08
29.03.2020
kullhadd.com
DELIA JINQABAD DWAR IL-KONT KBIR TAL-PN MAL-ARMS
Il-Prim Ministru Taljan iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalista waqt il-programm speċjali tat-TG5 li xxandar tard it-Tlieta filgħaxija
Is-sit Lovin’ Malta lbieraħ wera bil-fatti kif ARMS Limited qiegħda tiġri wara l-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia biex dan iħallas kont pendenti ta’ dawl u ilma li jlaħħaq mat-€3.5 miljun. Il-kwistjoni bdiet meta l-Prim Ministru Robert Abela kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta’ ġurnalist ta’ NET News fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ nhar it-Tlieta fejn ħabbar ukoll il-patt soċjali ġdid biex jgħin lis-setturi l-iżjed milqutin fil-pandemija talCOVID-19. Mistoqsi dwar il-proposti tal-PN, Dr Abela qal li jista’ jibda jieħu lill-Partit fl-Oppożizzjoni bis-serjetà wara li dan iħallas id-djun esaġerati li għandu fuq il-kont tad-dawl u l-ilma. Minkejja dan, waqt li l-PN
qal li se jieħu passi legali kontra l-Prim Ministru, Delia nnifsu fil-programm Xarabank tal-biraħtlula ddikjara li l-Partit tiegħu m’għandu jagħti xejn lill-ARMS. “Nobgħod ngħidha, imma l-Prim Ministru gideb,” qal Delia. Iżda issa ittra legali li ppubblika Lovin’ Malta turi korrispondenza bejn dak li kien is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Clyde Puli u l-ARMS u fiha joħroġ l-ammont ta’ kważi €3.5 miljun li l-PN kellu jagħti b’lura. Fl-ittra legali datata Novembru li għadda, fejn l-ARMS ukoll thedded b’passi legali jekk il-kont jibqa’ ma jitħallasx, avukat f ’isem il-PN jitlob għal laqgħa biex jiġu diskussi modi kif jista’ jsir ilħlas.
SANZJONIJIET IKKUNDIZZJONATI MIŻURI F’MALTA … IL-BELT AMERIKANA BL-EKONOMIJA Il-Prim Ministru Taljan jgħid li l-għeluq sfurzat tan-negozji u l-kumpaniji li mhux essenzjali ma setgħetx tittieħed qabel minħabba l-effett kbir li miżura simili għandha fuq il-finanzi Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ddikjara li waħda mill-miżuri ewlenin li ħa l-Gvern tiegħu biex ikompli jiġġieled il-pandemija tal-COVID-19 kienet ilha miżmuma minħabba l-effetti kbar li se jkollha fuq l-ekonomija nazzjonali. B’pajjiż li kien diġà għarkupptejh sew minn qabel bdiet l-imxija globali, Conte saħaq li l-miżura tal-għeluq ta’ dawk in-negozji u l-kumpaniji, li mhumiex meqjusin bħala essenzjali, ma setgħetx tittieħed qabel. “Tiswiena ħafna u terġa’ toħloq impatt negattiv ekonomiku kbir ħafna,” stqarr il-Prim Ministru Taljan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija fuq il-programm speċjali televiżiv tat-TG5. Conte li qed jiffaċċja kritika ħarxa li l-miżuri fil-pajjiż ittieħdu bil-mod u tard wisq, tenna li t-tali miżura kien ikollha s-sinifikat tagħha mitluf li kieku ddaħħlet żmien ilu u baqgħet tiġi attwata sal-lum. L-indikazzjoni li kien qed jagħti l-Prim Ministru Taljan kienet illi kieku l-Italja kienet finanzjarjament iżjed b’saħħitha, allura kienet tkun f ’sitwazzjoni aħjar li tiffaċċja s-sitwazzjoni li spiċċat fiha ħabta u sabta. Bil-maqlub, pajjiżi bħal Malta li ma nqabdux f ’sitwazzjoni finanzjarja prekarja, kienu f ’qagħda aħjar biex jieħdu l-miżuri neċessarji bl-akbar kawtela. Filwaqt li l-unions tal-ħaddiema fl-Italja qegħdin jheddu li jsejħu strajk nazzjonali, l-Italja din
il-ġimgħa kompliet tirreġistra mijiet kbar ta’ mwiet kuljum kawża tal-Coronavirus. Minkejja dan, il-messaġġ tiegħu fl-istess inter vista mxandra dirett kien mod ieħor sa ftit sekondi biss qabel. “Jien inħalli lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex twieġeb għall-kritiċi tagħna. Din tqis lil pajjiżna bħala wieħed eżemplari għall-mod kif aġixxejna b’mod effikaċi u veloċi fiċ-ċirkostanzi.” Hu attakka lill-kritiċi tiegħu li ma jafux xi jridu eżatt u li kulħadd minn dawn donnu għandu tweġibiet iddisprati. Talab liċ-ċittadini Taljani biex jiżnu u jaraw kif il-kritika kontra l-Gvern mhix koerenti. Fost l-aħħar miżuri li l-pajjiż ġar tagħna introduċa din il-ġimgħa stess kien hemm iż-żieda tal-multa għal min jinqabad barra meta suppost ikun fi kwarantina mandatorja. Minn €400 din issa telgħet għal €3,000 għal kull darba li persuna tinqabad tikser it-tali ordni. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li, bil-multa oriġinali, li kienet qiegħda titqies bħala redikola u baxxa ħafna, bosta baqgħu jisfidaw lill-awtoritajiet u jissograw joħorġu barra. Ilbieraħ l-Italja saret l-aktar pajjiż milqut fid-dinja u saħansitra qabżet liċ-Ċina, il-pajjiż minn fejn oriġinat il-pandemija f ’Novembru tas-sena l-oħra. B’kollox, skont l-aħħar bulettin maħruġ millWHO, il-pajjiż għandu iżjed minn 86,000 persuna infettata u ’l fuq minn 9,000 mejta.
Bħalna jissejħu “Maltin” (Maltese), anke jekk ma twildux hawn jew m’għandhomx dixxendenti tagħhom li kienu emigranti minn artna (għalkemm mhux eskluż li jista’ wkoll ikun hemm minnhom it-tnejn), iżda r-residenti tal-belt flIstat ta’ New York imsejħa Malta kellhom ukoll jiffaċċjaw il-qilla tal-pandemija bil-COVID-19 f ’dawn l-aħħar ġimgħat. Din il-belt, li għandha popo lazzjoni ma’ madwar 16,000 u tagħmel parti mill-kontea ta’ Saratoga, kellha taddatta għaċ-ċirkostanzi u introduċiet numru ta’ miżuri biex tikkontrolla s-sitwazzjoni fi ħdanha. Aħjar minn artna, il-belt tgawdi densità ta’ madwar seba’ darbiet inqas minna, mifruxin fuq art ta’ 81 kilometru kwadru jew erba’ darbiet inqas mill-Gżejjer tagħna. Wara d-dikjarazzjoni tal-Gver natur tal-Istat ta’ New York, li taħtu taqa’ l-belt, Malta kellha tiddikjara stat ta’ emerġenza mis-7 ta’ Marzu li għadda – kumbinazzjoni fl-istess ġurnata li fiha fuq din in-naħa tal-Atlantiku konna qed nirreġistraw l-ewwel tliet każi ta’ persuni infettati. Din il-ġimgħa l-Istat ta’ New York qabeż iċ-ċifra ta’ 7,000 persuna infettata bilCOVID-19. Minbarra hekk, mill-20 ta’ Marzu l-belt Amerikana daħħlet
bħala mandatorja r-regola li kull dipartiment tal-amministrazzjoni lokali jew fergħat politiċi tiegħu għandhom jippermettu lill-ħaddiema mhux essenzjali biex jaħdmu mid-dar jew jieħdu leave speċjali, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma meqjusin essenzjali biex il-lokal ikun jista’ jwieġeb għall-emerġenza tal-COVID-19. Il-ħaddiema mhux essenzjali għandhom jammontaw għal mhux inqas minn 50% tal-ammont totali ta’ ħaddiema ta’ kull dipartiment jew fergħa politika. Attivitajiet f ’parks u f ’postijiet ta’ rikreazzjoni tħassru sal-31 ta’ Mejju, sakemm l-imxija ma tilħaqx tiġi taħt kontroll sa dakinhar. Il-belt, li tiftaħar li fost ir-residenti tagħha kellha lil George Crum (1824-1914), l-inventur tal-crisps, issa għandha fond speċjali ta’ $50,000 biex tqassam ikel u provvisti essenzjali lil dawk individwi u familji l-aktar fil-bżonn. Dawn għandhom jitqassmu fil-forma ta’ vouchers ta’ $100-il wieħed biex jintużaw fi ħwienet tal-merċa lokali. Sadanittant, grupp ta’ residenti ngħaqdu biex jagħmlu volontarjat u jassistu ġirien li jkunu jeħtieġu l-għajnuna, inkluż f ’servizzi bħal faċendi tad-dar, ġbir ta’ xirjiet, babysitting, għajnuna fil-ġnien u xi passaġġ bil-karozza għal xi mkien.