4 minute read

L-AWSTRALJA

Next Article
FIJI

FIJI

DELIA JINQABAD DWAR IL-KONT KBIR TAL-PN MAL-ARMS

Bħalna jissejħu “Maltin” (Maltese), anke jekk ma twildux hawn jew m’għandhomx dixxendenti tagħhom li kienu emigranti minn artna (għalkemm mhux eskluż li jista’ wkoll ikun hemm minnhom it-tnejn), iżda r-residenti tal-belt flIstat ta’ New York imsejħa Malta kellhom ukoll jiffaċċjaw il-qilla tal-pandemija bil-COVID-19 f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Advertisement

Din il-belt, li għandha popolazzjoni ma’ madwar 16,000 u tagħmel parti mill-kontea ta’ Saratoga, kellha taddatta għaċ-ċirkostanzi u introduċiet numru ta’ miżuri biex tikkontrolla s-sitwazzjoni fi ħdanha. Aħjar minn artna, il-belt tgawdi densità ta’ madwar seba’ darbiet inqas minna, mifruxin fuq art ta’ 81 kilometru kwadru jew erba’ darbiet inqas mill-Gżejjer tagħna.

Wara d-dikjarazzjoni tal-Gvernatur tal-Istat ta’ New York, li taħtu taqa’ l-belt, Malta kellha tiddikjara stat ta’ emerġenza mis-7 ta’ Marzu li għadda – kumbinazzjoni fl-istess ġurnata li fiha fuq din in-naħa tal-Atlantiku konna qed nirreġistraw l-ewwel tliet każi ta’ persuni infettati. Din il-ġimgħa l-Istat ta’ New York qabeż iċ-ċifra ta’ 7,000 persuna infettata bilCOVID-19.

Minbarra hekk, mill-20 ta’ Marzu l-belt Amerikana daħħlet bħala mandatorja r-regola li kull dipartiment tal-amministrazzjoni lokali jew fergħat politiċi tiegħu għandhom jippermettu lill-ħaddiema mhux essenzjali biex jaħdmu mid-dar jew jieħdu leave speċjali, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma meqjusin essenzjali biex il-lokal ikun jista’ jwieġeb għall-emerġenza tal-COVID-19.

Il-ħaddiema mhux essenzjali għandhom jammontaw għal mhux inqas minn 50% tal-ammont totali ta’ ħaddiema ta’ kull dipartiment jew fergħa politika.

Attivitajiet f’parks u f’postijiet ta’ rikreazzjoni tħassru sal-31 ta’ Mejju, sakemm l-imxija ma tilħaqx tiġi taħt kontroll sa dakinhar.

Il-belt, li tiftaħar li fost ir-residenti tagħha kellha lil George Crum (1824-1914), l-inventur tal-crisps, issa għandha fond speċjali ta’ $50,000 biex tqassam ikel u provvisti essenzjali lil dawk individwi u familji l-aktar fil-bżonn. Dawn għandhom jitqassmu fil-forma ta’ vouchers ta’ $100-il wieħed biex jintużaw fi ħwienet tal-merċa lokali.

Sadanittant, grupp ta’ residenti ngħaqdu biex jagħmlu volontarjat u jassistu ġirien li jkunu jeħtieġu l-għajnuna, inkluż f’servizzi bħal faċendi tad-dar, ġbir ta’ xirjiet, babysitting, għajnuna fil-ġnien u xi passaġġ bil-karozza għal xi mkien. MIŻURI F’MALTA … IL-BELT AMERIKANA Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ddikjara li waħda mill-miżuri ewlenin li ħa l-Gvern tiegħu biex ikompli jiġġieled il-pandemija tal-COVID-19 kienet ilha miżmuma minħabba l-effetti kbar li se jkollha fuq l-ekonomija nazzjonali.

B’pajjiż li kien diġà għarkupptejh sew minn qabel bdiet l-imxija globali, Conte saħaq li l-miżura tal-għeluq ta’ dawk in-negozji u l-kumpaniji, li mhumiex meqjusin bħala essenzjali, ma setgħetx tittieħed qabel.

“Tiswiena ħafna u terġa’ toħloq impatt negattiv ekonomiku kbir ħafna,” stqarr il-Prim Ministru Taljan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija fuq il-programm speċjali televiżiv tat-TG5.

Conte li qed jiffaċċja kritika ħarxa li l-miżuri fil-pajjiż ittieħdu bil-mod u tard wisq, tenna li t-tali miżura kien ikollha s-sinifikat tagħha mitluf li kieku ddaħħlet żmien ilu u baqgħet tiġi attwata sal-lum.

L-indikazzjoni li kien qed jagħti l-Prim Ministru Taljan kienet illi kieku l-Italja kienet finanzjarjament iżjed b’saħħitha, allura kienet tkun f ’sitwazzjoni aħjar li tiffaċċja s-sitwazzjoni li spiċċat fiha ħabta u sabta.

Bil-maqlub, pajjiżi bħal Malta li ma nqabdux f ’sitwazzjoni finanzjarja prekarja, kienu f ’qagħda aħjar biex jieħdu l-miżuri neċessarji bl-akbar kawtela.

Filwaqt li l-unions tal-ħaddiema fl-Italja qegħdin jheddu li jsejħu strajk nazzjonali, l-Italja din il-ġimgħa kompliet tirreġistra mijiet kbar ta’ mwiet kuljum kawża tal-Coronavirus.

Minkejja dan, il-messaġġ tiegħu fl-istess intervista mxandra dirett kien mod ieħor sa ftit sekondi biss qabel. “Jien inħalli lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex twieġeb għall-kritiċi tagħna. Din tqis lil pajjiżna bħala wieħed eżemplari għall-mod kif aġixxejna b’mod effikaċi u veloċi fiċ-ċirkostanzi.”

Hu attakka lill-kritiċi tiegħu li ma jafux xi jridu eżatt u li kulħadd minn dawn donnu għandu tweġibiet iddisprati. Talab liċ-ċittadini Taljani biex jiżnu u jaraw kif il-kritika kontra l-Gvern mhix koerenti.

Fost l-aħħar miżuri li l-pajjiż ġar tagħna introduċa din il-ġimgħa stess kien hemm iż-żieda tal-multa għal min jinqabad barra meta suppost ikun fi kwarantina mandatorja. Minn €400 din issa telgħet għal €3,000 għal kull darba li persuna tinqabad tikser it-tali ordni.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li, bil-multa oriġinali, li kienet qiegħda titqies bħala redikola u baxxa ħafna, bosta baqgħu jisfidaw lill-awtoritajiet u jissograw joħorġu barra.

Ilbieraħ l-Italja saret l-aktar pajjiż milqut fid-dinja u saħansitra qabżet liċ-Ċina, il-pajjiż minn fejn oriġinat il-pandemija f ’Novembru tas-sena l-oħra. B’kollox, skont l-aħħar bulettin maħruġ millWHO, il-pajjiż għandu iżjed minn 86,000 persuna infettata u ’l fuq minn 9,000 mejta. SANZJONIJIET IKKUNDIZZJONATI BL-EKONOMIJA Il-Prim Ministru Taljan iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalista waqt il-programm speċjali tat-TG5 li xxandar tard it-Tlieta filgħaxija Il-Prim Ministru Taljan jgħid li l-għeluq sfurzat tan-negozji u l-kumpaniji li mhux essenzjali ma setgħetx tittieħed qabel minħabba l-effett kbir li miżura simili għandha fuq il-finanzi Is-sit Lovin’ Malta lbieraħ wera bil-fatti kif ARMS Limited qiegħda tiġri wara l-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia biex dan iħallas kont pendenti ta’ dawl u ilma li jlaħħaq mat-€3.5 miljun.

Il-kwistjoni bdiet meta l-Prim Ministru Robert Abela kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta’ ġurnalist ta’ NET News fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ nhar it-Tlieta fejn ħabbar ukoll il-patt soċjali ġdid biex jgħin lis-setturi l-iżjed milqutin fil-pandemija talCOVID-19. Mistoqsi dwar il-proposti tal-PN, Dr Abela qal li jista’ jibda jieħu lill-Partit fl-Oppożizzjoni bis-serjetà wara li dan iħallas id-djun esaġerati li għandu fuq il-kont tad-dawl u l-ilma.

Minkejja dan, waqt li l-PN qal li se jieħu passi legali kontra l-Prim Ministru, Delia nnifsu fil-programm Xarabank tal-biraħtlula ddikjara li l-Partit tiegħu m’għandu jagħti xejn lill-ARMS. “Nobgħod ngħidha, imma l-Prim Ministru gideb,” qal Delia.

Iżda issa ittra legali li ppubblika Lovin’ Malta turi korrispondenza bejn dak li kien is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Clyde Puli u l-ARMS u fiha joħroġ l-ammont ta’ kważi €3.5 miljun li l-PN kellu jagħti b’lura.

Fl-ittra legali datata Novembru li għadda, fejn l-ARMS ukoll thedded b’passi legali jekk il-kont jibqa’ ma jitħallasx, avukat f ’isem il-PN jitlob għal laqgħa biex jiġu diskussi modi kif jista’ jsir ilħlas.

This article is from: