tislet minnha nfisha, l-imħabba u l-barka li l-figura ta’ iben ordnat għas-saċerdozju ġġib fid-dar. Coalport: villaġġ qrib l-estinzjoni Bħalma jixhed ismu, Coalport, fi Clearfield County, Pennsylvania, kien villaġġ tal-minjieri. Illum, li l-ħidma fihom għoddha għebet fix-xejn għall-kuntrarju ta’ dari, jgħodd popolazzjoni mill-aktar ċkejkna ta’ inqas minn 500 ruħ. Fiż-żmien li seħħet madankollu l-ġrajja tagħna tal-lum kien ferm aktar popolat u r-residenti kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom fil-veru sens tal-kelma blgħaraq ta’ ġbinhom bit-tbatija kbira li l-ħidma fil-minjieri ġġib magħha. Il-villaġġ isorġi qrib il-famuża kurva ferrovjarja “Horseshoe Curve” fil-muntanji Allegheny, fejn il-Qaddej ta’ Alla, il-Prinċep Dun Demetrius Augustin Gallitzin (1770-1840), terraq u ħadem pastoralment snin qabel. Proprju f ’waħda mid-djar riservati għall-ħaddiema u nieshom mill-impjegati tagħhom f ’dan il-villaġġ, twieled fl-20 ta’ April 1887, tifel li ssemma’ Ġużeppi, it-tielet wild fost sitta tal-koppja Alexander Dressel u Mary Louise xebba Tourscher. Il-missier, Ġermaniż, imwieled sewwasew f ’Baden-Württemberg, kien mexa lejn l-Istati Uniti bħal ħafna żgħażagħ Ewropej oħra tamparu biex jittanta xortih fil-minjieri u mal-wasla tiegħu ma damx ma sab ruħu ġewwa Coalport. Iċ-ċkejken Ġużeppi sa minn tfulitu kien medhi bi ħwejjeġ devozzjonali hekk li kien jgħaddi ħafna mill-ħin tiegħu fil-kappella ċkejkna preżenti f ’tarf waħda mill-għoljiet tal-villaġġ. Arah b’ħerqa jilbes il-libsa ta’ abbati u jassisti f ’kull funzjoni li kienet issir. Din il-ħeġġa tiegħu ma damitx ma żviluppat f ’sejħa vokazzjonali. Dan seħħ meta fl-1902, il-Patrijiet Agostinjani organizzaw missjoni fil-knisja tal-villaġġ u mqanqal mill-prietki li saru fiha, il-ġuvnott qatagħha li jibda l-istudji tiegħu għas-saċerdozju billi jidħol fil-Kulleġġ ta’ Villanova tal-istess Agostinjani.

Minkejja d-diffikultajiet finanzjarji kbar, b’tant ħluq x’jintemgħu minn salarju l-aktar miżeru, il-ġenituri, imqanqla minn din id-deċiżjoni ta’ binhom, xejn ma ħassrulu, anzi ssagrifikaw sal-inqas sold li kellhom imfaddal sabiex jaqtgħulu xewqtu u jibagħtuh jistudja bil-għan li jarawh tiela’ t-tarġiet tal-altar. Tliet snin wara li beda l-istudji tiegħu, Ġużeppi marad u fuq parir tat-tobba, irħielha lejn villaġġ twelidu sabiex imidd idejh għax-xogħol manwali bit-tir li dan isaħħu mill-ġdid. Hekk għamel u għall-ħames snin li segwew, ħadem bħall-bqija ta’ niesu u r-residenti tal-post fil-minjieri. Minkejja li issa kien ’il bogħod mill-istudji u l-ġabra, il-vokazzjoni tiegħu ma tgħarrqitx, tant li meta fl-aħħar kiseb saħħtu mill-ġdid, daħal mal-Karmelitani. Fi ħdan l-Ordni Karmelitan Għaliex, forsi hawn min jistaqsi, mal-Karmelitani u mhux mal-Agostinjani? Fis-sena 1911, il-Patrijiet Karmelitani Basil A. Kahler u Philip A. Best tellgħu

missjoni għal darb’oħra fil-knisja ċkejkna tal-villaġġ u ż-żagħżugħ tkellem magħhom u qasam magħhom il-ġrajja tiegħu. It-tnejn li huma wegħduh li jgħinuh u kelmithom żammewha għax f ’qasir żmien sab ruħu fil-Kulleġġ ta’ San Ċirillu f ’Chicago bħala postulant fi ħdan l-Ordni Karmelitan. Matul dan il-perjodu, ta’ madwaru nnutaw li kien ta’ temperament nervuż, derivat aktarx miż-żmien li qatta’ fil-minjieri kif ukoll mill-ansjetà li fiha kostantement għadda dan il-perjodu li matulu akkost ta’ kollox ried jilħaq il-milja tiegħu, ċjoè it-triq tas-saċerdoz-

ju. Madankollu kien ta’ natural mill-aktar timidu, riservat u fuq kollox b’nuqqas ta’ fiduċja kbira fih innifsu. Is-superjuri tiegħu għaldaqstant ħadmu bis-sħiħ biex jgħinuh jegħleb dan innuqqas ta’ kumpless ta’ inferjorità billi kienu jqabbduh fost l-oħrajn itella’ diskorsi f ’ċerimonji uffiċjali marbuta malkulleġġ. Kull darba li ġie fdat b’tali inkarigu ġie milqugħ b’applawsi kbar għall-kliem meqjus u elaborat tiegħu; ftit kienu jobsru x’sagrifiċċju kbir kien hemm min-naħa tiegħu wara kull wieħed minnhom! Dressel għamel l-ewwel professjoni tiegħu fid-29 ta’ Settembru 1913. Mibgħut Ruma għal aktar studji, tul il-perjodu tan-novizzjat u l-istudentat tiegħu, kien popolari ferm mannovizzi sħabu li kienu jsejħulu “Doc” li fosthom bħala età kien sintendi l-akbar wieħed. Ordnat presbiteru ġewwa Ruma stess fit-2 ta’ Ġunju 1917, niżel lura l-Istati Uniti f ’Awwissu tas-sena ta’ wara. Mal-wasla tiegħu, sewwasew fil-15 tax-xahar, ċjoè nhar l-Assunta, fil-preżenża tal-ġenituri tiegħu, qrabatu u r-residenti tal-villaġġ, qaddes l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-kappella ċkejkna li fiha nissel dik il-vokazzjoni li issa kien laħaq il-milja tagħha. Tmiem bikri Il-perjodu tal-Gwerra l-Kbira, bl-ikel razzjonat, wassal biex għarraq mill-ġdid saħħet P. Dressel. Biss ħadd ma ħaseb li dan kellu jwassal għal tmiem mill-aktar bikri f ’età hekk żagħżugħa. Milqut minn riħ, inkwetat li s-sorijiet li għandhom kienu jqaddsu l-Karmelitani kienu ser jibqgħu mingħajr quddiesa f ’każ li jagħżel li jibqa’ rtirat f ’kamartu peress li ħadd ma seta’ jmur għax il-bqija tal-patrijiet kienu milquta wkoll mill-influwenza, iddeċieda li jmur hu stess. Dan iż-że-

lu għall-qadi ministerjali wasslu biex ir-riħ li diġà kellu niżillu f ’sidru li fit-2 ta’ Ottubru 1918 wasslu fil-qabar fl-età bikrija ta’ 31 sena. Tul il-ftit xhur ta’ presbiterat tiegħu, matulhom seħħlu biss jamministra magħmudija waħda, il-griżma tal-morda għal darb’oħra u jassisti darba biss fi żwieġ. Wara quddiesa ċċelebrata fil-kulleġġ li fih studja, il-katavru tiegħu kien mibgħut Coalport sabiex jindifen fiċ-ċimiterju ta’ San Bażilju l-Kbir tal-villaġġ wara ċelebrazzjoni ta’ quddiesa funebra oħra. Sitt ġimgħat biss wara li l-ġenituri tiegħu, li b’tant sagrifiċċji wassluh fuq l-altar, inġabru biex jisimgħu l-ewwel quddiesa tiegħu, inġabru issa biex jisimgħu l-aħħar waħda ċċelebrata b’suffraġju għal ruħu. Id-dehra tagħhom dakinhar kienet waħda ta’ qsim il-qalb kbir, hekk li r-raħal kollu ħareġ bi ħġaru biex isabbarhom u jkun magħhom f ’dak il-mument kiebi. Għall-funeral t’ibnu, il-missier mar liebes bl-istess ħwejjeġ ta’ kuljum, għax lanqas libsa ma kellu, bilġins blu u qmis miftuħa, jixxotta d-dmugħ li ġelben ma’ ħaddejh b’bandana ħamra li soltu li jġorr m’għonqu. Kien għoddu ħassu ħażin bid-dulur li ħakmu u sal-qabar kellhom iwiżnuh innies. Il-ġenituri tiegħu ma damux ma segwewh fl-istess ċimiterju. Milquta minn riħ f ’sidirha, l-istess bħal binha, Mary Louise mietet fit-30 ta’ Settembru 1920. Żewġha segwieha ġimgħa wara sewwasew fis-7 ta’ Ottubru. Illum jistrieħu t-tlieta li huma ħdejn xulxin fil-ħemda taċ-ċimiterju ta’ San Bażilju f ’dak irraħal kważi deżert, madankollu l-figura ta’ dak it-tifel minn qalb il-muntanji Alleghany li mill-minjieri spiċċa saċerdot u miet vittma tal-istess żelu tiegħu ma ntesietx, għax sal-lum qabru għadu mħares u meqjum millftit nies li għadhom jgħammru ġewwa r-raħal.

Iċ-ċkejken Ġużeppi sa minn tfulitu kien medhi bi ħwejjeġ devozzjonali hekk li kien jgħaddi ħafna mill-ħin tiegħu fil-kappella ċkejkna preżenti f’tard waħda mill-għoljiet tal-villaġġ. Arah b’ħerqa jilbes il-libsa ta’ abbati u jassisti f’kull funzjoni li kienet issir. Din il-ħeġġa tiegħu ma damitx ma żviluppat f’sejħa vokazzjonali


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.