3 minute read

IL-ĠŻEJJERSOLOMON

Next Article
L-AWSTRALJA

L-AWSTRALJA

IN-NATURA TIBKI

Fit-tieni ktieb tiegħu, Sergio Grasso jmiss ftit mill-ħrejjef tan-natura li spiss jaraha tibki.

Advertisement

Id-dubji ħorox li jafu jnisslu ċerti ħlejqiet huma prominenti f ’kitbietu u jipprova jifhem għala joqtlu la mhumiex bnedmin. Jispikkaw ukoll il-karba u l-weġgħat tal-umanità, li tbati għaliex moħħha ta’ spiss jilgħab il-parti tal-għadu.

F’dan il-ktieb jidher ukoll ċar il-fatt li n-natura tkun ħafna aktar mistrieħa mingħajr indħil il-bniedem.

Grasso juri li jifhem il-ħdura tal-bniedem minħabba li jarah mixtieq għall-qerda, iżda dan hu biss aċċettat sakemm imiss bnedmin oħra.

L-awtur jitlef ir-raġuni kif jintmess tip ieħor ta’ annimal u dan iwassal għal vjaġġ li jdarras u li qatt ma jkun mistenni.

Silta Minn Waħda Min-Novelli Li Nsibu Fil-Ktieb

L-annimali għajr il-bniedem kienu jaffaxxinawni minn tfuliti. Id-dar ma kienx hemm ktieb dwarhom li ma kontx inqelleb fih kważi kuljum, b’ħerqa qisni qed niftħu l-ewwel darba. Ommi tgħidli li tarbija, kont noqgħod kwiet biss kif taqbad wieħed minnhom u ddawwar folja folja, tlissen xi nsejħu l-annimali waqt li nidħak u nagħti b’idejja u saqajja. Kif bdejt naqbad il-kotba jien kont nithenna nħares lejn l-istampi tagħhom, nitbissem, nimmaġinani mdawwar bihom ħajjin, ngħaddi jdejja magħhom u kif nieqaf, iħarsu lejja b’wiċċ il-ħniena, donnhom jitolbuni nkompli. Maż-żmien bdejt naqra, nifhem, napprezza.

Niftakar kellna erba’ kotba li kienu volumi minn enċiklopedija tal-annimali. Kont nużaha l-aktar meta kont għadni ma nafx naqra għax kont insibha eħfef mill-enċiklopedija l-oħra, li s-sitt volumi tagħha ma kinux dwar l-annimali biss. Maż-żmien, ommi kienet fehmitni kif nuża l-werrej u bdejt nużahom it-tnejn.

Qatt ma ddejjaqt nilgħab; qatt ma xtaqt li kelli ħija jew oħti, mhux għax kont il-fessud iżda l-kumpanija li jistgħu jagħtuni la kont naraha anqas nifhimha. Forsi għax qatt ma ħsibt ħafna dwarha, qatt ma tkellimt ma’ ħbieb u staqsejthom x’jagħmlu ma’ ħuthom iżgħar jew akbar minnhom u kemm jieħdu gost jerġgħu jagħmlu ħbieb wara xi tilwima bla sens. Forsi għax qatt ma tajt widen għall-vantaġġi talaħwa li kienet issemmilna l-għalliema tal-klassi. Il-ħbiberija ma’ sħabi tal-iskola jew tal-mużew qatt ma feġġet f ’moħħi f ’mod li nista’ nibqa’ nilgħab magħha sa tard billejl u nqumu kmieni, nifraħ għax għandi lil xi ħadd miegħi. Qatt ma immaġinajtha ma’ ħija jew oħti li f ’żgħożitna nitkellmu flimkien mingħajr ma nistħu, ngħidu ma’ xiex seffaqna wiċċna matul il-jum u minn hemm jew minn hawn irnexxielna naħarbu l-inkwiet; qatt ma ħlomtni nitkellem qabel norqod dwar ma’ min iltqajt dik l-għaxija, dwar l-ewwel bewsa bil-ħarba, l-ewwel bewsa fit-tul, li waqt li nismagħha tiftaħ qalbha u tgħidli affarijiet simili, nidħku flimkien. Annimal mhux bniedem minn dejjem xtaqtu. Ġieli bkejt f ’soddti, b’għira għal min jgħaddi fittriq b’borża f ’id hu u jżomm kelb miċ-ċinga bl-oħra, għal min ikollu qattusa f ’parapett, mitluqa għax-xemx jew tgerfex fil-ħamrija.

Kont nixtieqni nisma’ kelb jinbaħ waqt li jiġri għall-bieb kif indaħħal iċ-ċavetta fil-lokk, nidħol, nerfgħu u ngħannqu hu u jimlieli wiċċi bżieq, inniżżlu minn fuqi u nwaddablu ballun, nifraħ narah jagħti salt u jitlaq għalih, jiġi lura ħdejja bih f ’ħalqu.

Kont nixtieqni nara qattus mimdud rieqed f ’ħoġor it-tieqa jew attent iħares fit-triq u kif jilmaħni jinżel, nidħol u nsibu ħdejja, ngħollih minn taħt idejh u nħaddnu miegħi waqt li nħoss ilsienu aħrax ma’ wiċċi, inwaddablu kobba suf u jaqbeż minn fuqi jsegwih, jogħla miegħu u jagħti b’idejh, jolqtu, imexxih għal ħdejja u jsibni nistennieh

b’oħra hekk kif b’tarf f ’idi nitlaq niġri b’kemm tagħtini saħħti u hu għal warajja.

Sikwit kien jgħaddi għalija z-ziju Saver biex joħodni miegħu l-garaxx. Minbarra l-karozzi kellu kelb il-ġmiel tiegħu.

Mistoqsija: Għal min kien jikbi fuq is-sodda b’għira?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IN-NATURA TIKBI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba MIKELIN U NOÈ huwa:

M. LIA - SAN ĠWANN

TIRBAĦ €100 IDĦOL BIĊ-ĊANS LI Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 05

This article is from: