24 minute read

TRINIDAD u TOBAGO

ma’ tkomplix tiggrava u biex ninċentivaw żgħażagħ biex jidħlu f’dan l-impjieg.

X’jista’ jagħmel il-Ministeru tiegħek biex jiġu indirizzati dawn il-problemi u dawn l-isfidi?

Advertisement

L-isfidi huma kbar. Madankollu, minn studji li saru juru biċ-ċar illi l-poplu Malti jogħġbu l-prodott mill-bdiewa, raħħala u sajjieda f’Malta. Żewġ każi ta’ min isem- mi huma s-settur tal-ħalib u s-set- tur tal-inbid. Maż-żmien dawn is-setturi, b’kollaborazzjoni malGvern kienu kapaċi jibnu reputazzjoni mal-komunità’ lokali u llum nistgħu ngħidu li għandna setturi li mhux biss jipproduċu prodotti ta’ kwalità iżda li din il-kwalità tista’ tiġi ċċertifikata kif ukoll mgħarrfa lill-konsuma- tur. Dan huwa mudell li jaħdem u l-intenzjoni tiegħi hija li nibqa’ naħdem lejn dan il-għan.

Biex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn il-koperazzjoni tal-imsieħba kollha fil-katina tal-produzzjoni tal-ikel, jiġifieri katina li tinkuldi lil kulħadd: pro- dutturi, konsumaturi, bejjiegħa, operaturi tal-ħwienet u r-risto- ranti. Jeħtieġ ukoll li ssir kam- panja ta’ pubbliċità u reklamar biex il-poplu jkun konxju li jekk irridu nipproteġu l-ambjent rurali ta’ pajiżna, irridu nagħtu sapport lil min qed jieħu ħsieb l-ambjent rurali billi nikkonsmaw il-prodott lokali. Dan jgħodd għall-prodotti agrikoli kollha, kemm ħxejjex u frott, kif ukoll inbid, ħalib u pro- dotti tal-ħalib, laħam u prodotti tal-laħam, għasel, żejt u prodotti oħra.

Dwar in-nuqqas ta’ ilma għall-irrigazzjoni, din qed nieħdu ħsiebha biex flimkien mal-Min- isteru għall-Energija u Ilma nip- provdu u nwasslu aktar ilma, magħruf bħala new water, f’ak- tar żoni agrikoli u li jsir użu aħjar minnu kif ukoll li jkun hemm an- qas ħela.

Bil-koperazzjoni ta’ kulħadd ji- ena nara futur sabiħ għall-prodott agrikolu Malti u Għawdxi. Irridu nżommu l-prodott tradizzjonali u artiġjanali tal-biedja lokali waqt li fl-istess ħin nintroduċu sistemi moderni ta’ produzzjoni u aktar iġeniċi biex nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur.

L-objettiv prinċipali tiegħi huwa li mhux biss niżgura u nissalvagwardja l-eżistenza tas-setturi tal-biedja u s-sajd, iżda li nagħtu l-għodda lil min huwa fis-settur biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-prodotti tiegħu u fl-istess ħin nassiguraw illi l-konsumatur jagħraf u japprezza x-xogħol u l-kwalità milħuqa minn bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin

L-AĦĦAR MIŻURI

Silvio Parnis Segretarju Parlamentari

Apparti l-pjanijiet ta’ kontinġenza li ilhom imħejjijin, l-ewwel miżura ewlenija li ħabbarna kienet fis-7 ta’ Marzu, jiġifieri dakinhar li tħabbar l-ewwel każ ta’ COVID-19 f ’pajjiżna. Dakinhar ħriġna avviż biex kull min iħossu ma jiflaħx jew għadu kif vjaġġa fil-pajjiżi indikati mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, m’għandux iżur lill-qraba li jinsabu fir-residenzi għall-anzjani.

Ġie żgurat li f ’kull entratura tad-djar residenzjali jkun hemm hand rub. Il-ħinijiet ġew restritti għal filgħaxija u waranofsinhar u limitati għal massimu ta’ żewġ persuni fejn kull resident. Fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul bdiet ukoll sistema ta’ monitoraġġ għal dawk li jidħlu fir-residenza u l-appuntamenti għas-servizzi tal-outpatients ġew skedati għal dati oħra.

Tlett ijiem wara, jiġifieri fl-10 ta’ Marzu, fid-dawl tal-iżviluppi li saru, ħabbara li l-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi kemm fir-residenzi għall-anzjani u anki fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul ġew restritti għall-11am san-12:30 p.m. u mill-4:00pm u sas-6:00 p.m. Ingħata wkoll permess li tidħol biss persuna waħda fejn kull resident u kull viżitatur u ħaddiem beda jsirlu monitoraġġ. Komplejna mbagħad billi bdejna nħeġġu lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli sabiex ma joħorġux middar tagħhom jekk verament mhux għall-bżonn.

Fit-12 ta’ Marzu ħadna d-deċiżjoni iebsa li d-djar residenzjali għall-anzjani u r-residenza ta’ San Vinċenz De Paul iwaqqfu ż-żjarat kollha mill-viżitaturi u jkunu permessi li jidħlu viżitaturi f ’każi urġenti biss. Din id-deċiżjoni bdiet tapplika wkoll għad-djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità. Din id-deċiżjoni ma kinitx waħda faċli iżda madankollu kienet dik meħtieġa. Fil-fatt, ġiet meħuda fuq il-pariri tal-esperti inkluż id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

L-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li nnaqqsu kemm nifilħu ċ-ċans li dan il-virus jidħol f ’xi waħda minn dawn id-djar. Kif tafu l-anzjani huma suxxettibbli ħafna għal dan il-virus u jista’ jaffettwahom b’mod ħażin ħafna. Meta ħadna din id-deċiżjoni l-prijorità tagħna kienet li nissalvagwardjaw is-saħħa u l-ħajja tal-anzjani. Nifhem li l-familjari qed iħossu ħafna n-nuqqas tal-anzjani u huwa għalhekk li ħriġna ċirkolari sabiex jiġi assigurat li jkun hemm komunikazzjoni bejn il-familjari u r-residenti f ’dawn id-djar.

Fit-13 ta’ Marzu bil-għan li nsaħħu s-servizzi essenzjali u nissalvagwardjaw kemm lill-ħaddiema, kemm lill-anzjani kif ukoll lill-persuni vulnerabbli saru emendi fis-servizzi offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u mill-Aġenzija Sapport.

Ftit tal-jiem ilu nedejna wkoll helpline għal dawk il-persuni li għandhom iżjed minn 60 sena, huma mingħajr l-ebda sapport, u għandhom bżonn xi mediċini, ikliet lesti jew xi groceries. In-numru huwa 25903030.

Qed nappellaw ukoll biex fejn hu possibbli kulħadd jibqa’ d-dar. Fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-fatt ħarġet ordni biex l-anzjani u l-persuni vulnerabbli jibqgħu d-dar u jaqtgħu anki l-kuntatt personali mal-familjari b’mod speċjali mat-tfal u ż-żgħażagħ. Dan ġie deċiż minħabba l-fatt li dan il-virus jaffettwa l-iżjed lill-persuni vulnerabbli. Inħeġġiġkom għalhekk sabiex tobdu dawn id-direzzjonijiet. Dan qed ngħiduh għall-ġid tagħkom u tal-għeżież tagħkom.

Jekk kulħadd jikkopera u jobdi l-miżuri u d-direzzjonijiet li qed joħorġu mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma ndumux ma noħorġu minn din l-isfida u nerġgħu nibdew niltaqgħu u nieħdu gost flimkien.

Appelli importanti f ’dawn iż-żminijiet:

• Għal għajnuna relatata ma’ COVID-19 ċempel fuq 111;

• Jekk għandek iżjed minn 60 sena, inti mingħajr l-ebda sapport u għandek bżonn ta’ xi mediċini, ikliet lesti jew xi groceries ċempel fuq 2590 3030;

• Jekk tafu b’xi ħadd li mhux isegwi l-kwarantina ċemplu fuq 2294 4504 jew ibagħtu email fuq quarantine.covid19@gov.mt;

• Kull min qiegħed taħt kwarantina u għandu bżonn l-għajnuna jista’ jċempel fuq 2141 1411;

• Huwa importanti li kemm jista’ jkun kulħadd jibqa’ f ’daru. • Jekk int anzjan/a, għandek xi diżabilità jew tbati minn xi kundizzjoni ibqa’ f ’darek u aqta’ anki l-kuntatt personali mal-familjari b’mod speċjali t-tfal u ż-żgħażagħ;

• Għandha tintuża t-teknoloġija bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejnietna;

• Aħsel idejk b’mod frekwenti;

• Żomm ruħek attiv id-dar.

L-AQWA ŻMIEN

Felix Busuttil Galea

Nimmaġina li meta qrajtu t-titlu ta’ dan l-artiklu għedtu min kitbu qiegħed jiġġennen. Li forsi qiegħed jgħix realtà oħra – għax ħlief mard, maskli, mewt, iżolazzjoni u dwejjaq kbar m’aħniex qegħdin naraw, ikunu xhieda ta’ u nisimgħu. Jien inħares u nispera li ħafna minnkom ukoll wara li taqraw dan l-artiklu tħarsu lejn dawn iż-żminijiet b’lenti differenti. Lenti li tista’ ssabbar, tista’ tagħti ħafna tama u tista’ ttaffi ħafna u mhux ftit mill-ansjetà li qiegħda bil-mod il-mod tokkupa kull rokna ta’ ħajjitna u tad-dinja.

Issa sirna nafu kemm hu tassew kliem xieraq il-lirika ta’ John Lennon fil-kanzunetta tiegħu Imagine – għax issa sirna nafu kemm aħna bħala soċjetà, bħala komunità, bħala umani kemm tassew m’aħna xejn. Kemm hi prezzjuża l-ħajja – kemm hi fraġli u kemm hi iktar qattiela n-natura.

Dan il-virus ma jittollerax fruntieri, età, reliġjon, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza u kemm għandek flus il-bank. Kulħadd l-istess. Kull nazzjon. Kull belt u kull triq. Kull dar. Dan il-mikrobu inviżibbli joqtol lil kull min hu vulnerabbli – imarrad lill kull min imissu u saħansitra jkisser u jħarbat iċ-ċiviltà umana – kollass totali ta’ kull ekonomija u ta’ dak kollu li kien jagħmilna bnedmin soċjevoli. Bars, clubs, ristoranti, gyms, shopping malls, ċinema, skejjel u teatri magħluqa – lanqas ma nistgħu ngħannqu lill-għeżież tagħna. Iġiegħel lili napprezza aktar sempliċi tgħanniqa – sempliċi vista lin-nanna u sempliċi bewsa fuq ħaddejha. Issa u iktar u minn qabel napprezza l-ħajja, xogħli, dawk li naħdem magħhom, it-tfal studenti tiegħi, it-talba fil-knisja mal-oħrajn – għalhekk hu l-aqwa żmien. Għax il-ħajja xi drabi mhux tfesfes imma twerżaq – tgħallimna lkoll lezzjoni importanti. Li xejn ma tista’ tieħu for granted.

L-aqwa żmien għax din il-pandemija tatna risposta – fejn u liema bini jista’ jtik l-aktar protezzjoni? Fejn ser issib il-wens u xelter meta l-ħajja ta’ madwarek tiddallam? Ir-risposta hi waħda. Darek – fejn familtek. Issa hu l-mument li toqgħod ħafna mal-familja – mumenti li qabel kienu jiġu t-tieni jew it-tielet fil-lista. L-ewwel kien ix-xogħol, it-traffiku, l-istress.

Iżda issa l-arloġġ waqaf. U se jibqa’ wieqaf għal xi ftit żmien. Issa nagħtu aktar attenzjoni lil dawk li nħobbu, lil uliedna – nagħtuhom sigurtà, tama, pożittività u nimlew il-ġurnata bil-kreattività. Dak li ma kellniex żmien nagħmlu qabel issa hu l-waqt. Norganizzaw, nippjanaw, nilagħbu flimkien, insajru flimkien, nitkellmu, naraw kummiedji flimkien ħalli nidħqu flimkien. Issa wasal l-aqwa żmien għall-familji tagħna – għal dak li tassew ngħożżu u nħobbu.

Dan hu l-aqwa żmien għaliex qegħdin naraw kemm tassew għandna min kapaċi jiggverna – fejn il-politika ma tibqax partiġjana imma ssir kif tassew għandha tkun anke f ’mumenti paċifiċi – politika nazzjonali. Fejn l-ewwel u qabel kollox nirrispettaw lil xulxin, nobdu d-direttivi.

Nagħmlu eżatt dak li hu mandatorju – il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali ta’ żewġ metri ’l bogħod minn xulxin, li noqogħdu d-dar u ma noħorġux ħlief għal bżonn assolut. Li ngħidu grazzi lill-Prim Ministru għax hu sod. Lill-Ministru Chris Fearne u lil dawk kollha li qegħdin jiggwidawna minn fuq ir-radju, il-gazzetti, il-midja soċjali, it-televixin sabiex nibżgħu għal saħħitna.

Grazzi mill-qalb lill-infermiera, lill-ispiżjara, lit- tobba, lill-ħaddiema tas-saħħa – dawn huma l-eroj tagħna. Dawn ħaqqhom monument fil-qalba tal-belt Valletta. Fiż-żmien meta qegħdin niċċelebraw Jum il-Ħelsien ser niċċelebraw flimkien u naraw fejn wasalna bħala nazzjon u xejn mhu ser ikisser is-soċjetà Maltija.

Dan hu l-aqwa żmien għax naraw x’isarraf il-poplu Malti u Għawdxi – mhux għax int Nazzjonalist, Soċjalist – imma għax flimkien aħna Maltin u Għawdxin sodi, dixxiplinati, kuraġġużi – poplu solidari li jaf jirbaħ. Għalhekk l-aqwa żmien – għax dak li ħdimna għalih u ta frott matul is-snin li għaddew nużawh u nużawh bil-għaqal.

Aħna nazzjon li għax emminna rbaħna gwerer qalila – gwerer li jwerwru. Flimkien għax kellna fidi soda ma ħallejniex l-ebda faxxiżmu, l-ebda ultra-nazzjonaliżmu, l-ebda bomba, l-ebda uġigħ, l-ebda assedju u l-ebda kolonjaliżmu, l-ebda għadu joqtol l-ispirtu Malti – il-fidi f ’dak li jgħaqqadna ser toqtol u tirbaħ ukoll fuq biċċa mikrobu. Però, jeħtieġ ninbidlu, nuru rispett lejn in-natura, lejn saħħet id-dinja.

Dan hu l-aqwa żmien fejn kull wieħed u waħda minna, żgħar u kbar, nuru xi nsarrfu u nxejru l-bandiera mhux biss mill-gallariji tagħna imma wkoll fil-futur qrib mill-pjazez u t-toroq tagħna.

L-aqwa żmien għar-rispett, is-solidarjetà, il-kuraġġ u t-tbissima.

kullhadd.com KEEPING YOU SAFE

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali nediet inizjattiva biex flimkien mat-68 Kunsill Lokal u l-5 Reġjuni tinħoloq pjattaforma fuq is-sit soċjali ta’ Facebook bil-għan li fis-sitwazzjoni li għaddejjin minnha bħalissa tħalli l-Kunsill Lokali jibqgħu viċin ir-residenti. Dan fl-aktar żmien diffiċli u delikat.

Huwa proġett nobbli għaliex ilproġett twieled minħabba l-preokupazzjoni ta’ ħafna mill-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali, Sindki u Kunsilliera illi aktar ma jmur aktar qed issir diffiċli illi nagħtu s-servizz tagħna u nibqgħu viċin ir-residenti, dan minħabba li l-kuntatt fiżiku sar diffiċli u ta’ riskju.

Tajjeb li wieħed jgħid li l-infrastruttura diġitali fi ħdan il-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali mhix aġġornata għaż-żminijiet tal-lum u għalhekk konna fir-riskju li fl-aktar żminijiet fejn il-preżenza tal-Kunsilli Lokali għandha tinħass viċin tar-residenti, kien ser ikollna nagħlqu l-bibien tal-uffiċini tagħna, nitfu s-sistemi ta’ telefown u nibagħtu l-impjegati tal-Kunsill id-dar bil-leave.

Din il-pjattaforma qed titħaddem bil-kontribut ta’ aktar minn 200 impjegat li filwaqt li ser jibqgħu jkunu ta’ servizz lejn il-komunitajiet tagħna ser ikunu jistgħu jaħdmu mid-dar.

Hija inizjattiva altruwistika għaliex bqajna impressjonati bil-mijiet ta’ telefonati u messaġġi li aħna wkoll irċevejn min-nies li minkejja d-diffikultajiet tas-sitwazzjoni kurrenti jixtiequ jkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor. Primarjament qed ngħinu wkoll studenti tal-mediċina li bħalissa jinsabu jaħdmu l-isptar u ħaddiema oħra fi ħdan is-settur tas-saħħa sabiex isibu akkomodazzjoni alternattiva mingħajr ħlas biex ikunu jistgħu jitbiegħdu minn mal-familjari tagħhom biex jevitaw li jittrasmettu l-mard.

YouSafe mhix sit elettroniku ieħor ta’ informazzjoni fuq il-COVID-19, mhix helpline u lanqas mhi mezz ieħor ta’ xandir. YouSafe hija pjattaforma ta’ sapport għall-komunità li tipprovdi spazju għal djalogu bejn ir-residenti tagħna bilgħan li l-komunitajiet tagħna jersqu aktar lejn xulxin u ħadd ma jħossu waħdu. Hija pjattaforma fejn wieħed ma jfittix x’jista’ jieħu imma x’jista’ joffri. Huwa l-post fejn wieħed jitlob għall-għajnuna u r-residenti l-oħra flimkien jaraw jistgħux joffru din l-istess għajnuna.

Il-pjattaforma maqsuma fi gruppi, wieħed għal kull lokalità. Kull grupp ser ikun immaniġġjat mill-Kunsill rispettiv tiegħu. Il-Kunsilli Reġjonali ser ikunu qed jassistu lill-Kunsilli Lokali fejn ikun jeħtieġ. Għaldaqstant, din il-pjattaforma hija komposta minn 68 grupp privat għar-residenti ta’ kull lokalità rispettiva. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali temmen li din il-pjattaforma ser issaħħaħ is-sens ta’ appartenza fil-lokalitajiet tagħna li mal-medda taż-żmien kienet qed tiddgħajjef. Ser tagħti wkoll spazju għal ħafna nies b’talent differenti li jixtiequ jkunu ta’ servizz għall-komunitajiet tagħhom.

Fuq il-pjattaforma ser ikun hemm ukoll spazji għan-negozji fil-lokalitajiet rispettivi li minkejja d-diffikultajiet u l-inċertezza li għaddejjin minnha jixtiequ anki huma joffru l-għajnuna tagħhom lill-komunità. YouSafe ser tistabbilixxi relazzjonijiet u ħbiberiji ġodda bejn ir-residenti fil-lokalità tagħhom. Kuntatti ġodda ma’ residenti stranġieri li qed joqogħdu fil-lokalitajiet ġodda li wkoll għandhom ħafna x’joffru lill-komunitajiet tagħna.

Nemmen li verament nistgħu noħorġu minn dan iż-żmien ta’ ansjetà u biża’ bħala nazzjon aħjar, nazzjon altruwist fejn inħarsu l-interessi ta’ xulxin, ngħinu lil xulxin u nirrispettaw lil xulxin. Din il-pjattaforma ser tkun qed tiffaċilita dan kollu.

Għalhekk, bis-slogan Keeping You Safe, il-Kunsilli Lokali ser ikunu magħkom fl-aktar żminijiet diffiċli.

Nazju n-Nazzjonalist Mid-Djarju ta’

Il-Ħamis, 19 ta’ Marzu

Il-festa ta’ San Ġużepp tar-Rabat dejjem mortha fl-imgħoddi, imma llum kelli nibqa’ magħluq ġewwa, inċempel lil dak u lill-ieħor biex ngħaddi ftit żmien u nara kif qegħdin jaħsbuha. Ma jistax jonqos li nsegwi wkoll l-aħbarijiet fuq l-istazzjon tagħna, kif ukoll il-konferenzi stampa li qiegħed jagħti ta’ kuljum il-Kap Adrian Delia, minkejja li f’dawn l-aħħar jiem qiegħed iħawwadni xi ftit.

Ma nafx kif qiegħed kważi kuljum jgħid li għandu fiduċja sħiħa fl-awtoritajiet tas-saħħa, imbagħad jgħid lill-Gvern biex imur kontra l-pariri li qegħdin jagħtuh l-istess awtoritajiet. Jew għandu fiduċja fihom jew m’għandux, mhux hekk!

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu

Bħala wieħed li ili nsegwi lill-partit darba glorjuż tagħna ma nafx kemm-il sena, ili wkoll insegwi kampanji elettorali. Għalhekk, ngħid id-dritt, kont ili nistennieha. Sempliċement għax segwejt l-aħħar żewġ kampanji elettorali. Fiż-żewg kampanji il-ġurnalisti tagħhom kienu dejjem jistaqsu kemm se tiswa kull proposta li nagħmlu. Għadni niftakar lil Simon Busuttil ma jweġibx meta kien mistoqsi, jekk niftakar sew, dwar l-iskema biex l-Għawdxin imorru joqogħdu lura Għawdex. U l-istess qiegħed jiġri issa. Illum, mistoqsija simili saret lill-Viċi Kap David Agius, u bħalma għamel Simon Busuttil, ħarab mill-mistoqsija. Ma nitgħallmu qatt, man!

Is-Sibt, 21 ta’ Marzu

Ma kinitx Coronavirus, man, għax ta’ kuljum qiegħda titfaċċa xi ħaġa li tħawwadli moħħi. Mela f’daqqa waħda tfaċċat Therese Comodini Caċhia, dik li kieku kien għaliha telqet lejn Brussell u ġiet taqa’ u tqum minn dawk li vvutawlha biex tirrappreżentahom fil-Parlament Malti, l-ogħla istituzzjoni f’pajjiżna, u qiegħda tgħid li għandu jitwaqqaf fond biex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jwasslu informazzjoni korretta lill-pubbliku.

Ngħid jien hemm għalfejn ikun hemm xi fond biex il-ġurnalisti jwasslu informazzjoni korretta? Jien kulma qed nagħmel hu li nsegwi l-konferenzi stampa uffiċjali, speċjalment dawk mogħtija minn Charmaine Gauci, u noqgħod fuq dak li tgħid hi. Ma narax li għandi għalfejn indaħħal idejja fil-but biex ikun naf il-verità kollha!

Il-Ħadd, 22 ta’ Marzu

Qiegħed ninkwieta bil-kbir, man! Qisna tlifna l-boxxla u ma nafux x’aħna ngħidu. Li kont jien, naħseb li kien ikun aħjar li ma nagħmlux konferenzi tal-aħbarijiet u messaġġi oħra, għax tant qegħdin ngħidu ħmerijiet li n-nies hemm barra assolutament mhi temmen xejn minn dak li qegħdin ngħidu. Anke sieħbi tal-Istamperija bħali jaħsibha imma qalli li l-Kap qiegħed ikollu joqgħod għal dak li qegħdin jgħidulu s-17-il eroj jew traditur, jew is-17-il traditur jew eroj. Dawn iriduh jagħmel kampanja li l-Gvern mhu qiegħed jagħmel xejn tajjeb, u skont sieħbi tal-Istamperija hu ma jaqbilx magħhom u għalhekk qiegħed iħossu skomdu u jgħid il-ħmerijiet.

It-Tnejn, 23 ta’ Marzu

In-nanna Gerit kienet tgħid li kull deni ħudu b’ġid u naħseb li din tal-Coronavirus lill-partit darba glorjuż tagħna, minn ċertu aspett jew aspetti, qiegħda tiswieh ta’ ġid. Tista’ tgħid li ta’ kuljum, il-Kap Adrain Delia qiegħed jagħti konferenza tal-aħbarijiet, (xi ħaġa li l-ebda Kap tal-Oppożizzjoni f’pajjiż ieħor mhu jagħmel, tal-inqas sa fejn naf jien), u miegħu, spalla ma’ spalla, qiegħed ikollu mill-inqas żewġ deputati.

B’hekk qegħdin nidhru magħqudin, għax anke dawk id-deputati mill-grupp ta’ 17-il eroj/tradituri, qegħdin jidhru miegħu. Illum kellna eżempju tipiku. Żewġ deputati Għawdxin li kieku jistgħu jaqtgħulu rasu, dehru spalla ma’ spalla mal-Kap!

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu

Xejn ma jien kuntent, man! Mhux għax qiegħed ikolli noqgħod ġewwa, għax b’xi mod, issa qiegħed nidra. Mhux kuntent għax nobgħod nara lill-Kap tagħna Adrian Delia jaqa’ għaċ-ċajt, kif ġralu llejla fil-Parlament meta għamel ħafna mistoqsija dwar il-bini ta’ sptar prifabrikat, u jekk fhimt sew, ried jagħti l-impressjoni li dan l-isptar se jinbena biex igawdi xi ħadd.

Pront kien il-Ministru Fearne li waqqgħu għaċ-ċajt hekk kif qallu li l-Oppożizzjoni kienet infurmata permezz ta’ Stephen Spiteri li anke qal prosit lill-Gvern. Iva ngħid jien, tant ninsabu maqsumin li lanqas fuq ħaġa bħal din m’aħna nitkellmu?!

L-Erbgħa, 2 ta’ Marzu

Fettilli nċempel lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna biex nara kif inhu, u bqajt skantat meta qalli li għal darba kien qiegħed jaqbel malkap tagħna Adrian Delia. Għedt ejja, forsi għad jerġa’ jdur magħna. Meta staqsejtu x’kien, qalli għax skont hu, li kieku fis-sitwazzjoni preżenti kellna lil Adrian Delia Prim Ministru, lilu kien iħallasu l-pagi tal-ħaddiema u kien jagħtih ukoll xi għajnuna, minkejja li huwa għadu għaddej, jekk mhux għaddej aħjar ukoll. Għedtlu imma hekk mhux sewwa, għax la għadu għaddej bin-negozju tiegħu, m’għandux bżonn għajnuna. Qalli mela għid lill-Kap tiegħek biex ma jgħidx ħmerijiet!

29.03.2020 18 MINN PACEVILLE SAL-ABORT

Minn CHARLES B. SPITERI

Fr Hilary, il-Kappella tal-Millennju ilha mwaqqfa mis-sena 2000. Ta’ min kien il-ħsieb li tinbena u x’kienet ir-raġuni warajha? Naħseb li kienet opra tal-providenza u ta’ ħadd partikulari. Forsi l-ewwel xrara tfajtha jien, għax rajt in-nuqqas kbir li kien hawn. Kont għadni kif intbgħatt Paceville. Jien ili f ’dawn l-inħawi mal-50 sena, bejn hawn u bejn Bay Street, għax kellna komunità hemmhekk ukoll, u allura rajt Paceville jinbidel u minn post ta’ residenza, sar post ta’ divertiment, b’ristoranti, ċentri tan-negozju, lukandi, parlours u kollox. B’hekk ħassejt li hawn kien hawn bżonn aktar il-preżenza ta’ Alla.

Qsamt dan il-ħsieb tiegħi ma’ grupp żgħir ta’ nies, fosthom il-Perit Richard England, li kien il-moħħ fil-proġett u mill-ewwel qabeż fuq l-idea biex titwettaq. Kif tħares lejn Paceville tal-antik, li nbena għall-familji Ingliżi u llum? Differenza enormi. Fenomenu li ma nistax nispjegah, iżda hu fatt li ma baqax ħlief xi 10 residenti anzjani jgħixu f ’Paceville. Il-bqija spiċċaw u d-djar tagħhom twaqqgħu u saru postijiet ta’ divertiment. Anki issa reġa’ qed jinbidel.

Qed tonqos bil-mod il-mod dik l-importanza għaż-żgħażagħ fil-qasam tad-divertiment. Illum qed jinbnew iżjed ċentri tan-negozju u uffiċini. B’hekk meta għandek din il-kwalità ta’ nies, b’lukandi tal-aqwa klassi mad-dawra u negozjanti l-ħin kollu, ħafna mill-ħwienet tad-divertiment inbidlu f ’ristoranti u naqas l-istorbju.

Madankollu, illum id-divertiment qed isir ġewwa. Fejn qabel konna naraw nies fis-sakra u jbigħu d-droga fit-triq, issa kol

Iżda qabel kien hawn xi knisja hawn?

Le, fejn qegħdin kien hawn Ċentru tal-Komunità għat-Tfal, iżda fuq, minn dejjem kien kunvent, sa mill-1930. Meta nbniet il-knisja u l-kunvent il-ġdid, inbena l-basement, fejn qegħdin aħna, u li qabel kien iservi bħala Ċentru tal-Komunità, li kien ilu ma jintuża xi 10 snin, mimli bil-ġrieden, ħmieġ u mbarazz. Għalhekk rajna li nibdlu dan il-post għal kif jidher illum.

Mat-tfaqqis tal-idea kienu ġew miegħi għand l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca ilPerit Richard England, John C. Grech u l-mara tiegħu u l-kuntrattur Joe Schranz. Għednielu bil-proġett u baqa’ jħares lejja skantat. Ħasibni miġnun għall-fatt li ridt nibni Kappella u jkolli l-Ewkaristija f ’dak l-istorbju, l-inkwiet u t-tbaħrid kollu. Iżda jien għedtlu: “Ma nafx. Aħna niżirgħu u nħallu lill-Mulej jagħtina l-frott”.

Il-Kappella fiha nnifisha tiġbrok ħafna. Kull min ġie hawn, u ġew eluf kbar ta’ nies bi problemi differenti, ilkoll ħarġu mibdulin. L-ewwel nett għax għandek l-Ewkaristija preżenti l-ħin kollu, u l-atmosfera fiha nnifisha b’mużika rilassanti, tpespis u tisfir tal-għasafar, kif ukoll is-skiet, mhumiex ta’ Paceville

Paceville hu lokal fejn kulma fadal bħala residenti huma 10 anzjani. Dan il-lokal inbidel mil-lejl għan-nhar għal post ta’ divertiment u xalar. Iżda qisha r-rota waslet biex tagħmel id-dawra tagħha u bosta bars qed jagħmlu l-wisa’ għal ċentri tan-negozju. Madankollu, l-akbar problema f’Paceville għadha d-droga. Fl-isfond ta’ dan kollu, insibu l-Kappella tal-Millennju, li tilqa’ persuni bi problemi differenti. Illum tkellimt ma’ Fr Hilary Tagliaferro, id-direttur tagħha, fuq ħafna mill-aspetti talħajja.

lox isir minn wara l-bibien, fuq ġewwa.

X’jolqtok l-aktar xħin tidħol f ’din il-Kappella?

Il-Kappella fiha nnifisha tiġbrok ħafna. Kull min ġie hawn, u ġew eluf kbar ta’ nies bi problemi differenti, ilkoll ħarġu mibdulin. L-ewwel nett għax għandek l-Ewkaristija preżenti l-ħin kollu, u l-atmosfera fiha nnifisha b’mużika rilassanti, tpespis u tisfir tal-għasafar, kif ukoll is-skiet, mhumiex ta’ Paceville.

B’liema mod tara li l-ħidma reliġjuża qed tiġbed liż-żgħażagħ lejn din il-Kappella u xi jkun organizzat għalihom?

Prattikament, aħna ma norganizzaw xejn, iżda noffru servizz għall-persuna kollha kemm hi, mhux biss għar-ruħ iżda wkoll għall-ġisem. Infatti, int u dieħel fil-Kappella hemm plakka li tfakkar il-ġemellaġġ ma’ żewġ postijiet: waħda mas-Sorijiet tal-Klawsura, ta’ Santa Klara, li hemm fit-Triq Reġjonali u l-oħra mal-Youth FA għax jien għadni President tal-Youth FA. Mas-Sorijiet għax għandna arranġament peress li hemm uħud minnhom, li qabel ma daħlu għall-ħajja tal-monasteru, kienu jiffrekwentaw hawnhekk billejl biex jitolbu. Ilħaqna ftehim, fejn kuljum, meta ngħidu t-talb man-nies tal-komunità tagħna, ikunu qed jitolbu s-sorijiet infushom. U darba fix-xahar, meta nagħmlu adorazzjoni fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar, jagħmluha huma wkoll u jitolbu għal kull persuna li tidħol fil-Kappella.

Ir-raġuni tal-Youth FA hi, li jien ħadt ħafna mill-isport. Hu ffurmani, naf il-valuri tiegħu u nixtieq li dawn il-valuri ngħaddihom liż-żgħażagħ. Għalhekk nistieden lin-nurseries jiġu hawn, speċjalment fil-vaganzi, jagħmlu sagħtejn magħna u nkellimhom fuq il-valuri tal-isport. Hi esperjenza li wriet li ż-żgħażagħ jieħdu gost biha.

Għandna wkoll programm ta’ counselling għal dawk li għandhom il-problema tad-droga jew xi vizzju bħall-gambling, pornografija u relazzjonijiet. Għandna 10 counsellors professjonali, li jagħtu servizz b’xejn lil kull min jiġi għall-għajnuna.

Jiġifieri l-problema tad-droga għadha kbira?

Mhux għadha, iżda żdiedet. Għedtlek, ma tarahiex fit-triqat iżda tinbiegħ galore.

Imbagħad għandna programm sabiħ bla ħlas għall-iskejjel, li bdejnieh f ’Novembru li għadda u intensifika ruħu waqt ir-Randan. Kien fully booked. Jiġu l-istudenti minn Form III sa V u nagħmlulhom WOW experience, li tikkonsisti f ’nofstanhar magħna. Jibdew b’talba fil-Kappella u wara jinżlu isfel fejn hemm il-faċilitajiet ta’ logħob u nkellmuhom fuq is-sbuħija tal-ħajja; għax f ’Malta għandna ħafna żgħażagħ li jikkommettu suwiċidju. Din hi ħasra enormi f ’pajjiż Nisrani, għax tfisser li uliedna mhumiex japprezzaw il-ħajja.

Xi żmien ilu bnejtu ġnien bibliku fuq il-post. X’kienet ir-raġuni għalih?

Kont ili ninnota nies bħall-Musulmani, li billi fil-Kappella għandna salib kbir, kultant kien qisu jwerwirhom, għax ma jifhmux l-umiljazzjoni u s-sofferenza li sofra Ġesù fuqu. Minħabba f ’hekk xi wħud ma jidħlux fil-Kappella. Għalhekk, ridna nipprovdu xi mkien ieħor, fejn min m’għandu l-ebda fidi, jista’ joqgħod għall-kwiet, jaqra kwotazzjoni milli dendilna u jimmedita mingħajr il-preżenza tal-Ewkaristija.

Ridna nutilizzaw is-saqaf tal-bejt u l-Perit Richard England reġa’ daħal għax-xogħol tal-ġnien, fuq żewġ sulari. Pe

ter Calamatta ħareġ il-ktieb tiegħu Maltese Plants in the Bible; ħadna l-ispunt minn dak il-ktieb u mill-istudju li għamel; xtrajna l-pjanti u ħawwilna l-pjanti li jikbru fl-Art Imqaddsa u li għandna bħalhom f ’pajjiżna.

Fil-ġnien jiġu nies jagħmlu l-yoga u jimmeditaw. koppji li jbierku l-mument tar-relazzjoni tagħhom. Illum tista’ tgħid li kulħadd, nisa u rġiel jaħdmu. Kif tara d-drawwa li daħlet, li darba f ’xahar issir ikla għall-ħaddiema biss, mhux mar-raġel jew mal-mara tagħhom?

L-aktar li jiġu fil-post, xi jkunu: Maltin jew Musulmani? Kulħadd. Semmejtlek id-drogati. Għalihom għandna tliet gruppi li jiltaqgħu regolarment u jiġu minn kull parti tal-gżira. Semmejtli d-droga. Iżda t-taħlit bejn is-sessi mhux akbar? Ngħidlek li d-droga. It-taħwid bejn is-sessi hi ħaġa tan-natura, iżda d-droga ġejja barra min-natura. Aħna nibżgħu mill-kanċer u bir-raġun, għax joqtol il-fiżiku tal-bniedem u jwasslu għall-qabar. Iżda d-droga toqtol anki lir-ruħ ta’ min jeħodha, tal-familja u tas-soċjetà. Issess jiġi wara u jaf ikun effett tad-droga stess. Tara li l-Knisja għandha tibqa’ tersaq lejn dawn iż-żgħażagħ u adulti bi mħabba u bla ebda ċanfira? Dejjem. Ċanfira għandu jkun hemm, iżda bl-imħabba. Li tikser, teskludi jew twarrab le, iżda nikkundannaw lillaġir mhux lill-persuna, għax il-persuna dejjem għandha spazju biex tirkupra u terġa’ tqum. Għall-bidu rajt bosta persuni li beżżgħuni, iżda bl-isforz li għamlu u bl-għajnuna li tajniehom, stejqru u reġgħu qabdu t-triq it-tajba.

Imbagħad, għandna problema oħra gravi: il-konsum tal-alkoħol, u rajt nies alkoħoliċi li waslu kissru lill-familja tagħhom. Iżda l-istess: bl-għajnuna t’Alla u bid-determinazzjoni tagħhom, irnexxielhom joħorġu. U allaħares ma kienx hekk, għax kieku naqtgħu qalbna. Illum naraw bosta koppji jisseparaw. Forsi r-raġuni tkun minħabba li f ’żgħożithom ikunu draw jixxalaw u jwarrbu għalkollox id-dixxiplina minnhom infushom? Drawwa perikoluża ferm, għax in-natura tal-bniedem hi li hi. Għalhekk jekk int qiegħed tpoġġi fil-ġenb lis-sieħeb jew sieħba tiegħek, anki għal lejla waħda, biżżejjed ikun hemm ftit xorb żejjed u forsi xi argument ġurnata qabel, biex tara sbieħ lill-irġiel jew lin-nisa li jkollok fil-kumpanija tiegħek u tara kif tagħmel biex taqbad magħhom. Jiġifieri n-natura ma nistgħux nevitawha; hi sabiħa iżda rridu nikkontrollawha. Bħala Patri se nistaqsik: semmejtli l-flus diġà. Kif għandna nħarsu lejn il-pjaga soċjali? Irridu naċċettaw li d-dinja tinbidel u l-Knisja trid tkun relevanti meta tinbidel mas-soċjetà. Ma jfissirx li kollox jgħaddi u xejn mhu xejn. Iżda l-fatt li d-dinja nbidlet, u bit-teknoloġija l-ġdida li hawn qed tkompli tinbidel, irid ikollna l-fidi u ’l Alla f ’ħajjitna biex nagħrfu dejjem x’inhu t-tajjeb li nżommu u l-ħażin li rridu nwarrbu. Issa, il-Knisja tasal taqbel masseparazzjoni, iżda mad-divorzju le. Fi żmien Mosè u fi żmien Ġesù diġà kien hemm id-divorzju, għax il-bniedem jibqa’ mmexxi min-natura. Illum, bniedem ma jgħix 40 jew 50 sena kif kien jgħix fl-imgħoddi. Illum relazzjoni tista’ tieħdok sa 60 sena u allura mhux bilfors li bniedem ikun jista’ jiflaħ jintrabat għal dak iż-żmien kollu. Jiġifieri l-problemi tar-relazzjonijiet jibqgħu hemm dejjem. U d-divorzju hu xi ħaġa li titolbu kemm in-natura kif ukoll is-soċjetà tal-lum. B’hekk il-Knisja, minkejja l-ideali, ma tistax tagħlaq għajnejha. Anki l-Papa Franġisku qal, li hemm każi fejn bniedem ikollu aktar suċċess fit-tieni żwieġ tiegħu milli fl-ewwel, għax it-tieni koppja taf issib l-imħabba u tieqaf it-tbatija.

Niftakru li skont il-Konċilju Vatikan it-Tieni, il-kuxjenza hi l-iktar ġudizzju suprem li għandu jkollna quddiem Alla. Mhix il-Knisja li tgħidlek x’għandek tagħmel, iżda l-kuxjenza. Il-Knisja qiegħda hemm biex tgħinek issib it-triq u biex twasslek teduka lill-kuxjenza tiegħek. Imbagħad tkun int stess li tagħraf jekk iżżwieġ tiegħek hux tassew dak li jrid Alla. Ħadd ma jista’ jippretendi li bniedem jibqa’ msawwat għomru kollu u meta jsib persuna oħra li tirrispettah u tħobbu, ma jmurx għaliha. Dawn huma affarijiet li l-Knisja ddum biex taċċettahom, iżda rridu naslu għalihom. U mhuwiex xi skandlu, għax id-divorzju ilu minn mindu nħoloq il-bniedem.

Finalment, wara d-divorzju xtaqtek tgħidli kif tara li għandna nħarsu lejn l-abort?

Bla dubju, aħna trabbejna u għandna nibqgħu nżommu l-valur sabiħ tal-ħajja, u għalhekk anki dak il-programm li norganizzaw għat-tfal – fejn għandna ħafna suwiċidji – aħna niftħulhom għajnejhom u nfehmuhom kemm hi sabiħa l-ħajja u kemm hu tajjeb li tgħixha. Jekk allura nagħmlu dan mat-tfal, kemm għandna iżjed u iżjed niddefendu lit-tarbija, sa mill-bidu nett tal-konċepiment tagħha, li m’għandha l-ebda għajnuna ta’ ħadd?

Fortunatament għandna politiċi li huma ta’ fidi u li s’issa, għax ma neskludix li jgħaddu 10 snin oħra u ma jinbidilx kollox, l-abort għadu ma daħalx fostna. Dan iżda jkun jista’ jiġri, minħabba li s-sistema politika fid-dinja qed tinbidel ħafna.

Iżda jekk jiġri dan, ikun ifisser li l-politika rikbet fuq ir-reliġjon?

Dażgur, illum il-politika kollox. Illum hemm is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja. Illum hu l-Istat li jmexxi lill-pajjiż, mhux bħal qabel. Qabel kienet il-Knisja, u ħafna drabi kellha influwenza żejda.

Illum hawn din is-separazzjoni, iżda meta għandna politiċi li huma ffurmati tajjeb bil-fidi u li telgħu f ’edukazzjoni u kultura Nisranija tajba, il-valuri Nsara jibqgħu hemm. U dan hu s-sabiħ tal-fidi. Jalla jibqgħu hemm għal ħafna żmien, iżda kif naraw, illum l-abort kważi daħal fid-dinja kollha.

Min-naħa l-oħra trid tara s-sitwazzjoni kiefra li tkun fiha dik il-mara li tasal tieħu deċiżjoni bħal din. Ma naħsibx li hi xi deċiżjoni sabiħa għal dik ix-xbejba li trid teħles mit-tarbija tagħha. Lil dawn, aħna rridu nsegwuhom aktar, biex jifhmu r-raġuni għaliex hu ħażin l-abort. Mhux sempliċement għax il-Knisja qed tipprojbixxih, iżda għax Alla ħalaq il-ħajja u rridu nirrispettawha. U għandna l-eżempji ta’ ħafna, li l-familji tagħhom iġġieldu kontra l-abort, twieldu u qed jagħtu kontribut kbir lis-soċjetà.

Bħala Knisja u saċerdoti nara li għandna naħdmu iżjed ma’ min għaddej minn din il-kriżi. Nippreferi li jkun hemm prevenzjoni tal-abort milli kundanni.

Ċanfira għandu jkun hemm, iżda bl-imħabba. Li tikser, teskludi jew twarrab le, iżda nikkundannaw lill-aġir mhux lill-persuna, għax il-persuna dejjem għandha spazju biex tirkupra u terġa’ tqum. Għall-bidu rajt bosta persuni li beżżgħuni, iżda bl-isforz li għamlu u bl-għajnuna li tajniehom, stejqru u reġgħu qabdu t-triq it-tajba.

Jien inħobb ngħid li aħna warrabna lil Alla u minfloku ħloqna lill-alla tal-flus. Mhux fis-soċjetà tagħna biss iżda talpajjiżi kollha tal-Punent. Il-flus saru kollox. Jien inħobb il-futbol, iżda neħħi l-flus min-nofs u ma jibqa’ xejn. Jiġifieri anki l-Knisja tagħna qed tieħu daqqa minn dan il-fatt.

L-importanti llum hu kemm kulħadd għandu flus. Jien hawn jiġu nies mejtin bil-ġuħ, nagħtuhom jieklu u jgħidulek: “dan mhux biżżejjed. Agħtuna two, three jew five euro”. Kulħadd flus f ’idejh irid, għax ix-Xitan qed juża din l-arma qawwija u qed iħawwad lin-nies kollha. Hawn min għandu ħafna flus, hawn min m’għandu xejn, iżda t-tnejn qegħdin fl-estrem, jekk ipoġġu l-flus fl-ewwel post ta’ ħajjithom. Madankollu, min ikollu lil Alla f ’ħajtu u fi mħabbtu, ikollu strument qawwi biex jirbaħ lil dawn problemi.

Aħna ngorru għal dak li qed naraw, iżda għall-grazzja t’Alla għandna ħafna

This article is from: