KullĦadd_31.03.2019

Page 1

Iġbor ir-rigal mal-gazzetta din €2 Gil-ħal ħarġa biss

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 31 ta’ Marzu, 2019

Ħarġa Nru 1,342 Prezz €2

INQATLU U WARA TPOĠĠEW F’GĦALQA

Ara paġna 4

LOANS SOĊJALI SUĊĊESS Ara paġna 3

EROINA x50 BIŻA’ MINN DROGA ĠDIDA BL-ISEM TA’ FENTANYL Ara paġna 7

JITKELLMU AKKADEMIĊI U ĦASSIEBA MAGĦRUFA DWAR IL-PROPOSTA GĦALL-UGWALJANZA FIL-POLITIKA

Ara paġni 8 u 9

BŻONN U INTELLIĠENTI


02

31.03.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tippersisti fuq il-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat għallewwel li jsir ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Grigal li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

16°C

UV 5

11°C

Il-Ħamis

17°C

UV 7

11°C

17°C

Il-Ġimgħa

UV 7

12°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

18°C

UV 7

12°C

18°C

UV 7

11°C

16°C

UV 8

11°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola – 21821646 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Għawdex

Stampat Miller Distributors Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

31.03.2019

kullhadd.com

BI SPALLA MILL-GVERN SARU SID DARHOM • 80 FAMILJA JGAWDU MIS-SELF AFFORDABBLI Aktar minn 80 familja bi dħul baxx saru sidien ta’ darhom grazzi għall-iskemi ta’ loans affordabbli li tnedew mill-Gvern fl-aħħar xhur. Din kienet skema li nħarġet mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tgħin persuni bi dħul baxx isiru sidien ta’ darhom. Permezz tagħha, flok jikru jew jitolbu akkomodazzjoni soċjali dawn il-familji ngħataw l-għajnuna biex ikollhom aċċess għal self mill-banek b’rati affordabbli wara l-assistenza tal-Awtorità tad-Djar. Minn tagħrif li kisbet din il-gazzetta jirriżulta li 39 familja diġà daħlu fid-dar il-ġdida tagħhom, filwaqt li 43 familja oħra ffirmaw il-konvenju u se jidħlu fid-dar il-ġdida tagħhom fiż-żmien li ġej. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tikkonferma wkoll li minbarra dawn it-82 familja, hemm 45 familja oħra li ssodisfaw il-kriterji kollha u li se jkunu qed jersqu quddiem nutar biex jiffirmaw il-konvenju. B’hekk in-numru ta’ persuni li se jsiru sidien ta’ darhom grazzi għall-iskemi ta’ self affordabbli se jkompli jikber. F’kummenti lil din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li din hi waħda mill-ħidmiet talGvern li qed tħalli frott. “Qabel din il-leġiżlatura konna nitkellmu biss fuq il-housing soċjali, kulħadd f ’keffa waħda. Illum il-ġurnata qed nitkellmu fuq housing affordabbli għal dawk bi dħul medju, fuq housing speċjalizzat għal min għandu bżonn attenzjoni partikolari, fuq ir-riforma tant meħtieġa fis-suq tal-kera għal min jikri r-residenza tiegħu, u oħrajn.” “L-iskema ta’ self affordabbli qed is-

servi ta’ għodda biex bi ftit imbuttatura, anke dawn il-koppji jkunu jistgħu jidħlu għal self biex isiru sidien ta’ darhom,” temm jgħid Roderick Galdes. Permezz ta’ dawn l-iskemi ma’ banek ewlenin l-Awtorità tad-Djar daħlet bħala spalla għal dawn il-familji li, għalkemm bieżla u jaħdmu, iddħul tagħhom ma kienx biżżejjed biex waħedhom isiru sidien ta’ darhom. Fl-ewwel parti hemm skema li tassisti lil dawk li ma jistgħux jieħdu self minħabba d-depożitu tal-10%, fejn ilbank jiffinanzja l-ammont totali tasself fuq il-propjetà filwaqt illi l-Awtorità tad-Djar qed tidħol garanti fuq l-10% tad-depożitu. It-tieni tip ta’ għajnuna li tagħti din l-iskema tieħu l-forma ta’ sussidju mogħti mill-Awtorità tad-Djar fuq il-pagament tas-self, sa massimu ta’ €167 fix-xahar. Dan is-sussidju jiġi depożitat direttament il-bank fil-kont tal-applikanti. Taħt dawn it-tip ta’ skemi l-bank isellef sa massimu ta’ €120,000. Minn meta tnediet l-ewwel għat-tieni skema kienu anke żdiedu t-thresholds tad-dħul ta’ dawk li jistgħu jibbenefikaw biex bdew ilaħħqu massimu ta’ €18,000 għall-persuni single, għas-single parents telgħu għal €19,000, u għall-koppji telgħu għal €20,000. Għal aktar tagħrif u l-kundizzjonijiet wieħed jista’ jżur is-sit socialaccommodation.gov.mt jew imur l-uffiċċju tal-Awtorità tad-Djar fil-Furjana.

Illum il-ġurnata qed nitkellmu fuq housing affordabbli għal dawk bi dħul medju, fuq housing speċjalizzat għal min għandu bżonn attenzjoni partikolari, fuq ir-riforma tant meħtieġa fis-suq tal-kera għal min jikri r-residenza tiegħu, u oħrajn


04

31.03.2019

TMIEM MAKABRU

kullhadd.com

• RAĠEL SE JKUN MIXLI LI QATEL ’L OMMU U ’L OĦTU • INTFEW IL-KAMERAS TAS-SIGURTÀ QABEL IL-QTIL

Kitba ta’ kien qarib tal-vittmi li ta indNEIL AZZOPARDI FERRIGGI ikazzjoni li wasslet biex Maria Lourdes u Angele jinstabu meMaqtulin b’daqqiet ta’ mazza, jtin fl-għalqa. Il-Facebook imtela b’mod imtiri ta’ arma tan-nar u midfunin f ’għalqa. Hekk intemmet ħajjet medjat b’reazzjonijiet għal din omm u bint li iktar kmieni din il- l-aħbar xokkanti, speċjalment ġimgħa kienu rrappurtati neqsin. minn ħbieb tat-tifla li ddeskriveKien fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa wha bħala tfajla ferriħija u ta’ u s-Sibt, proprju fis-sigħat bikrin qalb tajba. Missier dak li issa huwa s-sustas-Sibt, li l-pulizija skopriet li Marie Lourdes Bonnici u bintha pettat ewlieni bil-qtil qed jisAngele Bonnici kienu bla ħajja konta sentenza ta’ ħabs fuq qtil f ’għalqa f ’Ħal Għaxaq f ’dak li doppju ieħor li seħħ fil-bidu tashu l-ewwel qtil ta’ din is-sena. snin 2000. Fl-2005 Paul Bonnici kien ammetta li qatel żewġ Qtil doppju. L-omm kellha 70 sena u l-bint ġirien. Biex ir-raħal kwiet ta’ Ħal Għaxaq reġa’ spiċċa l-lok fejn 29 sena. Iktar kmieni din il-ġimgħa seħħ qtil doppju. Għaxqin li rrappurtahom neqsin Joseph tkellmu bil-kundizzjoni li jibgħu Bonnici, li jiġi iben waħda anonimi qalu li jinsabu xxukkjati mill-vittmi u ħu l-vittma l-oħra, b’dak li seħħ u tennew li nħasdu bħalma nħasdu meta madwar u li għandu 39 sena. Eventwalment jidher li l-pu- 19–il sena ilu l-missier kien qalizija żammet lill-iben u ħu tel lil ċertu Joseph u Carmela waħda mill-vittmi biex jgħinha Dalli. Dakinhar kien dam jispara fl-istħarriġ hekk kif huwa sakemm kien ċert li kienu mejta. s-suspettat ewlieni u mistenni Ta’ dan weħel 31 sena ħabs. Is-suspettat ewlieni hu meqjus jitressaq il-Qorti llum. Ilbieraħ, one.com.mt kien bħala bniedem ta’ karattru kwil-ewwel li rrapporta li mkejjen et li sal-lum mhux magħruf li viċin l-investigazzjoni qalu li kien xellef difrejh mal-ġustizzja, ż-żewġ nisa ma nqatlux fl-għalqa bil-pulizija għadha trid tistabfil-Gudja li nstabu midfunin bilixxi l-motiv għad-delitt. Intant, inqas minn sena ilu fiha. Iżda f ’post ieħor li għad irid jiġi stabbilit. Għalkemm Malta kienet xxukkjata bi qtil l-ewwel suspett hu li nqatlu doppju ta’ żewġ nisa oħra. Daf ’darhom f ’Ħal Għaxaq. Dan kinhar ġlieda kbira waqt arguhu tagħrif li mbagħad kien ik- ment familjari wasslet għall-qtil konfermat minn mezzi tax-xan- ta’ mara ta’ 74 sena u oħra ta’ dir oħra u anke mis-sorsi qrib 71 sena. B’dan il-qtil hemm mixli l-iben ta’ waħda mill-vittmi li l-investigazzjoni. Mal-mument li l-pulizija kell- jiġi wkoll in-neputi tal-vittma ha l-ewwel ħjiel li wassal għal l-oħra. Kevin Micallef wieġeb din is-sejba makabra marru fuq mhux ħati meta tressaq il-Qorti. Dwar il-każ infetħet inkjesil-post għadd kbir ta’ uffiċjali tal-pulizija li bdew bl-investi- ta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia gazzjonijiet tagħhom. Permezz ta’ diversi pali, il-pu- Frendo li ħatret bosta esperti lizija bdiet tħaffer fil-ħamrija biex jassistuha fl-inkjesta. L-infejn sabu liż-żewġ nisa midfun- vestigazzjonijiet b’rabta ma’ dan in fuq xulxin f ’ħofra li allegata- il-każ qed jitmexxew mill-Ispetment ħaffer l-allegat qattiel wara tur Roderick Attard mill-Għassa li qatilhom. taż-Żejtun, mill-Ispettur John Il-Pulizija qalet li sabet il-kat- Spiteri mill-Iskwadra ta’ Kontra avri tal-omm u tal-bint wara li l-Vizzji, u mill-Ispetturi Keith għal ħinijiet twal tkellmet ma’ Arnaud u James Grech mill-Iskbosta persuni. Żiedet tgħid li wadra tal-Omiċidji.


05

31.03.2019

kullhadd.com

NOTA TA’ APPREZZAMENT Kien unur u privileġġ għalija li tul dawn il-ħames snin, kelli l-opportunità li naqsam magħkom, bħala waħda minnkom, din l-esperjenza bħala l-President ta’ Malta. Tul dan iż-żmien, ħdimt qatigħ sabiex naqdi d-dmirijiet kostituzzjonali tiegħi, għaliex jien nemmen li d-demokrazija hija l-aqwa għodda li preżentament għandna, biex niċċelebraw id-dinjità umana, u nħarsu d-drittijiet umani u l-paċi, fil-komunitajiet tagħna, u fis-soċjetà tagħna. Kien privileġġ għalija li nservi bħala l-President tagħkom, u jien tassew grata lejn ir-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament, fejn għall-ewwel darba n-nomina tal-President ta’ Malta kien hemm qbil unanimu dwarha, kemm mill-Gvern, kif ukoll mill-Oppożizzjoni, minkejja li kont ġejja min-naħa tal-Gvern. J’Alla, dan il-qbil unanimu jkompli jirrenja għas-suċċessuri tiegħi, għaliex il-President ta’ pajjiżna, m’għandux ikollu partiti, iżda jrid jaqdi lill-poplu b’lealtà u b’kuxjenza, u mhux biex jingħoġob. Għaldaqstant, fi tmiem it-terminu tiegħu, irrid nagħti ħajr lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni li minkejja, mhux l-ewwel darba kont kritika, aċċettaw b’rispett dak li għedt, u apprezzajt li kien hemm anke suġġerimenti li ttieħdu. Irrid nagħti ħajr, fuq kollox lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, għar-rispett u l-appoġġ li tani. Nagħti ħajr ukoll lil dawk fostna li anke kkritikawni, forsi kultant b’għaġla u mhux bil-ħsieb, għaliex tgħallimt ħafna mingħandhom ukoll. Tgħallimt minn kulħadd, speċjalment meta ġejt fostkom. Tgħallimt mittfal u miż-żgħażagħ tagħna. Tgħallimt l-aktar fuq kemm, aħna kapaċi

individwalment, iżda aktar u aktar kemm aħna kapaċi, meta nkunu magħqudin u nieqfu ma’ xulxin. Illum, aktar minn qatt qabel, nemmen li għandna l-abbiltà li nkunu uniċi. Għandna l-abbiltà li jekk irridu, ħadd fostna ma jħossu waħdu. Għandna l-abbiltà li nsaħħu l-għaqda, u saħansitra nġibu l-paċi fost il-ġnus. Uliedna jixtiquna magħqudin u jridu minn Malta, pajjiż fejn ħadd ma jbati u jkun eskluż. Uliedna jriduna nirrispettaw lil xulxin. Uliedna ma jridux ġlied, iżda jridu li Malta tagħna tilqagħhom u tagħtihom is-serenità f’qalbhom u f’moħħhom. Għeżież Żgħażagħ Maltin u Għawdxin, inħeġġiġkom biex tkunu l-attivisti ta’ Malta vvalutata għal ħidmietha ġenwina favur poplu inklussiv u reżiljenti, biex jekk Alla jrid, għada tkunu l-mexxeja denji, u etiċi ta’ pajjiżna. Għeżież Ħuti Maltin u Għawdxin, nassigurakom li l-esperjenzi kollha li għaddejna flimkien, ser jibqgħu minquxin f’qalbi, b’imħabba u b’għożża. Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nawgura lil Dott. George Vella kull suċċess fir-rwol ġdid tiegħu, bħala l-President ta’ Malta. Minn qalbi nawgura li, f’kapaċità ġdida, inkompli nkun ta’ servizz sabiex ikollna paċi sostenibbli, prosperità inklussiva, u well-being ħolistiku, fostna bħala l-poplu tal-Gżejjer Maltin, fir-reġjun Ewro-Mediterran, u lil hinn. Grazzi minn Qalbi. Marie-Louise Coleiro Preca President tar-Repubblika ta’ Malta


06

31.03.2019

kullhadd.com

JINŻAMMU ARRESTATI FUQ ĦTIF TA’ TANKER Tressqu l-Qorti tlieta mill-immigranti li allegatament ħatfu tanker bejn sema u ilma bil-għan li ma jmorrux lura lejn il-Libja. It-tliet immigranti żgħażagħ dehru quddiem il-ġustizzja s-Sibt filgħodu meta quddiem il-Qorti dehret ukoll b’saħħitha l-preżenza tal-midja Taljana, pajjiż li wkoll kien qed isegwi dan il-każ. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest tat-tliet immigranti li kellha quddiema. Il-Qorti għamlet dan wara li ħasset li l-akkużati ma setgħux jagħmlu tajjeb għall-garanzija u ma kellhom xejn x’jorbothom sabiex ikomplu jidhru quddiem il-Qorti tul il-proċeduri kollha legali. Il-Maġistrat ordnat ukoll li l-awtoritajiet Maltin għandhom iħarsu l-benessere ta’ dawn il-minuri tul il-proċeduri legali kollha. Huma qed ikunu mixlija li ħatfu tanker li kien għadu kif salva lilhom flimkien ma’ 100 persuna oħra mill-għarqa f ’ibħra Libjani. L-akkużati li tnejn minnhom huma minuri ta’ 15 u 16-il sena u l-ieħor li għandu 19-il sena qed jiġu akkużati li ħatfu vapur bl-isem ta’ El Hiblu 1 billi użaw il-forza u jew intimidazzjoni fil-konfront tal-ekwipaġġ.

Ritratt: one.com.mt Abdalla Bari ta’ 19-il sena mill-Guinea wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li waqt li kien qed jieħu l-ġurament qal li huwa student tas-soċjoloġija. Fil-każ taż-żewġ żgħażagħ l-oħra, il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża għal divjett fuq isem il-ġuvintur li huma minorenni ta’ 15 u 16-il sena mill-Guinea u l-Kosta tal-Avorju u wieġbu mhux ħatja għal dan ir-reat. Fil-bidu tas-seduta qam battibekk bejn il-Maġistrat Donatel-

la Frendo Dimech u l-Avukati tal-Fondazzjoni Auditus hekk kif l-avukati riedu jidhru għattliet akkużati flimkien, madankollu, ġew imwaqqfa hekk kif din setgħet twassal għal kunflitt ta’ interess. Fil-Qorti ġie msejjaħ ukoll traduttur sabiex jassisti lil tnejn mit-tliet akkużati hekk kif ma kinux jafu jitkellmu bl-Ingliż. Fit-tmiem tas-seduta qam battibekk ieħor bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni b’rabta mal-akkużi ta’ terroriżmu u d-definizz-

joni tal-kelma. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Omar Zammit u Crista Armeni spjegaw li bħalissa t-tanker jinsab miżmum fejn trakka f ’Boiler Wharf l-Isla sakemm jitkomplew l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ. Huma qalu wkoll li l-Kaptan Tork u l-ħames membri tal-ekwipaġġ mistennija jkunu x-xhieda ewlenin f ’dan il-każ. L-Avukat Cedric Mifsud talab għall-ħelsien mill-arrest tal-ġuvni ta’ 15-il sena u spjega kif dan

il-minorenni għandu jitpoġġa taħt ordni ta’ ħarsien u spjega li dan għandu d-dritt li jingħata ħaddiem soċjali sabiex iħares lil dan iż-żagħżugħ. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonaw għal dan hekk kif baqa’ xhieda oħra x’tixhed filkaż. L-istess talba saret mill-avukati difensuri l-oħra hekk kif bdew isostnu li dawn il-ġuvintur ma kinux ta’ theddida li jaħarbu mill-pajjiż. Huma għamlu dan wara li l-vapur tal-merkanzija salvahom mill-ibħra Libjani u kien se jerġa’ jdaħħalhom lura fil-Libja. Huwa mifhum li malli raw hekk, l-immigranti ħadu l-kontroll tal-vapur u bdew ibaħħru lejn l-Ewropa. Kien fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu li t-Taqsima tal-Operazzjonijiet Speċjalizzati fi ħdan il-Forzi Armati li taw l-assalt fuq il-vapur u ħaduh fil-kontroll tagħhom. Abbord dan il-vapur kien hemm 108 immigrant. Malli daħal f ’Boiler Wharf l-Isla, il-vapur għadda f ’idejn l-awtoritajiet Maltin fejn ġew arrestati ħames immigranti. L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ tmexxew mill-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu u t-Taqsima tal-Immigrazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

GEORGE VELLA JIRRIŻENJA MILL-PL Wara n-nomina tiegħu bħala President ta’ Malta, Dr George Vella formalment informa lill-Partit Laburista li, bħala korrettezza, kemm hu kif ukoll martu Miriam kienu qed jirriżenjaw minn Delegati u Membri tal-Partit Laburista. L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista laqa’ t-talba ta’ Dr Vella u s-Sinjura Vella filwaqt li rringrazzjah u awguralu għall-ħidma tiegħu f ’ittra ffirmata mill-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, li qed nippubblikaw. Dr Vella jinħatar President tar-Repubblika nhar il-Ħamis li ġej.


07

31.03.2019

kullhadd.com

FATALI MILL-EWWEL • DROGA ĠDIDA TIDĦOL FL-EWROPA… MALTA TĦEJJI F’KAŻ LI TASAL Id-differenzi bejn id-doża fatali tal-Eroina, tal-Fentanyl u tal-Carfentanyl.

Pilloli tal-Fentanyl

Kitba ta’ għadhom mhumiex ikkontrollaClifford Galea ti. Anka sempliċement il-pjanta tal-Kannabis m’għadhiex l-istess. Sfortunatament droga qawwija Fejn qabel konna naraw il-werġdida daħlet fis-suq Ewropew li aq biss dan iż-żmien saru iktar hija perikoluża immens minħab- komuni il-fjuri tal-Kannabis li ba li hija fatali. Din issejħet: Fen- huma aktar puri. Apparti dan qed tanyl. Tant hija perikoluża li anke naraw ukoll Kannabis genetically sempliċement tmissha, għandha modified li tkun aktar qawwija,” spjegalna Sammut. l-konsegwenzi tagħha. L-iktar li rajna f ’Malta hija Dwar dan tkellimna ma’ Godwin Sammut li huwa xjentist foren- s-Synthetic Cannabinoids (li siku fid-Dipartiment tal-Kimika, huma alternattiva għall-Kannafil-Fakultà tax-Xjenza, fl-Univer- bis) u s-Synthetic Cathinones (li sità ta’ Malta. Fil-każ ta’ Malta huma alternattiva għall-Kokaina għadha ma daħlitx, imma l-kwist- u għall-Ecstasy). joni hi meta se tidħol. Jingħad li “Iżda dan l-aħħar daħlet fl-Ewroimpossibbli li ma tilħaqx ix-xtut pa droga sintetika ġdida oħra li hija l-Fentanyl kif ukoll derivattagħna. Godwin Sammut spjegalna li tivi tagħha. Il-Fentanyl titħallat “s-sitwazzjoni f ’Malta, meta nit- mal-Eroina għax hija synthetkellmu fuq drogi illeċiti, qiegħda ic opioid bħalma hija l-Eroina. tinbidel xi ftit u qiegħda ssir aktar Il-Fentanyl hija madwar 100 darikkumplikata u aktar perikoluża. ba aktar qawwija mill-Morfina Dan għaliex fejn 10 sa 15-il sena jew inkella 50 darba aktar qawilu, meta konna naraw trab kan- wija mill-Eroina. Bejn 2-3 millinella konna nassumu li huwa grammi (jiġifieri bejn 2-3 grains Eroina, jew fejn naraw trab ab- of salt) huma biżżejjed sabiex jad konna nassumu li huwa Ko- joqtlu persuna. Aktar problema kaina u fejn naraw pilloli konna mill-Fentanyl hija l-Carfentanyl nassumu li huma Ecstasy, din li hija 5,000 darba aktar qawwim’għadhiex is-sitwazzjoni illum. ja mill-Eroina. 0.02 milligrammi Dan minħabba l-infiltrazzjoni jiġifieri a grain of salt hija biżżejjta’ drogi ġodda, jew inkella in- ed biex toqtol persuna. Tant hija New Psychoactive Substances - qawwija li anka jekk tmissa jista’ id-drogi sintetiċi. Dawn id-drogi jkun hemm konsegwenzi negatsintetiċi huma taħlita ta’ kimika tivi. Kien għal dan il-għan li aħna li l-produzzjoni tagħhom issir bħala Forensic Drug Analysis fiċ-Ċina. Huma aktar qawwijin Laboratory ħriġna pamphlet jismid-droga tradizzjonali u jistgħu mu Fentanyl – Safety recommenjoqtlu. Id-drogi sintetiċi huma dations for first responders saattraenti aktar mid-drogi tradiz- biex ikun bħala gwida għall-first jonali minħabba diversi raġuniji- reponders bħall-pulizija, inferet. Dawn jinkludu li: huma orħos miera u dwana,” spjega Sammut. Il-Fentanyls huma ġeneralment minn drogi tradizzjonali; huma aktar aċċessibbli; ħafna minnhom trab abjad, iżda jistgħu wkoll jiġu ma jinqabdux bil-urine testing. ppressati f ’pilloli. Huma aktar Hemm ċerti minnhom ukoll li irħas sabiex ikunu manifattura-

ti kif ukoll jistgħu faċilment jitħalltu mhux biss mal-Eroina immawkollmal-Kokaina. Il-Fentanyls qed ikunu manifatturati fiċ-Ċina imbagħad bħad-drogi sintetiċi oħrajn qed jiġu bil-posta. Sammut jgħid li bħala laboratorju qegħdin mal-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (EMCDDA) u parti mill-Early Warning System. “Meta jkun hemm rapport ta’ xi droga ġdida aħna nkunu avżati. Kull sena ssir laqgħa fejn nitla’ sabiex nagħti overview tas-sitwazzjoni f ’Malta f ’dik is-sena partikulari. Meta aħna jkollna problemi sabiex nidentifikaw sustanza li forsi ma nkunux rajna qabel bħalha Malta, aħna nikkuntattjawhom sabiex ikunu jistgħu jgħinuna. Aħna nikkollaboraw ħafna magħhom u huma l-istess,” kompla jispjega. Kif kienu mgħarrfa b’dan il-każ. Il-Fentanyl proprjament hija mediċina li tintuża tipikament sabiex tikkura pazjenti b’uġigħ sever. Imma sfortunatament hija magħmula u użata wkoll illegalment. Il-Fentanyl illegali ssir ġewwa laboratorji klandestini li ħafna minnhom jinstabu fiċ-Ċina. Il-Fentanyl li ħafna drabi tkun trab ta’ lewn abjad tintbagħat lejn l-Ewropa u lejn l-Amerka. Hawnhekk imbagħad tiġi mħallta mal-Eroina (jew anka drogi oħrajn) sabiex tagħtihom aktar qawwa. Sadanittant, il-Carfentanyl ukoll

Trab tal-Fentanyl (il-Carfentanyl huwa l-istess) hija mediċinali iżda tintuża fl-annimali kbar. Normalment tintuża sabiex jittrankwillizzaw l-iljunfanti u animali kbar oħra. Il-Carefentanyl ukoll tiġi manifatturata illegalment f ’laboratorji illeċiti u tintbagħat ukoll lejn l-Eworpa u lejn l-Amerka u tintuża bl-istess mod bħall-Fentanyl. Mistoqsi dwar jekk iltaqax magħha f ’Malta qal: “Sa issa le... iżda issa m’għadhiex kwistjoni jekk ma tidħolx imma hija kwistjoni ta’ meta ħa tidħol. Qegħdin noqogħdu attenti aħna bħala laboratorju speċjalment f ’każijiet fejn ikun hemm bżonn ta’ analiżi ta’ trab abjad. M’iniex ħerqan għal dik il-ġurnata li niskopru li daħlet ġewwa Malta minħabba li hija perikoluża immens. Bażikament it-teħid tad-droga minn dejjem kien a russian roulette imma fejn qabel kien hemm forsi bullet waħda ġo chamber u tlieta vojta dan iż-żmien hemm tliet chambers mimlija bullets u waħda vojta. Iċ-ċans li ssib il-bullet u toqtlok

huwa ikbar. Din hi s-sitwazzjoni tal-lum minħabba s-synthetics. Jekk tidħol f ’Malta ovvjament aktarx tidħol bil-posta kif jidħlu is-synthetics l-oħrajn,” qal Sammut. Intant, meta mistoqsi dwar l-aħħar qabdiet kbar li saru f ’pajjiżna Sammut tenna: “Vera li l-qabdiet il-kbar huma forsi dawk li konna naraw fuq il-films... imma meta tikkunsidra l-pożizzjoni ta’ Malta mhix sorpriża li jgħaddu konsenji kbar minn hawn kif jgħaddu minn pajjiżi oħrajn ukoll. Iżda l-ammonti li qed jinqabdu huma riżultat ta’ apparat li huwa aktar tajjeb. Ovvjament jien ma naħdimx id-dwana iżda żgur li dan għamel effett. Minn hawn ovvjament inssellem kemm lill-uffiċjali kollha li jaħdmu kontra d-drogi, speċjalment il-pulizija fl-iskwadra ta’ kontra d-droga, id-dwana u l-uffiċjali tal-ħabs li aħna bħala laboratorju għandna kuntatt u kollaborazzjoni tajba ħafna magħhom,” temm jgħid l-espert.


08

31.03.2019

kullhadd.com

PROPOSTA INTELLIĠENTI Proposta f’waqtha u intelliġenti. Hekk kienet deskritta l-proposta mnedija mill-Gvern din il-ġimgħa bil-għan li żżid is-sehem tan-nisa fil-politika. Dwarha tkellimna ma’ numru ta’ akkademiċi, uħud li kienu favur miżuri korrettivi minn dejjem u oħrajn li qed jiddikjaraw ruħhom għall-ewwel darba. Tkellimna mal-Ħassieb Dr Mark Montebello, mal-Professur Andrew Azzopard li huwa Dekan fil-Fakultà tal-Ben-

esseri Soċjali fl-Università ta’ Malta, Dr Marceline Naudi li wettqet diversi studji dwar is-sessi u hija wkoll lettur ġewwa l-Università ta’ Malta u Profs Godfrey Walter Pirotta espert fil-politika dwar ir-riforma lejn rappreżentanza ugwali u jekk din ir-riforma hix se tkun qed tagħti iktar opportunitajiet lin-nisa biex jagħtu kontribut fil-ħajja pubblika u politika. Għamilnielhom mistoqsija komuni u t-tweġiba tagħhom tinsab hawn taħt ħdejn l-inizjali tagħhom.

X’inhi l-ewwel reazzjoni tiegħek għal dak propost mill-Gvern biex ikun hemm iktar ugwaljanza fil-politika?

Mark Montebello

Andrew Azzopardi

Din hi imbuttatura meħtieġa. In-nuqqas ta’ nisa fil-politika, la kien dovut minħabba n-nuqqas t’intress tagħhom, u lanqas minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza; kien hemm ħafna forzi soċjali u kulturali li żammewhom lura u li kontrihom ħafna nisa ma kellhomx saħħa jeħduha. L-agħar li marret b’dan in-nuqqas ma kinetx il-mara nnifisha, imma s-soċjetà. Meta din tipprova tgħaddi mingħajr ir-rappreżentanza ta’ aktar minn nofs il-poplu li jikkostitwixxiha, allura mhux biss hemm xi ħaġa profondament ħażina fl-istrutturi tagħha tad-deċiżjonijiet, imma hemm ukoll, forsi agħar, xi ħaġa nieqsa fid-deċiżjonijiet infushom li hi profondament meħtieġa. L-ewwel reazzjoni hija li ħasra li għadna qed nikkumbattu ma’ din is-sitwazzjoni. Hija ħasra li s-saqaf tal-ħġieġ għadu hemm, hija ta’ dispjaċir li f ’dan il-pajjiż m’aħniex nirrealizzaw kemm hija ħasra u telfa kbira li t-tali riżors li jġibu n-nisa magħhom għadu mhux utilizzat. Ir-reazzjoni tiegħi għall-proposti hija reazzjoni pożittiva. Fl-aħħar! Forsi issa nibdew nimxu ’l quddiem! Hija proposta intelliġenti ħafna għaliex hija maħsuba biex taħdem biex twassal għal rappreżentazzjoni ġusta bejn is-sessi imma billi tipprova ma timpjegax mekkaniżmi, bħal kwoti, li ntużaw f ’pajjiżi oħra u li ħafna jassoċjawhom ma’ diskriminazzjoni.

Marceline Naudi

Godfrey Walter Pirotta

Kemm taħseb li hu importanti li dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ? Jekk biss taqra lil Manwel Dimech f ’kitbiet ta’ aktar minn 100 sena ilu, mill-ewwel tintebaħ li aħjar tard milli qatt. “Wasal iżżmien li tgħaqqad il-ponnijiet,” kiteb fl-1911, “u tgħajjat b’kemm saħħa għandek: ‘Malta tiegħi wkoll!’” Innuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri, kemm fil-Parlament, kemm f ’istituzzjonijiet essenzjali tal-pajjiż (bħall-Kummissjoni Elettorali, ngħidu aħna), kif ukoll fil-partiti, u l-bqija, hija mostrożità li bqajna nittolleraw għal wisq żmien, u li kellu issa jieħu att ta’ kuraġġ partikulari biex jirbħilha. Fl-aħħar qed jirbaħ is-sens komun.

Importanti hux għax kull mod jkunu jistgħu jgawdu rappreżentazzjoni ieħor falla. Importanti wkoll għax proporzjonali fil-Parlament. Ikun ġest ta’ in-nisa kienu li xprunaw din l-iniz- ipokrezija għalija jekk issa l-Parlamentari jattiva. ma jaħtfux il-mument biex jaħdmu biex ikun hemm ukoll rappreżentazzjoni proIlna wisq nitkellmu - il-kliem jafu porzjonali ġusta bejn iż-żewġ sessi. It-tiejkunu sbieħ, iżda għandna bżonn ni, il-mekkaniżmu propost mhux ta’ thedazzjoni! dida għall-kandidati rġiel għaliex il-qofol tiegħu mhux dik magħrufa bħala diskrimNaħseb li huma importanti għal inazzjoni pożittiva imma mekkaniżmu li żewġ raġunijiet. L-ewwel, li waqt jidħol fis-seħħ wara li n-numru normali li ngħidu li s-sistema politika tagħ- ta’ siġġijiet Parlamentari jkunu kollha inna hija demokrazija rappreżentattiva. Fil- tlew. L-ewwel jitħaddem il-proċess norfatt, kważi nofs il-popolazzjoni tagħna mali u wara tiġi evalwata d-diżproporzqajla għandha vuċi fis-sistema. Dan huwa jonalità u skont kif ikun meħtieg jiskatta nuqqas jew kif sejħulu fil-passat demo- l-mekkaniżmu. Kif għidt mekkaniżmu cratic deficit. It-tieni, għaliex iktar minn intelliġenti. 70 sena wara li l-mara ħadet il-vot, il-mara Maltija għadha ssofri minn żvantaġġi li Il-Gvern qed jgħid li dawn ġejjin mhux biss mill-aspett kulturali ta’ għandhom ikunu miżuri temporanji. x’għandu jkun ir-rowl tal-mara fis-soċjetà Kif tirreaġixxi għal dan? imma mill-fatt li ftit nisa gawdew jew igawdu mir-riżorsi biex jagħmlu kampanja Kollox hu xi ftit jew wisq temelettorali li twassal il-vuċi u l-kapaċitajiet poranju fil-politika. Jien nifhem tagħhom quddiem l-elettorat. dal-mekkaniżmu f ’sens mediċinali, jiġifieri sakemm infejqu l-għelt li hemm Kemm taħseb li jista’ jwassal biex fil-mod kif nagħżlu r-rappreżentanti iġib kunsens wiesa’ l-fatt li l-Gvern tal-poplu. Malli dal-għelt jitfejjaq, ma qed jipproponi mekkaniżmu li mexa jkunx hemm bżonn aktar ta’ interventi lil hinn mit-tifsira tal-kwoti fis-sens straordinarji bħalma qed jittieħdu issa. tradizzjonali? Imbagħad jiġi ż-żmien, jekk mhux diġà issa, biex jittieħdu miżuri oħra għal sotJien togħġobni ħafna s-soluzz- to rappreżentazzjonijiet oħra tas-soċjetà joni tal-mekkaniżmu korrettiv Maltija, bħal nies b’diżabbiltajiet soċjali, tal-ġeneri għax ħadd ma jieħu politiċi u etniċi. post ħadd u, fl-istess waqt, il-ħafna voti li jinħlew, issa jintużaw b’mod xieraq. Tajjeb - jien nemmen li lanqas Is-soluzzjoni fiha l-limitazzjonijiet tagħha 20 sena mhu ħa jkollna bżonn minħabba li tagħmel sens f ’kamra b’żewġ it-tibdil ħa jseħħ qabel. partiti; jinħolqu l-problemi f ’dal-mekkaniżmu jekk ikun elett it-tielet partit. Idealment ma jkollniex bżonn Madanakollu, jien ma narax għaliex l-Opmiżuri bħal dawn – però sfortupożizzjoni kurrenti għandha ssib probnatament ir-realtà turina li fil-fatt lemi fundamentali f ’din is-soluzzjoni li għandna bżonnhom... Meta l-bilanċ taltwassal għal xi vot negattiv. ġeneri fil-Parlament issir xi ħaġa normali, mela ma jkollniex bżonn miżuri speċjali Nittama li min ma jurix kunsens bħal dawn... jurina x’inhuma l-alternattivi. The clock is ticking, m’hemmx aktar F’kull pajjiż, ix-xewqa tkun li x’nistennew u l-ħidma tal-Gvern hija li miżuri bħal dawn ikunu tempojieħu l-azzjonijiet neċessarji. ranji għaliex l-għan ikun li jiġu indirizzati mhux biss l-ostakli kulturali Jien naħseb li l-istess ħa jkun imma anki wara li jkun beda jitħaddem hemm tgergir u argumenti kon- il-mekkaniżmu, dawk l-ostakli li ma kinux tra... Iżda nispera li ma’ dan kollu daqstant ċari fil-bidu. Il-proposti huma naslu għal kunsens... maħsuba li jieħdu tul ta’ 20 sena jew ġenerazzjoni, perjodu li huwa raġonevoli u Għal darb’oħra hemm żewg fattu- huwa msejjes fuq studji li juru kemm bejn ri li wieħed jista jikkunsidra. L-ew- wieħed u ieħor jieħdu biex jagħtu l-frott wel, huwa l-fatt li tgħidx kemm tagħhom bidliet importanti f ’kull soċjetà. dan il-pajjiż għadda minn dibattiti sħan, Tkompli f ’paġna 9 >> jekk mhux agħar, biex f ’Malta, il-partiti


09

31.03.2019

kullhadd.com

<< Tkompli minn paġna 8

Kemm jien kburi li kull darba li naqra l-istorja ta’ pajjiżna, nara li kien Prim Ministru Laburista l-ewwel darba li ħatar Ministru mara u kienu biss Prim Ministri Laburisti li ħatru Speaker mara u President mara. Dan huwa l-legat tagħna. Imma l-legat il-ġdid għandu jkun li din m’għandhiex tkun xi ħaġa abnormali imma li tkun xi ħaġa normalissima li fl-ogħla istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jkun hemm rappreżentanza adegwata ta’ nisa u ta’ rġiel. Joseph Muscat – 28-03-19

PUNTI EWLENIN DWAR DIN IR-RIFORMA Immirata għas-sess sottorappreżentat. Il-mekkaniżmu korrettiv dwar il-ġeneru jutilizza tliet tipi ta’ voti moħlija jiġifieri xorta waħda qed jiddeċiedi l-elettorat.

Id-dokument jagħraf il-ħtieġa li l-partiti jippruvaw joffru kandidatura bilanċjata fejn mill-anqas 40% jkunu jappartjenu liż-żewġ sessi.

Il-voti moħlija jintużaw biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ talġeneru fil-Parlament.

L-emendi legali proposti ma jibdlux il-proċess elettorali eżistenti u mhumiex kwota iżda jintegraw gender corrective mechanism mas-sistema elettorali eżistenti.

Bosta mill-proposti fid-dokument konsultattiv huma miżuri temporanji.

Ma’ dawn hemm diskussi riformi oħra.

Fondi mill-Istat għall-partiti politiċi bħala inċentiv biex jagħtu aktar appoġġ lis-sess sottorappreżentat biex jitħajjar jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.


10

31.03.2019

kullhadd.com

ROTTA ĠDIDA! Ġimgħa wara li tħabbar li l-kumpanija nazzjonali tal-ajru għamlet l-ewwel qligħ fi 18–il sena, il-gazzetta KullĦadd intervistat lillMinistru responsabbli, Konrad Mizzi. Kemm hu sostenibbli dan it-tkabbir u x’qed tagħmel l-Air Malta biex issostnih? Ġimgħa ilu tħabbru r-riżultati finanzjarji għallinja nazzjonali tal-ajru. Ilkumpanija rreġistrat l-ewwel qligħ fi 18–il sena. Tagħti garanzija li dan mhux se jkun tal-aħħar? Nixtieq l-ewwel nett nibda billi nirringrazzja lit-tim tal-Air Malta, inkluż il-management u l-impjegati kollha tax-xogħol siewi li għamlu matul din is-sena sabiex stajna nirreġistraw dan il-qligħ. Sabiex wasalna s’hawn għamilna numru ta’ bidliet. Bdejna billi għalaqna l-collective agreements mal-impjegati tagħna. Għamilna numru ta’ bidliet oħra, fosthom li biddilna l-prodott tagħna f ’unbundled product, sabiex il-kon-

sumatur jista’ jixtri s-servizzi li jrid. Naqqasna l-ispejjeż fuq diversi aspetti, kabbarna l-flotta tal-Air Malta, kif ukoll żidna l-utilizzazzjoni tal-ajruplani tagħna. Dan filwaqt li żidna r-rata talload factor fuq l-ajruplani, u żidna n-numru ta’ passiġġieri bi 11% mis-sena li għaddiet. Il-profitt huwa wieħed operattiv. Nixtieq niċċara li dan ifisser li l-profitt kien kollu mill-operat u mhux mit-trasferiment tal-landing rights lill-kumpanija MedAir. Naħseb li jekk inżidu r-revenue u nkomplu ntejbu u nsaħħu r-rotot, il-profitt ikun wieħed sostenibbli. Huwa importanti li l-balance sheet tal-Air Malta fis-snin li ġejjin insaħħuha wkoll għax għandna bżonn il-kapital sabiex

dan ir-riżultat mhuwiex biss frott il-viżjoni tagħna bħala Gvern u bħala management, iżda huwa riżultat ta’ ħidma kollettiva u impenn millħaddiema tagħna

nagħmlu iżjed investiment fit-tkabbir tal-linja tal-ajru. Inħoss li dan it-tkabbir huwa sostenibbli u huwa meħtieġ għall-ekonomija tagħna. Filwaqt li r-riżultati finanzjarji huma importati, l-għan aħħari huwa li jkollna National Carrier b’saħħtu li jopera għall-ajruporti prinċipali kollha fl-Ewropa u fil-Mediterran, li joffri business class product u li jiftaħ orizzonti ġodda għal pajjiżna. M’hemmx dubju li kienu diversi l-fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat. Iżda, x’kien dak li xpruna din il-bidla filmentalità? Kif għidt fil-bidu, dan ir-riżultat mhuwiex biss frott il-viżjoni tagħna bħala Gvern u bħala management, iżda huwa riżultat ta’ ħidma kollettiva u impenn mill-ħaddiema tagħna. Nafu li ma kinetx faċli għall-ħaddiema jaħdmu aktar sigħat u jbiddlu l-work practices tagħhom li kienu inddraw għal numru ta’ snin. Kien proprju għalhekk li waħda mill-ewwel affarijiet li għamilna kienet li poġġejna bilqiegħda mal-ħaddiema tagħna u mar-rappreżentanti

tal-unjins, sabiex nagħlqu collective agreements għal ħames snin. B’hekk, kif dan il-proċess tlesta, il-linja tal-ajru setgħet tiffoka iżjed fuq l-operat u fuq l-istrateġija ta’ tkabbir, li permezz tagħha wasalna għar-riżultati tal-lum.

da tagħmel profitt ta’ madwar €40 miljun fis-sena. Nemmen li kif sar rikonoxximent għal dan issuċċess, is-suċċess tal-Air Malta fir-riżultati finanzjari tagħha jintlaqgħu tajjeb ma’ kulħadd, inkluż mal-organi Ewropej.

Riżultat bħal dan kif ikun intlaqa’ fiċ-ċrieki tal-politika Ewropea meta wieħed jiftakar li għal ħafna snin l-Air Malta kellha idha marbuta bi programm miftiehem malKummissjoni Ewropea għal bosta snin?

Donnu l-Partit Nazzjonalista biss kien negattiv wara dawn ir-riżultati. Qal li trasferixxejtu costs fuq kumpanija oħra biex wasaltu għal dan is-suċċess. X’tikkummenta?

L-assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru segwiet l-iżviluppi fl-Air Malta hekk kif l-aħbarijiet pożittivi ġew ċirkulati f ’diversi fora. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Air Malta rebħet l-Airline Turnaround of the Year, award mogħti mill-CAPA. Ta’ min wieħed ifakkar li din hija t-tieni darba f ’pajjiżna li rnexxielna ndawru kumpanija li kienet f ’xifer falliment. Qed nirreferi hawnhekk ukoll għall-Enemalta, fejn kumpanija li l-Partit Nazzjonalista qalilna li tinbiegħ għal €1 ġibna investiment dirett f ’pajjiżna ta’ €360 miljun għal terz tagħha filwaqt li l-kumpanija llum qiegħ-

L-ewwel nett nemmen li l-Partit Nazzjonalista m’għandux kredenzjali jitkellem dwar l-Air Malta. Sa mill-bidu fis-sebgħinijiet, l-ajruplani tal-Air Malta kienu jsejħulhom għasafar taċ-ċomb. Illum kienu wieħed mill-ftit entitajiet f ’pajjiżna li bħal donnhom ma ħadux gost li l-linja nazzjonali tal-ajru tagħna qiegħda għal darb’oħra tagħmel il-qligħ u qiegħda fuq saqajha. Bl-aħħar stqarrija maħruġa minn organu uffiċjali tal-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista, jidher jidher ukoll biċ-ċar li l-għan tal-Oppożizzjoni, bħas-soltu, huwa li tqarraq bin-nies dwar is-sitwazzjoni tal-Air Malta.


11

31.03.2019

kullhadd.com

L-operat tal-Malta MedAir, li l-Partit Nazzjonalista għamel referenza għaliha hu totalment indipendenti minn dak tal-Air Malta u qiegħed jopera fuq business plan totalment separat, li fil-biċċa l-kbira tiegħu jinkludi l-kirja lura lill-Air Malta tal-landing rights ta’ Heathrow u Gatwick. Ix-xiri ta’ dawn is-slots kien sar proprju biex ikun hemm protezzjoni u użu aktar favorevoli ta’ dan l-ass. Il-kumpanija qiegħda wkoll timraħ f ’oqsma oħra fosthom li toffri konsulenza lil kumpaniji oħra fit-twaqqif ta’ AOCs f ’Malta u li tkun mekkaniżmu ta’ finanzjament għax-xiri ta’ ajruplani. Huwa totalment mhux minnu li r-riżultat ta’ profitt li rreġistrat l-Air Malta hu dovut għal xi sussidju ta’ entitajiet jew kumpaniji oħra tal-Gvern. It-trasferiment tal-landing rights imsemmija fl-istess stqarrija sar sabiex jiġu protetti l-istess assi fl-interess nazzjonali, fil-każ rimot li l-Air Malta tieqaf topera. Dak li qiegħed jingħad fl-istqarrija, li l-MedAir qiegħda b’xi mod tħallas impjegati jew b’xi mod ittaffi mill-ispejjeż ta’ pagi mis-sezzjoni tal-ground handling huwa totalment falz u gideb sfaċċat. Kif semmejt aktar kmieni, l-qligħ li ġie rreġistrat mil-linja nazzjonali tal-ajru huwa qligħ operattiv u għalhekk m’għandux x’jaqsam mad-dħul irreġistrat mit-trasferiment tal-landing rights ta’ Gatwick u ta’ Heathrow. Jidher li l-Oppożizzjoni ma qabilx għal widnejha l-fatt li kumpanija oħra nazzjonali llum ġiet fuq saqajha. Kif tqabbel ir-realtà fl-Air Malta ma’ dik li l-Gvern kien

sab fl-Enemalta? Ir-realtà hija li permezz ta’ ħidma kollettiva mal-partijiet kollha involuti, irnexxielna ndawru r-rota għaż-żewġ kumpaniji. Fil-każ tal-Enemalta kien hemm min qalilna li din hija proposta Alice in Wonderland, u vvaluta l-kumpanija għal €1 filwaqt li faqagħha bid-dejn. Illum il-ġurnata nafu li din kienet storja ta’ suċċess u s-settur tal-enerġija m’għadux wieħed mill-akbar sfidi li għandhu quddiemu pajjiżna. Fil-fatt, kif semmejt aktar kmieni, l-Enemalta qiegħda tirreġistra aktar minn €40 miljun profitt fis-sena. Fil-każ tal-Air Malta, il-mudell tal-kumpanija huwa kemxejn differenti minħabba li għandha fattur akbar kummerċjali u ta’ kompetizzjoni ma’ linji tal-ajru oħra. Madanakollu, lanqas dan ma qatgħalna qalbna, u għaldaqstant illum qegħdin fejn qegħdin. Nixtieq intenni li m’aħniex se nieqfu hawn, għaliex it-triq li għandna quddiemna hija twila, però qegħdin nieħdu ftit mill-frott tal-miżuri li ħadna matul l-aħħar snin sabiex insalvaw din il-linja tal-ajru. Qed issemmi l-ħolma li tara s-salib ta’ Malta f ’ajruporti maġġuri. Meta hu l-pjan li jkollna l-ewwel titjiriet fit-tul? Matul din is-sena se nkunu qegħdin naraw li nsaħħu r-rotot tagħna lejn l-Ewropa filwaqt li nibdew noperaw rotot oħra lejn l-Afrika ta’ Fuq u l-Afrika tan-Nofs. Dan biex dejjem niftħu swieq ġodda u nkomplu mal-viżjoni li l-Air Malta tkun il-linja tal-ajru tal-Mediterran. L-għan tagħna huwa li fi ftit snin

Il-viżjoni tagħna hija li l-Air Malta tkun katalista biex Malta ssir hub tal-avjazzjoni fil-Mediterran li tinvolvi ħafna linji tal-ajru oħrajn

naraw lill-Air Malta tibda topera lejn dawn l-ajruporti maġġuri, li jagħtu l-fakultà lil pajjiżna jkun aktar aċċessibbli għal swieq ġodda. Mhux sigriet li kien hemm mumenti fejn l-Air Malta ffaċċjat anke xi diffikultajiet li dejqu lin-nies, bħal delays, kif qed tassiguraw li ma jiġrux? Permezz tal-operational planning li qed nagħmlu qegħdin naħdmu biex innaqqsu kemm jista’ jkun dawn l-intoppi fl-operat. Għalkemm dawn id-diffikultajiet jiġru lil kull linja tal-ajru, se nkunu qegħdin naraw li l-Air Malta ttejjeb is-servizzi tagħha speċjalment f ’dak li għandu x’jaqsam mal-on time performance u mal-operat u s-servizzi eżistenti tagħha.

għaddejin diskussjonijiet biex naraw il-mudell li għandu jintuża u t-tip ta’ ħelikopter għal dan isservizz. L-Air Malta tibqa’ l-linja tal-ajru nazzjonali li topera l-international connections. Kemm hu l-investiment fuq il-flotta l-ġdida? Wara li wasal l-10 ajruplan tat-tip Airbus A320 neo, qegħdin ninvestu sabiex nibdlu l-flotta tagħna għal waħda aktar moderna. Dan jirrikjedi investiment matul issnin li ġejjin. Madanakollu, l-Air Malta mistennija li tirċievi żewġ ajruplani ġodda tat-tip A320 neo fis-sajf li ġej. Fuq medda ta’ snin l-investiment se jaqbeż in-nofs biljun ewro.

inkomplu inkabbru s-settur tatTuriżmu. Apparti mil-linji tal-ajru low cost naħdmu ma’ diversi partner airlines fosthom il-Qatar Airways sabiex inkomplu ntejbu l-konnettività ta’ pajjiżna. Huwa minnu li din il-konnettività u ż-żieda fit-titjiriet huma importanti sabiex pajjiżna jkompli jattira aktar turisti u jkun aċċessibbli Fejn tara l-Air Malta fi żmien għal swieq ġodda u differenti. 10 snin? Illum pajjiżna għandu żewġ linji tal-ajru. Kif se jaħdmu flimkien dawn u se jispiċċaw jikkompetu?

Il-kumpanija Malta MedAir hija kumpanija sħiħa tal-Gvern. Il-ħsieb tal-Gvern huwa li din il-kumpanija żżomm l-aktar assi importanti għal pajjiżna, li huma landing rights ta’ ajruporti prinċipali bħal dawk ta’ Heathrow u ta’ Gatwick. Minkejja li int responsabbli Apparti minn hekk, din il-kumpmill-Air Malta m’intix tieqaf milli tiġbed iktar low cost lejn anija qiegħda fil-proċess biex takkwista ċertifikat apposta biex pajjiżna u rotot ġodda. Kif tkun tista’ topera servizz tal-ħetpaċi l-interess ta’ Ministru likopter bejn Malta u Għawdex. responsabbli mit-turiżmu u Huwa għalhekk li din il-kumpanidin il-linja tal-ajru? ja bdiet ċerti proċessi ta’ recruitIl-konnettività ta’ pajjiżna hija ment sabiex tibda taħseb għal prijorità fl-istrateġija tagħna biex dan l-operat. Apparti minn hekk

Il-viżjoni tagħna hija li l-Air Malta tkun katalista biex Malta ssir hub tal-avjazzjoni fil-Mediterran li tinvolvi ħafna linji tal-ajru oħrajn. Huwa proprju għalhekk li qegħdin naraw biex inġibu ajruplani ġodda li jistgħu jmorru aktar ’il bogħod minn dawk li diġà għandna, sabiex inkunu nistgħu ngħaqqdu lil pajjiżna ma’ postijiet bħall-ajruport ta’ Mumbai. Dan jikkumplimenta l-viżjoni tal-Gvern li jattira aktar turisti minn swieq ġodda u biex Malta ssir regional hub għan-negozju. Però dan mhux biss, nemmnu li dan it-titjib fil-konnettività huwa bżonn għal pajjiżna sabiex nattiraw ukoll aktar business travellers. Dan kollu biex noħolqu aktar impjiegi b’kundizzjonijiet ferm aħjar.


12

31.03.2019

kullhadd.com

GĦAJNUNA TERAPEWTIKA FIL-ĦAJJA MGĦAĠĠLA F’dawn l-aħħar snin is-soċjetà Maltija tant saret mgħaġġla u tant hawn applikazzjonijiet elettroniċi, li bejniethom qed itellfu l-ħin ta’ kwalità fost il-koppji u l-poplu inġenerali. Dan jaf jirriżulta wkoll minħabba li l-ħajja u l-akkomodazzjoni soċjali tant saru finanzjarjament għaljin li ħadd ma fadallu ħin għal ħadd, għax jippretendi li ta’ kuljum jeħles minn xogħol u jaqbad ieħor. Meta ngħidu terapija talfamilja; xi nfissru? Hi nomenklatura miftuħa ferm li tiġbor ħafna: il-familja u t-terapija. Jidher li t-terapija tal-familja kienet reazzjoni ta’ skejjel oħra qabilha fejn kienu aktar iffukati fuq l-individwu. Barra li xi wħud minnhom kienu jieħdu fit-tul u inqas kienu aċċessibbli għan-nies komuni, ftit kienu jikkunsidraw serjament l-importanza tal-kuntest, ir-relazzjonijiet u li jħarsu minn lenti aktar wiesgħa li tinkludi fatturi oħra. Naħseb li mod qawwi ta’ ħsieb li influwenza t-terapija tal-familja kienet il-paradigma sistematika li tħares lejn ir-rabtiet u l-influwenzi ta’ xulxin, fuq xulxin, ma’ xulxin f ’kuntesti ekosistematiċi. Mhux biss wieħed irid jara l-biċċiet separatament iżda anki l-istampa akbar u sħiħa ta’ dawn il-biċċiet relatati ma’ xulxin. Aħna lkoll nisġa waħda, ilkoll ulied xi ħadd, ngħixu f ’kuntest fejn hemm strutturi differenti u influwenzi msejsa fuq aspetti kulturali, soċjoloġiċi, reliġjużi, politiċi u finanzjarji. Għalhekk b’terapija tal-familja għandna nifhmu li qed ninkwadraw stampa aktar wiesgħa u kumplessa ta’ x’inhu jiġri u b’riħet hekk l-interventi jistgħu jkunu aktar infurmati u effettivi. Fit-terapija jistgħu jkunu mistiedna diversi membri tal-familja, mhux biss il-ġenituri u t-tfal iżda wkoll persuni oħra li huma sinifikanti u li huma wkoll meqjusin bħala membri tal-familja. Il-Malti jgħidlek “għidli ma’ min tagħmilha u ngħidlek x’int.” Aħna ninfluwenzaw u niġu influwenzati minn xulxin u mill-ambjent li ngħixu fih. Din it-terapija tal-familja, ilha titħaddem hawn Malta?

Minħabba f’hekk jaf bdejna naraw professjonisti li joffru ħinhom għat-terapija fost il-persuni milqutin b’riżultat ta’ dawn il-problemi. Fuq dan is-suġġett, illum tkellimt ma’ Joseph Mangion, Terapista u President tal-Assoċjazzjoni tal-Terapisti tal-Familja u Prattiċi Sistematiċi. Minn Charles B. Spiteri

Hawn Malta ilha mhux ħażin u qed tikber b’rata mgħaġġla għax hawn aktar faċilità biex min irid, jista’ jispeċjalizza f ’dan il-qasam f ’livell ta’ Masters. L-Istitut tat-Terapisti tal-Familja (IFT-Malta) u ftit wara l-Università ta’ Malta bdew joffru lokalment dawn il-korsijiet li jwasslu għal-livell meħtieġ biex wieħed jista’ jipprattika l-professjoni. Naħseb il-kunċett ta’ servizzi speċjalizzati fil-qasam soċjali ħareġ mis-Social Welfare Development Programme (SWDP) li xprunatu l-koppja Nora u Toni Macelli. Huma kienu pijunieri ta’ ħafna servizzi innovattivi għal dak iżżmien, bħal pereżempju servizzi fil-komunità, medjazzjoni, fostering, vjolenza domestika, terapija tal-familja u oħrajn. U hi xi Amerikanata? L-oriġini hi Amerikana għalkemm mhux kulħadd jaqbel fuq min kienu l-fundaturi ta’ dan il-mod differenti kif wieħed iħares lejn nies bi problema. Wieħed jista’ jsemmi ftit nies li baqgħu jissemmew għall-kontribut f ’dan il-qasam, bħal Gregory Bateson, Don Jackson, John Weakland u oħrajn, li kollha jgħidu li kellhom parti mill-oriġini ta’ din l-istorja interessanti. Meta nieħdu lit-terapista tal-familja; il-psikologu u l-psikjatra, dawn jaħdmu fl-istess ħidma? Nistgħu ngħidu li lkoll suppost niġbdu ħabel wieħed. Tista’ ddaħħal ukoll lill-counsellor u lis-social worker. Dawn kollha huma professjonijiet importanti. Il-psikjatra hu individwu li studja biex ikun kapaċi li barra t-terapija, jippreskrivi l-mediċina. Ġeneralment, qabel ma tkun psikjatra

tkun tabib u mbagħad tispeċjalizza fil-psikjatrija. Fil-bidu tat-twaqqif tat-terapija tal-familja kien hemm numru ta’ terapisti tal-familja li kienu wkoll psikjatri. Id-distinzjoni bejn psikologu, terapista u counsellor kulma tmur qed tkun inqas ċara u qegħdin isiru viċin ta’ xulxin speċjalment meta qed ikun hemm aktar speċjalizzazzjonijiet komuni. Il-kunċett sistemiku ma baqax xi prerogattiva tat-terapija tal-familja iżda llum hu kunċett apprezzat u mħaddem minn ħafna professjonijiet, organizzazzjonijiet u policy makers. Naħseb li hawn aktar attenzjoni biex inħarsu lejn il-familja milli lejn l-individwu waħdu. Il-kunċett hu inklussiv u jista’ jħalli effetti aktar pożittivi. Hawn min għadu jaħseb li għand

terapista tal-familja ma tistax tmur waħdek. Din mhix idea eżatta, għax it-terapija tista’ tingħata lill-familja, lill-koppji kif ukoll lill-persuni individwali. Hu sens komun li meta persuna ġiet biex taħdem fuq relazzjonijiet b’mod effettiv jista’ jkun li jkunu mistiedna l-membri kollha involuti. L-esperjenza turi li meta n-nies ikollhom spazju, fejn meta jsibu min jappoġġjahom u jqawwilhom it-tama biex jkunu kapaċi jerġgħu jgħaqqdu l-biċċiet tar-relazzjonijiet mill-ġdid, dan jista’ jkun spazju konduċenti għall-fejqan tal-ġrieħi kkawżati, ħafna drabi, mill-membri stess tal-familja. U huma jistgħu jkunu ta’ duwa għal xulxin. Terapista tal-familja jkollu

t-terapija bħala x-xogħol ewlieni tiegħu? Iva, din hi professjoni bħall-oħrajn. Jista’ jkollok il-klinika tiegħek privata jew/u taħdem mal-Gvern jew mal-privat bl-istess professjoni. Illum din il-professjoni qed tiġi rikkonoxxuta f ’diversi postijiet. Meta naraw tellieqa mal-ħin f ’kulma nagħmlu, naħseb li


13

31.03.2019

kullhadd.com

ftit ħin bil-kwiet fejn tista’ tirrifletti hu parti mit-terapija, għax il-fatt li persuna ssib min jaraha, jismagħha u ssib l-appoġġ, hu ferm importanti għal kull relazzjoni. U hu fatt ippruvat li meta xi ħadd mill-koppja ma’ jsibx lill-parti l-oħra lesta tisimgħu biex iwennisha, japprezaha, juriha li hi tfisser għalih, faċli tfittex dawn il-bżonnijiet f ’ħaddieħor.

l-problemi żdiedu. Għandna l-persuni LGBTIQ+, isseparazzjonijiet, nuqqas ta’ ħin ta’ kwalità bejn koppji li jaħdmu, li kollha jwasslu għal xi diżgwid. Liema tħoss li jkunu l-aktar każi li jersqu għat-terapija? Illum is-sitwazzjonijiet huma kumplessi. Il-qasam tar-rikreazzjoni kiber sew u Malta saret qisha raħal wieħed. Illum dieħla d-drawwa li wieħed joħrog mal-ħbieb anki jekk ikun f ’relazzjoni stabbli. Naħseb li meta xi ħadd mill-koppja tagħżel konsistentament li toħroġ għal rasha, tista’ twassal għal effetti negattivi fir-relazzjoni, għax jitnaqqas il-ħin ta’ kwalità tal-koppja u ma tantx jawgura tajjeb. Il-Malti jgħid li fejn hemm il-qalb jiġru r-riġlejn. Għalhekk meta dak li jidra joħroġ għalih waħdu, jew għaliha weħidha, għax mal-ħbieb isibu ruħhom aktar komdi u apprezzati, allura wieħed irid jistaqsi x’qed jiġri fil-ħajja tal-koppja. Ir-relazzjoni hi xi ħaġa ħajja u jridu jieħdu ħsiebha t-tnejn u jgħożżuha b’rispett reċiproku. Terġa’ l-affarijiet tant huma kumplessi li ħafna drabi bilfors iridu jaħdmu t-tnejn: kemm għax ikunu studjaw aktar mill-imgħoddi u wkoll biex ilaħħqu mal-bżonnijiet tal-ħajja tal-lum, speċjament bil-prezzijiet tal-proprjetajiet. B’hekk dawn iċ-ċirkustanzi jridu jkunu studjati qabel ma wieħed jipponta subgħajh lejn xi ħadd jew xi ċirkustanza partikulari. Ir-rispett lejn il-minoranza hu prinċipju bażiku tad-demokrazija. Fuq l-LGBTIQ+ ngħid li kienu u huma u parti mis-soċjetà u wieħed irid jikkunsidrahom b’dinjità. Irridu ngħixu b’din id-differenza għax naħseb li għandna ħafna x’nitgħallmu fejn tidħol tolleranza għad-differenza. Fuq is-separazzjonijiet, naħseb aktar milli nitkellmu biss fuq kif qed titkisser il-familja u nkunu bħal orakli Griegi, qisu dan hu d-destin magħżul għalina, tajjeb li nkunu profeti tat-tama, li wkoll naraw kif aħna stess nistgħu nibżgħu għar-relazzjonijiet billi noħolqu aktar strutturi ta’ prevenzjoni, edukazzjoni, formazzjoni, tisħiħ u appoġġ fil-pront meta jkun hemm bżonn. Bħala terapista, liema huma l-iktar problemi li titlaqa’ magħhom bħalissa? Biex insemmi tnejn: il-vjolenza domestika u l-infedeltà. Fuq il-vjolenza domestika wieħed jista’ jgħid li hi problema kumplessa u ħafna drabi hi marbuta mat-twemmin patrijarkali ta’ poter u kontroll, fejn matul iż-żminijiet, ir-raġel kellu l-privileġġi, id-drittijiet u pretensjonijiet fuq in-nisa u t-tfal. Jekk persuna trabbiet f ’familja fejn hemm diżrispett lejn il-mara, it-tfal bla ma jridu jiġu influwenzati minn dak l-ambjent u jistennew

Meta jkollok koppja bi problemi, ikun hemm stabbilit kemm-il sessjoni jkollha bżonn? Qabel kien hemm l-idea li t-terapija tirrekjedi numru kbir ta’ sessjonijiet. Illum insibu li l-brief therapies deħlin ġmielhom, speċjalment meta jkun hemm bżonnijiet differenti, limitazzjonijiet finanzjarji u ta’ riżorsi umani. Jien inħobb nistudja man-nies fejn qegħdin u x’jixtiequ. Trid tittratta kull każ għalih. Nemmen li t-terapija tista’ tkun investiment li jrendi bis-sħiħ jekk kull parti tagħmel sehemha. X’differenza tgħaddi bejn l-għajnuna ta’ terapista u dik ta’ saċerdot?

lill-mara tobdihom u ċċedi għal li jgħidu, jew li hi trid tkun responsabbli weħidha għat-tfal u għar-relazzjoni. Twemmin abbużiv hu bbażat meta l-persuna taħseb li hi ċ-ċentru ta’ kollox, tħossha superjuri fuq ħaddieħor u tippretendi bi dritt li tkun servuta. Dan it-twemmin joħloq żbilanċ fir-relazzjoni u nuqqas kbir ta’ ġustizzja u rispett lejn il-persuni l-oħra. Illum nitkellmu wkoll fuq vjolenza bbażata fuq il-ġeneru (ġeneralment issir fuq il-mara), ħafna drabi marbuta mat-twemmin abbużiv tal-irġiel, li jħossu li għandhom dritt jikkontrollaw u jikkmandaw lill-mara. L-abbuż jista’ ma jkunx fiżiku għax hemm dak li ma jidhirx u joqtol; bħall-abbuż emozzjonali, sesswali, psikoloġiku jew finanzjarju. L-infedeltà hi tema oħra li wieħed jista’ jitkellem fuqha fit-tul. Hemm bżonn ta’ tħejjija ta’ xi jfisser commitment għal dejjem u sostenn kemm qabel, fir-relazzjonijiet u anki waqt il-problemi. Jekk koppja tibda tieħu lil xulxin for granted allura faċli wieħed ifittex dawn il-bżonnijiet ta’ apprezzament, għożża, rispett u mħabba ġeneruża xi mkien ieħor. Fuq l-infedeltà wkoll għandna fenomenu, fejn qisu llum, ir-rabta taż-żwieġ m’għadhiex torbot għal dejjem. Nara wkoll li min illum jibqa’ fir-relazzjoni dejjiema, jasal jagħmel dan għax verament irid u jixtieq. Ma rridux ninsew ukoll li fiżżwieġ ikollna tnejn min-nies, ġejjin minn familji, bi sfond differenti, b’karattri differenti u b’aspettat-

Hawn min għadu jaħseb li għand terapista tal-familja ma tistax tmur waħdek. Din mhix idea eżatta, għax it-terapija tista’ tingħata lill-familja, lill-koppji kif ukoll lill-persuni individwali saret importanti ferm l-idea li jkollna ħin biex nisimgħu lil xulxin. Mhux parti titkellem u l-parti l-oħra moħħha xi mkien ieħor, iżda tkellimni u nwieġbek għal li tgħidli u nurik li qed nifhmek. B’hekk jissaħħu r-rabtiet emottivi ta’ bejn koppja. Li tisma’ mingħajr ma tiġġudika jew trid bilfors tagħti parir hu att kbir ta’ mħabba u rispett. Ma ngħidx li d-diżgwid jinħoloq minħabba f ’hekk biss, iżda żgur li llum teżisti ħafna aljenazzjoni u vuċijiet li jridu jikkompetu għall-attenzjoni tagħna bħall-midja soċjali. Kemm tara nies fuq il-mowbajl; kemm kiber l-iscreen-time tagħna ferm aktar mill-face to face-time. Innota x’tagħmel jekk daħallek messaġġ jew ċempillek xi ħadd u tkun qed issuq jew titkellem ma’ xi ħadd, jew qiegħed xi mkien Tħoss li llum, li kulħadd ieħor. Kemm sirna kapaċi nistenmgħaġġel u kulħadd moħħu new u nagħżlu xi rridu aħna? fix-xogħol u fil-flus, jonqos Terġa’ llum, li dak li jkun jagħdak il-kuntatt bejn il-koppja? ti ftit mill-ħin tiegħu lir-raġel, Jaf ikun għalhekk li jaslu lill-mara jew lis-sieħeb/b u ġieli għand terapista? wkoll lit-tfal, qisu qed isir rari u Hawn qisek ilqatt il-musmar fuq ta’ privileġġ. Qed ngħixu f ’ġenn rasu. Illum aktar minn qatt qabel sfrenat kontra l-ħin. Ħafna drabi, tivi differenti li se jgħixu l-kumplament ta’ ħajjithom flimkien u dan mhux dejjem ikun faċli. Madankollu llum, iż-żwieġ sar aktar esperjenza ta’ sfida, għax fil-preżent ħadd mhu se jibqa’ perezempju ma’ raġel għall-flus biss, għax in-nisa jaħdmu u jikkontribwixxu daqs l-irġiel. Jiġifieri ħafna drabi jibqgħu flimkien għax iridu jgħixu hekk u jitgħallmu minn xulxin, għax flimkien isibu l-wens, l-imħabba u l-appoġġ. Fejn jidħlu l-LGBTIQ+ ngħid li l-problemi bejniethom huma simili ta’ koppji oħrajn li xi drabi wkoll ikunu ġejjin minn diżgwid tar-relazzjoni, għax huma wkoll għandhom xewqat u ispirazzjonijiet ta’ xi tfisser ħajja kuntenta u relazzjoni b’saħħitha.

Fit-terapija, persuna trid tkun onesta u trasparenti mat-terapista u tistqarr dak kollu li jkun għaddej, biex it-terapista jkun jista’ joffrilha l-aħjar rimedji. Fil-qrar, kulma jingħad jibqa’ sigriet. It-terapista wkoll iżomm ċerta kunfidenzjalità, iżda fejn ikun hemm riskju ta’ ħsara lill-persuna jew lil terzi, hu obbligat jitkellem. Pereżempju jekk xi ħadd imur għand terapista u jgħidlu li qed jabbuża minorenni, it-terapista ma jistax iżomm din l-informazzjoni għalih, għax hu obbligat jitkellem. Ir-rwol tat-terapista mhux dak ta’ ġudikant li jħoll jew jorbot iżda ta’ persuna li tista’ toffri possibbiltajiet ta’ fejqan u ta’ bidu ġdid u differenti. Kif nistgħu ngħidu li n-nies isibu terapista? Ħafna drabi t-terapisti jingħażlu billi xi ħadd isemmihom ma’ ħaddieħor għax ikun inqeda bihom diġà. Hawn ukoll aġenziji u organizzazzjonijiet tal-Knisja li joffru l-għajnuna ta’ terapija u nimmaġina li llum isibuhom anki permezz tal-midja soċjali. U għaliex ħloqtu assoċjazzjoni? L-ewwel nett biex ikollna saħħa bħala professjonisti f ’dan il-qasam u wkoll bħala union biex nissalvagwardjaw id-drittjiet tal-membri tagħna speċjalment f ’entitajiet governattivi. Nisperaw li permezz ta’ din l-assoċjazzjoni jkollna aktar vuċi fil-komunità biex inkomplu nħabirku għallġid tal-familji Maltin u Għawdxin kollha.


14

31.03.2019

kullhadd.com

WARA L-MEW IKOMPLI JIKK

Matthew Grech - żagħżugħ li riċentement t lil missieru jisħaq li se jkompli jiffoka fuq da

M’ilux għadu kemm mietlek missierek. X’ġara eżatt? it-tieni fil ħassejtni Kienet mewta ferm traġika dik ta’ missieri. Għax tgħid l-età li kel kont qed inħoss li kien se jiġri xi ħaġa. Niftakar li kont irrekordjajt leħen missieri ftit qabel. Hu kien jaħdem X’differe ma’ ħija u ftit tal-ġranet qabel kien ġej jaħdem fuq ilbaħar. Fejn konna qed naħdmu dakinhar kienu Id-differe mgħaġġlin anke għax il-partner li naħdem tina waħd miegħu siefer. Proprjament kellu jsiefer kar li ta’ 1 ġimgħa qabel iżda kien rebaħ safra Imbagħad u għalhekk kien ippjanat li kellu nkompli u jmur għal din il-btala. Għalhekk biex jaran kelli bżonn l-għajnuna sabiex para fil-ka naħdem fuq xi lift. Għall-bidu kollu sabi għedt lil ħija iżda ma setax Sadanitt jiġi dakinhar. Kien għalhekk jiet u nift li offra missieri li jiġi jagħti- Bugeja u ni daqqa t’id. Jien għall-bi- hemm bd du ma ridtx iżda hu nsista petizzjoni miegħi li ried ikun hemm ta bl-aħja miegħi. Bdejna t-Tnejn f ’qalbi kie filgħodu dawn ix-xogħli- sehem filjiet ferm delikati. L-għada tal-kompe t-Tlieta jien wasalt kwarta tard fuq il-post tax-xog- Nimmaġ ħol. Missieri beda jaqla’ xi fil-kompe spaders tal-madum u waqt li kien qiegħed fix-xaft ċeda Ovvjamen kollox u waqa’. l-isport u petizzjoni Missierek kien bniedem Fl-avveni maħbub ferm. Xhieda ta’ dan għax hu k kien il-funeral li kellu li għalih nieħu seh attendew ħafna nies. kullimkien Iva, missieri kien maħbub ma’ ħafna nies. Kien dejjem bid-daħka fuq wiċċu u qatt ma kont narah biddwejjaq. Darba salva ħajjet persuna żgħira wkoll. Waqt li kien qed jagħmilha ta’ sajjied, kien qed jaħsel l-ixkejjer talparit u induna li kien hemm xi ħadd iggranfat mal-qiegħ. Kienet tifla li kienet ħarbet lil ommha u hu għamel minn kollox biex salvaha. Niftakar is-sodisfazzjon li ħass meta rnexxielu jagħmel din il-bravura u anke r-ringrazzjamenti u l-apprezzament li rċieva mingħand l-istess ġenituri. Kif għext il-jiem ta’ wara mewtu?

Nitkellm Bla dubju iżda bħa

Ma nafx naraha bħ pa. Ħafna tizzjoni k

Il-ħajja k

Ifhem diżastru hux. Minn dakinhar ’l hawn għaddew ħafna ġimgħat u nqerr miegħek diffiċli nagħlaq għajn m’għajn. Bdejt naħseb kif seta’ kien dan l-aċċident. Imbagħad tkellimt ma’ diversi persuni u qaluli li l-Bambin riedu dakinhar. Jien ma stajt nagħmel xejn.

Milli nista kollox ħa ijiet li għ jispiċċaw. tat-twelid mewtu. L

Kif bdiet l-imħabba lejn l-isparar?

Tħoss ra

Missieri kien kaċċatur u meta kont żgħir kont immur miegħu. Minn dejjem kien jeħodni miegħu kull fejn imur. Kien anke jeħodni fir-range tal-plattini fil-Bidnija. Niftakar li kelli madwar 13-il sena meta bdejt nispara. Minn hemm ’l hemm qatt ma ħarist lura tant li anke sifirt diversi drabi mat-tim nazzjonali. Bdejt nispara fuq trap imbagħad żidt għal doubletrap. Ta’ 15-il sena kont ġejt

Lanqas xe ħoss rabj tani ċ-ċan

Kull darb

Bilfors għ


15

31.03.2019

kullhadd.com

WTA TRAĠIKA TA’ MISSIERU... KONĊENTRA FUQ L-ISPARAR

tilef lil missieru f’inċident traġiku waqt li kien fuq xogħlu. Huwa ilu jispikka fl-isparar iżda wara li tilef an l-isport, b’missieru jkun fil-ħsibijiet profondi tiegħu waqt li jkun qed jispara.

l-kompetizzjoni tal-juniors. Tista’ taħseb kemm Anke meta rrappreżentajt lil pajjiż. Kien kburi bija u dejjferħan li wasalt għal dan it-tragward minkejja em sibtu ta’ appoġġ f ’kulma kont nagħmel. lli. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ enza hemm bejn trap u doubletrap? dwar l-importanza tal-ħajja.

enza hija waħda sempliċi. Trap tispara fuq platda filwaqt li doubletrap tispara fuq tnejn. Nifta15-il sena kont ġejt it-tieni fil-kategorija Juniors. d kont waqaft ftit iżda missieri kien iffissat li u offrieli li jħallasli. Kien jagħmel minn kollox ni għaddej f ’dan l-isport. Imbagħad bdejt nisategorija amateurs tad-dritta. Ridt nagħmel dan iex ma naqtax mill-isparar. tant kont ħadt sehem fil-kompetizzjoni tat-timitakar li kont ilqatt 50 minn 50. Kien rani Jimmy ħeġġiġni biex nibda nispara doubletrap. Minn diet avventura ġdida għalija. Mort f ’ħafna komijiet Ewropej, mondjali u rrappreżentajt lil Malar mod possibbli. L-iktar kompetizzjoni li tibqa’ enet dik li saret fl-Ażerbajġan meta konna ħadna -kampjonat Ewropew u temmejna fit-tielet post etizzjoni u ħadna l-midalja tal-bronż.

ġina li missierek se jkun f ’moħħok etizzjonijiet tal-ġejjieni hux hekk?

nt hux! Kien missieri li ħeġġiġni biex nibda dan u bilfors li niftakar fih. Niftakar li fl-aħħar komi li rani nieħu sehem fiha kont ġejt fit-tielet post. menti futuri jien se nkun qed niftakar f ’missieri kien u għadu l-ispirazzjoni tiegħi. Hu ħeġġiġni hem f ’dan l-isport u se nġorr il-memorja tiegħu n.

mu ftit dwar ix-shootingrange f ’Ta’ Kandja. u li hemm faċilitajiet mill-aqwa u moderni alissa mhix qed tintuża. X’ġara eżatt?

eżattament ir-raġuni għaliex mhix tintuża. Jien ħala waħda mill-isbaħ shootingranges tal-Ewroa faħħru l-faċilitajiet li fiha waqt l-aħħar kompekbira li saret f ’Ġunju.

kif bdejt taraha wara l-mewt ta’ missierek?

a’ ngħid s’issa, sirt napprezza dak li għandi. Wara dd ma jaf xħin se jsejjaħlek il-Bambin. L-affarħandek f ’din id-dinja huma kollha materjali u Jien nemmen fid-destin u nemmen li mad-data d ta’ bniedem partikolari hemm ukoll id-data ta’ Li hu minn Alla ma jħassru ħadd.

abja lejn Alla?

ejn. Jien nemmen fiH u għalhekk ma nistax ina lejH. Għandi l-fidi f ’Alla u nirringrazzjah li ns inqatta’ dan iż-żmien ma’ missieri.

ba li tirbaħ taħseb f ’missierek?

ħax kien iffissat fuqi. Dejjem kien jitla’ jarani.

L-ewwel u qabel kollox ngħid lil dak li jkun sabiex japprezza l-affarijiet li toffrilna l-ħajja. Aħna qegħdin hawn mislufin. M’aħniex għal dejjem. Min għandu xi ġenitur u mhux ikellimhom fuq xi ċuċata jaħsibha sew għax dawn mhumiex eterni. Jien m’għandi l-ebda sens ta’ ndiema f ’dan ir-rigward għax dejjem kont twajjeb ma’ missieri u jien qatt ma rajtu bid-dwejjaq. Dejjem jidħak u jiċċajta. Hekk sabiħa l-ħajja li teħodha b’pożittività. Nixtieqek tgħaddili messaġġ ukoll għal dawk ittfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u jitħajru jaqbdu l-isport tal-isparar. Jien ngħidilhom li l-isparar huwa sport sabiħ immens u li ġab ħafna unuri lejn pajjiżna. Nemmen li hawn ħafna talent u forsi b’daqsxejn aktar għajnuna nistgħu mmorru aħjar. Naf li hu sport li jiswa ħafna flus. Miżerjament għandek €150 fil-ġimgħa skrataċċ minkejja li ma tkunx qed tagħmel xi taħriġ ta’ barra minn hawn. Minkejja kollox qatt m’għandek taqta’ qalbek anzi huwa importanti li tieħdu bis-serjetà għax fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultati jiġu bil-mod.

Kien missieri li ħeġġiġni biex nibda dan l-isport u bilfors li niftakar fih. Niftakar li fl-aħħar kompetizzjoni li rani nieħu sehem fiha kont ġejt fittielet post. Fl-avvenimenti futuri jien se nkun qed niftakar f’missieri għax hu kien u għadu l-ispirazzjoni tiegħi. Hu ħeġġiġni nieħu sehem f’dan l-isport u se nġorr il-memorja tiegħu kullimkien


16

31.03.2019

XI JRIDU N-NIES? Alex Agius Saliba Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

L-Ewropa hija tan-nies u mhux ta’ xi erba’ politiċi li jriduha tal-għorrief. Fil-Parlament Ewropew issib “irjus kbar” li b’arroganza assoluta jaħdmu biss fl-interess personali u tal-aġenda politika tagħhom. Jiġu jaqgħu u jqumu minnek allavolja tkun int li tellajthom - allavolja suppost qed jirrappreżentaw lilek u lil pajjiżek. Hija ħasra għax il-ħidma li ssir fl-istituzzjonijiet Ewropej tassew tista’ ssarraf f ’aktar ġid għaċ-ċittadini u l-pajjiż. U biex taħdem fl-interess tan-nies trid tisma’ xi jridu n-nies. Irid ikollok rieda tajba u ġenwina biex ittejjeb ħajjet iċ-ċittadini Maltin

u Ewropej. Ma tridx tingħalaq f ’torri tal-avorju u mingħalik issir xi ħlejqa superjuri. Ma tistax titmejjel bil-poplu – f ’wiċċu tgħidlu “kemm qed naħdem għalik” u minn wara dahru tagħmel eżatt bil-kontra! Matul il-ġimgħa li għaddiet kien hemm ħafna attività fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Fil-fatt, hekk kif l-elezzjonijiet ta’ Mejju qed joqorbu dejjem aktar, jonqos biss l-aħħar żewġ sessjonijiet fil-Parlament li jinsab fil-belt Franċiża. Il-ħidma li twettqet f ’din l-aħħar leġiżlatura fil-Parlament Ewropew qiegħda tingħalaq b’vot finali fuq aktar minn 100 rapport differenti li għadhom miftuħin. Diġà ttieħed vot fuq għadd ta’ atti ta’ importanza kbira. Dan huwa l-iktar żmien bieżel tal-Parlament Ewropew u r-riżultat ta’ dak li qed jiġi ffinalizzat se jkun qed jaffettwa lil kull wieħed u waħda minna, fit-tajjeb u filħażin. F’dawn il-ġranet rajna diskussjonijiet, dibattiti u fuq kollox deċiżjonijiet dwar sensiela twila ta’ kwistjonijiet. Segwejt b’attenzjoni partikolari dak li ġie

u qed jiġi deċiż dwar ir-riforma tal-copyright; is-saltna taddritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; ir-reati finanzjarji, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa; il-limiti l-ġodda fuq l-emissjonijiet tal-karozzi; il-qlib tassiegħa darbtejn fis-sena. Dawn il-kwistjonijiet qed ikomplu jifformaw l-Ewropa u l-Malta tallum u ta’ għada. Segwejt ukoll id-dibattiti u l-voti dwar ir-regoli fuq l-użu tal-plastik, il-protezzjoni tal-ħaddiema, il-fondi Ewropej, id-drittijiet tal-konsumatur u t-titjib tal-kwalità tal-ilma tax-xorb. Kif qegħdin taraw huma oqsma li nħabbtu wiċċna magħhom ta’ kuljum. Il-futur tagħna jiddependi, ħafna iktar milli xi kultant naħsbu, mid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew. Meta nkun qed insegwi b’reqqa dak li jkun għaddej fi Brussell u fi Strasburgu dejjem jiġuni quddiem għajnejja n-nies. Nara kif proposta jew oħra tista’ tolqot lill-Malti, lill-Għawdxi u lil pajjiżi. Niftakar dejjem f ’dak li tgħiduli intom meta tiltaqgħu miegħi u tiftħu qalbkom dwar dak li jħassibkom u jinkwetakom kif ukoll dwar dak li tixti-

equ u tistennew. Ma naħsibx li qed nagħmel xi ħaġa speċjali u m’iniex nistenna l-prosit għax qed nagħmel dan. Fuq kollox, huma d-dover u r-responsabbiltà tiegħi jekk irrid inkun rappreżentant denju tagħkom u ta’ pajjiżi. Qatt ma nista’ nifhem, naċċetta u nittollera l-ħidma li saret kontra Malta f ’din il-leġiżlatura. Minn wara l-kwinti kellna Maltin bħalna li kienu qegħdin ixewxu kemm jifilħu kontra Malta. Dawn l-Ewroparlamentari lanqas biss jixirqilhom li jissejħu “Maltin” u “rappreżentanti tal-poplu”. Dawn is-snin kollha fil-Parlament Ewropew “użawhom” biex iħammġu isem Malta. Minflok ħadmu biex il-pajjiż javvanza u ċ-ċittadin igawdi, stinkaw biex Malta taqla’ daqqiet kemm tiflaħ. Ikolli aptit nidħol mill-iscreen meta nara xi Ana Gomes titkellem b’dak il-mod dwar Malta u dwarna l-Maltin. Inkun nixtieq qiegħed hemm biex inċanfarha u ngiddibha quddiem l-MEPs Ewropej l-oħrajn, li qegħdin jisimgħu u sfortunatament ġieli jibilgħu l-gideb u l-ħmieġ li qiegħda xxerred. Imbagħad

kullhadd.com

tara inkwadratura ta’ Metsola u Casa b’dik in-nofs tbissima, li min jaf kemm ikunu qegħdin jitgħaxxqu u jitpaxxew minn ġewwa għax pajjiżna qed jiġi mżeblaħ! X’jimpurtahom mill-interess tal-poplu u talpajjiż?! X’jimpurtahom minn xi jridu n-nies?! Aktar ma nara dawk l-affarijiet, aktar tiżdiedli r-rieda li naħdem biex nikxef dan il-qerq. Determinat li lil dawn l-ipokriti nwaqqgħalhom il-maskra u nikxef il-veri kuluri tagħhom fuq sfera Ewropea. Konvint li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin tixtieq politika differenti minn dik li użaw l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti. Dak li jridu n-nies hija Malta li tkun imfaħħra fl-Ewropa. In-nies ta’ rieda tajba, hi x’inhi l-fehma politika tagħhom, iridu li pajjiżna jkun stmat u jiġi rrispettat mill-Ewropej. Iċ-ċittadini jixtiequ deċiżjonijiet Ewropej li jaffettwawhom fil-pożittiv, li joffrulhom opportunitajiet ġodda, li jtejbulhom ħajjithom. Kif tista’ tifraħ li ssir il-ħsara lilek u lil pajjiżek? Huwa biss l-iblah, li taqlagħlu għajnu u jifraħ!

INKOMPLU L-BIDLA F’PAJJIŻNA

Stefan Zrinzo Azzopardi Membru Parlamentari

Pajjiżna mexa l-aktar ’il quddiem meta ħa d-deċiżjonijiet kuraġġużi u wettaq dawk il-bidliet li tant kienu meħtieġa. Bidliet li kienu jeħtieġu mexxejja determinati biex dawn iseħħu. Dawn l-għażliet wasslu biex pajjiżna wasal fejn jinsab illum. Meta l-Perit Mintoff sar Prim Ministru fis-sena 1971, pajjiżna kien għaddej minn żminijiet ta’ sfidi kbar. Kien pajjiż li kien għadu kif ħa l-Indipendenza iżda kien għad fadallu preżenza militari tal-Ingliżi. Bosta siti

strateġiċi kienu għadhom mhux meħlusa u meqjusa bħala żoni li fihom il-Maltin ma setgħux jidħlu. L-ekonomija ta’ pajjiżna, kemm bħala postijiet tax-xogħol kif ukoll bħala dħul għallpajjiż, kienet għadha dipendenti ħafna fuq dak li kienu jħallu l-Ingliżi. Il-finanzi tal-Gvern Malti kienu fi stat ħażin, il-bażi industrijali ma kinetx għadha teżisti u l-poplu kien għadu jgħix f ’kundizzjonijiet diffiċli b’nuqqasijiet kbar fid-drittijiet li jgawdu l-ħaddiema. Kien f ’dan l-isfond li Mintoff kien ħa d-deċiżjoni li jaħdem u jikseb il-ħelsien għal pajjiżna. Dawn kienu ċ-ċirkustanzi li kien qed jaffaċċja meta għażel li jmur biex jiftiehem mal-Ingliżi u jsir il-ftehim li wassal biex fil31 ta’ Marzu 1979, pajjiżna jikseb il-ħelsien sħiħ. Dik l-għażla kienet teħtieġ kuraġġ u determinazzjoni. Kienet bidla li trasformat lil pajjiżna b’mod totali. Minn hemm beda proċess sħiħ mhux biss

biex jinkiseb il-ħelsien iżda beda proġett bla preċedent li ta lill-poplu Malti l-istat soċjali bl-introduzzjoni ta’ diversi drittijiet għall-ħaddiem, proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali u benefiċċji soċjal li għadna ngawdu llum. Din il-bidla xprunat bidliet oħra li permezz tagħhom beda jinħoloq ix-xogħol permezz ta’ investiment fil-qasam tal-industrija. Pajjiżna beda jaħdem biex ikollna infrastruttura tajba li sservi l-ħtiġijiet ta’ pajjiżna. Investiment qawwi fis-settur tatturiżmu, żieda fil-qasam edukattiv u bidu ta’ diversi oqsma lkoll maħsuba biex jissostitwixxu l-postijiet tax-xogħol li ntilfu mat-tluq tal-Ingliżi. Kien hemm diffikultajiet biex seħħ dan kollu. Kien hemm nuqqasijiet u kien hemm sfidi li kellhom jiġu megħluba, iżda l-viżjoni u l-kuraġġ fit-tmexxija wasslu biex illum qegħdin niċċelebraw l-40 anniversarju mill-kisba tal-ħelsien. Matul dawn l-40 sena, pajjiż-

na għadda minn ħafna tiġdid. Pajjiżna ttrasforma ruħu ferm aktar u l-ekonomija ta’ pajjiżna llum hija fost l-aktar attivi u qed tirreġistra tkabbir mingħajr preċedent sena wara oħra. Pajjiż li għażel li għandu jkun parti mill-Unjoni Ewropea u li llum qed jirreġistra suċċess tant li qed nilħqu l-mira li nkun l-aqwa fl-Ewropa minkejja ċ-ċokon tagħna. Dan kollu qiegħed iseħħ għaliex mill-ġdid, pajjiżna għandu tmexxija kuraġġuża li ma tiddejjaqx twettaq bidliet meħtieġa. Tmexxija li tħares lejn il-futur u tagħmel l-għażliet meħtieġa biex pajjiżna jkun lest għall-isfidi tal-lum u ta’ għada. It-tmexxija ta’ Joseph Muscat, mill-ġdid tikkonferma li pajjiżna dejjem għamel l-akbar kisbiet kull meta wettaq l-akbar u l-aqwa bidliet. Pajjiżna qiegħed jindirizza kwistjonijiet li kienu ilhom li tħallew lura għal bosta snin. Rajna kif pajjiżna għamel kisbiet fl-oqsma tad-drittijiet ċivi-

li. Drittijiet li wasslu lejn aktar ugwaljanza f ’pajjiżna u pajjiżna llum huwa meqjus fost l-aqwa f ’dan il-qasam. Bidliet li rajna pajjiżna jwessa’ l-possibbiltajiet għal aktar investiment u tkattir ta’ opportunitajiet ta’ xogħol. Pajjiżna qed iwettaq bidliet f ’liġijiet marbuta mal-governanza li ħaddieħor, minkejja li mexxew lil pajjiż għal 25 sena, qatt ma wettqu imqar parti millbidliet kbar li seħħu fl-aħħar sitt snin u li qed iseħħu bħalissa. Jeħtieġ li nħarsu ’l quddiem u nkomplu nagħmlu l-għażliet tagħna fl-isfond ta’ dak li se joffri l-ġejjieni. Irridu nwettqu bidliet biex nassiguraw aktar ugwaljanza fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà. Irridu nkomplu nħejju lil pajjiżna u l-ġenerazzjonijiet futuri għallbidliet li se jkomplu jseħħu bl-avvanzi teknoloġiċi. Bl-istess determinazzjoni, viżjoni u kuraġġ li ta qabilna ġabu l-ħelsien, se naħdmu biex inkomplu l-bidla f ’pajjiżna u nħejju għall-futur.


17

31.03.2019

kullhadd.com

TEFA’ L-ĠEBLA FUQ SAQAJH Editorjal

F’dan il-każ li kieku Adrian Delia talab inkjesta dwaru nnifsu minnufih u meta appellawlu ħafna, sal-lum forsi nafu l-verità dwaru

Is-Sibt li għadda meta ħafna mill-gazzetti tal-Ħadd, inkluż dik tagħna, kienu kważi lesti mix-xogħol jistennew ir-riżultat tal-logħba tat-tim nazzjonali l-Partit Nazzjonalista bagħat sejħa għall-kmamar tal-aħbarijiet. Rari ħafna li l-ġurnalisti jissejħu fid-Dar Ċentrali jew iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista s-Sibtijiet filgħaxija sakemm ma tkunx xi ħaġa urġenti. Għalhekk kien ċar mill-bidu li dak li kien se jitkellem fuqu l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jkun suġġett tal-ikbar serjetà. Kif fil-fatt kien. Adrian Delia tkellem dwar l-akkużi serji li hemm fil-konfront tiegħu. Akkużi li issa ilhom jiġru warajh u li kienu oriġinaw minn ħdan il-Partit Nazzjonalista. Akkużi li issa baqgħu miegħu tul iż-żmien li ilu kap tal-partit. Adrian Delia sejjaħ lill-midja għax sar jaf li l-Ħadd (li għada) kien se jkun hemm rapporti ġodda dwar dan u Delia ried jitkellem qabel joħorġu

dawn ir-rapporti fil-faċċata tal-istess gazzetta li tant kwota Ħadd wara Ħadd meta fil-mira tar-rapporti seta’ kien hemm uffiċjali tal-partit oppost. Issa Delia għandu kull dritt jagħmel dan. Iżda, għal darb’oħra reġa’ ħareġ li ftit li xejn jista’ jkun kredibbli. Dan għax kważi sena u nofs wara li l-allegazzjonijiet dwaru feġġew għall-ewwel darba ħareġ jgħid li d-dokumenti fejn hemm firem tiegħu huma foloz. Fuq kollox ħareġ kif għal darb’oħra Adrian Delia kien qabillu li sema’ mill-Partit Laburista u din mhix l-ewwel okkażjoni li ġralu hekk. F’dan il-każ li kieku Adrian Delia talab inkjesta dwaru nnifsu minnufih u meta appellawlu ħafna, sal-lum forsi nafu l-verità dwaru. Delia seta’ mar għand maġistrat u ssoġġetta lilu nnifsu għal investigazzjoni bl-għeruq u x-xniexel. Dan biex imbagħad ikun hemm konklużjonijiet li ma jħallu ebda dubju dwar jekk ikunx qal is-sewwa jew le.

Iżda, għal raġunijiet strambi ma riedx jagħmel dan. Anzi kawżi li kien hemm il-Qorti u li setgħu jagħtu xi ħjiel dwar il-verità ġera jirtirahom mal-ewwel ċans li kellu. Iżda, mhux dan biss wera li Adrian Delia mhux bniedem kredibbli. Wara xhur jistrieħ fuq dokumenti leaked tal-FIAU u artikli fil-gazzetti għall-argumenti politiċi tiegħu is-Sibt kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga l-istess għejun ta’ informazzjoni li meta setgħu ppuntaw lejn ħaddieħor hu rikeb fuqhom, użahom u saħansitra sejjaħ għar-riżenji. Delia ma tilifx okkażjoni kull darba li kien hemm artiklu f ’gazzetta li seta’ deher li jista’ jagħtih vantaġġ politku, jużah u jispara bl-addoċċ. Mingħajr verifiki, mingħajr ebda kunsiderazzjoni dwar jekk dak miktub hux il-verità kollha jew le. Hawn Delia reġa’ ħareġ bħala politiku tad-double standards. Ta’ bniedem li għadu ma fehemx li llum jokkupa kariga kostituzzjonali

u mhux kariga fejn jista’ jitkellem bl-addoċċ. X’kuntrast mal-Partit Laburista li anke din id-darba nnota li jekk hemm investigazzjonijiet xi jsiru għandhom isiru f ’serenità u jikkummenta ladarba jkunu konklużi. Dikjarazzjoni li reġa’ għamilha l-Prim Ministru l-Ħadd li għadda. Il-kredibbiltà tal-Partit Laburista ġejja mill-konsistenza u mir-rispett lejn l-awtoritajiet li jitħallew jagħmlu xogħolhom u l-konklużjonijiet tagħhom ikunu mhux biss rispettati iżda tittieħed azzjoni dwarhom. Għal Delia dan ma jgħoddx. Għalhekk ukoll spiċċa mhux kredibbli. Għalhekk tefa’ l-ġebla fuq saqajh meta ma qgħadx għal inkjesta maġisterjali. Għalhekk tefa’ l-ġebla fuq saqajh meta wiegħed mod ġdid u minflok inħakem minn dawk ta’ qablu. Illum idur madwaru jipprova jifhem x’qed jiġri. Jara kif jista’ jwaħħal fl-avversarji politiċi għal attakki li jorġinaw minn ħdanu.


18

31.03.2019

kullhadd.com

IL-FESTA TA’ SAN PATRIZJU

Mid-Djarju ta’ Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu Minn Tas-Sliema għal Marsamxett. Mill-Kottonera għall-Port il-Kbir. Minn Ħal Lija għar-Rabat għall-festa ta’ San Ġużepp u għaż-żeppoli. Jaħdem kemm jiflaħ qiegħed, man, il-Kap Adrian Delia. U minkejja dak il-ġiri kollu llum reħielha lejn Brussell biex jattendi l-laqgħa tal-partit tagħna fl-Ewropa, il-Partit Popolari Ewropew. Fil-Parlament Ewropew ilna ngawdi l-maġġoranza snin twal, jekk mhux sa mill-bidu tiegħu. Hemmhekk tal-Labour m’għandhomx ċans jaqilbuhielna, anke fl-elezzjoni li ġejja żgur li se niksbu l-maġġoranza. Anzi hemm ċans li nsaħħuha għax jien ngħid li fl-elezzjoni ta’ hawn Malta aħna se ntellgħu erbgħa. Il-Ġimgħa, 22 ta’ Marzu Milli jidher ma tantx taw kasu fi Brussell lil Adrian Delia għax ħlief mal-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Greċja ma ltaqax. Setgħu tawh aktar wiċċ Angela Merkel u Therese May, forsi bħal Simon kien ikollu ritratt ma’ Merkel għall-inqas. Imma nsomma, dik dalwaqt għal barra, u fuq kollox aħna mhux min jagħti kasu barra rridu, għax dawk kannoli bla krema, imma min jagħti kasu hawn Malta. U hawn Malta jagħtu kasu qegħdin, man! Issa anke l-Gvern ta’ Joseph Muscat qiegħed jagħti kasu, tant li kellu jċedi għall-pressjoni tiegħu u se jressaq liġi biex jibda jagħmel dak li qaltlu biex jagħmel il-Kummissjoni Venezja. Is-Sibt, 23 ta’ Marzu Kun af li huwa minnu li l-Laburisti jaslu għal kollox. Għax jafu li m’għandhomx ċans jirbħu l-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej, qegħdin jaraw x’jivvintaw. Mhux biss jivvintaw, imma jiffalsifikaw il-firma tal-Kap tagħna fuq dokumenti biex iħammġu lilu u lill-familja tiegħu. Għamel sew il-Kap Adrian

Delia li mill-ewwel neħħielhom it-tapit minn taħt saqajhom billi ta konferenza tal-aħbarijiet u kixef l-ingann li qegħdin jippruvaw iwettqu. Li ma nistax nifhem f ’dan kollu huwa kif fl-istorja hemm imdaħħal ukoll il-ġurnal The Times għax dawn suppost li huma magħna. Imma donnhom li għadhom ma jistgħux iniżżluha li Adrian Delia issa huwa l-kap tagħna, kif wara kollox kellhom iniżżluha Simon Busuttil & Co. Il-Ħadd, 24 ta’ Marzu Illum sirt naf aktar għaliex tal-Labour huma ndannati u qegħdin jagħmlu minn kollox biex iħammġu isem il-Kap tagħna Adrian Delia. Grazzi għall-aqwa ġurnalista li għandna f ’pajjiżna, Joe Mikallef (bil-‘k’ mhux bis‘c’), sirna nafu li fil-partit tagħhom għandhom inkwiet kbir mhux ftit. Waqt li aħna magħqudin aktar minn qaqoċċa nejja, huma ħlief jiġġieldu mhumiex. Imma żgur li qatt mhu se jirnexxilhom jagħmlu mqar l-iċken girfa lir-reputazzjoni tal-Kap tagħna. Konvint għax anke llum qalilhom ċar u tond, u bl-aktar mod konvinċenti li lilu qatt u qatt mhuma se jintimidawh u li se jkompli bil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni, kif wara kollox kien għamel u għadu jagħmel ta’ qablu, Simon Busuttil. It-Tnejn, 25 ta’ Marzu Ara min reġa’ tfaċċa! Ilfamuża Ewroparlamentari Portugiża Ana Gomes. Kif kienet qiegħda tagħmel sa ftit tax-xhur ilu, għal darb’oħra wrietna li ma tibżax minn Joseph Muscat. Anzi ħraxet aktar kontra tiegħu. Illum, fil-Parlament Ewropew akkużatu li qiegħed ikompli jipproteġi lil dawk li qatlu lill-bloger Daphne Caruana Galizia. Minn fejn ġabitha din ma nafx, għax sa fejn naf jien hemm tliet irġiel li jinsabu mixlija bil-qtil tagħha. Imma

jien niġi naqa’ u nqum minn fejn ġabitha, l-aqwa li reġgħet tfaċċat biex tkompli tagħmel ħsara lil Joseph Muscat u tgħin lilna nirbħu l-elezzjonijiet ta’ Mejju. It-Tlieta, 26 ta’ Marzu Simon reġa’ għamilha, man! Rebaħ ma nafx kemm-il elf ewro minn kawżi ta’ libelli li għamel lill-gazzetti u lill-istazzjon tal-Partit Laburista. Ma nafx x’se jagħmel b’dawk l-eluf kollha imma jkolli ngħid li se jibża’ għalihom biex ikollu x’jonfoq fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni li qal li se jkompli sejjer biha sakemm jirbaħha. Għax ngħiduha kif inhi, jekk ma jġibhiex żewġ fil-Qrati Maltin, ikollu jirrikorri għal xi Qorti fl-Ewropa u biex tmur quddiem Qorti Ewropea ma tridx ewro jew tnejn, imma trid eluf ta’ ewro. Imma li kont jien, kont ngħaddihom lill-partit tagħna biex jużahom fil-kampanja elettorali li għaddejjin biha, u b’hekk jagħti risposta lil kulħadd li issa, huwa u l-Kap Adrian Delia saru ħaġa waħda u qegħdin jaħdmu id f ’id.

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Sena wara l-oħra, il-festa ta’ San Patrizju, iktar qed tikber fil-popolarità tagħha f ’pajjiżna. Ċertament mhux fejn tidħol devozzjoni lejn il-qaddis iżda f ’konsum ikbar ta’ alkolħol u min jaf x’iktar! M’għandi l-ebda oġġezzjoni għal dan għaliex nifhem ukoll li okkażjonijiet bħal dawn, jgħinu wkoll lin-negozju. Madanakollu, inħoss li f ’ċerti ċirkustanzi, l-aspett kummerċjali qed jirbaħ dejjem fuq il-bilanċ li suppost ikun hemm bejn in-negozju u r-residenti fil-lokalitajiet tagħna. Nifhem u naf li diversi entitajiet fosthom; il-Fondazzjoni għal Żoni Turistiċi, id-Direttorat tat-Tindif, il-Pulizija u oħrajn, għamlu dak kollu possibbli sabiex, meta ntemm kollox is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal fl-iqsar żmien possibbli. Dan ma naqqas xejn però mill-inkonvenjenza kbira li jridu jgħaddu minnha r-residenti taż-żona ta’ San Ġiljan f ’okkażjoni bħal din. Li numru kbir ta’ residenti jispiċċaw L-Erbgħa, 27 ta’ Marzu jagħmlu ġurnata sħiħa msakkrin fi djarhom f ’ġieħ San Patrizju, mhix Ikolli ngħid li din il-kam- xi ħaġa raġunata. Li arterja prinċipapanja li qbadna li permezz li bħal dawret Spinola, tagħmel ġurtagħha qegħdin nippruvaw nata magħluqa, lanqas. Dan ħarbat inwasslu messaġġ li l-Gvern ta’ Joseph Muscat m’għandu l-ebda pjan għajr li jkabbar il-popolazzjoni biex tikber l-ekonomija, qiegħda tħalli riżultati pożittivi. Li ma kienx hekk ma nirrepetux l-istess ħaġa jum wara ieħor. U mhux biss ilKap Adrian Delia qiegħed jirrepeti l-istess kliem kuljum, imma anke deputati oħrajn, kif ukoll kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew qegħdin jirrepetu l-istess kliem. Nispera li m’hawnx xi qabda barranin li għandhom ilvot, għax jekk isegwu dak li qegħdin ngħidu aħna, nibża’ li l-ebda wieħed minnhom ma jivvota għalina.

il-ħin u r-rotot tal-karozzi tal-linja u tat-trasport pubbliku u wassal ukoll għal sigħat ta’ stennija u traffiku kbir minn lokalitajiet bħas-Swieqi, Pembroke u Baħar iċ-Ċagħaq. Dan japplika għal żoni oħra madwar ilpajjiż. Ikun iktar jagħmel sens li flok ikollna diversi postijiet b’sitwazzjonijiet bħal dawn, ikun hemm post wieħed ċentrali li fih issir l-attività. Residenti li joqogħdu fit-toroq tal-madwar. Kemm tul triq San Ġorġ u anki x-xaqliba l-oħra lejn triq Lapsi u sat-telgħa ta’ Ta’ Ġiorni, spiċċaw ma jistgħux joħorġu l-vetturi tagħhom mill-garaxxijiet u bla post fejn jipparkjaw. Ċertament li dan mhux bilanċ bejn l-attività tan-negozju u serħan ilmoħħ taċ-ċittadin. La huwa evidenti li din il-festa qed tiġbed lejha numru ikbar ta’ nies, huwa naturali li din tiġi mmexxija għal post iktar miftugħ u ’l bogħod mir-residenti. Iż-żona msemmija, hija diġà mekka għal kull tmiem il-ġimgħa u ċertament li ma tiflaħx għal iktar piżijiet bħal dawn. Qed ngħid dan mhux bħala wieħed li ngħix hemm, ifisser li m’għandi l-ebda kunflitt ta’ interess, għajr li nifhem il-karba tar-resident, joqgħod fejn joqgħod. Inħoss ukoll li anki bħala Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, għandna nagħtu appoġġ lill-Kunsilli tagħna f ’okkażjonijiet bħal dawn, sabiex ma jitħallewx weħidhom. Għaldaqstant, qed nappella sabiex minn issa jibdew isiru l-laqgħat meħtieġa sabiex possibilment jinstab post alternattiv fejn tiġi organizzata din l-attività tal-massa. Ma nistgħux nibqgħu nippermettu li din tibqa’ ssir fuq l-għatba tan-nies. Ċertament li bi ftit rieda tajba, immaġinazzjoni u ħafna koperazzjoni, dan il-għan jista’ jintlaħaq.

Ix-xeni li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema tad-Direttorat tat-Tindif



20

31.03.2019

kullhadd.com

MARA, TOQGĦODX GĦAS-SWAT MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

“Mara, toqgħodx għas-swat. Qum u ddefendi ruħek.” Dan huwa l-messaġġ li qed tgħaddi lin-nisa kollha, kbar u żgħar, iżżagħżugħa mill-Ġordan, Lina Khalifeh, fundatriċi u imprenditriċi ta’ SheFighter, iċ-ċentru ta’ taħriġ fl-awtodifiża esklussivament għan-nisa. L-idea sabiex tiftaħ dan iċ-ċentru tagħtielha ħabiba tagħha lura fl-2004. Jum wieħed, meta kienet għadha qed tistudja l-Università, Lina ltaqgħet ma’ ħabibitha u nħasdet meta ratilha wiċċha kollu mbenġel bid-daqqiet li kienet qalgħet mingħand missierha u ħuha fuq banalità. Ma kenitx l-ewwel darba għal Lina Khalifeh li rat fuq sħabha xebbiet jew nisa miżżewġin is-sinjali ta’ swat riżultat ta’ vjolenza domestika. Din id-darba ddeċidiet li riedet tgħin lil ħutha n-nisa billi tagħtihom il-forza mentali u fiżika li jeħtieġu sabiex jiddefendu ruħhom mill-abbuż fiżiku u sesswali. L-ewwel ċentru fetħitu fil-kantina tad-dar tal-ġenituri tagħha. Ta’ min jgħid li Lina Khalifeh għandha kważi 20 sena ta’ taħriġ u esperjenza fl-arti marzjali. Ħadet sehem kemm–il darba f ’kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali u rebħet għadd ta’ titli wkoll. Dak li taf, Lina qiegħda tgħaddih lil nisa oħrajn sabiex fi kliemha stess tkun qed issolvilhom problema u jitgħallmu jqumu għad-drittijiet tagħhom, mhux biex sempliċement jilqgħu għad-daqqiet ta’ ponn imma biex saħansitra ma jiddependu fuq ħadd finanzjarjament u jrabbu biżżejjed fiduċja fihom infushom għal ħajja indipendenti.

Lina kienet tagħti t-taħriġ wara l-ġurnata tagħha tax-xogħol imma meta aktar tfajliet u nisa bdew ġejjin kellha torganizza ruħha aħjar u dak li beda f ’kamra ġewwa kantina issa beda jikber u sar gym armat professjonalment għat-taħriġ fiżiku u arti marzjali. Lina Khalifeh bdiet tħoss ilbżonn li tieħu t-taħriġ hi wkoll; sintendi mhux fl-awtodifiża iżda fuq kif tmexxi impriża li aktar ma tmur aktar bdiet tikber. Wara sjuf ta’ taħriġ hi daħlet fi sħab ma’ gyms oħrajn sabiex f ’Ġunju 2012 nediet uffiċjalment SheFighter, l-ewwel ċentru ta’ awtodifiża uniku għan-nisa, fil-Ġordan u l-Lvant Nofsani. Ir-reazzjonijiet kienu mħalltin għal ċentru ta’ dan it-tip f ’pajjiżi bħalma hu l-Ġordan fejn id-dominanza maskili għadha qawwija ferm. Lina tispjega li xebbiet jispiċċaw jigdbu mal-ġenituri biex ma juruhomx li qed imorru jieħdu taħriġ fl-awtodifiża. Hi tgħid li f ’dawn il-każi trid tirraġuna b’moħħ miftuħ; għadaqstant hi tistiden lill-missier jew kustodju tax-xebba sabiex jiġu u jaraw b’ għajnejhom x’jinvolvi t-taħriġ u l-importanza tiegħu. Fil-parti kbira tal-każi l-ġenitur jifhem l-iskop ġenwin li għalih infetaħ iċ-ċentru. Drabi oħrajn, Lina ġiet ikkonfrontata b’argumenti li ma tistax issolvi l-vjolenza bil-vjolenza. Iżda Lina ma tħalliha għallmelħa lil ħadd u tirrispondi hekk: “Din tissejjaħ awtodifiża. Għandna mijiet ta’ ċentri tal-arti marzjali għas-subien u għallirġiel. Madanakollu, ħadd qatt ma qalilhom li din hija vjolenza. Issa għax hawn ċentru wieħed speċifikament għan-nisa tiġu

Ir-reazzjonijiet kienu mħalltin għal ċentru ta’ dan it-tip f’pajjiżi bħalma hu l-Ġordan fejn id-dominanza maskili għadha qawwija ferm. Lina tispjega li xebbiet jispiċċaw jigdbu mal-ġenituri biex ma juruhomx li qed imorru jieħdu taħriġ fl-awtodifiża

tgħiduli li qed ngħallem lill-bniet biex ikunu vjolenti?!” B’xorti tajba, meta SheFighter espanda lejn pajjiżi tal-Punent il-perspettiva kienet differenti ħafna u dawn iċ-ċentri intlaqgħu b’entużjażmu kbir. Fl-2014, Lina Khalifeh żviluppat it-taħriġ jismu Training of Trainers (ToT). 15,000 mara mill-Kanada, mill-Istati Uniti tal-Amerka, mit-Turkija, mir-Repubblika Ċeka, mill-Iżvizzera, minn Franza, mill-Pakistan, mill-Ġermanja, mill-Emirati Għarab Magħquda, mill-Libanu u mill-Palestina fost pajjiżi oħrajn temmew dat-taħriġ b’suċċess u llum SheFighter inbidel f ’akkademja li minbarra t-taħriġ fiżiku tagħti lezzjonijiet u torganizza workshops fuq l-awtodifiża, kif tegħleb attakk sesswali, titgħallem tinterpreta l-aġir fiżiku ta’ agressur u fl-aħħar iżda mhux l-inqas kif il-mara għandha tieħu l-awtorità ta’ ħajjitha f ’idejha. L-akkademja ħatret ukoll avukati sabiex jiġu diskussi l-liġijiet li jikkonċernaw lin-nisa fil-Ġor-

dan. Lina Khalifeh ġiet imfaħħra għat-tmexxija ta’ din il-bidla soċjali saħansitra minn Barak Obama meta kien President tal-Istati Uniti. Skont statistika riċenti talWorld Health Organization, 35% tan-nisa fid-dinja esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali f ’ħajjithom. Skont studju li sar

fl-2012, 34% tan-nisa fil-Ġordan ġarrbu vjolenza fiżika sa mill-età ta’ 15–il sena; kważi nofshom qatt ma rrikorrew għall-għajnuna u qatt ma tkellmu ma’ ħadd wara vjolenza sesswali. Lina Khalifeh bexxqet il-bieb għal dawn in-nisa vittmi sabiex, kif jgħid il-Malti, jieħdu rajhom f ’idejhom.


21

31.03.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

GĦINNI NAQRA

Is-sensiela Għinni Naqra toffri qari f ’livell bażiku biex it-tfal jipprattikaw il-ħila tal-qari, l-ewwel flimkien mal-ġenituri u mbagħad waħedhom. Hemm 12-il ktieb fis-sensiela b’sentenzi sempliċi dwar karozzi, annimali, manjieri tajba u anki ftit xjenza.

Mistoqsija: Kemm-il ktieb hemm f ’din is-sensiela?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba GĦINNI NAQRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb EAST LYNNE I huwa: TEREZA D’AMATO - IŻ-ŻURRIEQ

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il familja saru sidien ta’ djarhom grazzi għall-iskema ta’ loans affordabbli? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


22

31.03.2019

kullhadd.com

ĦAJTU MŻEWQA BIL-MUŻIKA Ħafna drabi l-bniedem tant ikun aljenat jaħdem u jiffoka, li xi drabi tkun ħaġa rari ħafna li wieħed jieqaf u jirrilassa. Il-personalità li tkellimt magħha llum hija xempju ħaj ta’ dan l-eżempju. Fil-fatt, illum tkellimt ma’ individwu li ħajtu hija mżewqa u mdawra mal-mużika. Qed nirreferi għas-Surmast Direttur Aurelio Belli. Imwieled fl-1976, għandu 42 sena u ilu dawn l-aħħar 12-il sena joqgħod Birkirkara ma’ martu Gloriana Arpa Belli. Bħala passatempi ma tantx għandu ċans jipprattikahom, imma kull ħin li jkollu jipprova jqattgħu kemm jista’ jkun ta’ kwalità ma’ martu u bintu Alexandra. L-hena tiegħu jara xi film id-dar mal-familja. Għalih xi ħaġa rari li jkollu ċans jieqaf u jirrilassa. Jiddeskrivi lilu nnifsu riservat, fl-istess ħin allegruż u b’sens ta’ umoriżmu tajjeb, serju f ’xogħlu, responsabbli, raġel ħabrieki, kif wkoll raġel tal-familja. Beda jistudja l-mużika fl-età ta’ tmien snin u kien in-nannu tiegħu Luigi Olivari li ressqu lejn il-mużika. Minn hemmhekk, kompla l-istudji tiegħu bla waqfien sallum il-ġurnata. Fil-preżent Aurelio attiv ħafna ma’ diversi baned lokali, kif wkoll ma’ ensembles bħall-Ver-

satile Brass, Versatile Brass Quintet, kif wkoll il-Fusion Brass Sextet. Huwa għalliem tal-istrumenti tar-ramm. Filpreżent ukoll jgħallem fid-Duke of Connaught’s Own Band Club, kif wkoll il-banda Sacro Cuor ġewwa Tas-Sliema u jokkupa l-kariga t’Assistent Surmast maż-żewġ baned. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dawn il-fatti dwaru stess. “Jien għalliem tal-istrumenti tar-ramm part-time ġewwa l-Johann Strauss - Malta School of Music il-Ħamrun. Fil-preżent ukoll ngħallem fid-Duke of Connaught’s Own Band Club ġewwa Birkirkara fejn nokkupa l-kariga ta’ Surmast Direttur, kif wkoll il-banda Sacro Cuor ġewwa Tas-Sliema fejn nokkupa l-kariga ta’ Assistent Surmast. Il-Malta School of Music kif wkoll iż-żewġ baned fejn ngħallem u qiegħed surmast, laqgħuni mal-ewwel fis-soċjetajiet tagħhom qisni tal-familja. Għalhekk ma kienx diffiċli għalija nintegra. Inħossni komdu u stmat immens u naħdem bi ħġari biex inkompli ngħallem lill-istudenti tiegħi b’passjoni, b’determinazzjoni u bi mħabba kbira lejn il-mużika u nħeġġeġ studenti ġodda jingħaqdu mas-soċjetajiet,” beda jgħidli dwaru.

Kbirna ħafna fejn tidħol teknika Ta’ min jgħid ukoll li bissaħħa tal-mużika, Aurelio dar madwar id-dinja mhux ħażin fosthom l-Ingilterra. Mistoqsi x’differenza jara minn meta jipparteċipa lokalment għal meta jipparteċipa barra, mal-ewwel infurmani li żmien ilu kienet tinħass ħafna d-differenza fil-kwalità bejn Malta u pajjiżi barranin, speċjalment fejn tidħol kwalità tas-sound. “Minn 10 snin ilu ’l hawn, kbirna ħafna fejn tidħol teknika tal-P.A system u l-kwalità tas-sound. Illum il-ġurnata Malta għandna ħafna nies kapaċi u mgħallmin l-iskola fuq dawn is-suġġetti. Li ninnota wkoll hija d-differenza fl-udjenzi ta’ barra fejn dawk Maltin. Speċjalment fejn jidħlu kunċerti Klassiċi, il-Maltin għadhom mhumiex iddixxiplinati biżżejjed biex iżommu s-silenzju bħal udjenzi barranin,” żvela miegħi. Mistoqsi jekk togħġbux il-mużika kollha, jew jekk hemmx xi tip ta’ mużika li ma jiflaħx jisma’ jew jissaporti, weġibni li huwa bniedem eklet-

Nissaporti kull tip ta’ mużika jekk tisħel tolqotni xi ħaġa fiha. Madankollu, żgur li ma nissaportix xi mużika out of tune jew stunata, peress li għandi widna perfect pitch, litteralment inweġġa’ nisma’ noti stunati tiku ħafna. “Nissaporti kull tip ta’ mużika jekk tisħel tolqotni xi ħaġa fiha. Madankollu, żgur li ma nissaportix xi mużika out of tune jew stunata, peress li għandi widna perfect pitch, litteralment inweġġa’ nisma’ noti stunati,” stqarr miegħi Aurelio. Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li Aurelio jagħmel diversi arranġamenti mużikali fi ħdan baned lokali. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Meta tkun qed tagħmel arranġamenti mużikali preċiżament tkun qiegħed tibni l-istruttura ta’ kanzunetta jew biċċa mużika. Tkun qiegħed tiftaħ l-orizzonti tal-biċċa

mużika li tkun qed taħdem fuqha u ttiha l-kuluri meħtieġa biex issebbaħha kemm jista’ jkun. Trid taħdimha bi ħsieb kbir biex kemm jista’ jkun toħloqha vijabbli u li tkun tista’ tindaqq komda mill-mużiċisti li jkunu ser idoqquha,” fissirli b’mod dettaljat. Fil-preżent Aurelio qiegħed jaħdem fuq diversi proġetti mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, kif wkoll fuq diversi arranġamenti ma’ baned u bands lokali. Ridt inkun naf dwar jekk jaħsibx li f ’Malta hawn biżżejjed sapport f ’dak li tirrikjedi mużika orkestrali. “Is-sapport


23

31.03.2019

kullhadd.com

fejn tidħol mużika orkestrali qiegħed jiżdied ħafna. Speċjalment bis-saħħa ta’ nies bħal Mro. Sigmund Mifsud (Chairman, Orkestra Filarmonika ta’ Malta) li qed jaħdem bi ħġaru u bla waqfien biex itella’ l-livell tal-mużika u l-kultura minnufih.” Sirt naf ukoll li jħobb anzi jirrikjedi li jkollu jżomm lilu nnifsu attiv mużikalment. “Jien dejjem ngħid “jekk titlaqha l-mużika titilqek!” Għandek iżżomm ruħek attiv billi ddoqq u tistudja regolarment, tisma’ l-mużika ta’ diversi ġeneri u tipparteċipa kemm jista’ jkun.” Mistoqsi kif iħares lejn iż-

żgħażagħ tal-lum, jaħsibx li għandhom ċerta passjoni lejn il-mużika, jew jekk saritx wisq kummerċjali huwa wieġeb: “Iż-żgħażagħ tal-lum għandhom wisq distrazzjonijiet bla sens ta’ xejn. Iridu jkunu l-ġenituri l-ewwel strumenti għad-dixxiplina tal-ulied u jħeġġuhom u jwassluhom għall-imħabba u l-passjoni lejn il-mużika.” Fl-aħħar nett Aurelio għalaq din l-intervista billi ddeskriva l-mużika bħala mezz li jgħaqqad lill-persuni flimkien. “Il-mużika fiha messaġġ, u aħna l-mużiċisti, aħna proprju l-messaġġiera,” temm jgħid.


24

31.03.2019

kullhadd.com

TEKTIK MILL-QABAR Mijiet ta’ pellegrini jżuru matul is-sena s-Santwarju Grieg Ortodoss ta’ San Nektarju, preżenti fuq il-gżira ta’ Eġina, waħda mill-Gżejjer Saroniċi Griegi, 17-il mil ’il barra minn Ateni. Tradizzjoni antika tgħid, li dawk li jkunu jinsabu fi stat ta’ grazzja, jisimgħu lill-qaddis itektkilhom minn ġo qabru. Tradizzjonijiet simili nsibuhom marbutin ukoll ma’ għadd ta’ figuri oħra mill-Knejjes Rumani u Ortodossi, fosthom Santa Filomena u San Rafel ta’ Lesbos, it-tnejn li huma martri, waqt li użanza antika b’rabta ma’ diversi monasteri Benedittini, inkluż dak ta’ Santa Skolastika ġewwa l-Birgu, tgħid li meta jinstema’ għadd ta’ taħbit fil-kunvent, imsejjaħ propju “it-taħbit ta’ San Benedittu”, ifisser li tkun sejra tmut waħda mill-membri tal-komunità, aktarx l-għada. Simili tar-rakkont tal-qaddis Ortodoss tant devot San Nektarju (1846 - 1920), imsejjaħ appuntu “ta’ Eġina”, fuq liema gżira jinsab meqjum il-fdal tiegħu, li kien Metropolita ta’ Pentapolis u spiċċa tturufna ruħu hawnhekk wara li għadd ta’ membri tal-kleru tiegħu ppruvaw iġarrbuh quddiem il-Patrijarka ta’ Konstantinopli, u minflok ma ħa r-raġun tiegħu li kellu bis-sħiħ billi jqajjem inkjesta li matulha l-Knisja Ortodossa setgħet tisfa’ f ’diskordja f ’għajnejn in-nies, għażel li jerħilha f ’monasteru mwaqqaf minnu fil-lok bħala sempliċi raħeb minflok, teżisti storja marbuta ma’ Patri Franġiskan fl-istat ta’ New Mexico fl-Istati Uniti tal-Amerika, li minkejja li għelm ta’ qdusija minnha nfisha ma ġġorrx, tħaddan oriġinalità u partikolarità xi ftit jew wisq waħdana. P. Juan José de Padilla OFM. Fil-ħemda tal-knisja ċkejkna tal-Missjoni ta’ San Agustín de la Isleta f ’Isleta Pueblo, 14-il mil fin-Nofsinhar ta’ Albuquerque fl-istat ta’ New Mexico fl-Istati Uniti tal-Amerika, jinsabu midfuna wieħed ħdejn l-ieħor f ’riġlejn l-artal, żewġ saċerdoti, wieħed ilu mejjet issa s-snin, li tiegħu qed ninsġu ġrajjietu, u l-ieħor li figurtu twaħħdet mhux biss mal-lok imma wkoll mal-istejjer strambi li s-sieħeb tal-qabar ta’ biswitu kellu jdaħħlu fihom tul il-parrokat tiegħu fil-post. Il-personaġġ tal-lum, P. Juan José de Padilla OFM., spiss jiġi mħawwad ma’ reliġjuż ieħor appartenenti wkoll lill-Ordni Franġiskan li kien iġib l-istess isem tiegħu, li iżda għex żewġ sekli qablu, għalkemm xi sorsi jindikaw isem l-ewwel wieħed bħala Juan Fran-

cisco. Bħalu kien Franġiskan, bħalu ħadem fil-istat ta’ New Mexico u bħalu wkoll miet mewta traġika: l-ewwel P. Juan twieled Andalusia, Spanja, lejn is-sena 1500 u wara li ħaddan l-Ordni, mexa flimkien ma’ tliet Franġiskani oħra lejn l-Amerka ta’ Fuq flimkien ma’ 300 Spanjol ieħor fl-ispedizzjoni ta’ Francisco Vásquez de Coronado għat-tfittxija tas-Sebat Ibliet tad-Deheb, mit popolarissimu f ’dik l-epoka. Meta l-ispedizzjoni falliet, għax naturalment ma nstabitx belt tad-deheb waħda aħseb u ara seba’, Padilla rħielha lejn l-istat tal-Kansas jevanġelizza n-Nattiv Amerikani, iżda nqatel minnhom fl-1542, u għaldaqstant huwa meqjus bħala wieħed mill-protomartri tal-Istati Uniti. P. Padilla tagħna twieled Isleta Pueblo u jidher li qeda ta’ parroku fi ħdan il-Missjoni ta’ San Juan ta’ Laguna Pueblo bejn l-1733 u l-1755. Miet f ’Isleta Pueblo, fejn mar, skont ma jingħad minn xi sorsi, sabiex jikseb xi ftit tal-kura mingħand P. Pasqual Sospedra, li kellu fit-tmexxija tiegħu l-Missjoni ta’ San Agustín, u spiċċa biex miet hemm fil-5 ta’ Frar 1756. Madankollu, ir-realtà ta’ mewtu tvarja għaliex rakkont ieħor isemmi li mewtu kienet lil hinn ferm minn waħda naturali. Il-ġrajja l-oħra tgħid infatti li waqt li kien qiegħed jivvjaġġa, fittex kenn f ’dar wara li tilef triqtu sforz ta’ tempesta qalila. Fir-residenza laqgħatu mara li offrietlu l-kafè, iżda mar-ritorn tiegħu d-dar fis-sakra u ndannat wara li tilef flusu kollha fil-logħob,

żewġha żvoga fuqu l-qilla tiegħu u qatel lill-patri b’daqqiet ta’ sikkina. Il-katavru tiegħu qiegħdu fuq sarġ iż-żiemel tiegħu stess, rabtu miegħu u telqu għal riħu. Il-bhima terrqet lejn Isleta fejn kmieni l-għada filgħodu mas-sebħ, mara lemħet żiemel xejn familjari wieqaf ħdejn il-kanċell tal-knisja hija u timla l-ilma mill-għajn. Xħin rat li fuqu kellu marbut katavru liebes għata reliġjuża, marret dlonk tgħarraf b’kollox lil P. Sospedra, li ħa ħsieb iħollu u jħejjih għad-difna fil-knisja tiegħu wara li qaddes b’suffraġju għal ruħu. P. Sospedra kien attent biżżejjed li jniżżel ir-reġistrazzjoni tal-mewt u d-difna tiegħu f ’riġlejn il-presbiterju fir-reġistri parrokkjali mingħajr iżda ma semma xejn dwar il-kawża tal-mewt. Kollox jidher li ż-żmien kien ser inessih kollox, iżda mhux hekk ġara, għax minn qabru, ma kellux idum ma jagħmel fil-veru sens tal-kelma, aktar ħoss milli aktarx għamel f ’ħajtu. Kienu għaddew sewwasew 19il sena mill-mewt imdemmija ta’ P. Padilla meta jum fost l-oħrajn, fis-sena 1775, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, ħsejjes imqanqla nstemgħu ħerġin minn taħt l-art; l-artal beda jiċċaqlaq sakemm ħin bla waqt feġġ quddiem dawk preżenti - sintendi għall-għaġeb tagħhom - il-katavru ta’ P. Padilla fi stat perfett ta’ preservazzjoni. Imħolli mikxuf fil-lok li fih għoġbu jfeġġ hekk għal għarrieda għal 15-il ġurnata, matul liem perjodu l-katavru tiegħu ġie studjat mill-awtoritajiet sew ċivili

kif ukoll ekkleżjastiċi, finalment il-parroku ta’ dik il-ħabta, ċertu P. José Eleutherio Junco y Jungera, qiegħed il-katavru tiegħu f ’tebut tal-cottonwood u niżżlu għal darb’oħra f ’qabru. Jissokta t-taħbit Il-biċċa kienet għoddha ntesiet, sakemm 44 sena wara, fl-1819, P. Padilla fettillu jixref mill-ġdid ’il barra minn qabru. Din id-darba, kien megħjun, għalkemm biex ngħiduha kif inhi, min-naħa tiegħu għamel mill-aħjar biex iwettaq dal-pass! Dan għaliex il-kustodju tal-missjoni, ċertu P. Francisco de Hozio, fittex jeżamina b’reqqa kbira l-korp u dwaru niseġ rapport dettaljat. Fih iniżżel infatti li wara li reliġjuż ieħor, P. José Ignacio Sánchez ħa ħsieb jgħarrfu bil-ħsejjes kontinwi ħerġin minn taħt l-art quddiem il-presbiterju, li matulhom: “it-tebut tar-reliġjuż midfun fuq in-naħa tal-epistola kien kontinwament jinstema’ jħabbat donnu jrid joħroġ minn ġo qabru,” meta kkonferma b’widnejh dan kollu qatagħha li l-qabar kellu jinfetaħ u l-kontenut tiegħu jkun studjat. Misjub quddiemhom il-katavru inkorrott tar-reliġjuż, P. de Hozio, megħjun minn sitt saċerdoti oħra u ħames vecinos ewlenin minn Rio Abajo, ħarġuh mit-tebut tiegħu u wara li qegħduh fuq mejda jsemmi li Padilla kien misjub “imkeffen fl-abitu Franġiskan, b’kuruna mxidda f ’għonqu b’domna bix-xbihat ta’ San Franġisk u San

Ġwann Nepomuċenu, u għadma li mid-dehra kienet relikwa ta’ xi qaddis.” L-aktar ħaġa għaġġbet lil de Hozio iżda kienet id-dehra perfetta tal-katavru tar-reliġjuż, mingħajr ebda sinjal ta’ taħsir kwalunkwe. “Imfarfra minn fuqu t-trabijiet ffurmati minn dak li darba kien l-abitu reliġjuż tiegħu u li ż-żmien kien dawwar sewwasew f ’daqstant, ersaqt aktar qrib u bdejt nistudja l-katavru mill-viċin. Sibtu sħiħ, minn fuq s’isfel għajr għas-swaba’ tas-sieq il-leminija, l-għajnejn u l-ilsien. Il-ġilda kienet xotta, imma hekk flessibbli, li meta ġejna biex inxiddulu abitu ġdid, stajna ngħollulu jdejh sabiex indaħħluhom fil-kmiem u wara nqegħduhom lura waħda fl-oħra mingħajr problema kwalunkwe.” Li katavru jitqadded huwa fattur mill-aktar naturali li ssibu f ’kull midfen madwar id-dinja, għal raġunijiet partikolari imma fl-istess ħin sempliċi: il-lok, l-arja xotta u l-bqija. Biss li katavru jibqa’ tant flessibbli mhijiex daqstant komuni; lanqas mhuwa l-fatt li t-tebut bil-mejjet jipprova kontinwament joħroġ ’il barra minn loku! Teżisti biss forsi storja oħra ta’ “twiebet jimxu”, li teħodna f ’Oistins fil-Barbados, fejn it-twiebet midfuna fil-qabar tal-familja Chase, ħawdu matul is-snin lil dawk li seħħilhom jaraw il-biċċa mill-qrib meta kull darba li ġie biex jinfetaħ il-qabar, it-twiebet tagħhom kienu jinstabu dejjem mferrxa addoċċ ’l hawn u ’l hemm minkejja li kull darba dawn


25

31.03.2019

kullhadd.com

ġew imqiegħda f ’qagħda pulita u ordnata, bil-qabar kien issiġillat kull darba b’mod hekk tajjeb, li bl-ebda mod ħadd u xejn ma seta’ jidħol fih. Bil-katavru jġorr riħa “pjaċevoli, bħal dik tal-ħamrija meta tixxarrab”, P. Padilla deher mill-fattizzi tiegħu li kien iħaddan dawk is36 sena u li n-natura ma kinitx xaħħieħa miegħu f ’dik li hija dehra. Imħolli espost għal xahrejn, il-katavru ndifen f ’postu millġdid wara quddiesa solenni. Imma l-biċċa ma ntemmitx hawn... Imma ċ-ċekċik minn ġol-qabar ma qata’ xejn u sena wara l-oħra, P. Padilla ssokta jħabbat u jirsisti biex jixref ’il barra mill-ġdid, b’mod hekk frekwenti li fl-1895, l-Arċisqof ta’ Santa Fe, Mons. Placide Louis Chapelle, amar lil Dun Anton Docher, li dik il-ħabta kellu fi ħsiebu t-tmexxija ta’ San Agustín, sabiex iwettaq investigazzjoni u jħejji rapport dwar il-każ. Għalhekk, fil-25 ta’ April ta’ dik is-sena, il-korp ta’ Padilla nqala’ mill-ġdid, fil-preżenza fost l-oħrajn tat-Tabib William Ruben Tipton. Twil ħames piedi u seba’ pulzieri, il-katavru nstab li kellu

sieq nieqsa, forsi vittma ta’ amputazzjoni sforz ta’ ħeġġa fervuri fit-tfittxija ta’ relikwija! Fil-kors tal-istess investigazzjoni, meta tballtet il-ħamrija f ’qiegħ il-qabar, instab fi profondità ta’ pied, fdal ieħor uman flimkien ma’ kapoċċ li darba kien jifforma parti minn abitu reliġjuż u kuruna ċkejkna tar-Rużarju. Imma meta P. Padilla baqa’ jħabbat u ħabat itellagħhom lil Dun Docher, dan - mingħajr ma qagħad isejjaħ investigazzjoni oħra - fetaħ il-qabar, niżżel it-tebut ’l isfel mill-ġdid u qiegħed planki ġodda u eħxen fuq il-bokka, li ħa ħsieb isammar sew. It-tradizzjoni tgħid li hu u jwettaq dan, darab idejh b’mod hekk serju li f ’qasir żmien ikkaġunatlu kankrena tant gravi li t-tobba ħabtu jaqtgħu qalbhom minnu. Issa peress li sa mill-ewwel darba li xiref ’il barra minn qabru, in-nies tal-lokal żammet lil Padilla b’qaddis, din qatgħetha li l-biċċa ma kienet xejn għajr magħmul talli waqqaf lill-Patri mit-tisbit liberu tiegħu. Ħeġġewh għalhekk sabiex jitolbu maħfra għall-għelm li wettaq. Docher ma kellux triq oħra ħlief jagħmel dan, u wara li talab sew l-interċessjoni kif ukoll il-maħfra meħtieġa, il-kankrena qabdet

Sibtu sħiħ, minn fuq s’isfel għajr għasswaba’ tas-sieq il-leminija, l-għajnejn u l-ilsien. Il-ġilda kienet xotta, imma hekk flessibbli, li meta ġejna biex inxiddulu abitu ġdid, stajna ngħollulu jdejh sabiex indaħħluhom fil-kmiem u wara nqegħduhom lura waħda fl-oħra mingħajr problema kwalunkwe tbatti sakemm għebet għalkollox. Kienx minnu t-twemmin tan-nies ma nafux; li nafu żgur hu li driegħ Docher inħeles minn amputazzjoni ċerta. Għalkemm fis-snin li segwew it-tebut ta’ Padilla ma xirifx ’il barra minn qabru, naturalment sforz tal-planki ġodda mqiegħda fuqu, it-taħbit baqa’ għaddej xorta waħda. Hekk, għal kważi 300 sena, it-tebut bil-fdal tar-reliġjuż, issokta b’mod inċessanti jinqata’ mill-art u jħabbat mal-bokka u l-għeluq tagħha, minkejja li l-qabar kien “fond biżżejjed li fih seta’ joqgħod bniedem bilwieqfa”.

Dan il-fenomenu, li ħawwad l-imħuħ u sintendi qanqal l-interess u kien u għadu suġġett partikolari jekk mhux waħdan, safa studjat minn bosta nies tax-xjenza, iżda ħadd minnhom m’għaraf jasal għal spjegazzjoni. Għal xi wħud kien kawża tal-ilma tal-pjan tal-lokal; għal oħrajn is-sħana ntensa jew l-arja niexfa. Kien x’kien, P. Padilla baqa’ jħabbat minn ġo qabru, li nfetaħ darbtejn oħra, fl-1948 u l-aħħar darba fl-1962, matul perjodi ta’ restawr li minnhom kienet għaddejja l-knisja. Tul l-aħħar proġett ġie deċiż li l-paviment tagħha jinkesa bil-konkrit u hekk il-qabar

ta’ P. Padilla tgħatta għalkollox mill-għajnejn. Illum għaddew kważi 60 sena minn din l-aħħar ġrajja. Filwaqt li l-konkrit mogħti kien ta’ ħxuna biżżejjed biex ikun aċċertat il-fatt li jintefa għalkollox kwalunkwe ħoss li seta’ jinstema’ ġej minn ġol-qabar, illum ma nafux jekk P. Padilla niżilx għall-mistrieħ f ’qiegħ qabru jew inkella għadux iħabbat taħt il-planki u l-konkrit. Tgħid kien l-għadam ta’ min inzerta midfun taħtu li ma ħallihx isib paċi f ’qabru? Iżda ma nemmnux li dan l-imsejken kien il-ħtija ta’ dan kollu. Kienet allura l-mewt aktarx traġika tiegħu li ma ħallitux jikseb mistrieħ? Xi raġuni daqstant serja jidher li kien hemm, biex għal tliet sekli ssokta jinqata’ minn mat-torba ta’ qiegħ qabru u jħabbat mal-għata tiegħu. Jew kien sempliċement fattur naturali li sforz tal-waħdanità tiegħu deher ħaġa sopranaturali jekk mhux divina? Ħadd ma jista’ jgħid! Kien x’kien li qanqal lil P. Padilla għal tant żmien, nittamaw li ż-żmien solvielu l-problema tiegħu u llum, fil-ħemda ta’ qabru, taħt il-planki u l-konkrit, dan ir-reliġjuż “volanti”, niżel għall-mistrieħ f ’qiegħ il-ħofra li tostru fiha, mingħajr ilħtieġa ta’ aktar titjir u taħbit.


26

31.03.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 270

CARMEL AGIUS - ATTARD

21. 1. Kompli l-qawl: 23. F’....... kull tajr ibid (5) 4. Ċikkulata jew 24. pjaneta (4) 7,16. Iħobb jindaħal (5) 9,14. Jitpejjep (9) 1. 10. Għandha 2,5. ż-żmien (6) 12. Mansa (6) 3,11. 16. Ara 7 5. 18,19. Xahar (5) 6,15. 19. Ara 18 20. Imħabba Taljana (5) Mimdudin:

Bi 3 Numri

B’4 Numri

070 077 106 261 466 477 658 728 734

0098 0285 0477 1137 1216 1405 1568 1702 1870 2498 2562 3099

3115 3178 3878 4549 4618 4703 4704 5587 5829 5961 6334 6456 6518 6838 6895

7403 7487 7974 9607 9648 B’5 Numri 01777 01778 02693 05051 12621 16566

16854 17689 28252 40227 46024 49707 53617 56073 58516 61471 72558 74163 74403 75477 75814

80372 82348 85567 85904 86565

B’6 Numri 014723 041345 277853 411776

466245 589941 B’7 Numri 1685606 2153487 3039635 3481886 5825297 6586211 8748849

Jintuża fuq is-silġ (3) Attent minnhom jekk tkun tgħum (4) Isem (5)

8. 11. 12,22. Weqfin: 13,17. Kunjom (6) 14. Jingħataw 15. ħafna fil-Milied (6) 17. Mhux ġodda (5) 21. Ara 2 Iddendel 22. il-ħwejjeġ

magħha (9) Tkun wara l-bieb (9) Ara 3 Tajba ferm biż-żejt u t-tadam (5) Iżejnu l-knejjes bih (6) Ara 9 Ara 6 Ara 13 Hekk għamel wara li fittex (3) Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Skoll, 4.Wara, 7,11.Umli, 9,21 W.Iweġġa, 10.Kartun, 12.Sinjal, 16.Tua, 18.II, 20.Insib, 21.God, 24.Arani

Weqfin: 1.Stinat, 2.Ole, 3,23.Lukandi, 5,13. Antnin, 6,19.Arnold, 8.Majjistra, 12,22.Sadid, 14.Lobbja, 15.Sdieri, 17.Ugo


27

31.03.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


28

31.03.2019

kullhadd.com

EŻAMI MEDIKU QABEL • LEJN AKTAR SERVIZZI U INVESTIMENT FL-ONKOLOĠIJA Il-Ministeru għas-Saħħa b’kollaborazzjoni ma’ 33 tabib tal-familja bħalissa għaddej bi proġett pilota li permezz tiegħu jista’ jitnaqqas iż-żmien li matulu jkunu jistgħu jiġu referuti għal eżamijiet mediċi persuni li jkunu suspettati li jistgħu jkunu milqutin mill-kanċer tal-musrana. Il-proġett imsejjaħ Electronic Colorectal Referral Platform qed jitmexxa b’kollaborazzjoni bejn id-Direttorat tal-Cancer Care Pathways, id-Direttorat tal-IT Information Management Unit u t-tim mediku li jaħdem fuq ilkanċer tal-musrana fi ħdan l-Isptar Mater Dei. Sadanittant matul din is-sena se jkunu qegħdin jiġu introdotti pilloli ġodda għall-kanċer tal-ġilda u għall-kanċer tal-pulmun b’nefqa ta’ madwar €4 miljuni u li minnhom mistennija jibbenefikaw aktar minn 60 pazjent. Permezz ta’ dan il-proġett it-tobba tal-familja li jkunu rreferew lill-pazjenti tagħhom lill-klinika (Colorectal Fast-Track Clinic) se jkunu qegħdin isegwu kontinwament il-mixja medika tal-pazjent, il-proċess u l-iskedar preliminarju minn meta jkun riferut minnhom sal-istadju tal-kolonoskopija. Il-mira hija li ż-żmien minn meta l-pazjent ikun riferut sal-istadju tal-kolonoskopija jkun ta’ bejn erba’ u sitt ġimgħat. Dan ifisser li l-proċess se jkun qed jitnaqqas b’xahar milli huwa bħalissa. Il-proċess ta’ din is-sistema se joħloq kunċett ġdid li permezz

tiegħu meta l-pazjent ikun riferut ikollu miegħu diġà r-riżultati talPre-op u tal-ECG li jkunu saru fil-komunità qabel ma l-pazjent ikun riferut lejn il-Colorectal FastTrack Clinic. It-tobba tal-familja fi ħdan il-komunità kemm pubbliċi kif ukoll privati huma l-punt ta’ riferenza li jirreferu lill-pazjent għall-kura u li jkunu qegħdin isegwu kontinwament lill-pazjent tagħhom tul kull stadju tal-proċess flimkien mal-koordinatur tas-sistema u mat-tim li jaħdem fuq ilkanċer tal-musrana fl-Isptar Mater Dei. Permezz ta’ dan l-aċċess provdut lit-tobba tal-familja dawn se jkunu f ’pożizzjoni li jwasslu r-riżultati mediċi lill-pazjenti tagħhom fi żmien qasir. Pazjenti li jkunu riferuti għal din il-klinika jkunu meħtieġa jmorru l-Isptar Mater Dei darba biss, dakinhar li jkollhom l-appuntament għall-kolonoskopija. Pazjenti li jirriżulta li l-kanċer ikun non-malignant ikunu infurmati permezz ta’ SMS u email li r-riżultat tat-test tagħhom ikun intbagħat lit-tabib tagħhom. Min-naħa l-oħra pazjenti li jirriżulta li l-kanċer ikun malignant jiġu infurmati b’mod immed-

jat mill-konsulent tal-Isptar Mater Dei dwar il-proċess tat-trattament li jkunu se jingħataw. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ddeskriva dan il-proġett pilota bħala “pass ieħor fil-mixja tagħna mmirata biex nagħmlu dak kollu possibbli għall-pazjenti tagħna, hi x’inhi l-marda li tolqothom. FlIsptar tal-Onokoloġija Sir Anthony Mamo investejna bil-kbir u se nkomplu ninvestu għax ninsabu determinati li nagħmlu dak kollu possibbli għall-pazjenti tagħna. Li nappella biss huwa li ċ-ċittadin jagħmel sehmu wkoll f ’dan ir-rigward. Qegħdin nitolbu affarijiet żgħar għal servizzi u kura li jiswew miljuni ta’ ewro, sempliċiment li ċ-ċittadin iwieġeb għas-sejħiet li jsirulu biex jirrikorri għal testijiet mediċi bħalma huwa dak tal-kanċer tas-sider u tal-kanċer

Dan huwa t-tielet servizz tax-xorta tiegħu li qed jingħata wara li kien ġie introdott servizz simili għall-pazjenti milqutin mill-kanċer tal-musrana u tal-pulmun.

tal-musrana. Huma servizzi li jirrikjedu biss ftit ħin u li għalihom ma jsir ebda ħlas. Nixtieq li nirrealizzaw aktar kemm huwa importanti li l-marda tal-kanċer tinqabad fl-aktar stadju bikri tagħha. Dan jista’ jkun kruċjali u jista’ jagħmel id-differenza bejn ħajja u mewt tal-individwu.” Il-proġett pilota huwa konformi mal-miri tal-Pjan Nazzjonali talKanċer 2017-2021, partikolarment li jkun magħruf aktar kmieni r-riżultat tal-eżamijiet mediċi u kif jitnaqqas iż-żmien għal dan. Is-sistema ssaħħaħ il-kordinazzjoni bejn il-kura primarja u dik sekondarja. Iż-żmien ta’ stennija bejn meta t-tabib tal-familja jirreferi lill-individwu għal dan isservizz u l-ħruġ tar-riżultati mediċi se jonqos drastikament u b’hekk titnaqqas l-anzjetà tal-pazjent u ta’ dawk ta’ madwaru. Barra minn hekk, dijanjosi bikrija ttejjeb l-effiċjenza tat-trattament, il-kwalità tal-ħajja u potenzjalment anke r-rata li tingħeleb jew tkun kontrollata l-marda. Matul din is-sena ġie introdott ukoll dak li jissejjaħ urology navigation service, fir-rigward talkanċer tal-prostata li permezz

tiegħu pazjent li jkun irriżultalu kanċer tal-prostata jkun segwit kontinwament minn meta jingħata dan ir-riżultat, tul it-trattament u anke aktar. Dan is-servizz jgħin biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija kif ukoll jiggarantixxi l-kontinwità tal-għoti tal-kura. Huwa maħsub li dan is-servizz se jkun qed jingħata lil madwar 180 pazjent. Dan huwa t-tielet servizz tax-xorta tiegħu li qed jingħata wara li kien ġie introdott servizz simili għal pazjenti milqutin millkanċer tal-musrana u tal-pulmun. Is-servizz għal pazjenti bil-kanċer tal-musrana kien inbeda fis-sena 2017 u s’issa ngħata lil madwar 300 pazjent filwaqt li dak konness ma’ pazjenti bil-kanċer tal-pulmun inbeda fis-sena 2018 u s’issa ngħata lil madwar 160 pazjent. Skont l-aħħar statistika uffiċjali fis-sena 2017 l-imwiet kawżati mill-kanċer kienu jammontaw għal 948, medja ta’ aktar minn tnejn kuljum, li minnhom 529 kienu rġiel u 419 nisa. L-aktar kanċer komuni fost l-irġiel kien dak tal-pulmun segwit minn tal-musrana filwaqt li fost in-nisa kien il-kanċer tal-musrana segwit minn dak tas-sider.



Suppliment

31.03.2019 01

IL-MIXJA GĦALL-ĦELSIEN L-IKTAR SNIN KRUĊJALI ĠUNJU 1971

Jibdew jissemmew negozjati mill-ġdid tal-ftehim tad-difiża bejn Malta u r-Renju Unit. Is-Segretarju għad-Difiża tar-Renju Unit Lord Carrington jesponi l-intenzjonijiet ta’ Mintoff quddiem il-Kabinett Ingliż.

DIĊEMBRU 1971

Finalment jiġi ffirmat it-Trattat ta’ Difiża bejn Malta u r-Renju Unit. Mintoff iġib kważi tliet darbiet iżjed tal-ftehim li kien iffirmat qabel mal-Indipendenza. L-Ingliżi b’perjodu stabbilit ta’ seba’ snin biex jitilqu.

LULJU AWWISSU 1975

Jerġa’ jitla’ Gvern Laburista u Mintoff ikompli bir-riformi tiegħu biex jiddiversifika l-ekonomija Maltija. Jiġi l-investiment u x-xogħol. L-emigrazzjoni tal-ħamsinijiet u tas-sittinijiet kienet xi ħaġa tal-passat.

1978

Mat-tokki ta’ nofsillejl, ilbandiera tar-Renju Unit tinżel minn fuq l-għolja tal-Ħelsien u titla’ l-bandiera ta’ Malta, bajda u ħamra. Malta saret Ħielsa. 1 TA’ APRIL 1979

Jitla’ Gvern Laburista u l-Perit Dom Mintoff isir Prim Ministru għat-tieni darba.

LULJU 1971

Jibda l-ultimatum u ftit wara n-negozjati bejn Malta u r-Renju Unit ifallu. L-Ingliżi jibdew iżarmaw biex jitilqu.

MARZU 1972

Iffirmata d-dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki. Sa ftit xhur qabel, Mintoff saħaq li jidħol il-Kapitlu talMediterran u bi kliem sempliċi ried jassigura l-paċi fil-Mediterran biex issaltan il-paċi flEwropa.

SETTEMBRU 1976

Pajjiżi bħall-Italja u Franza jibdew jirrikonoxxu n-newtralità ta’ pajjiżna. Issa Malta tinsab ferm eqreb il-ħelsien mill-barrani.

31 TA’ MARZU 1979

L-aħħar bastiment navali Ingliż, l-H.M.S. London isalpa mill-Port il-Kbir.


Suppliment

02 31.03.2019

“L-INGLIŻI KIENU JAFU X’INHU MINTOFF”

– IL-PROF. DOMINIC FENECH

Il-Professur Dominic Fenech m’għan- il-mixja ta’ dan il-poplu. Iltqajna f’Villa Sabiex nagħti sfond tal-kisba tal-Ħeldu bżonn l-ebda introduzzjoni. Aw- Bighi fil-Kalkara biex nagħmlu l-interv- sien bdejt sa mit-tmiem tat-Tieni Gwtorità fl-istorja u jartikola bi sħiħ dwar ista għad-dokumentarju Ħelsien. erra Dinjija. Mintoff kellu għajta jew integration jew self-determination. Għaliex? Wara l-gwerra, Malta kellha quddiemha għadd ta’ sfidi fosthom ir-rikostruzzjoni tal-pajjiż. L-infrastruttura ta’ Malta kellha bżonn terġa’ tinbena iżda fuq kollox wara l-qerda tal-gwerra kellna bżonn mhux rikostruzzjoni tal-ekonomija ta’ Malta iżda kostruzzjoni ta’ din l-ekonomija. Aħna kellna ekonomija fortizza fejn konna għadna marbutin mannefqa militari Ingliża. Wara t-tieni gwerra dinjija kellna sitwazzjoni fejn l-ekonomija kienet ħa taqleb iżjed kajmana. Kienet sitwazzjoni li Malta kienet diġà għaddiet minnha wara l-ewwel gwerra dinjija fejn bdew jingħataw is-sensji fit-Tarzna. Irridu nifhmu wkoll li l-gwerra ġabet iżjed ferm qrib ta’ xulxin lill-Maltin u lill-Ingliżi. Konna għaddejna minn esperjenza pjuttost trawmatika u anki forsi erojka. Allura dak iż-żmien il-pożizzjoni talMaltin kienet li l-ekonomija tagħna ma tibqax marbuta mal-uniku karru tannefqa militari. Fil-ħamsinijiet żviluppa sens li r-relazzjoni ta’ Malta u l-Gran Brittanja tiġi riveduta mhux ta’ ħakkiem u s-suġġett tal-kuruna Ingliża iżda ta’ żewġ nazzjonijiet li jkunu ugwali iżda parti mill-istess imperu. Dak iż-żmien kienu jgħidu x-xemx qatt ma tinżel fuq l-imperu Ingliż. L-idea kienet li Malta tibqa’ parti mill-imperu iżda tikseb forma t’ugwaljanza mar-Renju Unit fuq il-livelli kollha. Dan mhux f ’sens politiku biss iżda li tiżviluppa l-infrastruttura luptagħha. paw i n d u s t r i j i X’kienu x-xewqat tal-Maltin tal-manifattura u t-turiżmu fost fil-ħamsinijiet? l-oħrajn. Malta riedet li r-rota ekonomika tagħha tibqa’ ddur mhux biss fil-gwerra Malta riedet li jkollha ekonomi- iżda anki fil-paċi. F’dan il-ħafna diskors ja mhux biss ibbażata fuq li kien qed isir kellek ukoll l-Istati Uniti in-nefqa militari. Kienu li kienu qed joffru l-għajnuna finanzjargħadhom jemmnu li ja lill-pajjiżi Ewropej biex jerġgħu jiżvid-dipendenza fuq is- luppaw l-ekonomija tagħhom. Dan kien servizzi Ingliżi kell- magħruf bħala l-Marshall Aid u hawnha tibqa’ iżda hekk feġġet kriżi politika f ’Malta dwar id f ’id ma’ dan il-pjan Amerikan. din riedu Il-Perit Mintoff dak iż-żmien kien j i ż v i - id-Deputat Prim Ministru u kien irnexxielu jikkonvinċi lill-Kabinett biex Malta tipprova tikseb fondi diretti minn dan il-pjan ekonomiku Amerikan. Peress li Malta kienet kolonja

Ingliża l-affarijiet kienu iżjed kumplessi. Kien hawn li Mintoff u l-Prim Ministru Malti ta’ dak iż-żmien Pawlu Boffa ma kinux qed jaqblu dwar il-mod kif kellhom jittrattaw din il-kwistjoni. Għalhekk f ’dan il-perjodu Malta għaddiet minn instabilità politika. Inqasam il-Malta Labour Party u kien hemm sensiela ta’ elezzjonijiet sakemm imbagħad fl-1955, Mintoff sar Prim Ministru għall-ewwel darba. Hemmhekk tela’ bl-għajta tal-integration fejn ried għaqda mar-Renju Unit biex Malta tikseb livelli li kellhom l-Ingliżi f ’darhom. Min-naħa l-oħra kellek lin-Nazzjonalisti ta’ George Borg Olivier li mbuttaw l-idea ta’ Dominion Status, jiġifieri li Malta tkun parti mill-imperu imma Malta jkollha livell għoli ta’ awtonomija. Xorta kien għad hemm l-idea li l-Ingliżi jibqgħu jonfqu militarment ħalli Malta tibqa’ tgawdi. Kemm baqgħu jarawha importanti l-qagħda strateġika ta’ Malta l-Ingliżi u kif falliet l-integration?

L-Ingliżi baqgħu jaraw lil Malta importanti sa ċertu punt. Kien żmien fejn l-Amerka daħlet fix-xena u bdiet tkabbar l-attività navali tagħha fil-Mediterran jiġifieri l-qagħda strateġika tal-gżejjer Maltin bdiet tnaqqas xi ftit iżda fid-dawl tal-gwerra l-bierda l-Amerka bdiet tinvesti fid-difiża Ewropea. Meta twaqqfet in-NATO dan kollu kien iżjed organizzat. F’dan iż-żmien l-Amerka saret il-potenza l-ġdida għalkemm l-Ingliżi kienu għadhom iqisu lilhom infushom bħala potenza. Il-Mediterran kien għadira Brittanika iżda minn issa ’l quddiem l-Amerka bdiet tieħu post dan kollu. Ma kienx hemm xi tip ta’ rivalità bejn l-Ingliżi u l-Amerikani anzi dawn kienu jiftaħru bil-ħbiberija li kellhom u għad għandhom bejniethom. F’dan l-isfond kollu Malta xorta kellha qagħda strateġika importanti jekk mhux għall-Ingliżi għad-dinja tal-Punent li kienet qed tiffaċċja n-naħa l-oħra, jiġifieri l-Unjoni Sovjetika. Il-kriżi ta’ Swejz fl-1956 uriet li issa x-xemx bdiet tinżel


Suppliment

31.03.2019 03

għall-imperu Ingliż. Min hemm hekk l-Ingliżi qatgħu lura u wara dan kollu tela’ Harold Macmillan bħala Prim Ministru tar-Renju Unit. L-ewwel ħaġa li għamel kien li kkummissjona rapport biex jistudjaw id-difiża Ingliża fl-imperu. L-Ingliżi bdew jiżnu l-proposta tal-integration u jaraw kemm din se tiġi tiswa lill-Gvern Ingliż. Minn hekk l-Ingliżi rrealizzaw li l-integration kienet se titfa’ prezz fuq il-pajjiż. L-Ammirall Ingliż iddeċieda li ma kellux bżonn iżjed tarzna u kellek il-kwistjoni li din tingħata lil Bailey’s. Minn hawn l-integration falliet u għalhekk Mintoff qal jekk din falliet allura nimxu lejn l-indipendenza. Kien żmien ukoll li f ’Malta kien hawn disprament fejn l-emigrazzjoni kienet qawwija. F’dan il-kuntest kellek l-irvellijiet t’April 1958 u l-Ingliżi użaw is-saħħa aħħarija li kellhom u ddikjaraw stat t’emerġenza. Minn hemm spiċċaw qatgħulna kollox u bdew imexxu lil Malta kif kienu jmexxuha 150 sena qabel. Ftit qabel dan kollu kellek il-famuża ‘Break with Britain Resolution’, li kienet sinjal qawwi li Malta trid tieħu rajha f ’idejha. Hemm kellek iż-żewġ mexxejja ewlenin Mintoff u Borg Olivier jiftiehmu flimkien kontra l-ħakkiem Ingliż. Kien hemm kunsens bejn il-partiti ewlenin biex Malta tieħu t-triq tal-indipendenza? Il-Malta Labour Party u l-Partit Nazzjonalista ma kinux qed jaqblu fuq liema forma ta’ indipendenza imma t-tnejn kienu qed jitkellmu dwar l-indipendenza ta’ Malta. Fis-sittinijiet kellek ukoll il-ġlieda ħarxa tal-Knisja Kattolika kontra l-MLP. Hawnhekk il-Partit Laburista ta’ Mintoff spiċċa fi ġlieda fuq żewġ fronti, kontra l-Ingliżi u l-Knisja. L-Ingliżi ma ridux akkost ta’ kollox li jinnegozjaw l-indipendenza ma’ Mintoff għax kienu jafu x’inhu. Kienu jafu li kien negozjatur iebes. Il-ħsieb tal-Ingliżi kien li jagħtu l-indipendenza lil Malta iżda jagħtuha kif jixtiequ huma u bil-ħsieb li jieħdu xi ħaġa lura. Kemm nisslet biża’ l-indipendenza? L-Indipendenza għal xi wħud kienet pass fid-dlam. Kien hemm min twerwer meta tħabbret id-data tal-indipendenza. Xi Maltin kien jibżgħu mill-indipendenza għaliex kienu jirraġunaw li mingħajr l-Ingliżi ma ngħixux. Kellek ukoll qasma fil-Partit Nazzjonalista fejn Herbert Ganado kellu l-Partit Demokratiku Nazzjonalista li kien kontra l-indipendenza ta’ Malta. Kif Mintoff u Borg Olivier ma qablux fuq it-tip ta’ indipendenza li kellha tikseb Malta? Il-punt kardinali ta’ dan kollu kien it-trattat ta’ difiża li ġie mal-indipendenza. Mintoff qatt ma ried li l-ftehim ta’ difiża mal-Gvern Ingliż jiġi milħuq qabel l-Indipendenza. Ried li Malta tkun f ’pożizzjoni iktar soda u tinnegozja ftehim ta’ difiża wara l-Indipendenza. Fil-fatt, meta mbagħad fl-1971 Mintoff tela’ fil-Gvern mal-ewwel ried jinnegozja

mill-ġdid it-trattat ta’ difiża li Borg Olivier kien iffirma mal-Ingliżi. Mintoff telaq minn sitwazzjoni fejn bil-ftehim li kien ġab Borg Olivier, Malta kienet qed tirċievi ħames miljun sterlina fis-sena li ma kinitx biżżejjed. Bit-trattat li kellna, l-Ingliżi bdew iġibu l-alleati tagħhom fosthom in-NATO. Mintoff biddel dan kollu u kif tela’ keċċa lin-NATO. Huwa poġġa aktar responsabilità fuq l-Ingliżi għall-ġejjieni ta’ Malta. X’tikkumenta dwar in-negozjati ibsin bejn Mintoff u Carrington fil-bidu tas-sebgħinijiet? Jiena nemmen li Mintoff qatt ma wera blaff fin-negozjati mal-Gvern Ingliż. Mintoff lagħab logħba importanti fuq il-mejda tan-negozjati f ’kuntest tal-gwerra l-bierda. Kellek l-Italja ta’ Aldo Moro li kienet qed tgħin u daħlet medjatur bejn

Malta u r-Renju Unit. Fil-fatt, l-Ingliżi kienu qed jirrabjaw li Mintoff kien qed jibda jieħu li jrid. Żgur li l-Ingliżi aktar milli bdew jibżgħu li Malta tiġi influwenzata mis-Sovjetiċi kienu qed jibżgħu minn pajjiżi bħal-Libja li fi żmien l-ultimatum li kien hemm f ’Diċembru tal1971 għenet lil Malta.

L-Ingliżi telgħu sa madwar sitt miljun sterlina fis-sena iżda mbagħad l-alleati ħarġu l-kumplament biex Mintoff ġab 15-il miljun lira sterlina fis-sena. Fuq kollox il-Perit Mintoff ġab l-għeluq tal-bażi militari Ingliża seba’ snin wara dan il-ftehim.

Siltiet estensivi tal-intervista mal-Professur Dominic Fenech se jixxandru waqt id-dokumentarju Ħelsien li se jixxanApparti li l-Italja qdiet irwol importan- dar fuq ONE il-Ħadd ti kien hemm ukoll pressjoni qawwija 31 ta’ Marzu 2019 mid-dinja tal-Punent fuq l-Ingilterra fid-9:15pm. biex din tilħaq ftehim ma’ Mintoff ta’ Malta. Għall-Amerikani kien vitali li jintlaħaq ftehim bejn il-Gvern Ingliż u dak Malti. Fil-fatt, l-alleati tan-NATO kkontribwixxew anki finanzjarjament biex finalment Mintoff ġab kważi t-tripplu ta’ dak li kellna qabel. X’wassal biex imbagħad intlaħaq il-ftehim tad-difiża tal-1972?


Suppliment

04 31.03.2019

ĦAREĠ L-AĦĦAR BASTIMENT NAVALI INGLIŻ L-aħħar bniedem li kellu kuntatt mal-forzi Ingliżi f ’Malta qabel ħallew pajjiżna fl-1 t’April 1979. Alfred Calleja li llum jgħix ix-Xgħajra laqagħna ġo daru biex nintervistawh dwar dan l-episodju li hu tant hu kburi bih. Hekk kif ħabbatnielu l-bieb smajt il-kelba tinbaħ, jien ersaqt lura filwaqt li tal-kamera tbissem għax kien jaf li jien nibża’ ftit mill-klieb. Alfred magħruf bħala l-“pilot” fetaħ u mill-ewwel beda jirrakkonta. Konna bilkemm għadna tlajna t-taraġ li beda jurini xi ritratti ta’ dakinhar. Spjegali kif lejn tmiem is-sebgħinijiet huwa diġà kellu esperjenza biex joħroġ vapuri kbar mill-Port. Alfred Calleja bdieli l-istorja mil-lejl ta’ qabel. “Dakinhar jien mort il-Birgu. Hemm hekk lanqas kien hemm fejn toqgħod labra.” Saħaq li għaċ-ċerimonja tal-Ħelsien marru ħafna nies għaliex kienet festa kbira li tibqa’ mmarkata. Imbagħad il-kliem mal-ewwel imur fuq l-għada meta l-aħħar bastiment navali Ingliż, l-H.M.S. London kellu jsalpa mill-Port il-Kbir. Calleja qalli li dakinhar huwa beda xogħol minn kmieni anki jekk mal-lejl kien iddawwar xi ftit peress li baqa’ l-Birgu sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu minħabba ċ-ċerimonja fuq l-għolja tal-ħelsien. Saħaq li filgħodu fl-għodwa tal-bidu t’April irrapporta għax-xogħol normali u mar Marsaxlokk fejn ħareġ vapur kbir. Sieħbu li wkoll kellu jkun miegħu biex joħorġu l-H.M.S. London ċempillu u fakkru fix-xogħol li kien imiss fil-Port il-Kbir. “Tinsiex li fid-disgħa għandna l-London, qalli sieħbi,” spjega Calleja. “Jien tant kont ili nistennieha din il-ġurnata li nkunu ħielsa mill-barrani li meta waslet is-siegħa lanqas ridt nemmen,” qal il-“pilot”. Alfred Calleja jkompli jispjega kif mar il-Port il-Kbir u tela’ fuq il-bastiment. “Tlajt fuq il-bridge u hemm hekk laqgħuna ħafna. Biżżejjed ngħidlek li kif tlajna l-baħrin kollha ħarġu jdejhom isellmulna. Lil Malta baqgħu jħobbuha ħafna u bdew ikantaw: We Are Sailors,” kompla jirrakkonta Calleja li fuq wiċċu deher kommoss għal dak li beda jiftakar. Kultant iqum iġibli xi ritratt jew joħroġ xi nota mid-djarju li żamm, Alfred Calleja kellu ferħ ta’ ġenn biex jirraklkontali l-istorja sħiħa. “Il-kaptan mal-ewwel qalli li rridu

Ftit wara li dħalt id-Dwana nilmaħ lill-Prim Ministru u mort fuqu u għidtlu; Perit ħriġniehom, u hu weġibni; sewwa jien domt seba’ snin biex keċċejthom u inti f’siegħa tfajthom ‘il barra

nistennew xi ftit għaliex l-ammirall kien għadu ma ġiex,” saħaq Calleja. Dakinhar kellha ssir parata u jingħata s-salut iżda minħabba l-maltemp għadda ajruplan żgħir magħruf bħala n-Nimrod. L-ajruplan għadda fil-baxx ħafna fuq il-bastiment. Sadanittant min-naħa tal-Kalkara kien ġej l-ammirall li kien jgħix hemm. Flok ġie bid-dgħajsa tal-baħrin, wassluh in-nies tal-Kalkara fuq id-dgħajsa tagħhom tar-regatta. Dan sar b’sens ta’ rispett għaliex fuq kollox għalkemm l-Ingliżi kienu jħallu pajjiżna, dan ma sarx b’xi antagoniżmu. L-Ingliżi fehmu li issa Malta se tibda tgawdi mid-destin li ltaqgħet miegħu. Malta issa mhux biss ħielsa iżda anki newtrali u flok hija strument ta’ gwerra hija strument ta’ paċi. Il-“pilot” kompla jgħid dwar il-wasla tal-ammirall fuq il-bastiment u minn hemm huwa beda jidderieġi l-bastiment biex joħroġ mill-Port. “Minn fuq il-vapur stajt nara l-port miżgħud bin-nies isellmu ’l-bastiment,” qal Calleja. Fuq innaħa ta’ fejn illum hemm Dar il-Mediterran għall-Konferenzi kien hemm il-President tar-Repubblika Anton Buttigieg li mar ukoll biex isellem l-H.M.S. London. “Il-bastiment inħall u qabad it-triq biex joħroġ mill-Port. Aħna bħala piloti talPort bilfors irridu nkunu preżenti. Aħna responsabbli mill-bastiment dak il-ħin,” qal Calleja li kompla jirrakkonta fuq l-atmosfera li kien hemm fil-Port dak il-ħin. “Kien hemm naqra mewġ mhux ħażin, għalkemm fil-Port forsi ma jinħassx,” jisħaq Alfred Calleja. Kompla jgħidli kif hu u l-kolle-

ga tiegħu mal-ewwel urew l-intenzjoni li kif joqorbu lejn il-breakwater dawn jinżlu minn fuq il-bastiment. Calleja jgħid li ma kinitx faċli għax minn hemm il-baħar beda jobrom mhux ħażin. Qabel telqu jkompli jirrakkonta kif il-baħrin reġgħu ħadulhom b’idejhom u sellmuhom. Dik proprju kienet l-aħħar komunikazzjoni navali bejn il-Malti u l-militar Ingliż li ħakem lill-pajjiżna għal seklu u nofs. Intant, Calleja u sieħbu issa lura fuq l-art semgħu li fid-Dwana kien għaddej festin ta’ ċelebrazzjoni għal din il-kisba politika. “Sirt naf li Mintoff kien id-Dwana u segwa kollox minn hemm. Ridt immur minnufih hemm u f ’kemm trodd salib ġbidna lejn id-Dwana,” qalilna filwaqt li f ’xi daqqiet reġgħet feġġet il-kelba biex tinkina xi ftit. Kif mar id-Dwana, Calleja sab laqgħa kbira. In-nies ferħulu li kien hu li ħareġ il-London. “Tgħidx kemm ħassejtni xxurtjat li kont proprju jien li ħriġt

lill-Ingliżi,” saħaq Calleja li mbagħad qalli rakkont li baqa’ jiftakru sal-lum anki permezz ta’ anedottu li niżżel fuq id-djarju tiegħu. “Ftit wara li dħalt id-Dwana nilmaħ lillPrim Ministru u mort fuqu u għedtlu; Perit ħriġniehom, u hu weġibni; sewwa jien domt seba’ snin biex keċċejthom u inti f ’siegħa tfajthom ’il barra.” Dan kien proprju l-kliem li rrakkontali l-“pilot”, bi kważi d-dmugħ f ’għajnejh irrakkontali x’jiġifieri s-sagrifiċċju li għamel il-poplu Malti u kemm stinka biex illum għandna pajjiż modern li qed jgħix fil-prosperità. “Aħna bnejna kollox mix-xejn u bis-sagrifiċċji kollha rnexxielna nieħdu rajna f ’idejna,” kompla jisħaq. Qabel temmejna l-intervista Calleja kompla jagħtini stampa ta’ Malta fis-sebgħinijiet u mil-liema żvilupp għaddiet Malta sabiex kienet kapaċi tqum fuq saqajha u ssir ħielsa fis-sens wiesa’.


Suppliment

31.03.2019 05

TELLA’ L-BAJDA U L-ĦAMRA FUQ L-GĦOLJA TAL-ĦELSIEN

Forsi fil-filmati ma tantx nintgħaraf niġbed il-ħabel, iżda dik li tara l-bandiera ta’ pajjiżek tielgħa ’l fuq tperper hija esperjenza wisq sabiħa Kien dak li tella’ l-bajda u l-ħamra fuq l-għolja tal-ħelsien fil-lejla ta’ bejn il-31 ta’ Marzu u 1 t’April 1979. Lil Alfred Xuereb, li llum jgħodd 85 sena nċempillu u tweġibni martu. “Fred ara xi jriduk,” tgħidlu b’ton ħelu. Alfred jaqbad it-telefon u nistaqsih biex nintervistah fuq l-avveniment storiku tal-Ħelsien. “Jien pensjonant, ejja meta trid, il-ħin kollu tiegħek,” qalli Alfred li mbagħad staqsieni x’se jilbes għal din l-intervista li se tixxandar ukoll fuq l-aħbarijiet ta’ ONE. Kif dħalna ġo daru f ’Wied il-Għajn, isSur Xuereb laqagħna ġo daru. Feraħ bina tgħidx kemm, kien onorat li se jkun intervistat wara 40 sena mill-kisba tal-ħelsien. Martu għamlitilna l-kejk u fuq wara kien hemm waħda min-neputijiet ta’ Fredu li tgħidx kemm hi kburija b’nannuha. Ma’ Alfred nibdew l-intervista u nistaqsuh dwar kif kien proprju hu li ġie magħżul biex itella’ l-bandiera Maltija wara li tniżżlet

dik tar-Renju Unit. Fil-pront jgħidilna li miegħu kien hemm tnejn oħra, Boxall mill-Birgu u pulizija Ħamruniż. Fuq kollox jispjega kif huwa kien jaħdem it-Tarzna u dik il-ġimgħa għajjatlu xi ħadd li riduh fl-uffiċċju ġenerali tat-Tarzna. Filwaqt li hu nħasad għax ħaseb li ġara xi ħaġa, ra nies bħal Salvu Sant ħerġin minn laqgħa. Dan qallu li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej hu kellu jkun fuq il-monument tal-Ħelsien biex itella’ l-bandiera Maltija. “Tgħidlix le, trid tiġi,” spjegali Alfred Xuereb li saħaq li ma kellux għażla. B’passjoni liema bħala hu u jirrakkonta din il-ġrajja tant sabiħa, Xuereb jgħid li qatt ma basar li proprju kien se jkun hu li jtella’ l-bajda u l-ħamra. “Kont ili nisma’ fuq il-ħelsien ta’ Malta iżda fejn qatt bsart li kelli nkun jien li ntella’ l-bandiera Maltija.” Dak iż-żmien Malta kienet indipendenti iżda l-bandiera tar-Renju Unit baqgħet preżenti

b’mod kostanti kompla jispjegali Xuereb. Staqsejtu jekk kinitx saret xi prova qabel din iċ-ċerimonja tant importanti li baqgħet titfakkar fl-istorja ta’ Malta, Alfred qalli li iva. “Konna morna lejliet intellgħu l-bandiera u dakinhar iltqajt mal-baħri Ingliż li kellu jniżżel il-bandiera tar-Renju Unit.” Alfred żied jgħidli li l-baħri li kien ikun għassa fuq l-H.M.S London, l-aħħar bastiment navali Ingliż li salpa mill-Port ilKbir l-għada tal-Ħelsien, qallu li kien imdejjaq li kien inkarigat li jniżżel il-bandiera ta’ pajjiżu. “Ma riedx jagħmilha akkost ta’ kollox imma kellu jobdi lill-ammirall.” Xuereb żied jgħidli li biex ittella’ l-bandiera ta’ pajjiżek tagħmilha bil-qalb kollha imma biex tniżżilha tħossha iebsa. Filwaqt li jirrakkonta kemm il-Birgu kien miżgħud bin-nies minkejja t-temp xejn favorevoli li kien hemm dakinhar, Alfred jgħid li dakinhar kien ferħan se jtir. “Jien kont eċitat u Mintoff deher wisq għal qalbu.” Jgħid li wieħed mit-

tfal tiegħu ħbielu l-uniformi li kellu jilbes għaċ-ċerimonja biex jinkwetah ftit. “Forsi dan iċ-ċajt it-tifel wirtu mingħandi għaliex jien inħobb niċċajta ftit,” jgħidilna Alfred. Jispjega li għal dakinhar kellu boiler suit apposta li żanżan għal dik l-okkażjoni. Alfred Xuereb għalaq l-intervista magħna billi spjegalna kif demmu għadu jbaqbaq meta jara l-filmati taċ-ċerimonja tal-Ħelsien. “Forsi fil-filmati ma tantx nintgħaraf niġbed il-ħabel, iżda dik li tara l-bandiera ta’ pajjiżek tielgħa ’l fuq tperper hija esperjenza wisq sabiħa,” temm jgħid Alfred Xuereb.


Suppliment

06 31.03.2019

POPLU LI FEHEM IL-BŻONN TA’ BIDLA Filgħodu bakkarna kmieni. Jiena u Shaun Cucciardi, dak li ġibed il-filmat tal-intervisti kollha għad-dokumentarju Ħelsien, għaddejna nieħdu kafè. Insomma hu ħa kafè għax jien dak ma nniżżlux, jiena ddeċidejt li nixrob tazza larinġ magħsur frisk bil-ħatfa. Konna ffukati fuq intervista li kellna nagħmlu lill-Prim Ministru f’Kastilja. Minnufih dħalna fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u bdejna narmaw sabiex inPrim Ministru għalfejn tħoss li fl-1971 il-poplu Malti ħa deċiżjoni importanti filkuntest li Mintoff tela’ fil-Gvern bl-għajta li jinnegozja mill-ġdid trattat ta’ difiża millIngliżi li kellu jara t-tluq tagħhom?

ħejju għall-intervista. Kont naf minn qabel li lil Dr. Muscat ma kellix bżonn nistaqsih wisq. Huwa kien se jartikola u jwessa’ ħsibijietu. Bla dubju, kif dejjem tkellem fil-passat, il-Mexxej Laburista kien se jitkellem b’mod razzjonali dwar il-ħelsien. Ma kienx se juża din il-kisba politika biex ixettel xi tip ta’ firda, anzi huwa dejjem ħares li dawn l-avvenimenti politiċi u storiċi jgħaqqduna u mhux jifirduna.

jibda mill-kuntest storiku. Dik l-elezzjoni kienet l-ewwel waħda wara d-dnub il-mejjet fejn iż-żewġ partiti ewlenin telqu għal din l-elezzjoni f ’livell ekwu bejniethom. Kienet elezzjoni importanti wara żviluppi politiċi li għadda minnhom pajjiżna. Kellek l-integration li Mintoff ried lil Malta tilħaq livelli f ’diversi oqsma li kien hemm fir-Renju Unit, bħall-edukazzjoni, is-saħħa, eċċ. Wara li din il-politika ma Jien naħseb mmaterjalizzatx kellek l-Indipendenza li w i e ħ e d kien tassew pass storiku importanti. Illum i r i d irridu nirrikonoxxu li dan kien pass kruċjali u dan minkejja li Mintoff ma kienx sodisfatt bl-Indipendenza li nkisbet dak iż-żmien. Mintoff ried xi ħaġa iżjed u dan narawh f ’kuntest politiku

Fuq kollox ftit ġimgħat qabel kont għadni kemm smajt lill-Prim Ministru jitkellem fiċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ dwar deċiżjoni importanti u ta’ kuraġġ li kien ħa l-poplu Malti u Għawdxi fl-elezzjoni tal-1971. Allura naturalment ma setax jonqos li hekk kif Dr. Joseph Muscat daħal fis-Sala tal-Ambaxxaturi f’Kastilja u poġġa bilqiegħda għall-intervista, kliemi mar fuq dan.

Ma kinitx faċli tfiehem poplu jibdel il-mudell ekonomiku tiegħu b’ħafna sagrifiċċji. Jiena nirrifjuta li dan il-mudell ekonomiku kien wieħed magħluq. Kien hemm elementi minn dan il-mudell ekonomiku li ma jgħoddux għal-lum il-ġurnata. Iżda kien hemm affarijiet bħall-attrazzjoni ta’ investiment barrani. Fil-fatt, hemm laqgħa li nżammew minuti tagħha fejn Mintoff qed jitkellem mal-Assoċjazzjoni tal-Industrijalisti Ingliżi (CBI) u qed jippromwovi mudell essenzjalment kapitalista. Mintoff qed Kemm kienet diffiċli jew faċli li Malta jgħid lil dawn l-industrijalisti f ’Londra biex jiġu f ’Malta, qed jassiguralhom li tibdel il-mudell ekonomiku tagħha. Minn ekonomija fortizza għal waħda jidħlu fis-swieq Ewropej u fil-paċi. Tinsiex Mintoff telaq minn sitwazzjoni fejn mibnija fuq setturi differenti?

meta kellek diversi pajjiżi oħrajn li bħal Malta bdew jaraw l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżhom mhux wieħed marbut mal-gwerra iżda fuq wieħed paċifiku. Dak li ġara fl-1979 wieħed irid jarah mhux biss kif inħema fl-1971-1972 iżda anki aktar qabel. Kellek ġenerazzjoni ta’ poplu li għex il-gwerra u li kien jaf li bil-gwerra kien jaqla’ x’jiekol. Meta mbagħad Mintoff tela’ fl-1971, huwa ried joftom lil Malta minn dik it-tip t’ekonomija. Hawnhekk il-pajjiż aċċetta dan.


Suppliment

pajjiżna kellu ekonomija dipendenti fuq il-barrani. Il-Gvern Laburista tas-sebgħinijiet bena s-sisien tal-ekonomija; ilbanek, l-Air Malta, it-Tele-Malta. Illum ikun hemm min jgħidlek li kien hemm minn dawn li nbiegħu. Dik hija l-evoluzzjoni taż-żminijiet iżda dak iż-żmien l-irwol tal-istat kien wieħed essenzjali. Li naraw il-ħelsien b’mod romantiku, ittorċa fuq l-għolja tal-ħelsien. Dik kienet it-tmiem ta’ proċess, ma kienx il-bidu ta’ proċess. Il-proċess veru beda minn wara l-gwerra minn żmien li Mintoff bena jieħu ħsieb ir-rikostruzzjoni, kompliet bl-evoluzzjoni tal-Indipendenza, bl-evoluzzjoni tar-Repubblika. Forsi l-Ħelsien kien dak li għal ħafna snin jista’ jimmarka t-tmiem ta’ evoluzzjoni ta’ pajjiż biex isir verament nazzjon sovran. X’tikkummenta dwar kif Mintoff ta viżibilità lil kwistjonijiet talMediterran. Inti bħala Kap talGvern Malti ssemmi ħafna dan ir-reġjun. Kemm kien importanti li partikolarment fil-konferenza ta’ Ħelsinki, Mintoff semma l-Mediterran? Il-Mediterran storikament kien u għadu u jibqa’ dak il-baħar li huwa mimli tbaqbiq. Il-Mediterran huwa l-benniena ta’ għadd ta’ ċiviltajiet. Fuq dan il-baħar kien hemm l-akbar potenzi tad-dinja, bħall-Griegi, il-Kartaġiniżi, ir-Rumani, l-Ottomani u tibqa’ sejjer. L-omm tal-kunflitti kollha hemm dak tal-Lvant Nofsani li għadu hemm f ’dan ir-reġjun. Il-Mediterran jittraxxendi

31.03.2019 07

f ’kuntest romantiku. Ħelsien ma jfissirx iżolament. Xi kultant nibża’ li jkun hemm min jidentifika l-ħelsien bħala li inti maqtugħ minn kullħadd. Inti l-ħelsien huwa li bħala pajjiż tista’ tieħu d-deċiżjonijiet tiegħek, mhux li inti tinqata’ minn kulħadd. Forsi għamilna żmien li niċċelebraw il-ħelsien f ’kuntest iżolat. Inti l-ħelsien irid jiġi ċċelebrat f ’kuntest internazzjonalista. Inti membru kburi f ’komunità internazzjonali li għandek id-dritt titkellem mhux ħaddieħor jitkellem f ’ismek jew agħar minn hekk titlob permess lil ħaddieħor biex titkellem. Malta llum kburija f ’kull koIllum kif għandha tħares is-soċjetà munità jew pjattaforma li titkellem fiha; Maltija lejn il-ħelsien? jekk hix l-Unjoni Ewropea jew il-Ġnus Mill-ġdid il-ħelsien m’għandux jitpoġġa Magħquda. Naħseb is-sens tal-ħelsien huwa meħud bħala xi ħaġa ovvja llum il-ġurnata. Illum ma nimmaġinawx li pajjiżna ma jkollux kap ta’ stat Malti. Dak iż-żmien kien hemm bżonn qawwi li jkollna dawn il-kisbiet kostituzzjonali u storiċi. Ma naħsibx li l-attitudni tagħna għandha tkun li ejja ngħallmuhom liż-żgħar x’kien ifisser. Irridu nitkellmu, nisimgħu, jien l-ewwel wieħed, mingħand nies li xi kultant għadni niskanta bħal meta jgħidulek in-nies li eżempju fil-Marsa kien hemm żoni fejn ma stajtx tidħol. Ngħiduh mhux b’sens Dak li ġara ta’ antagoniżmu kontra l-barrani. Illum fl-1979 wieħed għandek sitwazzjoni fejn aħna Maltin u hawn barranin, fejn aħna ugwali għal irid jarah mhux xulxin. Illum għandek ċirkustanzi fejn biss kif inħema il-barrani jaħdem għall-Malti. Dik hija evoluzzjoni li seħħet f ’dan il-pajjiż. fl-1971-1972 iżda Is-sabiħ huwa li llum bdejna l-perjodu ta’ żmien fejn nitkellanki aktar qabel ż-żmien. Għalija huwa sorprendenti kif kellu jkun Mintoff li kellu jitfa’ l-Mediterran fuq l-aġenda. Dan għamlu lejn tmiem is-seklu 20 u dak li qal Mintoff li ma jistax ikollok sigurtà fl-Ewropa jekk mhux fil-Mediterran illum kullħadd jeħodha bħala ovvja. Mintoff kien ġibed l-attenzjoni waqt il-konferenza ta’ Ħelsinki. Forsi l-metodi li kien juża kienu drammatiċi iżda forsi hekk kien hemm bżonn li jsir. Malta għandha tkun kburija li kienet hi li bdiet tagħti viżibilità lil dan ir-reġjun tant importanti.

mu fuq dawn l-avvenimenti storiċi billi nħossuhom iżda ma nkunux emozzjonali żżejjed fuqhom. Irridu nkunu iżjed razzjonali fuq dawn l-affarijiet. Illum ma nistgħux noqogħdu nintilfu fuq liema kienet l-aqwa, jekk hux is-Sette Giugno, l-Indipendenza, ir-Repubblika jew il-Ħelsien. Illum nagħrfu li kull ġrajja tat il-kontribut tagħha u qed inħarsu ’l quddiem. Illum b’sens ta’ maturità l-poplu qed juri li dan iż-żmien wasal. Siltiet minn din l-intervista se jkunu qed jixxandru fid-dokumentarju Ħelsien li se jixxandar fuq ONE nhar il-Ħadd fit-8:30pm. Ħelsien huwa produzzjoni eżekuttiva tal-Partit Laburista. B’filmati ta’ Shaun Cucciardi u oħrajn mill-arkivji, dan id-dokumentarju huwa maħdum fuq muntaġġ eċċellenti ta’ Jonathan Galea. Siltiet minn dan id-dokumentarju nġibdu wkoll f ’Londra fejn ġew intervistati akkademiċi u nies li kienu involuti mal-Gvern Ingliż li Mintoff innegozja magħhom it-Trattat ta’ Difiża tal1972. Fil-fatt, l-għan ta’ dan id-dokumentarju storiku huwa li anki jħares lejn il-perspettiva Brittanika u jġib il-faċċati kollha flimkien biex it-telespettatur jifhem aħjar il-kunċett tal-ħelsien li ġab Mintoff u l-Gvern Laburista fl1979.


Suppliment

08 31.03.2019

IR-RIVOLUZZJONI TAS-SNIN 70 BIDLIET SOĊJALI

• Fl-1973 beda jingħata bonus lill-ħaddiema f ’Ġunju u f ’Diċembru. • Sena wara ġiet stabbilita l-paga minima nazzjonali u bdiet il-ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa. • Fl-1974 ukoll il-familji bdew jirċievu għall-ewwel darba ċ-children’s allowance. • Fl-1976 il-ħaddiema fil-privat bdew jirċievu bonus daqs dak li kienu jirċievu l-ħaddiema tal-gvern u sena wara bdew jirċievu żieda għall-għoli tal-ħajja daqs dik li kienu jirċievu l-ħaddiema tal-gvern. • Fl-1978 iddaħħlet il-pensjoni taż-żewġ terzi. • Sentejn wara ngħata d-dritt tal-leave tal-maternità għan-nisa waqt li ngħata benefiċċju tat-tqala lil dawk in-nisa li ma kinux jaħdmu. • Kienu introdotti wkoll pensjonijiet għar-romol u għall-persuni b’diżabilità. • F’Jannar tal-1973 l-omosesswalità ma baqgħetx meqjusa bħala att kriminali. • Sentejn wara fl-1975 iddaħħal iż-żwieġ ċivili.

ŻVILUPP INFRASTRUTTURALI KBIR • Inbnew 55 kilometru ta’ toroq ġodda. • Ir-runway tal-ajruport kienet estiża għal iktar minn 4,000 metru. Inbena air terminal ġdid u ħangar għattiswija tal-ajruplani. Inbniet ukoll mina biex minnha jgħaddi t-traffiku mill-Belt Valletta għaż-Żurrieq. • Bl-għajnuna tal-Gvern Ċiniż, kien żviluppat iċChina Dock fit-Tarzna li kien jesa’ vapuri kbar ta’ 300,000 tunnellata. • F’Ta’ Qali sar villaġġ artiġjanali li fetaħ opportunitajiet ġodda lil numru ta’ imprendituri żgħar. • F’Ta’ Qali wkoll, iżda fil-qasam sportiv, inbena l-ground nazzjonali. • Saret pixxina nazzjonali f ’Wied il-Għajn, waqt li kien inawgurat ċentru sportiv fil-Marsa bi ground tal-football u courts tat-tennis u tal-basketball. • Fil-qasam kulturali kienu inawgurati l-Mużew Nazzjonali tal-Arti u l-Mużew tal-Istorja Naturali. • Infetħet Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. • Sar il-proġett tal-Kingsway fid-daħla tal-Belt Valletta, blokk ta’ bini b’40 ħanut u 66 appartament.

SAĦĦA

• L-għada ta’ Jum il-Ħelsien daħlet fis-seħħ l-iskema nazzjonali tas-saħħa li permezz tagħha s-servizz mediku kollu f ’pajjiżna beda jingħata bla ħlas. • Fl-Isptar San Luqa fost l-oħrajn twaqqaf dipartiment ġdid tal-Emerġenza, infetaħ id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija, infetaħ id-Dipartiment tal-Kura Intensiva, ġew modernizzati t-teatri tal-operazzjonijiet u s-swali, u kienet introdotta l-medical record system. • Bdew isiru f ’Malta operazzjonijiet li qabel kienu jsiru biss barra minn Malta, fosthom operazzjonijiet fuq l-għajnejn, fuq il-moħħ u fuq il-qalb. • Infetħu seba’ ċentri tas-saħħa fil-Mosta, il-Furjana, Raħal Ġdid, Bormla, il-Gżira, ir-Rabat f ’Malta u r-Rabat f ’Għawdex. • Inbena sptar ġdid tal-maternità waqt li nbena sptar ġdid tat-tfal, l-Isptar Karen Grech. • Infetaħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex bi spiża ħafna inqas minn kemm kienu ppjanaw Gvernijiet Nazzjonalisti fis-snin 60, mingħajr iżda ma tnaqqsu s-servizzi offruti minn dan l-isptar. • L-Isptar Pawlu Boffa fil-Furjana li għal snin sħaħ kien jilqa’ pazjenti barranin, kien modernizzat biex joffri trattament bir-raġġi. • Fl-1975 kien iffirmat ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam tas-saħħa bejn Malta u r-Renju Unit, li minnu bbenefikaw iktar minn 15,000 pazjent Malti u Għawdxi, u li għadu fis-seħħ sal-lum.

HOUSING • Waqt li twaqqfet l-Awtorità tad-Djar, fissnin 70 Gvern Laburista bena mal-5,200 appartament u dar mifruxa mal-pajjiż kollu. • Fl-istess ħin inħarġu għall-offerta mat3,800 plott, ukoll mifruxa ma’ Malta u Għawdex. Fi żmien Gvern Nazzjonalista kienu nħarġu 200 plott. • Ingħataw plotts f ’B’Bugia, l-Iklin, l-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar, Ħal Qormi, San Ġwann, Santa Luċija, ix-Xgħajra, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żejtun. • Gvern Laburista tas-snin 70 kompla wkoll ix-xogħol li kienu bdew gvernijiet oħra Laburisti fis-snin immedjati ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, biex jeqred ħafna slums b’gabubi mudlama, mingħajr ajra u mingħjar faċilitajiet sanitarji, fost l-oħrajn fil-Belt Valletta. Minflok l-islums, Gvern Laburista bena appartamenti ġodda bil-kumditajiet kollha neċessarji. Mal-1,000 familja gawdew minn dan il-proġett.

TITWIELED IL-MIDDLE CLASS

• Il-paga minima nazzjonali, li qabel l-1971 ma kinitx teżisti, żdiedet kull sena minn 500 Lira Maltin għal 1,400 Lira Maltin fis-sena. • Iċ-children’s allowance, li qabel l-1971 ma kinitx teżisti, ukoll żdiedet kull sena - minn Lira Maltija għal ftit iktar minn 7 Liri Maltin fil-ġimgħa - għal familja bi tlett itfal. • Kien hemm ukoll żieda kull sena fil-bonus li beda jingħata f ’Ġunju u f ’Diċembru, minn 8 Liri Maltin fis-sena għal 100 Lira Maltin fis-sena. Dan il-bonus bħall-paga minima nazzjonali u ċ-children’s allowance qabel l-1971 ma kienx jeżisti. • Fl-ewwel 10 snin ta’ Gvern Laburista waqt li l-paga tal-President tar-Repubblika żdiedet b’20%, il-paga ta’ labourer mal-gvern żdiedet bi 350%.

EDUKAZZJONI • Gvern Laburista żied l-età tal-edukazzjoni obbligatorja fl-iskejjel għal 16. • Twaqqfu 11–il skola tas-snajja’ biex iħarrġu lill-istudenti jsibu impjieg f ’setturi industrijali differenti. • Infetħu mas-66 skola tal-kindergarten għat-tfal kollha ta’ erba’ snin, li ma kinux jeżistu qabel l-1975, u li kienu maħsuba biex it-tfal jieħdu sehem f ’logħob edukattiv, jitgħallmu f ’ambjent ferrieħi u jesprimu lilhom infushom. • Infetħu l-Junior Lyceums li kienu maħsuba biex jgħinu lill-istudenti li kienu motivati għat-tagħlim, ikomplu javvanzaw bl-istudji tagħhom. • Fil-livell primarju tfal bniet u subien bdew jinġabru flimkien u jiġu mgħallma fi klassi waħda. • Fl-1974 bi sħab mal-Gvern Żvizzeru, twaqqaf il-Fellenberg Training Centre li kien joffri korsijiet fl-elettronika industrijali. Fl-1975 bl-għajnuna tal-Gvern tal-Awstrija, infetħet skola tal-mużika. Mal-1,500 kienu jattendu din l-iskola mingħajr ebda ħlas. • Infetħet il-librerija f ’Belt is-Sebħ. Ftit wara nfetħu libreriji fl-iskejjel sekondarji u anki libreriji distrettwali fl-iskejjel primarji. • Ġew ippubblikati numru ta’ kotba ġodda biex jintużaw fl-iskejjel.

TURIŻMU

• In-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna matul is-snin 60 kien ta’ 800,000. Fis-snin 70 żaru pajjiżna 3.5 miljun turist. • Id-dħul mit-turiżmu fis-snin 70 żdied b’10 darbiet, waqt li nħolqu 5,000 impjieg relatati mat-turiżmu. • L-Air Malta twaqqfet fil-21 ta’ Marzu 1973 u bdiet topera ftit iktar minn sena wara permezz ta’ żewġ ajruplani, bl-ewwel titjiriet isiru lejn Londra, Manchester, Ruma, Pariġi, Frankfurt u Tripli. • Fl-ewwel sena tagħha l-Air Malta ġarret madwar 200,000 passiġier. Illum l-Air Malta ttajjar qrib iżżewġ miljun passiġier fis-sena.

INVESTIMENTI ĠODDA

• Gvernijiet Laburisti jibqgħu magħrufa għall-investiment li ġie f ’pajjiżna minn bosta pajjiżi Ewropej bħall-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u l-Belġju. • Iktar minn 40 sena wara investimenti bħad-De La Rue, ST, Playmobil, Methode, Actavis, Baxter, Medelec, Delta, Aeromaritime Med Ltd, Mediterranean Power Electric, Medavia, Plitz Limited u Univentor Ltd, għadhom kollha fostna. • Kienu snin li matulhom kienu approvati mal-240 proġett ġdid. • Inbnew oqsma industrijali ġodda bħal dawk ta’ Ħal Far, Kordin u Rikażli. • Kienu 170 - il-fabbriki ġodda li nbnew u l-estensjonijiet li saru ta’ fabbriki li kienu diġà jeżistu. • L-impjiegi fl-oqsma industrijali rduppjaw waqt li l-esportazzjoni ta’ prodotti manifatturati f ’Malta żdiedet bi kważi 900%.

PAJJIŻ MODERN

• Fis-settur bankarju twaqqfu l-Bank of Valletta u l-Mid Med Bank. • Fis-settur tat-trasport twaqqfu s-Sea Malta, il-Gozo Channel u l-Air Malta. • Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni twaqqfet it-Telemalta. • Fil-qasam tal-enerġija twaqqfet l-Enemalta. • Twaqqfet in-National Tourism Organization biex ilgvern u s-settur privat jaħdmu flimkien biex jikber is-settur turistiku. • Twaqqfet it-Tug Malta biex ix-xogħol fil-Port il-Kbir isir b’mod iktar effiċjenti. • Inbnew żoni industrijali ġodda. • Fl-istess ħin bdew jintużaw għall-ewwel darba l-flus Maltin.



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.