Leħen il-Qala Festa 2013

Page 1

325

SENA PARROĊĊA

SANTA MARIJA TAL-QALA


A vast range of headboards / beds all sizes available and even to clients specifications

+

+

+

=

-Festi il w a r u g Naw kollha in l a Q il l t-tajba

Triq il-For n, QALA tel: 2156 6748 / 9946 0763

The place for Ur future Shopping at the Best Discount Prices


Leħen il-Qala - Festa 2013

Il‑Kelma tal‑Arċipriet Rev. Kan. Dr Joe Zammit

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mhux ftit dwar drittijiet ċivili li għandu jkollhom koppji tal-istess sess. Jiena tal-fehma li jekk f’dawn id-diskussjonijiet kollha ma nibqgħux inħarsu lejn dak li Alla kiteb b’mod tant ċar meta ħalaq ‘il-koppja’ fil-veru sens tagħha, nitilfu l-boxxla, b’konsegwenzi koroh mhux biss għall-preżent li aħna responsabbli minnu aħna, imma iktar u iktar għall-futur imbiegħed meta ħadd minna ma jkun fadal biex isewwi l-ħsara. Meta Alla ħalaq il-bniedem, ma ħalaqx fuq ix-xbieha tiegħu, ta’ Alla-Trinità, żewġ irġiel jew żewġ nisa, imma raġel u mara għamilhom. U insista li dak li għaqqad Hu – din il-koppja oriġinali – ma jifirdux il-bniedem. U r-relazzjoni bejniethom hi tant qawwija li jsiru ‘ġisem wieħed’ fil-veru sens tal-kelma. Minn dan il-‘ġisem wieħed’ titnissel il-ħajja. Għalhekk ma nistgħu qatt nikkomparaw tipi ta’ unjoni oħrajn ma’ dik li kienet fil-bidu u per konsegwenza lanqas nistgħu nippretendu li jkollhom l-istess drittijiet għax fil-fatt lanqas għandhom l-istess dmirijiet. Dmir minnhom per eżempju hu li l-għaqda ta’ bejn ir-raġel u l-mara tkun miftuħa għall-ħajja. Dmir li ovvjament m’għandhomx koppji tal-istess sess għax in-natura ma tagħtihomx din ilpossibbiltà. Wisq nibża’ li kif ġara fiż-żmien tal-kampanja favur id-divorzju f’pajjiżna, il-ftit ikunu interessati minn dak li jkun għaddej, però il-konsegwenzi jaslu fuq il-pajjiż kollu. Ma nistgħux aħna bħala ċittadini u iżjed u iżjed bħala ċittadini nsara ma niħdux interess u ngħinu biex il-pajjiż fil-leġiżlazzjoni tiegħu jibqa’ jħares id-dinjità ta’ kull bniedem fil-verità eżistenzjali tagħha u għalhekk il-ġid komuni veru. B’dan kollu f’qalbna nistgħu tassew nawguraw Festa mill-isbaħ lil San Ġużepp Ħarries tal-Familja Mqaddsa. ■

1


Leħen il-Qala - Festa 2013

‑ il‑Qala Lehen Il-41 Sena • No. 115 - Serje E - No. 26 • Festa 2013

B o r D E D I to r JA l I Arċ. Kan. Joe Zammit Chairman

Euchar Mizzi Editur

Mary Josette Xerri Joe Grima Qari tal‑Provi

Mary Josette Xerri Philip Pisani Doris Cutajar Ġbir tar‑Reklami

Lorne Cremona Frank Ion Magro Ritratti

Victor Grech Fr. Charles Buttigieg Membri

■ Direzzjoni u Amministrazzjoni: Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex. Tel/Fax: 2155 6684 • Mobile: 9940 3612 ■ Toħroġ tliet darbiet fis-sena, fix-xhur t’April, Awwissu u Diċembru, u titqassam b’xejn iżda kull offerta tiġi aċċettata. ■ Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti tal-artikli li jiġu ppubblikati m’humiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali. ■ Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Bord Editorjali, “Leħen il-Qala”, Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex, jew e-mail: lehenilqala@gmail.com ■ Stampat: A&M Printing Ltd. Qala. Tel: 2155 3217

F’Din il‑Ħarġa Il Kelma tal Il-Kelma tal-Arċipriet Arċipriet Editorjal Messaġġ tas-Sindku tal-Qala Aktar tagħrif fuq San Ġużepp San Ġużepp Fostna English Speaking Corner Kummentarju Frak ta’ Storja Katekeżi - Lq. 15 Riflessjoni fuq il-Festa ta’ San Ġużepp Il-Purċissjoni ad unur ta’ San Ġużepp L-Għarusa u Martu Marija “Itlob għalija, Itlob għalija!” Tliet Kwadri Titulari u Nkurunati fir-Raħal tal-Qala Mid-Djarju ta’ Ġużepp Debono Servizz mill-Vatikan Is-Sena tal-Fidi... Is-sena tad-Djakonija Messaġġi mill-Għaqdiet tal-Qala “Ex Voto” - Wegħdi għall-Grazzji Maqlugħa L-1700 sena mill-Editt ta’ Milan L-istorja ta’ kif bdew il-Festi f’Malta Skoperta ta’ valur kbir għalina l-Qalin Tifkira tat-325 Anniversarju ta’ Fidi u Devozzjoni Programm tal-Festi Solenni f’Ġieħ San Ġużepp 2013 l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp Gozo International Celebration L-Imtieħen tar-Riħ f’Għawdex Aqra din!!! Australian Qala Association American Qala Association Persunaġġi Qalin - Mons. Ġużeppi Buttigieg Il-Biedja fil-Qala - Ħamsin/Sittin sena ilu San Ġużepp Bla Bastun Rokna Letterarja Kronaka tal-Parroċċa Ritratt tal-Ħarġa

1 3 4 5 7 10 11 13 15 17 19 23 24 25 29 31 33 35 57 51 53 55 58 69 73 75 79 83 85 88 89 93 97 99 105 111

Fresh Fish Supplies

FISH MARKET 2

Mġarr Road, Għajnsielem, Gozo Tel: 21560 686 ‑ 21555 668 ‑ Fax: 21555 668 ‑ Mobile: 9943 9012


Leħen il-Qala - Festa 2013

L‑Editorjal

“325 Sena ta’ Grazzja u

Barka mis-Sema”

Għal darba oħra ninsabu fil-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Żmien sabiħ. Żmien mistenni kull sena mill-Qalin u mill-Ġużeppini kollha. Żmien ferm għażiż għalina lkoll. Żmien li matulu aktar minn żmien ieħor, nuru l-imħabba u d-devozzjoni tagħna lejn il-Patrun tagħna u l-Patrijarka Ġużeppi, Patrun ukoll tal-Knisja Universali. Din is-sena, kif nafu hija s-Sena tal-Fidi, kif iddikjarata mill-Q.T. il-Papa Emeritus Benedittu XVI f’Ottubru li għadda. Il-Parroċċa tagħna qed tfakkar ukoll it-325 Sena mit-Twaqqif tal-Parroċċa għal Lvant tal-Gżira Għawdxija, mill-Isqof David Cocco Palmieri, bl-isem ta’ “Santa Marija tal-Qala” fejn il-Knisja Parrokkjali kienet proprju s-Santwarju llum iddedikat lill-Immakulata Kunċizzjoni, imma dakinhar kellha bħala kwadru Titulari dak ta’ “Santa Marija tal-Qala”. Tgħiduli x’għandhom x’jaqsmu dan l-avveniment Parrokkjali u s-Sena tal-Fidi? Iva, għandhom x’jaqsmu ħafna. Għax minn fejn kienet tiġi pproklamata, mgħallma u mħaddma l-fidi fost il-poplu t’Alla, (f’dan il-każ tal-Parroċċa mwaqqfa 325 sena ilu) jekk mhux mill-Knisja Parrokkjali li hija meqjusa bħala d-Dar t’Alla? Għalhekk il-Parroċċa tagħna għamlet sew ħafna li fakkret dan l-Anniversarju Reliġjuż u Qaddis fejn l-iskop prinċipali hu li nirringrazzjaw lil Alla u lil Marija Santissima għall-grazzji kbar u ġid spiritwali kotran, li huma sawbu fuq l-antenati tagħna, fuqna u fuq kull min b’xi mod jew ieħor għamel użu minn dan is-Santwarju Nazzjonali Marjan matul iż-żminijiet. L-Istorja hija importanti, imma huma importanti ferm aktar il-‘Barka t’Alla’, il-paċi tal-qalb u l-fejqan tar-ruħ li niżlu kotrana fuq il-poplu tagħna bħal ma x-xita tinżel fi Frar u tfawwar il-bjar. Kienet għalhekk ukoll għaqlija u f’postha d-deċiżjoni tal-Qalin ta’ qabilna meta kienu qed jibnu l-Knisja Parrokkjali l-ġdida fejn irriservaw kappella ċkejkna u wisq ħelwa, fejn dan il-Kwadru mirakoluż ta’ Santa Marija tal-Qala seta’ jitpoġġa għall-qima tal-fidili. Kien ukoll pass meritat u wisq meqjus meta 25 Sena ilu, allura f’għeluq it-300 Sena minn dan l-avveniment, dan il-Kwadru ġie nkurunat mill-Isqof Nikol G. Cauchi, Isqof t’Għawdex. Verament dawn in-nies Qalin ħaqqhom kull tifħir, rispett u ġieħ. ■ Il-Festa t-tajba lill-Qalin kollha huma min huma u huma fejn huma. Euchar Mizzi Editur

Aqra leħen il-Qala fuq is-sit:

http://issuu.com/lehenil-qala

3


Leħen il-Qala - Festa 2013 Messaġġ Festa 2013:

Messaġġ tas-Sindku tal-Qala Is-Sur Clint Camilleri Għeżież ħbieb Qalin, Wara li għaddejna bosta xhur niddiskutu, nippjanaw u nitħabtu għall-fondi, bdejna naraw bosta proġetti jinbdew u jitlestew waqt li oħrajn dalwaqt jiġu mibdija. Xejn ma jsir bix-xejn. Bla pjanar u ħafna ħsieb u għaqal, dawn il-proġetti ma jitwettqux. Kull proġett jeħtieġ ħafna xogħol moħbi li ma jkunx jidher. Iżda mbagħad jilħaq ħafna xogħol f’daqqa u r-raħal tagħna jkompli jisbieħ waqt li n-nies tal-lokal jieħdu servizz aħjar. B’sodisfazzjon ninnotaw il-kisi bit-tarmac ta’ tliet toroq b’aktar minn 6,000 metru kwadru ta’ tarmac ġdid. Saret mill-qiegħ it-triq Dun Ġużepp Vella li kienet għadha qatt ma saret, it-triq ta’ Grunju, li tgħaqqad il-Qala manNadur li tant tintuża mill-Qalin u li kien ilha madwar 50 sena ma ssir, u parti mit-triq lejn Ħondoq ir-rummien, ix-xtajta tant sabieħa frekwentata minn tant Qalin. Ittoroq bit-tarmac huma sbieħ u jipprovdu vjaġġar komdu bi ħsara minima għall-vetturi. Iżda forsi l-iktar importanti li l-Kunsill Lokali tal-Qala nefaq biss ammont żgħir minn din l-ispiża kollha l-għaliex l-Kunsill kien għaqli u wara ħafna ħidma u lobbying irnexxielu jakkwista l-flus għal dawn it-toroq mill-Gvern Ċentrali, mill-Ministeru għal Għawdex u minn fondi tal-Unjoni Ewropeja. B’hekk il-flus tal-Kunsill kienu kkonsolidati sabiex inħallsu d-dejn li jkun akkumulat fis-snin u f’amministrazzjonijiet ta’ qabel u wkoll sabiex jiġu wżati għall-proġetti oħra. Hawn wieħed jieħu idea ta’ kemm xogħol isir minn wara l-kwinti ħalli jsiru proġetti f’ħinhom u b’fondi li mhumiex bilfors kollha mill-budget limitat tal-Kunsill.

4

Hemm lista sħiħa ta’ proġetti li l-Kunsill qiegħed jistinka biex jirregala lill-Qala. Fosthom insibu t-tkabbir tal-ground tal-football għal full size pitch, xogħol li sar ftit tal-ġranet ilu u iva issa jmiss li nagħmluh bit-turf. Ilproġett tal-Heritage Trail għaddej ġmielu u minn hawn u ftit tal-ġranet oħra ser ikollna l-ġnien Ta’ Grunju Park komplut sabiex jitgawda mill-familja kollha. Ix-xogħlijiet fuq il-Folk Museum għaddej ġmielu wkoll u ser nibdew ukoll ix-xogħol ta’ tikħil fuq il-Fortizza ta’ Sant’Antnin. Hemm ukoll il-proġett tat-tisbieħ tal-Pjazza tal-Qala. Mill-pjanti wieħed jista’ jara kemm il-pjazza se tinbidel bil-pavimentar li se nagħmlu. Naturalment ix-xogħol se jitqassam għax mhux lakemm insibu l-fondi meħtieġa kollha. Imma b’ħafna stinkar u għaqal żgur li nsibu l-fondi biex inlestu dan il-proġett li tant jixraq lil San Ġużepp u lill-Qalin li jqattgħu ħafna ħin fil-pjazza, fir-restoranti u l-bars madwarha, waqt il-Qala International Folk Festival, il-Gozo International Celebration, il-Karnival u l-Festa Parrokkjali li lkoll ilaqqgħu l-Qalin, ir-residenti barranin

u tant Għawdxin, Maltin u turisti fil-Pjazza tagħna. Diġà wara ħafna laqgħat u taħbit sibna mezz li r-restoranti u bars fil-pjazza jistgħu joħorġu l-imwejjed barra fis-sajf. Il-ħidma tal-Kunsill fil-pjazza tixhed b’mod ċar ir-rapport ferm tajjeb li hemm bejn il-Kunsill u l-Parroċċa, bejn isSindku u l-Arċipriet li għalkemm dejjem emfasizzajna id-distinzjoni bejn l-knisja u l-stat, bejnietna hemm kollaborazzjoni u għaqda sħiħa. L-Arċipriet il-Kan. Dr. Joe Zammit u l-kleru tal-Qala jagħtuna l-permess biex norganizzaw il-Qala International Folk Festival u l-Karnival fil-pjazza u nagħmlu użu miz-zuntier li hu pjatta forma millaqwa u mill-isbaħ, bil-knisja mixgħula fl-isfond mingħajr eżitazzjoni. Minn naħa tagħna, dan il-Kunsill qiegħed ikun spalla ma’ spalla mal-Paroċċa, speċjalment mal-għaqdiet Qalin sabiex jirnexxu. Fil-fatt, dan il-Kunsill għat-tieni darba konsekuttiva organizza l-avveniment Hondoq by Night b’kollaborazzjoni mal-għaqda tal-Briju. Avveniment li kien suċċess kbir fejn attira eluf ta’ familji u żgħażagħ għal dan il-lejl maġiku ġewwa Ħondoq. Kienet lejla ta’ spettaklu b’artisti bħal Ira Losco u l-Gozo Drum Tribe u anke b’Djs popolari bħal Wobis Duo, Carlo Borg Bonaċi u Darko. Hawn irrid nirringrazzja b’mod speċjali lill-għexieren ta’ żgħażagħ Qalin li qegħdin ikunu ta’ għajnuna kbira f’din l-attività annwali. B’sodisfazzjon ngħid li l-qlieħ li kien hemm minn dan l-avveniment mar kollu għall-għaqdiet Qalin u għallfesta, fejn il-grupp tal-briju ħadu ħsieb il-bars u l-grupp tan-nar ħa ħsieb l-ikel. Dan kollu juri kif il-Kunsill Lokali talQala u l-Parroċċa qegħdin jiġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-komunità. U hekk għandu jkun. Il-festa ta’ San Ġużepp hi festa għażiża għalina l-Qalin u hija sejħa biex naħdmu flimkien ħalli jkollna festa sabiħa mingħajr esaġerazzjonijiet. L-isbaħ ħaġa fil-festa hija l-preparazzjoni ta’ tant nies u għaqdiet immotivati mill-imħabba lejn San Ġużepp u l-kburija li huma Qalin u li jaħdmu id f’id fuq bażi voluntarja. Din l-għaqda tagħżel lill-Qala mill-irħula l-oħra. Hija karatteristika li tagħtina l-identità tagħna. Jiena flimkien mall-Kunsilliera sħabi ċerti li se jkollna festa ta’ livell għoli li tkompli turi l-għaqda fir-raħal u l-ħila tal-Qalin. Nawgura ħidma fejjieda lill-Kumitat tal-Festa u liċ-Ċermen l-Arċipriet. ■ Il-Festa t-Tajba lil kulħadd, Viva l-Manjus!


Leħen il-Qala - Festa 2013

Aktar tagħrif fuq San Ġużepp Minn: Mons. ANtoN GAUCI Meta Achille Ferres kiteb il-ktieb magħruf tiegħu “Descrizione storica delle Chiese di Malta e Gozo” fis-sena 1866, il-Qala kienet għadha tagħmel parti mill-parroċċa Nadur-Qala, li kienet twaqqfet fit-28 ta’ April 1688 mill-Isqof Cocco Palmieri wara li huwa kien ħa din id-deċiżjoni fl-4 ta’ Mejju 1687 fuq talba tan-nies tan-Nadur u tal-Qala. Il-parroċċa ssemmiet “Santa Marija tal-Qala”, għalkemm l-inħawi kienu magħrufa bħala “Tan-Nadur”.

godly, tfisser “tar-ruħ” jew “devot” jew “reliġjuż”. U l-Bibbja Ingliża tittraduċi “Justus” bil-kliem “a just man”. Għal dawk kollha li jemmnu, Ġużeppi huwa: “mudell ta’ ħajja fil-fidi”.

Sakemm il-Qala saret parroċċa għaliha, hija kellha knisja viċi-parrokkjali, li kienet dik tal-Kunċizzjoni tal-Madonna. Dan is-Santwarju huwa antikissimu. Fis-sena 1575 l-Isqof Mons. Duzzina kien sabu taħt it-titlu tal-Assunzjoni tal-Madonna. Aktar tard, Mons. Isqof Cagliares biddel it-titlu tal-knisja f’dak tal-Kunċizzjoni tal-Madonna. Imbagħad, b’digriet tal-Isqof Sant tal-1 ta’ Mejju 1855, is-Santwarju tal-Qala sar viċi-parrokkjali. Aktar tard, wara l-Ittri Appostoliċi “Inter Gravissimas” tal-Papa Beatu Piju IX tat-3 ta’ Frar 1872, l-Isqof Anton Grech Delicata, b’editt tal-20 ta’ Frar 1872 waqqaf is-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni bħala Knisja Parrokkjali għall-Qala, għat-tieni darba. U fis-26 ta’ Frar 1872, Dun Salv Grima nħatar bħala l-Ewwel Kappillan tal-Qala. Aktar tard, fis-17 ta’ April 1889, l-Isqof Giovanni Maria Camilleri, bil-fakultajiet mogħtija lilu mill-Papa Ljun XIII, ittrasferixxa t-titlu tal-Immakulata Kunċizzjoni għall-knisja parrokkjali l-ġdida li kienet inbniet u miegħu żied it-titlu ta’ San Ġużepp. Iżda fuq dan il-kbir Qaddis San Ġużepp fil-fatt x’nafu? Għax illum fuq hekk se niktbu prinċipalment! MIN KIEN San Ġużepp, Patrun tal-Qala, huwa anki Patrun tal-Knisja Universali. U l-Kanada, fejn hemm ħafna Għawdxin u Maltin, iżżommu bħala “Patrun Speċjali” tagħha! Fid-19 ta’ Marzu l-Knisja tiċċelebra s-solennità ta’ dan ir-raġel tal-Imqaddsa Verġni Marija. U fl-1 ta’ Mejju, l-istess Knisja tiċċelebra l-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. L-Iskrittura Mqaddsa tgħidilna li San Ġużepp kien minn razza regali, dixxendent ta’ David, l-akbar sultan li kellu l-poplu ta’ Israel. Kien il-“missier putattiv” ta’ Ġesù. Lil dan, “iben David”, Alla l-Imbierek għoġbu jafda l-ħarsien tal-Verb Etern tiegħu magħmul Bniedem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu fil-ġuf ta’ Marija Verġni. Fl-Evanġelju San Ġużepp jissejjaħ “bniedem ġust”: l-Evanġelista San Mattew għandu dan il-kliem preċiż: “Joseph autem vir ejus cum esset Justus” (bil-Malti: Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust) (Mt. 1, 19). Skont id-dizzjunarju tal-Professur Aquilina, il-kelma “Justus”,

Anki f’mumenti diffiċli u traġiċi, dan l-umli mastrudaxxa ta’ Nazaret qatt ma poġġa f’xi dubju l-pjan ta’ Alla, iżda wettqu b’sens ta’ responsabbiltà tassew doċli u mansweta. Ġużeppi qagħad jisma’ b’attenzjoni lill-anġlu meta dan qallu biex jieħu lix-xebba Marija ta’ Nazaret b’martu. U, meta l-anġlu reġa’ ġie biex iwissih dwar il-periklu li fih kienet tinsab il-familja tiegħu, huwa dritt ħalla dak kollu li kellu u warrab bil-familja lejn l-Eġittu. Hemm qagħad jistenna b’paċenzja tassew kbira sa ma l-anġlu qallu li seta’ jerġa’ lura pajjiżu! San Ġużepp kien raġel umli u fqir, iżda ta’ kumpassjoni tassew kbira. Kien hu l-protettur tal-isem tajjeb tal-Madonna, kien hu l-gwardjan kollu attenzjoni ta’ Ġesù, kien Ġużeppi li wettaq l-awtorità ta’ kap ta’ familja b’mod ta’ servizz kontinwu. Kienet is-sengħa ta’ Ġużeppi li Ġesù tgħallem. Kienet il-kwalità ta’ diskors ta’ Ġużeppi li t-tfajjel Ġesù kien jimita. Kien proprju Ġużeppi li l-Madonna stess qalet li kellu d-drittijiet kollha ta’ ġenitur ta’ Ġesù meta ħarġet b’dak il-kliem lil Ġesù: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma.!” (Lq. 2, 48) X’Qal Ġesù Darba Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “U ssejħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet.” (Mt. 23,9) Iżda, għalkemm dan huwa veru, il-bniedem maħluq fuq xbieha ta’ Alla, ġie mogħti parti f’din l-unika paternità ta’ Alla. Huwa għalhekk li San Pawl Missierna kiteb lill-Efesin dan il-kliem: “Jien ninżel għarrkupptejja quddiem il-Missier li minnu tieħu isimha

5


Leħen il-Qala - Festa 2013 kull familja fis-sema u fl-art.” (Efes. 3, 14-15) San Ġużepp huwa eżempju l-aktar ċar ta’ dan, peress li huwa missier, mingħajr paternità skont il-ġisem. Għalkemm Ġużeppi ma kienx l-missier bijoloġiku ta’ Ġesù, huwa għex il-paternità tiegħu kompletament billi poġġa lilu nnifsu għas-servizz ta’ Kristu. Bħalma jgħallimna Ġesù stess: “min hu fuq l-oħrajn iġib ruħu ta’ qaddej.” (LQ. 22,26)

tiegħu: il-ħajja tax-xogħol fir-realtà tagħha, iżda b’fidi kbira fil-Provvidenza t’Alla. Ma nafux meta San Ġużepp miet, iżda l-istoriċi jgħidu li aktarx qabel ma Ġesù beda l-Ministeru pubbliku tiegħu. F’dokument Koptiku bl-isem “The History of Joseph the Carpenter” tingħata l-istorja tal-aħħar marda ta’ San Ġużepp. Din l-istorja titkellem mill-biża’ li San Ġużepp kellu tal-ġudizzju ta’ Alla l-Imbierek u miċ-ċanfir li huwa kien jagħmel lilu nnifsu. Imma titkellem ukoll minn dak li għamlu sew Sidna Ġesù Kristu kif ukoll il-Madonna biex ifarrġuh fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu u jagħmlulu kemm jista’ jkun ħafif il-passaġġ tiegħu minn din id-dinja għall-oħra. L-istess dokument jagħti l-wegħdiet ta’ ħarsien fil-ħajja u fil-mewt magħmula minn Sidna Ġesù lil dawk kollha li jagħmlu t-tajjeb f’isem San Ġużepp. San Ġuzepp huwa l-Patrun tal-moribondi u ta’ mewt sabiħa u qaddisa. Dan għaliex huwa miet b’Ġesù u Marija ħdejh, li hija appuntu l-kwalità ta’ mewt li aħna lkoll nixtiequ li jkollna. Fl-aħħar ma nistgħux ma ninnotawx li San Ġużepp huwa l-Patrun Universali tal-Knisja. Barra mill-Knisja Universali, hemm bosta lokalitajiet li espressament għażlu lil dan il-Qaddis appuntu bħala Patrun tagħhom, fost l-oħrajn insibu l-Kanada. Kemm tkun ħaġa f’postha kieku, f’dawn iż-żminijiet ta’ tant inkwiet u tribulazzjonijiet għall-Knisja, spiss nirrikorru għall-għajnuna ta’ dan il-Qaddis hekk kbir u setgħan u qrib lejn it-Trinità Qaddisa! ■

Ġużeppi fehem sewwa li Ġesù kien superjuri għalih anki jekk Ġesù nnifsu qagħad għalih. Għaldaqstant, peress li kien jaf dan, huwa lil Ġesù kien jordnalu b’rispett u moderazzjoni. U f’dan naraw lezzjoni għalina lkoll: ta’ spiss naraw bnedmin “żgħar” jitpoġġew fi kmand fuq bnedmin oħra akbar minnhom, u xi drabi jiġri li wieħed taħt kmand ta’ ieħor huwa aktar denn minn dan li jitpoġġa fuqu. Dan xi jfisser? Ifisser li, jekk persuna ta’ dinjità ogħla tifhem din il-verità, hija ma timteliex bis-suppervja għax tkun f’pożizzjoni ogħla: anzi tara li min huwa taħtha jista’ jkun superjuri għaliha, bħalma Ġesù kien superjuri għal Ġużeppi. Ġużeppi, li l-unika rikompensa tiegħu kienet li jkun fil-kumpanija ta’ Ġesù, jgħallimna li huwa possibbli li tħobb mingħajr ma “tippossiedi” lil dak li jkun. Jgħallimna li aħna nistgħu nagħmlu tajjeb jekk inħaddnu l-pjanijiet ta’ Alla għalina billi niddedikaw ħajjitna kompletament lil Ġesù, aħna min aħna u għandna xi stat u pożizzjoni għandna fil-ħajja! Ninnotaw li f’San Ġużepp il-fidi assolutament mhix mifruda mill-għemil. Ta’ kuljum Ġużeppi kellu jipprovdi għall-ħtiġijiet tal-familja permezz tax-xogħol manwali u iebes tiegħu. Bir-raġun il-Knisja tippreżentalna lil Ġużeppi bħala patrun tal-ħaddiema fil-festa tal-Ewwel ta’ Mejju!

6

L-Iskrittura ma tgħidilna xejn aktar fuq Ġużeppi. Iżda dan is-silenzju fih appuntu l-istil speċjali tal-missjoni


Leħen il-Qala - Festa 2013

“SAN ĠUŻEPP FoStNA” Is-Seba’ u l-aħħar Parti: (Jaqbad mill-Ħarġa tal-Għid 2013) © kitba ta’ VICtor GAlEA

9. San Ġużepp stilla tal-maltemp Għas-sajjieda l-festa ta’ San Ġużepp, li taħbat nhar id-dsatax ta’ Marzu, hi waħda mll-istilel tal-maltemp. Barra San Ġużepp, għas-sajjieda, f’Marzu jaħbtu żewġ festi oħra li huma stilel tal-maltemp: San Girgor, li dari kien jaħbat fit-tnax tax-xahar, b’purċissjoni gwappa mill-Katidral għal Ta’ Kerċem, u l-Lunzjata, fil-ħamsa u għoxrin tax-xahar. Is-sajjieda jgħidulek li ħabta ta’ San Ġużepp dejjem jagħmel ir-riħ għax jaħbat qrib l-ekwinozju tar-rebbiegħa, meta l-lejl ikun man-nhar, fil-wieħed u għoxrin, u t-temp ikun għadu jqalleb. Għall-baħħara ta’ dari, l-agħar stilla tal-maltemp kienet taħbat nhar San Xmun u San Ġuda Taddew, fit-tmienja u għoxrin t’Ottubru. Kienu jgħidu li l-istilla ħażina ta’ San Xmun u San Ġuda kienet kissret il-flotta tal-Insara, fosthom tal-Kavalieri ta’ Malta, fl-1541, meta l-Imperatur Karlu l-Ħames kien se jaħbat għall-kursala tal-Arġiel. Biss it-tliet xwieni tal-Ordini kienu ħelsuha bil-ħniena. Għawdex jgħidu li l-ewwel stilla tal-maltemp taħbat nhar il-Vitorja, imma hemm oħrajn li jgħidu li l-ewwel stilla tal-maltemp taħbat sewwasew nhar il-Kunċizzjoni. Issa, bejn wieħed u ieħor, dawn iż-żewġ festi jaħbtu fil-bidu u fit-tmiem tal-istilel tax-xita. L-ewwel waħda mis-seba’ stilel tax-xita kienet taħbat nhar Santa Roża ta’ Viterbo, fl-erbgħa ta’ Settembru, u l-aħħar waħda kienet taħbat nhar Santa Luċija fit-tlittax ta’ Diċembru. Biss is-sajjieda mhux ix-xita qliel li mistennija tagħmel f’xi waħda minn dawn il-ħafna stilel kienet iżżommhom milli joħorġu għal-lampuki, għax jemmnu li x-xita mhux biss tikkalma l-baħar, imma li biha tikber il-lampuki. Lis-sajjieda, ir-riħ, jiġi mnejn jiġi, u meta jiġi, ibeżżagħhom. Għalhekk niltaqgħu mal-istilel tal-maltemp f’Marzu u saħansitra f’Ġunju, għax għalihom Sant’Antnin, li jaħbat fit-tlittax tax-xahar, hu stilla tal-maltemp ukoll.

il-Majjistral, fl-ewwel jum jarma, fit-tieni jum jitqawwa, u fit-tielet inaqqas sa ma jmut. Għalhekk lis-sajjieda tax-Xlendi u ta’ Marsalforn malli jxommu l-Majjistral billi jaraw il-baħar qed jimborġa mal-moll, arahom jiġru jtellgħu l-qxur kollu li jkollhom biex ma ssirilhomx ħsara. Il-Qalin jgħidulek li nhar San Ġużepp ta’ Marzu, dejjem maltemp jagħmel, u jekk ma jagħmilx maltemp stenna x-xita. M’n Alla San Ġużepp fir-Randan ikun vistuż, kif kienet tgħid ommi, u għalhekk il-festa tiegħu ssir wara l-Għid jew titħalla għas-sajf.

10. Ir-riħ ta’ San Ġużepp Fl-1847, il-Papa Piju Disgħa, il-festa tal-patroċinju ta’ San Ġużepp, li qabel kienet issir biss f’xi djoċesijiet jew kienu qegħdin jagħmluha xi ordnijiet, daħħalha fil-kalendarju għall-Knisja kollha u ħallieha għat-tielet Ħadd fuq l-Għid il-Kbir. Wara xi żmien dil-festa bdiet issir l-Erbgħa ta’ fuq it-tieni Ħadd fuq l-Għid il-Kbir.

Imma l-Majjistralati tas-sajf jibqgħu sejrin ukoll wara li jgħaddi Sant’Antnin. Is-sajjieda Xewkin isemmu l-Majjistru ta’ San Ġwann, u tax-Xlendi jibżgħu mill-Majjistralata ta’ Santa Margerita, li tiġi fl-għoxrin ta’ Lulju. Dawn kollha jfixklu ftit jew wisq ix-xogħol tas-sajjied, għalkemm il-baħar tas-sajf ikun baħar xiħ u l-Majjistral ma jkollux dik il-qawwa li jkollu matul ix-xitwa, meta jkun irid jibla’ l-art.

Għalhekk fil-parroċċi l-festa ta’ San Ġużepp bdiet titħalla għat-tielet Ħadd fuq l-Għid, billi, fid-dsatax ta’ Marzu, San Ġużepp dejjem jaħbat fir-Randan. Ħabat tajjeb li t-tliet knejjes ta’ San Ġużepp li kienu saru parroċċi mhux biss inbnew wara l-1847, imma saħansitra wara l-1870, meta San Ġużepp sar il-patrun tal-Knisja Kattolika.

Biss fit-tieni jum tiegħu, bil-buffuri li jitfa’, il-ħrief li jimlew il-baħar, tarahom isiru ngħaġ, għax kif ħafna jafu,

Dan għax għalkemm l-Imsida kienet saret parroċċa fl-1867, il-knisja ta’ San Ġużepp ma kinitx tlestiet qabel

7


Leħen il-Qala - Festa 2013 l-1892, snin li fihom kienu jinqdew bil-Kunċizzjoni, bħall-Qalin. Il-Qala, il-Kunċizzjoni kienet saret parroċċa għat-tieni darba fl-1872, u kien biss fl-1889 li l-parroċċa tellgħuha San Ġużepp. Hekk ukoll il-Kalkara, ma kinitx saret parroċċa qabel l-1897, meta l-knisja ta’ San Ġużepp kienet lesta għall-ftuħ. Il-Qala l-ewwel festa saret fis-sena 1890, nhar is-sebgħa u għoxrin t’April. Il-gwaj meta l-festa kienet issir f’dik il-ħabta kien ir-riħ. Barra l-bandalori fit-toroq, il-bnadar fuq il-bjut u l-istandarti tal-fratellanzi, l-iktar li kienu jaħbtu ħażin bir-riħ kienu t-tazzi taż-żejt li bihom kienu jdawlu l-faċċata tal-knisja bihom dak iż-żmien. Il-faċċata tal-knisja tal-Qala ma tħarisx għal wiċċ ir-riħ tal-Majjistral jew il-Provenz, imma dawn ir-rjieħ malli kienu jaħbtu mal-ħajt ta’ wara jew tal-ġenb, xorta kienu jduru mal-faċċata u jagħmlu ħerba mit-tazzi mixgħula b’tant stink u sogru. Barra minn hekk jista’ jkun iċ-ċirċ, irxiex mill-Grigal jew mix-Xlokk, li tant iħobbu l-kaċċaturi u n-nassaba, għax b’riħ bħal dan, żmien il-passa, jaf isaħħab kullimkien, mhux biss bil-gamiem, imma wkoll bis-summien. Il-President Anton Buttigieg, (1912-1983), li kien qatta tfulitu l-Qala, fil-ktieb tiegħu Toni tal-Baħri, jgħid li fil-festa aktar iva milli le kien ikun ir-riħ. Tat-tazzi kien joqgħod jiġġiera mal-faċċata bis-sellum tal-ħabel biex forsi jlaħħaq mat-tazzi li kien jitfilu r-riħ inkejjuż. Xogħol għalxejn, għax ir-riħ kien jitfihomlu kollha sal-inqas waħda. Tant kienu jaqbduhom nervi l-Qalin la tkun qed toqrob il-festa, li miskin hu dak il-kelb li kien ifettillu jaqbad jitmiegħek mal-art, fit-trab li kien ikun hemm miġbur fil-ġnub tat-toroq tat-torba, matul il-ġimgħa tal-festa, għax kien ilaqqat xebgħa ġebel kif tmiss il-liġi ta’ Mosè, liġi li kienet tħaġġar in-nies bl-addoċċ. Dan kollu għax kienu jgħidu li l-klieb kienet titmiegħek meta jkun ġej ir-riħ. Anton Buttigieg iżid li sa fl-aħħar il-kappillan kien qala’ l-permess biex il-festa jibda jagħmilha fl-ewwel Ħadd t’Awwissu, biex forsi r-riħ ma jisfrattahielhomx iktar. Imma din kienet ferħa bla temma, għax ir-riħ fuq xorta baqa’ jiġi, donnu kien bil-wiegħda. Tant hu hekk li għandna l-Majjistru ta’ San Ġwann għax-Xwieki. Imbagħad, wara l-klami tal-Karmnu, wieħed jistenna l-Majjiestralata ta’ Santa Margerita tas-Sannatin. Wara tefgħa riħ żul minn hemm jistrieħ u jerġa’ jidher bil-magħmul għal San Ġużepp tal-Qalin. La tgħaddi l-għomma ta’ San Lawrenz, li tħallik bla nifs u xxarrbek fellus bil-għaraq, jerġa’ jitfaċċalek għal Santa Marija tal-Għawdxin, b’Majjistralata gwappa oħra. Fl-aħħar jiġi San Bartilmew ta’ Ħal Għargħur, li jieħu l-imfietaħ tax-xita u jżommhom, kif jgħidu l-Għargħurin, għax f’nharu jixti żġur.

8

Kif in-nies tal-Qala tkun qalbhom ittaqtaq la tkun qiegħda toqrob il-festa ta’ San Ġużepp, arahom

għassa għall-qanpiena l-kbira tan-Nadur, billi din dlonk tħabbar li ġej il-Majjistral qabel ma jisbaħ, għax tkun iddoqq il-paternoster, b’kull tokk itanbar f’widnejhom, qisha kienet iddoqq ġo darhom. Malli jisimgħuha ddoqq, il-Qalin jgħidu: Magħmula tagħna! Eħħe, bdiet tnewwaħ! Għalxejn ħarriknieh u għamilnieh f’Awwissu, għax xorta baqa’ jsibna! Il-Qala, ir-riħ ta’ San Ġużepp, mistenni jiġi matul il-ġimgħa tal-festa, aktar iva milli le, bejn it-Tnejn u l-Ħadd. Dil-Majjistralata daqqa tkun qawwija u daqqa hekk, hekk. Meta tiġi bejn it-Tnejn u t-Tlieta, jgħidu: Bnazzi għandna għall-festa, għax dar-riħ mat-tielet jum ibatti u jipplaka. Imma meta jibda jfewweġ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, jgħidu: Mela għandna festa bir-riħ, għax ir-riħ fuq irid ġurnata biex jarma, oħra biex jagħmel tiegħu, u mat-tielet aktarx idur Tramuntana, jarma jnaqqas u jmut. Biss San Ġużepp qatt ma baqa’ ġewwa mħabba r-riħ: dejjem ħareġ u qatt ma jfalli. Imma ara taħsbu li l-festa ta’ San Ġużepp, il-Qala, dejjem għaddiet b’wiċċ il-ġid. Meta jfettillu jagħmel il-Provenz, dak ir-riħ mill-Punent-Majjistru, li jtalla s-sħab, żaqq ġejja u oħra sejra, b’tefgħa riħ ma’ kull ajru, stenna xi għawġ. Il-President Anton Buttiġieġ, fl-1974, ħareġ poeżija li fiha jirrakkonta storja li kienet tgħidlu ommu, u għalhekk meta l-festa kienet għadha ssir tlitt iħdud fuq l-Għid. Nhar il-festa tliet sajjieda, il-missier u żewġ ħtinietu, kien ħarġu mill-Ħondoq f’riħ idoqqu għalih u qadfu għal Malta biex iġibu l-predikatur tal-panaġierku


Leħen il-Qala - Festa 2013 minn Selmun, u għerqu. Meta raw li ma kinux ġew lura, it-tliet romol qalu: San Ġużepp kemm int bla mogħdrija, ħadtilna l-irġiel tagħna t-tlieta!

trid tħalliha nieqsa mill-ilma biex tibqa’ ħarira iebsa. Kif il-kwareżimal ikun għadu ħiereġ mill-forn, tidilku bil-għasel u troxxlu l-pistaċċi jew il-lewż imfarrak.

Irrid nagħlaq bi storja ħelwa li smajt mill-Qala. Wieħed minn hemm kif kien jara li ġej ir-riħ għall-festa, kien italla’ l-istatwetta ta’ San Ġużepp li kellu bid-dawl quddiemha s-sena kollha, fuq il-bejt u jqegħidha fir-rewwieħa li kellu fil-kamra tal-ġobon fuq il-bejt, għal wiċċ ir-riħ. Lil San Ġużepp kien jgħidlu: Jew twaqqfu, jew ‘k iżid jaqilbek minn hemm għal isfel! Dan ir-raġel kien jgħid li r-riħ ġie li waqaf u ġie li le, imma San Ġużepp hemm fuq kien ikollu joqgħod sa ma jieqaf.

Din, l-aħħar daqqa tal-imgħallem, twassalna għaż-żeppoli, li kif ikunu lesti, imqassmin bis-sengħa f’gabarrè sabiħ, ukoll jidilkulhom l-għasel u jroxxulhom il-pistaċċi. L-għaġina taż-żeppoli jagħġnuha bil-bajd. Wara jqattgħuha biċċa, biċċa, u jagħmluhom blalen żgħar li jaqluhom. La jiksħu, il-blalen jaqsmuhom u jimlewhom b’taħlita ta’ rkotta mħabbta ma’ kuċċarina vanilja, ftit ċikkulata, ħakma ċirasa, daqsxejn kannella jew kemm taqbad bejn subgħajk taċċi tal-qronfol, u żżid daqs imgħarfa ġelu jew kunfettura. Dal-mili jħalluh għall-aħħar qabel ma jressquhom fuq il-mejda f’gabarrè għall-ikel.

11. Iż-Żeppoli Missieri Ġużepp kien jismu, imma, tneħħi lin-nies tal-Belliegħa, kulħadd, ibda minn ommi, Żeppu, kien jgħajjatlu. Għalhekk jien il-kelma żeppoli, li tfisser ħelu li jinħadem apposta biex jinbiegħ nhar San Ġużepp, malli smajtha, mill-ewwel fhimtha. Issa San Ġużepp dejjem jaħbat matul ir-Randan, u għalhekk dan il-ħelu jrid ikun jixraq għal dan iż-żmien ta’ sawm, bħall-kwareżimal. Il-kwareżimal, kif qalli dulċier mir-Rabat, ikun pasta tawwalija li l-għaġina tagħha, barra dqiq u zokkor, ikun fiha lewż inkaljat mitħun daqs kemm ikollok dqiq u tħawwar kollox b’kuċċarina kannella, tqattrilha ftit ilma żahar u qoxra tal-agrumi, li tista’ tkun ta’ lumija, larinġa jew mandolina. L-għaġina

Billi ż-żeppoli aktax jinxtraw minn għand id-dulċier, dan kien dejjem jara li min jeħodhom, żgur li kien isibhom għadhom friski. Ħerbert Ganado, li twieled u għex il-Furjana, meta kien għadu tfal fl-ewwel snin tas-seklu li ħareġ, jgħidilna li Catalogna, bid-dolċerija l-Furjana, barra li kien imsemmi għall-kannoli bl-irkotta, nhar San Ġużepp, kien ikun fgat bin-nies li kienu jiġu għandu minn kull naħa ta’ Malta, għaż-żeppoli. Bħalma wieħed jista’ jobsor jien sirt naf kif isiru ż-żeppoli minn għand waħda Furjaniża sa għarqubha, li hi wkoll tal-mestier, li jien ta’ dan niżżiha ħajr minn qiegħ qalbi.■

Kopja tal“leħen il-Qala” tasal għand il-Papa Għażiż Kan. Zammit Kien pjaċir għall-Qdusija Tiegħu li jirċievi kopja tar-rivista ‘Leħen ilQala’ tal-Għid, u jibgħat it-tislijiet lilek u lil paruċċani kollha. Il-Qdusija Tiegħu jitlobkom biex tkomplu titolbu għalih, u min naħa tiegħu jiftakar fikom fittalb tiegħu. Jibgħat il-Barka Appostolika tiegħu fuqkom ilkoll. Mons. Peter B. Wells Assessur

9


Leħen il-Qala - Festa 2013 to our English Speaking residents:

Dear Friends,

St. Joseph Feast

Once again we are celebrating the Feast of St Joseph - our Patron Saint. As one would expect, all the parish will be eagerly waiting for this spiritual, social and cultural event which happens annually. During this wonderful time of the year, the parish will put on a festive dress both in Church as well as outside. Our church will be dressed in Her beautiful red damask, Our splendid chandeliers will be lowered and lit up for the occasion, our church’s best silver and gold will be put on display, our superb statue of St Joseph will be taken out of it’s niche and put in a prominent place, right in the middle of the church. And the culmination of all this will be the first Sunday of August... the day of our feast. The day when the whole village will show it’s deep rooted love for St Joseph. And how will they do this? They will do this by first of all attending the church services. The nine days preceding the feast which are known as the Novena, are usually packed with people who attend every function. From there they all go on to enjoy the outside manifestations which consist mainly of band marches. These mass activities include also the fireworks displays, both the coloured petards and those which take place on land in the Church’s square or in some open spaces close to the centre of the village and which are popularly known as “gigifogu”. This time of the year is the most exciting time for our youths and children, who enjoy themselves to the full. They are seen dancing and chanting hymns in honour of the Saint during band marches. It is also good to say that these youths and children enjoy giving a helping hand in decorating both the church and the streets and squares, everyone according to his age and ability. As expected during such festive moods, a lot of food and drinks are consumed both by locals and the visitors who come to enjoy and join in the festive atmosphere.

the 325th Anniversary of the erection of the Parish: ‘Santa Marija tal-Qala’.

This year, our parish is also commemorating the 325th Anniversary of the erection of the Parish of “Santa Marija Tal-Qala” (St. Mary of Qala) in 1688 by Bishop Cocco Palmieri. This was the Parish for the Eastern part of Gozo, covering the area from Xewkija (Tal-Ħniena Area) to the shores surrounding our village of Qala. For this purpose, the village has organised special religious functions as a remembrance of this important event. These functions took place both at the Parish Church of St. Joseph, and also at the Immaculate Conception Sanctuary, which Church had housed the new Parish in 1688, and continued rendering all the parish expected services for twelve whole years, till 1700. Then the Parish moved to the newly build Church in Nadur, today the Basilica of St.Peter and St. Paul. This commemoration took place also on the 25th Anniversary of the Coronation of the then Titular Painting of ‘Santa Marija Tal-Qala’. So, let us enjoy the feast, first of all by paticipating in all functions both religious and social. By doing so, we shall continue following the steps of our forefathers, who made huge sacrifices to build and decorate such a marvellous and beautiful Church, and all the decorations which we are so proud of, especially the artistic and devout statue of St. Joseph. As we all know, nothing is made for free, on the contrary the expenses are continually on the increase. Our Feast will cost something round €90,000, a huge sum of money which is a substantial burden that the people of Qala have to carry. So may I remind you all that any offer will be greatly appreciated. Thank You. ■ Wishing you all a Blessed and a Happy Feast. Enjoy. Euchar Mizzi Editor.

10

E-mail: lehenilqala@gmail.com


Leħen il-Qala - Festa 2013

Kummentarju

Gallariji hawn kemm trid! minn: MoNS. ANtoN SUltANA, Arċipriet Emeritus tal-Qala

Waħda mill-attrazzjonijiet komuni iżda tassew interessanti fl-ambjent arkitettoniku u urban ta’ pajjiżna hija l-kwantità enormi u varjata fil-gallariji ta’ ħafna middjar tagħna. Ħafna turisti jogħxew fuqhom, u tarahom jiġbdu ritratti tal-gallariji differenti li jilmħu meta jkunu jduru fil-pjazez jew mat-toroq tal-ibliet u l-irħula tagħna. Jaraw fihom xi ħaġa speċjali u differenti minn pajjiżhom; forsi għax ħafna mid-djar tagħhom huma lixxi u bla ornamenti fuq barra, bibien u twieqi biss. Il-gallarija Maltija fiha ħafna sinifikat fl-istil talħajja Maltija. Mhux biss għall-istili sbieħ u l-kuluri differenti li jista’ jkollhom, imma anke għall-iskopijiet differenti tal-abitanti. Hawn min saħansitra jonxor ilħwejjeġ fihom għax m’għandux bejt jew bitħa, jew inkella għax ma jridx iperreċ ħwejġu mal-ġirien, aktar u aktar jekk ma tantx jinħamlu bejniethom! Hawn min ukoll jużahom biex jagħmel wirja sabiħa bix-xtieli talqronfol, sardinell jew ‘stella maris’ mal-faċċata taddar… Tliet skopijiet differenti ġewni f’moħħi għalfejn iservu l-aktar il-gallariji tad-djar tagħna: 1. L-ewwel skop żgur huwa t-tisbiħ tal-faċċata tad-dar. Dar b’żewġ sulari jew aktar imma bla gallarija hija dar ‘ċassa’ daqs kunvent tas-

sorijiet klawsura jew il-ħabs ta’ Kordin! U l-varjetà kbira toħloq kuntrasti arkitettoniċi li jolqtu lill-għajn. Għalhekk tara tant stili u kuluri differenti; gallariji kwadri jew tondi, magħluqin bil-ħġieġ jew miftuħin beraħ bil-poġġaman biss; tal-injam la antika jew tal-ġebel anke b’ħafna skultura sabiħa; tal-ħadid jew talaluminju; żgħar jew tawwalin matul il-faċċata kollha… Insomma, ‘variety is the spice of life’, jgħidu l-Ingliżi, u dan jgħodd ħafna fejn imiss gallariji, twieqi u bibien fil-gosti differenti u filfanfarunati tan-nies tagħna. 2. It-tieni raġuni valida, u anke iġenika, għala nħobbu l-gallariji ma’ djarna hija biex nagħtu aktar dawl u arja lill-kmamar ta’ fuq, speċjalment fis-sħana tas-sajf. Dan hu forsi l-aqwa skop ta’ gallarija, għax iservi ta’ ġid għas-saħħa tal-abitanti, sakemm ma tkunx toqgħod fi triq mimlija trabijiet jew fgata biddħaħen tat-trakkijiet u l-karozzi… 3. It-tielet skop tal-gallarija mhux tant edukattiv u qaddis! Anzi jista’ jkun malinn jew vizzjuż… bilgallarija nista’ noqgħod ‘ġewwa u barra fl-istess ħin’, qalli xi ħadd li jħobb jgħarrex u jissindika lil min għaddej mill-pjazza jew fit-triq! Il-gallarija tista’ sservi daqs torri tal-għassa biex naqta’ kull kurżità li tiġini fuq min ġej u fejn sejjer, fuq x’inhi liebsa jew għand min dieħel, fuq x’qed jgħidu jew x’qed jiġri f’ta’ quddiemna jew ta’ ħdejna… l-aktar jekk tinqala’ xi ġlieda b’ħafna insulti u tgħajjir f’dar il-ġirien! tħobb “toqgħod gallarija”? Ftakart ukoll f’espressjoni jew idjoma Maltija li nħobbu nużaw fil-lingwaġġ tagħna: “toqgħod

11


Leħen il-Qala - Festa 2013 Gallariji “foloz”! Dawn x’ikunu? Dawn jixbhu lil xi ħaġa li tidher sabiħa minn barra, imma fil-fatt huma biss qerq għall-għajnejn taloħrajn. Qed niftakar fl-‘oqbra mbajda’ li kien semma’ darba Kristu b’riferenza għall-Fariżej! Ġietni ukoll f’rasi l-koppla mpittra tal-Knisja Katidrali t’Għawdex, li sabiħa kemm hi sabiħa artistikament u tidher kemm tidher “qisha vera” minn ġewwa l-knisja, fil-fatt mhi koppla xejn!

gallarija”! U naħseb li din hija mġiba ta’ ħafna nies għażżenin li jixbhu lill-gallarija, għax ma jmiddu jdejhom għal xejn, u dejjem lesti biex josservaw, jiġġudikaw, iparlaw fil-vojt u jissuġġerixxu x’għandu jagħmel ħaddieħor u x’ma għandux jagħmel dak jew l-oħra, basta huma joqogħdu “komdi daqs gallarija” li ma titħarrek qatt minn postha jew “fl-għoli bħal gallarija” biex jaraw kollox u jkunu jafu b’kollox, basta huma jibqgħu staġnati u ma joffru ebda intrigu jew impenn, ebda kooperazzjoni jew kollaborazzjoni, ebda soluzzjoni jew għajnuna pożittiva… Toqgħod gallarija jfisser ilsienek dejjem sejjer tikkritika lil ħaddiehor f’kull ma jagħmel, imma inti stess ma tbillx subgħajk għall-ilma mbierek! Titkaża bid-debbulizzi u n-nuqqasijiet ta’ min hu responsabbli biex tgħatti l-irresponsabbiltà tiegħek! Tikkritika bladdoċċ kulma jiġrilu jew jagħmel ħaddieħor, biex tidher sabiħ u liberu “daqs gallarija”! Titperreċ u tiddandan “bħal gallarija” biex turi għerfek, imma ma tiċċaqlaq qatt biex tagħmel xi ħaġa ta’ ġid għal min jitolbok tgħinu jew almenu tagħdru! Toqgħod gallarija jfisser li tippretendi li għandha ssir festa kbira u sabiħa, basta jaħdem ħaddieħor għaliha. Tikkuntenta ruħek li tagħti 5 cents fil-ferta tal-quddiesa, imma allaħares il-kappillan ma jixgħelx il-fann li hemm fuq rasek! Dejjem tgerger għallIsqof “għax mhu jagħmel xejn” imbagħad tkun pront tiġġudikah ħażin malli joffri soluzzjoni għat-tgergir tiegħek! Trid li ħaddieħor għandu dejjem jaqdik millkoxxa, imma dejjem b’xi skuża fil-komma għal min jitolbok isservih jew tagħmillu pjaċir… Iva, pajjiżna miżgħud bil-gallariji! Mhux tal-injam jew tal-ġebel biss, imma anke tal-laħam b’irjus talħadid jew qlub tal-aluminju… Il-gwaj hu li gallarija mhix kapaċi taħsel lilha nfisha u titnaddaf mill-ġdiem li bih titgħabba. U gallarija sabiħa fl-istruttura imma kerha bil-ħmieġ, min jammiraha?!

12

Diffiċli ssib gallariji “foloz” tal-ġebel, tal-injam jew tal-ħadid. Imma faċli ħafna tiltaqa’ ma’ jew tilmaħ fit-toroq nies li jafu jilagħbuha ta’ “gallarija sabiħa” bi kliemhom, bi lbieshom, bil-pożi tagħhom, k’mhux ukoll bil-buffunati li jafu jagħmlu biex jidhru ħelwin quddiem in-nies. Imma fir-realtà, miskin int jekk tinqabad fin-nassa tal-qerq tagħhom! Tpattiha qares aktar tard! Forsi nista’ nissogra ngħid li x-xhur tas-sajf huma x-“show-time” tal-“gallariji foloz” speċjalment filfesti u fuq ix-xtajtiet… Kemm nies iħobbu jqarrqu l-għajnejn ta’ ħaddieħor billi jkunu “gallarija falza” b’modi ġodda ta’ ħwejjeġ indeċenti; bi stili differenti, kważi karnivaleski, ta’ xagħar u ‘make-up’; b’imġiba u pożi ta’ ksuħat li dari konna nsejħulhom ‘bla żejt f’wiċċhom.’! Ma rridx intawwal id-diskors fuq il-‘gallariji foloz’ jew aħjar ‘il-maskri’ tal-ipokrisija u tal-qerq fis-soċjetà moderna, għax dawn jidhru ċar kullimkien (kultant anke fil-knisja!), u malajr insib lil min jgħajjarni moħħi magħluq jew skrupluż! Forsi aħjar nagħlaq hawnhekk b’dak li kien jitlob San Ġorġ Preca fit-talba famuża tiegħu msejħa l-‘Quotidie’ (ta’ Kuljum): “Sinjur Alla, eħlisni mill-inganni!”…mill-gallariji foloz! ■


Leħen il-Qala - Festa 2013

Xi titjib fit-toroq tal-Qala (1950-1957)

Frak ta’ Storja (8) minn: Winston L. Zammit B.A. (Hons.), P.G.C.E., M.A.

Bejn is-snin 1949 u 1957, insibu li sar xi titjib flinfrastruttura tar-raħal tal-Qala, fejn jidħlu t-toroq. Dwar it-toroq insibu li fl-1949 l-Onor. Ġużeppi Cefai L.P., għamel talba lillMinistru tax-xogħlijiet u rikostruzzjoni biex Triq il-Qala tingħata l-asfalt. Il-Ministru infurmah li l-Ministeru tiegħu kien qed jagħti kunsiderazzjoni għallasfaltar ta’ din it-triq u li kien maħsub li dan ixxogħol kellu jinbeda fi żmien tliet ġimgħat.1 Fl-istess sena l-Onor Ġużeppi Cefai L.P. għamel talba lill-istess Ministru, biex it-triq tal-purċissjoni tal-Qala tiġi asfaltata.2 Fil-fatt insibu li f’Jannar tal-1950 kien qed isir l-asfaltar ta’ Triq il-Qala.3 Imbagħad fis-sena finanzjarja 1950-1951, insibu li kif kien ġie propost fir-rapport tal-Kummissjoni tal-1948, parti minn Triq il-Qala ġiet imwessgħa,4 u ngħata l-asfalt lill-pjazza tal-Qala.5 Il-qagħda tat-toroq tal-Qala, reġgħet tqajmet fl-Assemblea Leġislattiva, fl-1951, minn wieħed mir-rappreżentanti ta’ Għawdex, is-Sur Ġorġ Galea (Tal-Erbgħa). Is-Sur Galea ilmenta millfatt li t-toroq tal-Qala kienu jinsabu f’kundizzjoni

ħażina. Għaldaqstant huwa talab lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħalli almenu sal-festa tar-raħal, id-dawra talpurċissjoni tkun tajba kif jixraq u wara l-festa l-istess ħaddiema jkomplu x-xogħol fuq itTriq tal-Qala.6 Xi xogħol ieħor fil-Qala, fil-qasam tat-toroq, sar fis-sena finanzjarja 1956-1957, meta ġiet asfaltata Triq il-Wardija.7 ■ 1. D(ebates) L(egislative) A(ssembly) 16 – V – 49. P. 881-882. 2. IBID 19 – XII – 1949 p.2500. 3. IBID 30 – I – 1950 P.q 636, 4. Reports on the Working of the Govt. Depts. 1950 - 1955 (8 – VII – 1955) p. XVII. 5. IBID Appendix C, p. LXXXI. 6. Leħen is-Sewwa 11 – VII – 1951 p. 3. 7. Report on the Working of the Gov. Depts. Public Works Dept. Report 1956 – 1957, (16 – XI – 1957) appendix B.

Sliema, Malta Sibt il-Għid, 30 – III – 2013. F’egħluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Dr. Ċensu Tabone.

13


Leħen il-Qala - Festa 2013

Xerri il-Bukkett

Gelluxa SupplieS ltd General Merchant Store A, N.B. Grunju Street, Qala, Gozo

Bar - Restaurant Pizzeria Zewwieqa Road, Qala - Gozo Tel: 2155 3500 • Fax: 2156 5394 Mob: 9949 0679 E-mail: bukkett@maltanet.net

in-najsi Mario Camilleri “Camilleri Family” 21, Independence Street, Qala, Gozo. Tel: 2155 4941 Mob: 9946 0725

9988 5457

14

 For 

all kind of Concrete Works Crane Hire

T: 2155 1555 F: 2155 4273 M: 9982 4300 E: gelluxa@maltanet.net


Leħen il-Qala - Festa 2013

Katekeżi

lUQA 15 Conette Portelli minn:

Il-publikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej kif ukoll il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu. “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”. Lq. 15.,1-3. Dawk li jiġbru t-taxxi u l-midinbin kienu qed isibu mħabba u refuġju f’Ġesù. Hu kien jifhem il-miżerja tagħhom u lest li jaħfrilhom. Imma min-naħa l-oħra l-Iskrivi u l-Fariżej kienu skandalizzati. Il-Mulej kellem lil Ġona u qallu, “Qum, mur f’Ninwe l‑belt il‑kbira u xandrilha li ħżunithom telgħet quddiemi”. Ġona 1,1-3. U Ġona mar f’Ninwe kif qallu l-Mulej u n-nies emmnu f’Alla u għamlu penitenzi. “U Alla ra x’għamlu, kif reġgħu lura mit-triq tagħhom il-ħażina, u reġa’ bdielu mid-deni li kien ser jagħmel u ma għamlux”. Ġona 3,10. Iżda Ġona ma ħax gost, ried li Alla jikkastigahom alavolja kien jaf li “Alla ħanin u jagħder, tqil biex jinkorla, kollu tieba, u jisogħbih għad-deni,” Ġona 4, 2. u l-Mulej ordna li titla’ siġra tar-rignu biex ikollu d-dell. Iżda ġara li mal-lejl dudu mess is-siġra u din nixfet u hekk Ġona ma kellux dell u gerger u l-Mulej qallu. “Int ġietek ħasra mis‑siġra tar‑rignu li la tħabatt għaliha u lanqas kabbartha int, u li lejl wieħed ġiet u lejl wieħed marret. Mela jien ma’ kellix tiġini ħasra minn Ninwe fejn hemm aktar min mija u għoxrin elf ruħ li ma jafux jagħżlu bejn il‑lemin u x‑xellug tagħhom?” Ġona 4, 10-11. Għalina l-bnedmin hi diffiċli li nifhmu l-imħabba u l-ħniena li Alla għandu għalina. Għalhekk hu bagħat lil Ġesù mhux biss biex bih inkunu salvi iżda wkoll biex nagħrfu dan Alla min hu. Ġesù hu l-immaġni perfetta ta’ Alla l-Missier u fl-umanità tiegħu naraw il-kwalitajiet sbieħ u perfetti tal-Missier. Ġesù kien ħabib tal-midinbin. ALLA ĦABIB TAL-MIDINBIN. Il-vanġelu ta’ San Luqa hu magħruf bħala l-vanġelu tal-Ħniena t’Alla. Fil-Kap 15 insibu tliet parabboli; in-nagħġa

l-mitlufa, d-dragma l-mitlufa u l-Iben il-Ħali, li l-aħħar tnejn insibuhom f’San Luqa biss. Dawn it-tlieta jixxiebħu. Fihom hemm xi ħaġa mitlufa - nagħġa, dragma u l-iben mitluf (jew imbiegħed minn missieru). Fit-tlieta hemm dak li sabhom u prezz x’jitħallas minnu. Ir-ragħaj kellu jixxabbat u jiġġerra biex isib in-nagħġa, il-mara kellha tixgħel u tiknes biex issib id-dragma, u l-missier kellu jumilja ruħu u jmur jiġri biex jilqa’ lil ibnu. Ir-ragħaj, il-mara u l-missier qed jirrappreżentaw lil Ġesù jfittex il-midneb u meta jsibu jifraħ għax imħabbtu għall-bnedmin tant hi kbira li anke jasal biex jagħti ħajtu għalihom. “Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din, li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu”. Ġw. 15, 13. It-tliet parabboli jispiċċaw f’ċelebrazzjoni ta’ ferħ għax instab dak li kien mitluf u mhux biss jifraħ min sabhom iżda jistieden lill-ħbieb u l-ġirien biex jifirħu miegħu. Ferħ u ċelebrazzjoni jsiru mhux biss fuq l-art imma fis-sena. “L‑istess ferħ ikun hemm fost l‑anġli t’Alla għal midneb wieħed li jindem.” Lq. 15,10. L-Iben il-kbir ma ħax gost għax ħuh reġa’ lura, lanqas għax il-missier kien ser jagħmel festa. Il-missier ukoll ħareġ għalih, imma l-imrar li kellu ma ħalliehx jidħol jiċċelebra. Aħna min-naħa tagħna qegħdin infittxu l-midinbin u nressquhom għand Ġesù? Kemm qegħdin nitolbu b’fervur u perseveranza għal ħutna li tilfu t-triq? Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann 8,1-11, insibu r-rakkont tal-mara li nqabdet tiżni fil-fatt u din ħaduha quddiem Ġesù. “Mgħallem, qalulu, din il‑mara nqabdet fil‑fatt fl‑adulterju. Issa fil‑liġi tagħna Mose’ ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma xi tgħid?” Ġw. 8, 4-5. San Pawl fl-ittra lir-Rumani jgħidilna, “Int li tagħmel ħaqq minn ħaddieħor ma għandek l‑ebda skuża, int min int. Għax int u tagħmel il‑ħaqq minn ħaddieħor tkun tikkundanna lilek innifsek, la darba int u tagħmel il‑ħaqq qed tagħmel l‑istess.” Rum.2.1. U Ġesù tbaxxa biex jikteb

15


Leħen il-Qala - Festa 2013 fl-art. L-istess saba’ li naqqax il-kmandamenti, l-istess saba’ li kiteb twissija fuq il-ħajt tas-Sultan Baltassar, issa kien qed jikteb fl-art. Billi dawk baqgħu jistaqsuh qam dritt u qalilhom. “Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l‑ewwel ġebla.” U reġa’ tbaxxa jikteb fit-trab. Kif semgħuh jgħid dan, qabdu u telqu wieħed wara l-ieħor, ibda mix-xjuħ u Ġesù baqa’ waħdu mal-mara wieqfa fin-nofs. Qam dritt u qalilha, “Dawk fejnhom mara? Ħadd minnhom ma kkundannak? “Ħadd Sinjur”, qaltlu. “Mela lanqas jien ma nikkundannak,” qalilha Ġesù. “Mur u mil‑lum ’il quddiem tidnibx iżjed, “ u dan il-messaġġ ma jagħtihx fit-trab imma fuq is-salib, mhux b’idejh imma b’demmu. F’San Mark Kap 2.1-12, naraw kemm il-fejqan spiritwali hu aqwa mill-fejqan fiżiku. “U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf, fetħu toqba u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ. Meta ra l-fidi tagħhom Ġesù qal lill-mifluġ. “Ibni dnubietek maħfura”. Mk. 2.3-5. Min jaf kif dawk in-nies inħasdu, huma jfiq riduh. Il-fejqn fiżiku hu temporali imma l-fejqan spiritwali hu etern. Il-kittieba qalu f’qalbhom. “Dan qiegħed jidgħi! Min jista’ jaħfirhom id‑dnubiet ħlief Alla biss?”Mk.2. 6-7. Ġesù qal, x’inhu l-eħfef tgħid lill-mifluġ, “Dnubietek maħfura, jew tgħidlu Qum u imxi?” Mela biex tkunu tafu li Bin il-Bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art, qal lill-mifluġ, “Qum qiegħed ingħidlek aqbad friexek u mur lejn darek.” Mk. 2.9-11 X’inhu l-eħfef għal Ġesù, li jagħti fejqan fiżiku jew fejqan spiritwali? X’kien tal-anqas tbatija u wġigħ? Biex ifejjaq il-ġisem kulma swielu kmand, kelma, imma l-maħfra tad-dnubiet swiet id-demm ta’ Ġesù. Tal-ewwel, kelma tat-tieni, ġismu kollu. Tal-ewwel, sekonda - tat-tieni, ħajtu kollha. Santu Wistin igħid li meta saċerdot jaħfer id-dnubiet ikun juża qawwa aqwa minn dik il-qawwa li uża Alla nnifsu meta ħalaq id-dinja. Ġesù mhux biss fejjaq nies morda f’ġisimhom, iżda ħeles lir-ruħ mix-xkiel tax-xitan. Meta l-bniedem hu fid-dnub ifisser li hu lsir tax-xitan. “Tassew, tassew ngħidilkom li kull min jagħmel id‑dnub hu lsir tad‑dnub.” Ġw. 8.34. Fil-bidu nett tal-missjoni tiegħu Ġesù wera li hu ġie fid-dinja biex jaħfer id-dnubiet. Ġwanni l-Battista qal “Araw il‑ħaruf t’Alla li jneħħi d‑dnubiet tad‑dinja.” Ġw. 1.29

16

Il-bniedem li jitaqa’ ma’ Ġesù ma joqgħodx bi kwietu qabel ma jressaq oħrajn lejh, biex huma wkoll iduqu l-ħniena tiegħu. Is-Sammaritana li marret timla’ l-ilma ltaqgħet ma’ Ġesù ħdejn il-bir ta’ Ġakobb. Ġesù għalkemm kien jaf bil-ħajja mħawda tagħha, ma ċanfarhiex. “Għalhekk int widdeb bil‑ftit il‑ftit lil dawk li jonqsu, twissihom u tfakkarhom fejn dinbu, biex jerġgħu lura mill‑ħażen tagħhom, u fil‑Mulej, iqiegħdu t‑tama tagħhom”. Għerf. 12. 2. Bil-ġentilezza u bl-imħabba għena tagħraf l-iżball tagħha, u hi mbagħad ħalliet il-ġarra warajha, għax issa sabet l-ilma tal-ħajja. Reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-nies; “Ejjew araw bniedem li qalli kull ma għamilt. Tgħid dan il‑Messija?” U n-nies ħarġu mill-belt u ġew ħdejh, Ġw. 4. 28-30 biex huma wkoll jiltaqgħu miegħu u jduqu l-ħlewwa tiegħu.

Issa aħna x’għandna nagħmlu? L-ewwel nett ngħarfu li aħna lkoll midinbin u għandna bżonn tas-Salvatur. San Ġwann Appostlu jgħidilna, “Jekk ngħidu li ma għandniex dnub inkunu qegħdin inqarrqu bina nfusna, u l‑verità ma tkunx fina. Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust, hekk li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħażen. Jekk ngħidu li ma dnibniex inkunu qegħdin ingiddbuh u kelmtu ma tkunx fina.” Ġw.1.8-10 Fil-Kap 18 ta’ San Luqa naraw il-Fariżew li ħaseb li hu tajjeb biżżejjed u talab hekk. “O Alla nizzikħajr li m’iniex bħall‑bqija tal‑bnedmin, ħallelin, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il‑publikan. Jiena nsum darbtejn fil‑ġimgħa u nħallas l‑egħxur ta’ kull ma ndaħħal.” Lq.18.11-12 Il-publikan min-naħa l-oħra umilja ruħu u għaraf il-miżerja tiegħu, u dar lejn Alla għall-maħfra. “O Alla ħenn għalija għax jien midneb.” Lq. 18. 13 Ħalli din tkun it-talba tagħna. Ġesù jkompli; “Ngħidilkom jien li dan, u mhux l‑ieħor, niżel id‑dar iġġustifikat. Għax kull min jitkabbar, jiċċekken, u min jiċċekken, jitkabbar.” Lq.18.14 Fil-parabbola tal-Iben il-Ħali, l-iben il-kbir ħaseb li hu tajjeb ħafna u spiċċa biex irrifjuta l-imħabba ta’ missieru. Meta aħna nwebbsu qalbna fid-dnub x’jiġri? “Alla jibki mqar bil‑moħbi, għajnejh jiddemgħu u jxerrdu d‑dmugħ.” Ġer.13. 17 Dan hu Alla tagħna, Alla jiġri wara l-midneb u ma joqgħodx kwiet qabel ma l-midneb idur lejh u jitħabbeb miegħu. Qisu għandu bżonna. Hu jħobbna kif aħna, bid-difetti tagħna, bid-dnub tagħna, imma jrid li aħna ninbidlu u niġu nixbhu lil Ibnu Ġesù u dan iridu għax jaf li hekk biss aħna nistgħu nkunu liberi u mhux skjavi. Alla jrid li aħna jkollna l-ferħ, il-paċi u l-hena li hu biss jaf jagħti. Alla jħobb jaħfer. Ġesù mhux ser jisforzak, qed jistenna lilek li tgħidlu, “Mulej ninsab fil-ħama”, mhux qed jistennik li tinħasel qabel, imma li tgħidlu, “Mulej jien dnibt.” Ir-reliġjon Nisranija hi r-reliġjon tal-imħabba infinita ta’ Alla. “Alla ma bagħatx lil Ibnu fid‑dinja biex jagħmel ħaqq minnha imma biex id‑dinja ssalva permezz tiegħu.”Ġw.3.17. Hija biss il-grazzja u l-maħfra t’Alla li ġġibilna l-indiema sħiħa li twassalna għall-maħfra tad-dnub tagħna. Nagħmlu x’nagħmlu, noffenduh kemm noffenduh, f’dak il-ħin stess Hu jkun qiegħed jipprepara pjan ta’ kif sejjer jerġa’ jħabbibna miegħu. Ġesù tana l-Ispirtu Qaddis Tiegħu biex jgħammar ġewwa fina. Dan l-Ispirtu Qaddis jixlina bid-dnub tagħna imma qatt ma jikkundannana, u jeħodna għand Ġesù għall-maħfra. Alla li hu “ħanin u tajjeb, li jdum ma jagħdab u kollu mogħdrija, li ma jridx il‑mewt tal‑midneb imma li jindem u jgħix”, qed ifittxek. Qed jistennik bil-ħrara aktar milli missier jistenna lil Ibnu l-mitluf, aktar mir-ragħaj it-tajjeb li jitkarrab għan-nagħġa l-mitlufa, aktar milli mara li qed tfittex munita prezzjuża. U Alla hu fil-qrib u jrid jagħtik it-tgħanniqa tal-imħabba. Ħallih iħobbok. ■


Leħen il-Qala - Festa 2013

riflessjoni fuq il-Festa ta’ San Ġużepp u l-Valur tax-Xogħol minn: Angelo Xuereb

F’kull festa li niċċelebraw f’ġieħ San Ġużepp ma nistgħux ma niftakrux fl-importanza li għandu x-xogħol fil-ħajja spiritwali. San Ġużepp: San Ġużepp kien ħaddiem. Dan insibuh flEvanġelji ta’ San Mattew u San Mark li jgħidulna għal Ġesù. “Dan mhux bin il-mastrudaxxa?” (Mt 13, 15); “Dan mhux il-mastrudaxxa, bin Marija u ħu Ġakbu u Ġosè u Ġuda u Xmun” (Mk 6,3). Jekk noqogħdu nfittxu t-test Grieg naraw li l-Evanġelisti użaw il-kelma teknon jiġifieri ħaddiem tas-sengħa. Il-kittieba tal-bidu jitkellmu minn San Ġużepp bħala mastrudaxxa. Fil-ħanut tax-xogħol tiegħu, San Ġużepp laħaq grad għoli ta’ qdusija. Infatti l-Iskrittura ssejjaħlu bħala l-bniedem ġust. lżda qatt ma nsibu li qal l-ebda kelma. Għalhekk huwa laħaq il-quċċata tal-qdusija permezz tal-ubbidjenza lejn ir-rieda ta’ Alla u permezz tax-xogħol ta’ kuljum. Sidna Ġesù Kristu trabba f’dan l-ambjent tax-xogħol u qabel ma ħareġ għall-ħajja pubblika kien jaħdem. San Mattew kif rajna jgħid li n-nies staqsew jekk huwiex il-mastrudaxxa. Ħarsa storika lejn ix-xogħol: Għalkemm f’kull kultura l-popli jagħmlu xi forma ta’ xogħol, madankollu l-filosofija Greco-Rumana ma tantx kienet tħares tajjeb lejh. Jekk niflu x-xogħol

tal-filosofi, b’xi eċċezzjonijiet (Virġilju u Eżjodu) li jfaħħru x-xogħol, it-tendenza ġenerali kienu li jħarsu b’disprezz lejh. Ix-xogħol kien qisu xi ħaġa li jġib diżunur, tindika li min qiegħed jagħmlu huwa inferjuri u għalhekk il-ħaddiema riedu jaqdu lil min kien qiegħed jagħmel attivitajiet spiritwali. Ta’ min jinnota li Ċiċerun wasal biex kiteb li: “l-imgħallmin tas-snajja’ jehdew f’xogħlijiet ta’ min jistmerrhom, għaliex il-ħanut tax-xogħol ma jista’ jkun fih xejn li huwa nobbli”. Min-naħa l-oħra l-Iskrittura tfaħħar lix-xogħol. Fi żmien Kristu anki dawk li kienu saċerdoti u skribi kienu jitgħallmu xi sengħa. San Pawl kien tgħallem jagħmel it-tined. Fil-parabbola tal-Għaxar Talenti Kristu jikkundanna l-għażż u jfaħħar lix-xogħol. San Pawl jikteb lit-Tessalonkin: “U meta konna magħkom, amarniekom dan: jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, lanqas ma jiekol. Għax smajna li x’uħud fostkom jgħixu fil-għażż bla ma jaħdmu, imma jħawdu. Lil nies bħal dawn inwissuhom u namruhom f’Sidna Ġesù Kristu biex jaħdmu b’moħħhom mistrieħ u jieklu l-ħobż li huma nfushom ikunu qalgħu” (2 Tess 10-12). San Ġakbu għandu twissija qawwija fuq il-ħlas: “Ara l-ħlas li intom ċħadtu lillħaddiema li ħasdulkom ir-raba’ tagħkom jgħajjat, u l-għajjat tal-ħassada wasal f’widnejn il-Mulej talqtajja” (Gak 5, 4).

17


Leħen il-Qala - Festa 2013 Huwa impossibbli fi ftit kliem ngħidu x’għamlet il-Knisja biex tagħti valur lix-xogħol. Minflok isSibt, għamlet il-jum tal-Ħadd, jum ta’ mistrieħ. Kien it-tagħlim tal-Vanġelu li kisser is-sistema ta’ skjavitù fl-Imperu Ruman. Is-Santi Padri faħħru kemm setgħu lix-xogħol li ma fihx immoralitajiet u ppruvaw ifiehmu lill-poplu li permezz talattività tiegħu jista’ jersaq lejn Alla. L-eremiti tad-deżert u l-monastiċiżmu għaqqdu l-ideal tattalb max-xogħol. San Benedittu li huwa missier ilmonastiċiżmu tal-Punent ħareġ bil-motto sempliċi iżda profond “Ora et Labora” jiġifieri “Aħdem u itlob”.

sema u fuq il-bhejjem kollha li jitkaxkru fuq l-art” (Ġen 1, 28). Għalhekk il-bniedem permezz taxxogħol tiegħu, ikun xi jkun il-forma tiegħu, qiegħed jissieħeb mal-pjan ta’ Alla.

Fil-medjuevu l-Knisja kompliet taħdem biex ilfewdatarji jiġifieri dawk li kellhom ħafna artijiet u b’nies jaħdmu fihom u li kienu jiddependu minnhom biex jagħtuhom libertajiet kemm jistgħu. F’dan iżżmien naraw li bdiet tiġi fformulata t-teorija talproprjetà privata.

In-nisrani għandu jara li fix-xogħol jagħmel dmiru sewwa u b’ċerta mħabba lejn il-proxxmu. Jekk noqogħdu niflu x-xogħlijiet naraw li kollha jservu biex is-soċjetà timxi ’l quddiem. Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa l-pjan ta’ Alla.

Fl-era moderna, mar-rivoluzzjoni industrijali, qamu ħassieba bħal Smith, Riccardo u Marx fejn raw fix-xogħol għajn ta’ ġid u prosperità. Minn dawn it-teoriji nibtu l-Kapitaliżmu u Komuniżmu. IlKnisja minn dejjem ikkundannat lil dawk li jħaddmu lill-ħaddiema li jisfruttawhom filwaqt li jarawhom sempliċement għodda ta’ qligħ. Hija ħaditha ukoll kontra dawk li riedu li d-dritt tal-proprjetà privata jitneħħa u li kollox ikun tal-istat, u fissret li sistema bħal din ma tistax taħdem fil-prattika. Spiritwalità tax-xogħol: Ma nkunux għedna kollox fuq ix-xogħol jekk ma nsemmux l-aspett spiritwali tiegħu kif il-bniedem qiegħed jgħix fi żminijietna. L-ewwel nett permezz tiegħu l-bniedem jissieħeb mal-Ħallieq. Fl-ewwel rakkont tal-ħolqien insibu dan il-kmand ta’ Alla: “Berikhom u qallhom: “Nisslu u oktru u imlew l-art u aħkmuha, u aħkmu fuq ħut il-baħar, fuq tajr is-

18

U verament joħroġ minnu bosta ġid għax ilbniedem permezz tal-ħidma tiegħu jkattar ilġid, li bih ikun jista’ jgħix ħajja diċenti. Ix-xogħol għandu vantaġġi aktar minn hekk. Il-bnedmin jiltaqgħu u jersqu lejn xulxin. Jagħrfu aktar lilhom infushom u jsiru aktar indipendenti filwaqt li jaħlu l-enerġiji tagħhom. Din l-attività ġġib magħha ċerta sodisfazzjon.

Ma nkunux realistiċi jekk ma nsemmux li f’kull xogħol hemm ċerta tbatija. U hawnhekk nilmħu li hemm rabta tal-Ewkaristija max-xogħol. Infatti Sidna Ġesù Kristu għażel li jibqa’ magħna taħt l-ispeċi tal-ħobż u tal-inbid. Dawn huma żewġ prodotti ta’ soċjetà agrikola ta’ żmienu. Għalhekk huma simbolu ta’ xogħol il-bniedem. U għal dan l-iskop fil-quddiesa ssir il-purċissjoni bl-offerti talħobż u l-inbid biex dawn jiġu mogħtija lil Alla bħala offerta. B’dan il-mod waqt il-quddiesa l-insara għandhom joffru t-tbatijiet kollha li jġib miegħu x-xogħol u jgħaqqduh mas-sagrifiċċju ta’ Kristu fuq is-salib. Ix-xogħol huwa importanti iżda wieħed irid joqgħod attent li x-xogħol flok ikun mezz isir skop għalih innifsu. Wieħed jibda jaħdem bla rażan forsi biex jagħmel ċerti kapriċċi li jgħaddi mingħajrhom filwaqt li jkun qiegħed jittraskura d-dmirijiet lejn Alla u anki lejn il-familja tiegħu.■


Leħen il-Qala - Festa 2013

“Ġużeppi qam, ħa miegħu lit‑tifel u ’l ommu, u mar fl‑art ta’ Israel.” (Mattew 2:21)

Il-Purċissjoni ad unur ta’ San Ġużepp…

riflessjonijiet dwar ir-raġel Kastissimu ta’ Marija u l-Missier Putattiv ta’ Ġesù minn: Fr. Charles Buttigieg

Meta kont f’Ruma bħala saċerdot novell għallesperjenza pastorali u ta’ studju (1999-2004), kont nistenna bil-ħerqa kollha d-19 ta’ Marzu, is-Solennità ta’ San Ġużepp billi wara li kont inqaddes il-quddiesa tiegħi fil-parroċċa ta’ Santa Luċija, kont immur filparroċċa ‘San Giuseppe al Trionfale’, parroċċa ġirien tagħna ddedikata lil San Ġużepp biex nieħu sehem fil-quddiesa u għall-purċissjoni kbira ta’ San Ġużepp u sinifikanti ħafna għal Ruma f’din iż-żona tant qrib talVatikan. Din it-triq li filgħodu kienet tkun maħnuqa b’tant traffiku bejn l-istadju Olimpiku, lejn il-belt ta’ Ruma u l-Vatikan, ritmu sfrenat tan-nies sejrin għaxxogħol, kulħadd mgħaġġel, wara nofsinhar donnu kien jgħaddi minn fuq it-triq spirtu ta’ serħan li jwaqqaf għal kollox it-traffiku u dik it-triq twila tinbidel f’talba u purċissjoni ad unur ta’ San Ġużepp, f’mixja ma’ wieħed mill-qaddisin kbar tas-sema. Dawn ir-riflessjonijiet nistgħu nagħmlu aħna lkoll li mit-toroq tagħna imżejnin għall-festa fejn tgħaddi minnhom dik l-istatwa ta’ San Ġużepp, tassew devota u artistika. Ejjew għalhekk nilqgħu l-messaġġ li trid tagħtina din il-purċissjoni ad unur tal-Kbir Patrijarka San Ġużepp. “Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu billejl, u warrab lejn l-Eġittu”. (Mt 2:14); “Ġużeppi ukoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ David jisimha Betlemm, għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David” (Lq 2:4). San Ġużepp f’ħajtu hemm marbuta mela t-triq, ittriq ta’ Betlemm għaċ-ċensiment u t-twelid ta’ Ġesù, it-triq għall-Eġittu sabiex jaħrab mill-kefrija ta’ Erodi, it-triq lejn Nazaret wara li miet Erodi, il-pellegrinaġġi lejn Ġerusalemm għat-tkomplija tal-liġi u r-reliġjon Lhudija. Dan kollu juri fuq kollox lil San Ġużepp bħala bniedem tassew enerġetiku (u għalhekk mhux xiħ) li

lest li jagħmel dawn il-vjaġġi twal sabiex jieħu ħsieb tal-Familja Mqaddsa. Dan kollu juri li San Ġużepp kellu sejħa u għax aċċettaha bil-qalb, kellu “jqum u jimxi”. Hija l-mixja tal-appostlu u tad-dixxiplu li jsegwi lillimgħallem tiegħu matul it-triq. Meta tara lil San Ġużepp għaddej mit-toroq taddinja b’Ġesù żgħir f’idu, jistiednek ukoll sabiex inti tibda miexi flimkien miegħu ħalli tibqa’ qrib ta’ Kristu bħalma kien ħeġġeġ tajjeb ħafna l-Papa Piju 12. San Ġużepp jistiednek mela biex tħalli l-istaġnar tal-ħajja tiegħek, l-għeluq tad-dnub tiegħek, biex toħroġ filberaħ u timtela b’dik l-arja friska u tieħu enerġiji ġodda. Il-purċissjoni ad unur ta’ San Ġużepp għandha ħafna sinifikat, għaliex turina li aħna ukoll pellegrini f’din ilħajja u li qegħdin aħna ukoll ninsabu f’mixja li trid tkun immarkata mill-preżenza ta’ Kristu, eżattament bħal figura ta’ San Ġużepp. Tara l-istatwa ħierġa mill-knisja qisha stedina ukoll sabiex jiena noħroġ għall-esodu tiegħi, għal-liberazzjoni mill-ktajjen tal-ideat, u tal-egoiżmi tiegħi. Hija stedina sabiex noħroġ fil-mergħat kollhom ħdura tal-Mulej sabiex nitrejjaq b’dak li hu tassew ikel għalija, Kristu u l-Kelma tiegħu (ara Salm 23). Hija stedina sabiex nitlob u ma naqtax qalbi għax qrib tiegħi hemm dik it-tgħannieqa tal-Mulej. Hija sejħa għall-konverżjoni u rikonċiljazzjoni, għaliex hija dik it-tgħannieqa talmissier u tal-iben. Hija stedina biex inqum min-nagħas tiegħi u nerfa’ rasi l-fuq biex nilmaħ il-ħniena ta’ Alla. Waqt li l-istatwa tkun għaddejja mit-toroq fejn hemm id-djar tagħna nistħajjel lil San Ġużepp ixerred il-barka ta’ Alla fuqhom, l-iktar fejn hemm il-ġlied u l-inkwiet u fuq kollox fejn hemm il-mard u t-tbatija.

19


Leħen il-Qala - Festa 2013 San Ġużepp dieħel il-knisja fit-tmiem tal-purċissjoni donnu jistiednek sabiex inti ukoll tidħol fid-dar ta’ Alla ħalli ssib lil Kristu. Jurina fuq kollox li l-bibien tal-knisja jiġifieri l-bibien ta’ Alla huma dejjem miftuħin sabiex jidħlu il-qlub tant għatxana għall-preżenza ta’ Kristu. Dan huwa ukoll is-sens tal-purċissjoni li ttemm il-mixja tagħha bil-barka Ewkaristika. Mhux ta’ b’xejn mela li San Ġużepp kien imfaħħar mill-bidunett tal-Knisja kif naraw fil-kitbiet tal-Missirijiet il-Knisja (is-Santi Padri) kif turi l-Eżortazzjoni Appostolika dwar San Ġużepp tal-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II fir‘Redemptoris Custos’ fin-numru 1. Dan narawh f’Sant Irinew fis-sena 203 (ara Adversus haereses, IV, 23, 1: PG 7, 1048), Origine fis-sena 255 (f’Hom XIII, 7: PL 13, 1832), u San Efrem fis-sena 373 li jiddeskrivi lil San Ġużepp bħala l-misteru tal-ekonomija divina tal-Inkarnazzjoni (kif naraw fil-Commento al Diatessaron 1, 26). Huwa mfaħħar minn San Ambroġġ (li laħaq isqof meta kien għadu katekumenu u li miet fis-sena 397) li jgħid li San Ġużepp ma setax jikkontamina t-tempju tal-Ispirtu s-Santu, jiġifieri lill-Madonna (ara Exp. Ev. Sec. Lucam ii, 5-6: CCL 14, 32-33), minn San Ġwann Crisostomo fissena 407 u San Ġirolmu li miet fis-sena 420 li jgħallem li San Ġużepp kien tassew raġel verġni (kif naraw f’Adversus Helvidium, 19: PL 23, 213). It-Tagħlim dwar il-verġinità ta’ San Ġużepp fil-Padres Latini jikkontrasta għal dak li nsibu fl-apokrifi li mhumiex ispirati. Anke Santu Wistin li miet fis-sena 430 jikteb dwar il-kastità ta’ San Ġużepp ‘tanto firmius pater, quanto castius pater’ f’Sermo 51: PL 38, 348-351. San Pietru Crisologo fissena 450 iqabbel lil San Ġużepp mal-Isqof li jiżżewweġ lill-Knisja li tibqa’ verġni u tagħmel il-frott (ara Sermo 175: PL 52, 657-658). San Girgor il-Kbir jgħallem b’mod ċar li San Ġużepp ħares u pproteġa l-verġinità ta’ Marija. Anke l-Venerabbli Bede li miet fis-sena 735 isostni l-verġinità ta’ San Ġużepp, kif ukoll insibu fil-kitbiet ta’ Pietru Abelard (fil-bidu tal-Iskolastiċiżmu) li miet fissena 1142, ta’ San Pierre Damian li miet fl-1072 u Ugo ta’ San Vittor li miet fl-1141, u San Albert il-Kbir (Doctor Universalis, gewwa Cologne) li miet fl-1280. Tagħlim fuq San Ġużepp insibuh ukoll fil-kitbiet ta’ Remiġ minn Auxerre fis-sena 900, San Bernard fis-sena 1153, San Tumas minn Aquino (Doctor Angelicus) fis-sena 1274, San Bonaventura (Doctor Seraphicus) fissena 1274 u San Bernardino ta’ Siena fis-sena 1444. Pierre Pocquet (Bourguignon) fis-sena 1408 jikteb li San Ġużepp tela’ s-sema wara l-qawmien ta’ Ġesù, insibu ukoll it-tagħlim ta’ Jean Charlier (Gerson) fis-sena 1429 u San Isidor Isolani fis-sena 1528 li kiteb dwar ilmewt glorjuża ta’ San Ġużepp, Santa Tereża ta’ Avila fis-sena 1582, u San Franġisk de Sales fis-sena 1622.

20

Il-Papa Beatu Piju IX (kien qabel Kardinal ta’ Imola, elett Papa fis-


Leħen il-Qala - Festa 2013 16 ta’ Ġunju 1846 wara erba’ votazzjonijiet minn ħamsin Kardinal f’Konklavi li dam tlett ijiem) għamel lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali fl-1870. Il-Papa Ljun XIII (kien qabel Kardinal ta’ Perugia u elett fl-20 ta’ Frar 1878 wara tlett votazzjonijiet fittieni jum tal-Konklavi, preżenti 61 Kardinal li kollha kienu Ewropej) kiteb waħda mill-isbaħ talbiet lil San Ġużepp sabiex jipproteġi l-Knisja fid-dokumenti tiegħu ‘Quamquam pluries’ u ‘Neminem fugit’. IlPapa qaddis San Piju X kellu devozzjoni kbira lejn San Ġużepp, proprju għaliex kien jismu Giuseppe Sarto li kien għal 9 snin Patrijarka ta’ Venezja u elett Papa fl-4 ta’ Awwissu 1903 wara s-seba’ votazzjoni fir-raba’ jum tal-Konklavi minn fost 62 Kardinal li 61 minnhom kienu mill-Ewropa. Il-Papa Benedittu XV li qabel kien Kardinal ta’ Bologna fil-25 ta’ Lulju 1920 fl-għeluq il-ħamsin sena mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali, kiteb il-motu proprio ‘Bonum sane’. (Huwa kien elett Papa fit-3 ta’ Settembru 1914 wara 10 votazzjonijiet fit-tielet jum tal-konklavi minn 57 Kardinal li 55 minnhom kienu mill-Ewropa). Fis-26 t’Ottubru 1921 huwa waqqaf il-Festa tas-Sagra Familja. Il-Papa Piju XI li kien qabel Kardinal ta’ Milan u elett Papa fis-6 ta’ Frar 1922 minn 53 Kardinal (kollha mill-Ewropa) li kienu preżenti fil-Konklavi u li dam ħamest’ijiem (u saru 14-il votazzjoni), tkellem diversi drabi dwar San Ġużepp fejn fl-enċiklika tiegħu kontra l-Komuniżmu, Divini Redemptoris tad-19 ta’ Marzu 1937, isostni li jeħtieġ li l-Knisja kontra d-dinja komunista titqiegħed taħt l-istandard ta’ San Ġużepp, il-Protettur tagħha. Il-Papa Piju XII (li bħala t-tieni isem kellu lil Ġużeppi u elett Papa fit-2 ta’ Marzu 1939 fit-tieni jum tal-Konklavi li kien dam jumejn minn 62 kardinal u 55 minnhom kienu Ewropej. Qabel kien is-Segretarju tal-Istat talVatikan) kien waqqaf il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem fl-1 ta’ Mejju 1955. Il-Beatu Papa Ġwanni XIII (li bħala t-tieni isem kellu lil Ġużeppi, kien qabel Patrijarka ta’ Venezja u elett Papa fit-28 t’Ottubru 1958 wara il-ħdax-il votazzjoni fir-raba’ jum tal-Konklavi fejn kien hemm 51 Kardinal li 19 minnhom kienu barra mill-Ewropa) daħħal l-isem ta’ San Ġużepp fit-talba ewkaristika tal-quddiesa u poġġa l-Konċilju Vatikan itTieni taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp bħala ‘Protector universalis Ecclesiae’ permezz tal-Ittra Appostolika ‘Le Voci’ tad-19 ta’ Marzu 1961. Il-Venerabbli Papa Pawlu VI li kien qabel Kardinal ta’ Milan (elett Papa fil-21 ta’ Ġunju 1963 wara sitt votazzjonijiet fittielet jum tal-Konklavi fejn kien hemm 80 kardinal fejn 28 minnhom ma kinux Ewropej) kien tkellem fl-1975 dwar il-figura ta’ San Ġużepp bħala bniedem enerġetiku u mhux anzjan. Il-Papa Ġwanni Pawlu I li dam 33 ġurnata biss bħala Papa (kien elett fis-26 ta’ Awwissu fl-1978, kien qabel Patrijarka ta’ Venezja, minn 96 Kardinal wara erba’ votazzjonijiet fit-tieni jum tal-Konklavi, li minnhom 41 biss kienu Ewropej)

kien il-Papa umli bħal San Ġużepp. Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II kellu devozzjoni speċjali lejn San Ġużepp, fil-fatt kellu bħala t-tieni isem Karol Josef. Huwa kien qabel Kardinal ta’ Krakovja u ġie elett Papa fis-16 t’Ottubru 1978 wara 8 votazzjonijiet fittielet jum tal-Konklavi minn 96 Kardinal. Meta kien fi Krakovja huwa xerred ħafna d-devozzjoni lejn San Ġużepp kif insibu fis-Santwarju ta’ Kalizs. Fil-fatt fid19 ta’ Marzu 2004 ftit qabel ma miet huwa rregala ċurkett papali (pontifiċju, iċ-ċurkett tas-sajjied) lisSantwarju Ġużeppin ta’ Wadowice fil-Polonja flokkazjoni tal-25 sena tal-Pontifikat tiegħu, bħala ġest ta’ imħabba lejn San Ġużepp, liema ġest ifakkar f’dak tal-Farun li neħħa ċ-ċurkett minn idu u tah lil Ġużeppi tal-Antik u lin-nies qalilhom ‘Morru għand Ġużeppi u għamlu kollox kif jgħidilkom hu’ (ara Gen 41, 42-55). Il-Papa Benedittu XVI li jismu Josef, waqt l-Anġelus tarraba’ Ħadd tal-Avvent 2012 iddeskriva lil San Ġużepp bħala r-raġel ġust u l-bniedem il-ġdid u talab lillkappillani kollha tad-dinja biex jafdaw f’San Ġużepp. Anke l-Papa ġizwita Franġisku bil-motto ‘Miserando atque eligendo’ li twieled fis-17 ta’ Diċembru 1936 fil-Belt ta’ Buenos Aires fl-Arġentina, li laħaq Papa fit-13 ta’ Marzu 2013 wara ħames votazzjonijiet fejn kien hemm 115-il Kardinal fejn 55 ma kinux Ewropej, laħaq fix-xahar ta’ San Ġużepp u fil-ġurnata tal-Erbgħa u ħa l-pussess tiegħu proprju fid-19 ta’ Marzu 2013. Missier il-Papa kien jismu ukoll Mario Josè għal San Ġużepp u huwa studja fis-Seminarju ta’ San Ġużepp f’San Miguel u kien kappillan ta’ parroċċa ddedikata lil San Ġużepp fid-djoċesi ta’ San Miguel. Bħala ġiżwita għandu devozzjoni speċjali lejn San Ġużepp. Minn din il-ħarsa kollha lejn il-Purċissjoni ta’ San Ġużepp u d-devozzjonijiet tal-qaddisin u Papiet lejn San Ġużepp, ejjew aħna ukoll għalhekk immorru għand Ġużeppi u nimxu miegħu għaliex huwa tassew jurina lil Ġesù, it-triq, il-verità, u l-ħajja.■ Biblijografija Armosino, M., Chi è San Giuseppe, Roma 1991. Avanzo, S. M., Giuseppe di Nazaret. Un pellegrino nella fede, Siena 1990. Bertrand, G.M. – Ponton, G., “Textes patristiques sur Saint Joseph”, in Cahiers de Josephologie 3-10 (1955-1962). Bilodeau, F.R., The Virginity of Saint Joseph in the Latin Fathers and Medieval Ecclesiastical writers, Baltimore 1957. Blanco, M., “Virgidad de san Jose” in Ideales 26 (1927) 202-218. Colonna, C.,“L’educazione a Nazaret” in ibid., Gesu Signore della famiglia. Un cammino spirituale nel matrimonio, Roma 2001, 176-180. Frère Ephraim, Giuseppe di Nazaret. Il mistero del padre, Milano 1998. Stramare, T., San Giuseppe nella S. Scrittura, nella Teologia e nel Culto, Roma 1983. Stramare, T., Giuseppe lo chiamò Gesu. Matteo 1:25, Casale Monferrato (AL) 2001. Stramare, T., Gesu lo chiamò padre. Rassegna storico‑dottrinale su San Giuseppe, Città del Vaticano 1997. Stramare, T., San Giuseppe dai Padri della Chiesa agli Scrittori Ecclesiastici fino a San Bernardo, Napoli 2009. Vernet, J.M., Tu Giuseppe, Ancona 1997.

21


Hardware

Leħen il-Qala - Festa 2013

22

Best Quality Lowest Prices

Plot 24, Qasam Ta’ Dun Anton, Xagħra, Gozo. Tel: 2156 3457 Fax: 2156 4285 Mob: 9945 0523


Leħen il-Qala - Festa 2013

l-Għarusa u Martu Marija minn: Mons. Salv Grima

Kien dejjem moħħu fix-xorti u kulma jiġri erħilu jittimbrah: “hekk kienet xortih/a!”. Sieħbu Stephen ma riedx jiksirha miegħu, imma għamel f’moħħu li jgħinu xi ftit. Billi kien jaf kemm kienet għal qalbu l-festa ta’ San Ġużepp ġietu l-okkażjoni biex jgħaddilu kelma. “Frank”, staqsieh, “min kellu l‑iktar xorti tajba, Marija jew Ġużeppi?” Ħasibha għal ftit, u mill-ewwel tefagħha: “Dawk kienu sewwa. It‑tnejn sabu xortihom f’xulxin u ma’ xulxin! Isma’, mhux qed ngħid li l‑ħin kollu kellhom xorti tajba. Milli nafu, xortihom mhux dejjem kienet sabiħa”. “Ekku! Imma taħseb li ħajjithom tfasslet addoċċ, jew kienu mexjin skont pjan li ġew f’kuntatt miegħu? Għax fil‑fehma tiegħi x‑xorti ma tħallikx tirraġuna, jew tfassal bil‑kwiet, jew tieħu ċerti deċiżjonijiet bil‑ għaqal għalik. Fil‑fatt ix‑xorti nxebbahha mad‑destin li jiddeċiedi hu għalik bħallikieku xi ħadd li ma joqgħodx jaħsibha darbtejn, u lanqas jaf x’inhu jagħmel. X’taħseb?” osserva Stephen. Frank, li ma kienx minn dawk li jħobbu min jindaħlulhom jew imeruhom, mill-ewwel wieġeb: “Għaldaqshekk ma niħux gost min jiddeċiedi għalija. Ħalli nipprova niddeċiedi jien x’inhu l‑aħjar”. “Hawn ġej miegħi” qabeż qallu Stephen, “għax la Marija u lanqas Ġużeppi ma baqgħu lura milli jirraġunaw qabel ma ħadu d‑deċiżjoni tagħhom, u għamlu dan b’rieda ħielsa alavolja quddiem pjan tqil, imma maħsub u li ġie mwassal lilhom, bi kliem u raġunar f’loku li seta’ jigwida l‑mixi tagħhom. Din żgur li mhix ix‑xorti”. Frank kien ilu għaddej minn żmien li fih itella’ u jniżżel dwar l-għażla tal-istat tiegħu. Il-ħajja madwaru xejn ma kienet qed tħallih kwiet meta kien jisma’ b’għarajjes li sfaxxaw, b’oħrajn bla għaqal ta’ xejn u forsi mgħaġġlin, u anki b’xi koppji miżżewġa li ħallew lil xulxin ukoll. Allura iktar beda jwaħħal fix-xorti, u ftit

li xejn kellu tama li se tmissu waħda tajba lilu. Ħajtu mtliet kollha dubji, qtigħ ta’ qalb u b’ħafna biża’ fejn se jaqbad imidd riġlejh! “Jekk tibqa’ tafda fuq ix‑xorti, qed tħalli ħajtek imsakkra fid‑dlam” ipprova jfiehmu sieħbu. “Ara, mhux hekk kienu Marija u Ġużeppi. Fil‑fatt hawn min bħalhom tassew iħabrek biex ħajtu jfassalha f’dawl ta’ min qed jifhmu u jgħinu, u għalhekk bl‑għajnuna ta’ Alla sabu l‑mezzi utli anki biex jitħejjew permezz ta’ għerusija għaqlija u jiffurmaw familja soda b’kuraġġ anki għaż‑żmien tal‑lum”. “Għandi bżonn jaqlagħli grazzja bħal din San Ġużepp” qallu Frank b’nofs ċajta. “Ħa ngħidlek. Taħseb li Marija, l‑għarusa ta’ Ġużeppi, ma tafx mnejn tista’ tgħaddik? Hija l‑mara ideali. Fiha tara kull virtù. Tgħallimna nobdu, għandha karattru doċli u fuq kollox tal‑affari tagħha” kompla tambar Stephen. “Wettqet dmirha bil‑kuraġġ kollu. Nafuha bħala mara tal‑ġabra u s‑skiet, imma attenta ħafna għal dak li kien qed jiġri. Kellha fiduċja sħiħa f’Alla u lesta li tilqa’ bil‑qalb ir‑rieda tiegħu. Kienet mara ta’ sabar waqt is‑slaleb tqal għax fehmet li kellha min jgħinha. Ma qatgħetx qalbha quddiem il‑provi, anzi wieġbet lil Ġużeppi u lill‑oħrajn. Uriet ħeġġa u interess lejn min kien fil‑bżonn, u fuq kollox ħadet ħsieb ta’ Binha Ġesù. Minn kliemha kellha għal qalbha l‑paċi u ċ‑ċkejknin, il‑foqra u l‑umli”. “Hawn għamiltli prietka sħiħa, Steph. Mur ġiebni flok Ġużeppi li sab xortih ma’ Marija!” ikkonsla xi ftit Frank. “Xortih! Ekku kif qed taqbel miegħi, Frank. Imma mhux ix‑xorti li soltu titkellem minnha int. Trid tgħid x’mara mill‑aħjar kellu. Fl‑imġiba u li tħobb is‑sewwa”. “Ara, nieqfu hawn. Steph, nitolbok pjaċir. Għinni int ukoll biex dis‑sena nagħmillu dit‑talba għall‑festa: li nwarrab il‑ fissazzjoni tax‑xorti, bit‑tama li ngħin ruħi għall‑aħjar”. “Kollox sew!” ■

23


Leħen il-Qala - Festa 2013

“ItloB GĦAlIJA, ItloB GĦAlIJA!” l-Arċipriet tagħna Jiltaqa’ u Jqaddes mal-Q.t. il-Papa Franġisku fil-Vatikan Bħalissa l-Knisja għaddejja minn żmien sabiħ ħafna. Hija l-era l-ġdida tal-Ispirtu s-Santu li qed jerġa’ juri l-Knisja bħala Dawl tal‑ġnus. Qed nirreferi għall-għażla reċenti tal-Papa Franġisku, għażla li ssorprendiet lid-dinja daqskemm u daqstant għamlet l-umiltà tal-Papa Benedittu nnifisha. Mimli bl-Ispirtu s-Santu, Papa Franġisku qed jagħti messaġġi sempliċi u ċari, daqskemm sempliċi u ċar hu l-Vanġelu. Kliem qawwi li jmur dirett fil-qalb ta’ kull bniedem, ta’ kull età u kundizzjoni soċjali, ta’ kull vokazzjoni, ta’ kull reliġjon u konvinzjoni.

U dan kollu jolqotna bħala Komunità Parrokkjali, għax aħna parti minn din il-Knisja li llum qiegħda tgħix bħal fir-rebbiegħa tagħha wara perijodu ta’ sema mdallam, u li għandna ninteressaw ruħna u nippruvaw inlaħħqu mal-pass tal-Ispirtu s-Santu li llum ukoll għandu xi jgħid lill-knejjes partikulari tagħna bħalma San Ġwann fl-Apokalissi jfakkarna. Jekk inħarsu lejn Papa Franġisku ma niżbaljawx filmixi tagħna, għax hu d-don tal-Providenza t’Alla llum għalina.

Il-kelma tal-Papa hi fl-istess ħin azzjoni, u l-azzjoni tiegħu titkellem waħedha. Kelli x-xorti li niltaqa’ miegħu personalment fil-jum li fih għalaqt 29 sena saċerdot. Quddiesa privata f’Santa Martha fil-Vatikan u wara kollokju ta’ ftit minuti. Waqt li kien qed jiġri dan kollu, kont nistaqsi lili nnifsi jekk hux minnu dan kollu, u wara li seħħ, ħassejt f’qalbi ċertezza: ‘Ibqa’ miexi kif int’. L-aħħar kelmiet tiegħu lili, b’idejna flimkien il-ħin kollu, ‘Itlob għalija, itlob għalija’, rabtuni f’komunjoni miegħu iktar profonda minn dik li diġà kont inħoss li kelli s’issa. B’għajnejna biss ukoll stajna niftehmu!

24

Nawgura għalhekk dan kollu lill-parroċċa għażiża tagħna, flimkien ma’ Festa mill-isbaħ lillPatrun tal-Knisja Universali u tagħna, San Ġużepp, li tiegħu Papa Franġisku hu devot kbir. ■


Leħen il-Qala - Festa 2013

tliet Kwadri titulari u Nkurunati fir-raħal tal-Qala Minn: John thewma

1. Il-Kwadru ta’ Santa Marija tal-Qala: Aħna l-Qalin għandna biex inkunu vera kburin għax għandna storja u kultura fl-arti reliġjuża. Fir-Raħal tal-Qala nsibu diversi kwadri ta’ pittura u kult devot u reliġjuż. Fosthom insibu tliet kwadri titulari u t-tlieta li huma inkurunati u fihom storja marbuta magħhom u jinsabu għall-qima tal-fidili f’żewġ Santwarji.

Farrugia jgħidilna li Amadeo Perugino ġie Malta malInkwiżitur Mons. Ettore Diotalieri fl-1605. Hemm ħafna x’ juri li l-kwadru ta’ Santa Marija tal-Qala kien fuq l-altar qabel 1605. Prova ta’ dan huma r-riferenzi għat-titular ta’ “Santa Marija tal-Qala” li nsibu fil-vista msemmija ta’ Mons. Duzina (1575) u fid-dokument ta’ Mons. Gargallo tal-1591. Kien propju wara li Mons Cagliares bidel it-titular fl-1615, li dan il-kwadru baqa’ xi mkien fis-Santwarju għal tliet sekli jiġifieri sas-sena 1899. Meta kienet qiegħda tinbena l-Knisja Parrokkjali l-poplu ħa ħsieb li jibni Kappella ċkejkna għal dan il-kwadru prezzjuż.

L-ewwel kwadru devot u antik li nsibu fir-raħal tal-Qala hu l-Kwadru ta’ Santa Marija tal-Qala. Dan ilkwadru għalkemm hu antik ħafna ma għandniex ħjiel ta’ min kien l-artist li għamel dan il-kapulavur. Ta’ min isemmi kif jidher mill-vista ta’ Mons Duzina tas-sena 1575 fejn naqraw hekk: “Knisja taħt it-titlu ta’ Santa Marija tal-Qala fil-post imsejjaħ Qala” u mid-dokument tas-sena 1591 ta’ Mons Gargallo. Mill-istudji li saru fuq il-materjal ta’ dan il-kwadru li huwa taż-żejt fuq ittila, it-teknika ta’ din il-pittura żviluppaha sewwa Yan Van Eych li miet fis-sena 1441. Mela l-probabbilta hi li l-kwadru tagħna ġie mpitter matul il-perjodu 1500 – 1575. Wisq probabbli sar wara l-1530 meta l-Kavallieri ta’ San Ġwann stabbilixxew ruħhom f’Malta. Dwar min pinġieh għadna fid-dlam. Nista’ nsemmi biss l-opinjoni ta’ tliet artisti; il-Kavallier Vincenzo Bonello fil-ktieb tieghu “La Madonna Nella Arte” isostni li l-awtur tiegħu huwa Amadeo Stefano Perugiano, dak l-istess pittur li fis-sena 1619 pinġa l-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu. Hemm min hu tal-fehma li Santa Marija tal-Qala tpitter qabel dak Ta’Pinu. Anke l-fatt li t-tila ta’ dan ilkwadru hija mġonġija u meħjuta minn erba’ biċċiet, kif jidher tajjeb fil-kwadru, jista’ jkun fattur ta’ żminijiet mill-aktar mbegħda. Fil-Ktieb tiegħu bit-Taljan ippubblikat fl-1891 li jġib l-isem ta’ “La Beata Vergine Ta’ Pinu”, Mons. Giuseppe

Kienet proprju d-data tat-22 ta’Awwissu 1988, meta l-Arċipriet ta’ dak iż-żmien Mons. Anton Sultana, flimkien mal-membri tal-Presbiterium u tal-Kumitat Parrokkjali stieden lil Dun Mikiel Buttigieg, Rettur tas-Santwarju juri x-xewqa tiegħu dwar x’jista’ jsir biex niċċelebraw kif jixraq il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, f’għeluq it-300 mitt sena Parroċċa. Dun Mikiel kien issuġġerixxa l-Inkurunazzjoni tal-Ewwel Kwadru Titulari, jiġifieri l-Kwadru ta’ Santa Maria tal-Qala. Kien proprju fis-17 ta’ Novembru 1988, meta l-Isqof Djoċesan ġie infurmat dwar din l-Inkurunazzjoni ta’ dan il-kwadru hekk devot. Fit-30 ta’ Novembru 1988, l-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi ħareġ digriet uffiċjali fejn iddikjara li ser jippresiedi din iċĊelebrazzjoni. Kien proprju fl-4 ta’ Diċembru 1988 meta l-mibki, l-Eċċ. Tiegħu Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof ta’ Għawdex, poġġa kuruna tad-deheb fuq ras din ix-xbieha. Dakinhar filgħodu l-kwadru ttieħed f’pellegrinaġġ millKnisja Arċipretali għas-Santwarju. Kif għedna, dan sar biex ifakkar għeluq it-tliet mitt sena minn meta dan ilkwadru kien sar it-titular tal-knisja, illum is-Santwarju Nazzjonali li kienet isservi ta’ parroċċa għal-Lvant ta’ Għawdex. 2. Il-Kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni: Kapulavur ieħor li għandna l-Qala hu l-Kwadru talImmakulata Kunċizzjoni li jinsab għall-qima tal-fidili nsara ġewwa s-Santwarju Nazzjonali tal-Immakulata Kunċizzjoni. Hu xogħol tal-pittur Taljan Federico Barocci minn Urbino. Dan il-kwadru ħa post dak ta’ Santa Marija tal-Qala meta ġie mogħti lis-Santwarju fil-vista pastorali ta’ Mons. Cagliares fis-sena 1630. Dan għadu hemm għallqima tan-nies tal-lokal u tal-pellegrini sal-lum.

25


Leħen il-Qala - Festa 2013 Il-kleru tal-Qala flimkien mal-Kappillan Dun Ġużepp Vella ħass li għandu jinkuruna dan il-kwadru Devot u għamlu talba lil Mons Isqof Ġużeppi Pace f’dan is-sens, u fil-31 ta’ Jannar 1954 bagħat l-ittra għall-inkurunazzjoni ġewwa Ruma. Id-Digriet tal-inkurunazzjoni ġie approvat mill-Vatikan fl-24 ta’ Frar 1954. L-aħbar waslet Għawdex fis-26 ta’ Marzu 1954 u fil-Knisja Parrokkjali tal-Qala tkanta ‘TE DEUM’ ta’ ringrazzjament u ndaqqet mota ta’ nofsiegħa. Il-ferħ li ħass il-poplu ħadd ma seta’ jfissru. Il-wasla tad-digriet ġiet imħabbra uffiċjalment minn Mons. Isqof Pace biċ-ċirkulari tat-22 ta’ April 1954. Ta’ min jgħid li d-deheb għal din il-kuruna nġabar minn Għawdex kollu, imma ħafna mill-flus inġabru mill-Qala u n-Nadur. Il-biċċa l-kbira taddjamanti tal-kuruna ġew imħallsin min-nies tal-Qala u n-Nadur bil-maġġoranza tagħhom ġew imħallsin, kif mistenni, mill-poplu tal-Qala.

palk quddiem il-knisja. Fuq il-palk telgħu ukoll Mons. Isqof Pace u Isqfijiet oħra. Mons. Mikiel Cefai niseġ paniġierku mill-isbaħ u hekk kif spiċċa waqt skiet taqtgħu b’sikkina Mons. Isqof Pace poġġa l-kuruna fuq ras din ix-xbieha mirakoluża u tant għażiża fejn ilfolla hemm preżenti nfexxet f’ċapċip u għajjat ta’ ‘Viva l-Immakulata’ u fil-knejjes kollha tal-gżira Għawdxija daqqew mota solenni. Il-Membri tas-Soċjetà talM.U.S.E.U.M. u l-folla bdiet tkanta l-innu ‘Lejna Ħares Omm Ħanina’ u s-sema mtela bil-murtali. Il-festa ngħalqet bil-kliem tal-Mons. Bonificio Bertoli li baqa’ impressjonat ferm bl-imħabba li l-poplu t’Għawdex għandu lejn il-Madonna u bħala tifkira tal-festi fil-pjazza tal-Qala fejn saret l-Inkurunazzjoni, nkixef Monument bi Statwa talMadonna maħduma fl-irħam ta’ Carrara fl-Italja u madwar il-monument hemm erba’ simboli ta’ Evanġelisti maħduma fil-bronż ġewwa Ruma. Il-Ħadd 20 ta’ Mejju 1956 l-Isqof Pace assistit minn Mons. Andrea Vella u minn Mons. Emm. Mercieca miġbura ma’ folla kbira ta’ devoti poġġa brillant fuq sider il-Madonna. Il-qofol imbagħad sar meta fl-1979 tpoġġa stellarju fuq Ras il-Madonna. Din l-opra hekk kbira saret mill-mibki Dun Mikiel Buttigieg u dawn tpoġġew fl-okkażjoni tal-25 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari. Dawn tpoġġew wara li l-kwadru ġie merfugħ minn erba’ saċerdoti tal-Parroċċa u mdawwar proċessjonalment madwar il-knisja tal-Qala. Dan tqiegħed fuq izzuntier fejn saret Konċelebrazzjoni Pontifikali millIsqof Nikol Ġ. Cauchi, l-E.T. Mons. Dino Romoli, Isqof

Festi kbar bdew is-Sibt 24 ta’ Lulju u ġew mitmuma l-Ħadd 8 ta’ Awwissu 1954. Il-ġurnata tant mistennija mill-poplu tal-Qala u tal-gżira Għawdxija waslet. Nhar il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 1954 dar mattoroq tal-Qala, l-Kwadru Mirakoluż tal-Immakulata Kunċizzjoni, merfugħ mill-Kummissarju ta’ Għawdex il-Kommendatur Edgar Montanaro, mill-Maġistrat Salvu Attard, mill-Kavallier Dottor Anton Tabone u mis-Surmast Anton Buttigieg. Ħadu sehem ukoll l-Eċċ. Tiegħu Mons. Teofano Stella, Prefett Appostoliku talKuwajt, il-Kapitlu tal-Kattidral, il-Kapitli tal-Kolleġġati tal-Għarb, tan-Nadur u tax-Xagħra, il-Kappillani ta’ Għawdex bil-kleru tagħhom, il-komunitajiet Reliġjużi bit-Terzjarji u l-Għaqdiet kollha tal-gżira. Għalaq ilpurċissjoni Mons. Ġużeppi Pace, Isqof Djoċesan. Sir Luigi Camilleri, l-Prim Imħallef tal-Qorti ta’ Malta, żamm il-kuruna fuq imħadda tal-bellus aħmar.

26

Mal-wasla tal-kwadru hekk devot ġie milqugħ mill-folla hemm preżenti. Il-kwadru tpoġġa fuq il-


Leħen il-Qala - Festa 2013 ta’ Montecatini u E.T. Mons Dom Angelo Mifsud, Abbati Benedittin. Wara l-Vanġelu l-Isqof Cauchi poġġa l-istellarju.

Dun Ġwann Saliba fil-15 ta’ Awwissu 1897 issellef kwadru tal-mewt ta’ San Ġużepp mill-knisja ta’ San Kalċedonju u dan ingħata lura sentejn wara.

Fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-deheb millInkurunazzjoni tal-Kwadru eżattament fil-21 ta’ Lulju 2004 saret Konċelebrazzjoni Solenni fil-misraħ tasSantwarju mmexxija mill-E.T. Mons. Luigi Bommarito u wara l-kwadru devot u mirakoluż twassal f’pellegrinaġġ aux flambeaux lejn il-Knisja Arċipretali bis-sehem tal-Banda tal-Qala “Ite Ad Joseph”. Il-qofol ta’ dan sar fis-27 ta’ Lulju b’Pontifikal Solenni mmexxi mill-Kardinal Josè Sariva Martins assistit mill-E.T. Mons. Oscar Rizzato u l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi. Fit-tmiem ilKonċelebrazzjoni sar pellegrinaġġ devot bil-Kwadru kif kien sar ħamsin sena qabel. Dan il-pellegrinaġġ kien akkumpanjat mill-kleru tal-parroċċa, Patrijiet Karmelitani, Kleru Djoċesan u l-Fratellanza talParroċċa u fratelli diversi. Takkumpanja l-pellegrinaġġ kien hemm il-Banda “Ite Ad Joseph”. Inqrat il-Barka Appostolika li l-Q.T. l-Papa Ġwanni Pawlu II bagħat għall-okkażjoni. Il-pellegrinaġġ intemm permezz talBarka Sagramentali.

Matul dan iż-zmien kien imqabbad il-pittur famuż Giuseppe Calì biex jagħmel abbozz talkwadru. L-ewwel abbozz ma ġiex aċċettat mill-poplu u b’hekk sar abbozz ieħor u dan issodisfa x-xewqat tal-kappillan, il-klieru u l-poplu tal-Qala. Il-kwadru li għandna llum preżenti gie mħallas minn Franġisk Mizzi.

3 Il-Kwadru ta’ San Ġużepp: Fl-1880 il-poplu tar-raħal tal-Qala ħass li għandu jibni knisja ġdida għar-raħal peress li l-populazzjoni tal-Qala kienet qed tikber. Inħass li għandu jitpoġġa kwadru ta’ San Ġużepp bħala titular. Il-kappillan

F’okkażjoni tal-mitt sena minn meta l-Papa Piju IX ħatar lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali biddigriet “Quemaelmodum Deus”, l-Arċipriet ta’ dak iż-żmien Dun Ġuzepp Borġ Attard, il-kleru u l-poplu tal-Qala ħass li bħala ringrazzjament għandha titpoġġa kuruna tad-deheb fuq ras San Ġużepp u hekk sar, proprju nhar it-8 ta’ Awwissu 1971 millKardinal Giovanni Colombo, l-Arċisqof ta’ Milan, li poġġa din il-kuruna fuq ras il-Kbir Patrijarka San Ġużepp. B’hekk il-folla mmensa tal-poplu, sew talQala kif ukoll dawk Għawdxin u Maltin, infexxew f’applaws kbir. Kien dak il-lejl ta’ bejn it-28 u 29 ta’ Settembru 1981 meta ħaġa prezzjuża li kienet għall-qalb ilpoplu tal-Qala, ġiet misruqa fis-satra tal-lejl. Iżda l-Qalin qatt ma qatgħu qalbhom u biex ipattu għal dan is-sagrileġġ li kien nifed qalb il-poplu tagħna, ġie deċiż li għeluq iċ-Ċentinarju mill-miġja ta’ dan il-kwadru hekk devot għall-Qalin, issir tifkira talInkurunazzjoni bit-tqegħid ta’ Kuruna oħra tadDeheb u Djamanti. Kien proprju l-ġurnata tat-30 ta’ Ġunju tas-sena 1999 li l-qdusija tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II fludjenza ġenerali fi Pjazza San Pietru bierek lill-kleru u l-poplu tal-Qala. F’din l-okkażjoni unika l-Papa bierek ukoll il-kuruna tad-deheb u ħaġar prezzjuż li kienet se titpoġġa fuq ix-xbieha devota tal-Kbir Patrijarka San Ġużepp. U l-ġurnata hekk mistennija waslet għall-kleru u għall-poplu tal-Qala meta waqt silenzju perfett titkanta “Et Mon Jose” u l-Kardinal Sariva Martins fid-9:30 ta’ filgħaxija poġġa din il-kuruna fuq ras ilKbir Patrijarka San Ġużepp u l-folla hemm preżenti bid-dmugħ iġelben ma’ ħaddejha tat applaws kbir... Għeżież Qalin għandna biex inkunu kburin birraħal tagħna tal-Qala, għax għandna tliet Kwadri Titulari u t-tlieta huma inkurunati u t-tlieta jinsabu esposti għall-qima u l-venerazzjoni tal-fidili f’żewġ Santwarji, wieħed Marjan u ieħor Ġużeppin. ■

27


Leħen il-Qala - Festa 2013

Tal-Kelba Triq il-Kunċizzjoni Qala, Gozo

tel: +356 2156 5626 Antoine mob: 9922 4114 Franco mob: 7953 6874 email: info@divebluewaters.com web: www.divebluewaters.com

28

Building Contractor Crane & Generator Hire Contact: Raymond Cefai ‘RayRita’, Triq it-Tempju, Qala, Gozo

Tel: 21557847 - 21562532

Mobile: 9949 3169


Leħen il-Qala - Festa 2013

Mid‑Djarju ta’ {u\epp Debono (23) Miġbura u ppreżentata minn: Euchar Mizzi

Ir-raba’ Kapitlu - It-tielet Parti (Jaqbad mill-ħarġa tal-Għid 2013)

Fil-ħarġa tar-rivista tal-Għid 2013, ipproduċejna kronaka ta’ twelidijiet, żwiġijiet u mwiet li seħħew fil-Qala matul is-sena 1940. Illum ser inkomplu blistess kronaka minn fejn spiċċajna fl-aħħar ħarġa, cioè ser nibdew minn Jannar sa Diċembru 1942. Mela nibdew:

05.07.42 Rev. Mons. Emanuel Galea ikkonsagrat Isqof Awżiljarju.

kien

03.01.42 Miet Dun Mikiel Mercieca fl-età ta’ 53 sena. 10.01.42 Miet Franġisku Said ‘ta’ Gejtan’ (ġuvni). 24.01.42 L-Avukat Salvu Attard, iben il-Qala jinħatar Maġistrat. 02.02.42 Mietet Maria Portelli ‘ta’ Perilla’. 10.02.42 Iżżewġet Karmni Xuereb ‘tas-Sur Ċikk’. 11.02.42 Miet Sir Hugh Mifsud B.Lit., LLD. 15.02.42 Miet Ġużepp Borġ ‘ta’ Anġolina – Żeppu ż-żgħir’ (ġuvni). 19.02.42 48 Persuna kienu ġew Internati aktarx flUganda. 07.03.42 Miet Karmnu Grima ‘ta’ Flusu’. 28.03.42 Twieldet Mary Rose, it-tielet tifla ta’ Toni Buttiġieġ ‘Is-Surmast’. 16.04.42 Miet Michael Said ‘tax-Xieħ’. 29.04.42 Miet Joseph Buttiġieġ ‘ta’ Salvu Dejjem’. 06.05.42 Miet Anthony Abela ‘Ħalliela’ (ġuvni). 17.05.42 Is-Sur Ġużepp Camilleri – Teacher – irtira bil-pensjoni. 07.06.42 L-Arloġġ jitmexxa siegħa oħra ’l quddiem – issa huwa sagħtejn ’il quddiem. 13.06.42 Iżżewweġ Pawlu Grech ‘tal-Aħmar’. 17.06.42 Miet Ġużepp Mizzi ‘iz-Zombla’ (ġuvni). 17.06.42 Mons. Emanuel Galea B.Litt. jinħatar Isqof Awżiljarju għal Malta. 19.06.42 Mietet Cetta Portelli fl-età ta’ 5 snin, bint Ġużepp tal-Merill wara marda qasira. 27.06.42 Iżżewġu Toni Xerri ‘tal-Bebbi’ u Ġanna Borġ ‘tal-Ħapsi’. 01.07.42 Miet Ġanni Portelli ‘ta’ Pasku’.

06.07.42 Mietet Karmni Scicluna ‘ta’ Kanuna’. 10.07.42 Miet ir-Reverendu Dun Mikiel Bartolo. 12.07.41 L-Arloġġ jimxi siegħa lura – issa huwa siegħa waħda biss il-quddiem. 15.08.42 Iżżewġet Salvina tas-‘San Sanġakk’ lil Pawlu Sciberras. 26.08.42 Miet il-Prinċep George, Duka ta’ Kent – waqa’ bl-ajruplan. 06.09.42 Miet Carmel Buttiġieġ b’bomba tal-għadu.

‘il-Mejdier’

07.09.42 Miet Joseph Camilleri ‘tan-Najsi’ (ġuvni). 11.09.42 Miet Ġużepp Borg ‘tal-Koklu’ (armel).

29


Leħen il-Qala - Festa 2013 20.09.42 L-E.T. Lord Gort, ġie Għawdex biex jurina l-George Cross.

06.10.42 Miet Salvu Vella ‘ta’ Brejnet’.

21.09.42 Mietet Ġanna Borg ‘tal-Koklu’.

21.11.42 Żwieġ bejn Kelinu Portelli ‘ta’ Pistu’ ma’ Ġużeppa ‘tal-Biżillu’.

04.10.42 L-Arloġġ jitmexxa lura b’siegħa għallħin tax-xitwa.

28.11.42 Żwieġ _________ Portelli ‘tan-Nemlu (Ma semmiex isem)

27.10.42 Mietet Ġeswalda Portelli ‘ tar-Rnellu’ (xebba). 13.11.42 Miet Frank Magro ‘Il-Gripp’ (armel).

21.11.42 Mietet Marija Falzon ‘ta’ Kubritu’.

28.11.42 Iżżewweġ Michael Grima ‘ ta’ Ħariru’. 02.12.42 Miet fl-isptar Joseph Tewma ‘Kellek’ (ġuvni). 24.12.42 Miet Francis Mejlaq ‘ta’ Żelluma’ (armel). 24.12.42 Il-quddiesa tal-Milied, għat-tielet sena saret fil-5.00pm u tqarbin fis-6.00pm. 26.12.42 Żwieġ ta’ ____________ Buttiġieġ ‘ta’ Wenzu tal-Kużin’. (Ma semmiex l-isem) 26.12.42 Miet Ġużepp Portelli ‘Il-Klis’. ■ Inkomplu fil‑ħarġa tal‑Milied bis‑sena 1943.

Salvu Camilleri & Sons Ltd. (Tan‑Najsi)

Suppliers of Ready Mix Concrete, Crane Hire Ready Mix Plant: 2156 0346 Residence: 2155 1485 Mobile: 9949 5378

30

“Camilleri House” Belveder Street, QALA


Leħen il-Qala - Festa 2013

Servizz mill-Vatikan (3)

Veritas liberat Nos Intervista mal-Eminenza Reverendissima Tiegħu, l-Kardinal Camillo Ruini © Frank Zammit Frank Zammit jintervista lill‑Eminenza Reverendissima Tiegħu Il‑Kardinal CAMILLO RUINI Vigarju Ġenerali Emeritus tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa għad‑Djoċesi ta’ Ruma, Kardinal Presbiteru ta’ “S. Agnese fuori le mura”, Arċipriet‑Emeritus tal‑Arċibażilika Papali tal‑ Lateran u President‑Emeritus tal‑‘Peregrinatio ad Petri Sedem’

jelimina l-perjodu ta’ ħames snin li huwa l-intervall bejn il-mewt u l-bidu tal-proċess tal-beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II. Permezz ta’ din id-deċiżjoni wieħed jista’ jgħid li kienet ġiet rispettata l-invokazzjoni li kulħadd jiftakar ta’ “Santo Subito! “ li ġiet invokata fi Pjazza San Pietru mill-folla fil-lejl tal-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, meta Karol Wojtyla miet. Din il-karba tal-poplu inġabret u ngħaddet fil-proċedura tal-Knisja li birraġun għandha tkun rigoruża dwar l-evalwazzjoni tal-kandidat li għandu jgħaddi minn dan il-proċess ta’ beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni. Kardinal ruini, x’tiftakar dwar l-ewwel laqgħa tiegħek ma’ Karol Wojtyla? Niftakar sew l-ewwel laqgħa li kelli miegħu. Kienet il-Ħarifa tal-1984. Il-Papa kien ilu Papa għal sitt snin u jien niftakar li kont bqajt bla kliem għall-istedina li kien għamilli. Kont ser niltaqa’ personalment għall-ewwel

Frank Zammit mal‑E.R.T. Il‑Kardinal Camillo Ruini qabel l‑intervista

Eminenza x’memorja għandek ta’ dik id-data storika, ilfesta tal-Madonna ta’ Fatima, nhar it-13 ta’ Mejju, 2005? Memorja ta’ ferħ kbir. Ta’ ferħ għal żewġ raġunijiet. Din kienet l-ewwel laqgħa tal-Papa Benedittu XVI mal-kleru ta’ Ruma kif ukoll kien iljum meta tgħallimt li l-Papa Benedittu XVI kien se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jagħti d-deroga sabiex Il‑Kardinal Ruini jassisti lil‑Papa Ġwanni Pawlu II f’attività f’Ruma

13 ta’ Mejju 2005: L‑ewwel laqgħa tal‑Papa Benedittu XVI mal‑kleru ta’ Ruma

darba ma’ Papa. Imma malajr indunajt li kont affaċċjat b’persuna spontanja u kordjali li beda jistaqsi ħafna mistoqsijiet, mistoqsijiet preċiżi u diffiċli. Għalhekk din il-laqgħa nbidlet f’laqgħa ta’ xogħol u li ġiet mitmuma b’ċena ta’ xogħol. Niftakar li aktar m’għadda l-ħin tul din il-laqgħa aktar bdejt inħossni komdu. F’ħin minnhom kont kważi insejt li kont qed nitkellem malPapa li deher b’tant sempliċità u frankezza.

31


Leħen il-Qala - Festa 2013 X’għandek xi tgħid dwar l-imħabba tiegħu lejn Marija ta’ Nażaret? Infatti sa minn żgħożitu, f ’ ko m p o n i m e n t poetiku, u semmieh ‘Magnificat’, ittalba ta’ Marija, li Karol Wojtyla kien kiteb meta kellu Tant ħabb lil Marija Santissima tmintax-il sena u li wara kien gie ppubblikat, fih jgħid li Alla hu stupend fit-tnaqqix tal-qaddisin. Kien jaf u kien skolpa forma ta’ qaddis minn zokk b’saħħtu ta’ siġra. U dak iz-zokk kien Hu! Kien dak it-tfajjel li qal ‘Ikkonservajt mirakolożament iż-żgħożija tiegħi’. Allura nistgħu naraw ġa minn issa li Ġwanni Pawlu II kien iħoss id-devozzjoni tiegħu lejn Marija bħala rigal li bih ħass is-sejħa għall-qdusija. Nistgħu ngħidu wkoll li nduna bis-sejħa għall-qdusija qabel ma nduna bis-sejħa għas-saċerdozju. Din il-frażi tesprimi r-ruħ profonda tal-Papa. Il-Papa kien jaħseb li meta kien jagħti lilu nnifsu lil Marija u jaċċetta r-rigal permezz tagħha, f’Marija Alla għamel l-umanità ta’ Ġesù Kristu. B’hekk stabbilixxa rapport aktar profond ma’ dak li Hu Iben Alla imma wkoll Iben Marija li Hu Ġesù Kristu. U b’dan il-mod laħaq it-tlestija, għat-tragward ta’ dik li hi l-vokazzjoni Kristjana. Hemm xi ħaġa fil-personalità tal-Papa Ġwanni Pawlu II li inti tant timpressjonak? Iva għal bosta affarijiet. Timpressjonani ħafna l-umanità kbira u profonda tiegħu. Umanità li tikkonkretizza fil-ħsieb għall-oħrajn. Din il-kapaċità kbira li kellha titfgħu hekk qrib il-poplu. Għall-passjoni kbira tiegħu għall-Evanġelju u fuq kollox ikun viżibbli s-sigriet tiegħu. Din kienet ir-relazzjoni kbira tiegħu li kellu ma’ Alla. Naturalment, din ir-relazzjoni tista’ titqies b’mod ċar ħafna, meta kien jidher mitluf fittalb, iżda anke meta wieħed kien jitkellem miegħu. Minħabba li l-affarijiet kollha, anke l-aktar prattiċi, l-aktar konkreti, l-aktar diffiċli, kienu dejjem indirizzati minnu fid-dawl tal-fidi.

32

Kellu umanità profonda

Eminenza, kif irnexxielu Ġwanni Pawlu II jinfluwenza bit-tagħlim u l-enċikliċi tiegħu lill-kultura postmoderna tal-lum? Jien ngħid li hu influwenza dan fuq kollox, f’ċertu sens. Huwa għen lilna biex nifhmu li s-sekularizzazzjoni, li hi d-distakkament mill-fidi, mill-Kristjaneżmu mhix id-destin fatali u inevitabbli tal-era tagħna. Il-Papa wieġeb l-ewwel nett għal dan, u biddel dan il-ħsieb u b’hekk ma tax biss lura l-kunfidenza lill-insara li jgħixu l-fidi tagħhom, iżda wkoll il-kuraġġ li jixhdu twemminhom. Wieħed ma jistax jinsa l-istedina inizjali tiegħu “Iftħu beraħ il-bibien lil Kristu”... Dan kien is-sinjal, il-marka tal-pontifikat tiegħu. L-influwenza tiegħu tat profondità kbira lill-kultura ta’ żmienna. Hu fehem li storikament is-sekularizazzjoni ma kinetx xi parabbola li ttir lejn l-infinit. Imma ċert li hu għen ħafna b’kitbietu, bix-xhieda tiegħu, bl-impenn personali tiegħu, bl-intelligenza kbira tiegħu li rnexxielha timmodifika din it-triq li reġgħet fetħet il-bieb tal-Kristjanità. Għaliex il-beatifikazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II hi tant sinifikanti għad-dinja taż-żgħażagħ? Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien il-Papa tagħna lkoll. Imma veru wkoll li liż-żgħażagħ kien iżommhom hekk qribu! Għaliex kien il-Papa taż-żgħażagħ? Għax tul ilħajja terrena tiegħu liż-żgħażagħ fehemhom. Kien iħobbhom ħafna u tahom il-fiduċja tiegħu. U dan, iżżgħażagħ fehmuh! U b’hekk għalihom kien sar punt ta’ riferiment aktar milli dak li kien jattira s-simpatija u l-entużjażmu tagħhom. Niftakru fil-Ġranet Mondjali taż-Żgħażagħ….imma mhux biss fil-Ġranet Mondjali taż-Żgħażagħ…anke issa sitt snin ’il bogħod mit-telfa tiegħu naħseb li l-Papa Ġwanni Pawlu II jista’ jkun ta’ għajnuna kbira għaż-żgħażagħ tal-lum..għajnuna l-aktar sabiex jiltaqgħu ma’ Kristu u b’hekk waqt li jiltaqgħu ma’ Kristu jsibu dik l-għajnuna sabiex iħarsu ’l quddiem bi speranza u b’hekk ma jkunux priża tannostalġija. ■ Grazzi.

Frank Zammit mal‑E.R.T. Il‑Kardinal Ruini waqt l‑intervista


Leħen il-Qala - Festa 2013 “Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u l‑flus li jdaħħal minnhom kien imur jqegħidhom f’riġlejn l‑appostli. Imbagħad kien jitqassam kollox skont il‑ħtieġa ta’ kull wieħed” (Atti 4:34‑35).

IS-SENA tAl-FIDI … IS-SENA tAD-DJAKoNIJA minn Fr Charles Buttgieg

Il-KoMUNItÀ EWKArIStIKA

Il-ħajja komunitarja tal-ewwel insara kienet xhieda qawwija ta’ din il-kariżma tal-Ispirtu s-Santu, u li tassew id-djakonija li ssegwi l-kmandament il-kbir talimħabba, hija s-sejħa tal-insara kollha: “ibigħu ġidhom u kull ma kellhom u jqassmu d-dħul bejn kulħadd, skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed. U kuljum kienu jmorru fittempju flimkien, jaqsmu l-ħobż fi djarhom, u jissieħbu fl-ikel bi qlub ferħana u safja” (Atti 2:45-46). Dan huwa l-għan aħħari tal-Komunità Ewkaristika li tiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa fil-parroċċa tagħna fit-7.45pm (sajf) u fis-6.45pm. Din is-sena l-Komunità flimkien malPresbiteru tagħha għamlet mixja ta’ katekeżi dwar l-Evanġelju ta’ Luqa (kapitli 14 sa 17), riflessjoni, adorazzjoni, Ewkaristija u djakonija. Matul is-sajf ilKomunità tkompli tiltaqa’ fl-Adorazzjoni li ssir fil-Knisja Arċipretali kull nhar ta’ Ħamis fis-7.30pm. Kulħadd hu mistieden speċjalment dawk li qegħdin iħossu l-bżonn li jersqu iktar qrib tal-Mulej.

ForMAZZJoNI GĦAll-MIŻŻEWĠIN U GĦAll-FAMIlJI

Din is-sena komplejna l-esperjenza ta’ katekeżi għall-koppji miżżewġa u għall-familji. Il-laqgħat kienu animati mill-katekista Ivana Farrugia tal-Kummissjoni Djoċesana tal-Familja flimkien mal-preżenza ta’ saċerdot. Id-Delegat tal-Isqof għall-Familji Dun Anton Teuma wkoll żar dawn il-laqgħat fil-parroċċa. Il-laqgħat kienu jsiru fit-tieni Ħadd ta’ kull xahar fil11.00am fid-Dar tad-Duttrina. Filwaqt li kien jitqassam invit lill-familji kollha, inkomplu nħeġġu aktar familji sabiex jattendu din il-laqgħa ta’ formazzjoni ferm interessanti matul is-sena li ġejja. Il-koppji li attendew tgħallmu ħafna affarijiet importanti dwar il-familja u kif jistgħu jkollhom il-familja tagħhom aħjar. Il-familja tista’ tinvolvi ruħha b’mod konkret f’diversi attivitajiet reliġjużi u anke liturġiċi u fl-laqgħat ta’ katekeżi u formazzjoni kontinwa. Ħafna familji jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-formazzjoni ta’ preparazzjoni għall-koppji għarajjes u jmexxu korsijiet tal-istess tip. Oħrajn jistgħu jagħtu daqqa t’id fl-edukazzjoni reliġjuża, fil-katekeżi tar-reliġjon lit-tfal b’mod partikulari. Imbagħad jistgħu jinvolvu iktar ruħhom fil-liturġija tal-Ħadd, fl-

animazzjoni tal-quddies, letturi kif ukoll bħala ministri straordinarji tat-tqarbin. Dan huwa l-futur tal-Knisja.

AZZJoNI KAttolIKA FErGĦA oMMIJIEt U MISSIrIJIEt

Għal darba oħra ngħatat l-opportunità għallommijiet li uliedhom jattendu d-Duttrina nhar ta’ Tnejn, għal-laqgħa tal-Azzjoni Kattolika b’Lectio Divina tal-Evanġelju tal-Ħadd. Inħeġġu aktar ommijiet sabiex jattendu għal din il-laqgħa ta’ darba fil-gimgħa waqt li uliedhom ikunu jitgħallmu. L-ommijiet u n-nisa kollha jkollhom ukoll appuntament ieħor importanti fl-Ewwel Ġimgħa tax-xahar fil-11.00am. Ikun hemm adorazzjoni, konfessur barrani u quddiesa tal-Qalb ta’ Ġesù. Għal Missirijiet tkompliet il-laqgħa tal-Ewwel Ġimgħa taxXahar li tkun dritt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Fit18 ta’ Novembru 2012 ġie organnizzat mill-Azzjoni Kattolika ta’ Għawdex, irtir għal missirijiet u l-irġiel kollha fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni. Il-Quddiesa saret minn Mons. Salv Pace u l-Katekeżi u l-Adorazzjoni minn Fr Charles Buttigieg. Il-familja bħala unità ta’ lajċi, hija għalhekk msejħa għall-appostolat u għad-djakonija billi tkun ta’ ħmira għas-soċjetà. Hija f’din l-arena ta’ ħidma, professjoni, studju, ħajja, u rikreazzjoni li l-familja għandha tkun xhieda tal-vanġelu u tal-karità nisranija. (ara d-digriet tal-Konċilju Vatikan II dwar l-Appostolat tal-Lajċi - Apostolicam Actuostitatem finnumru 11).

DUttrINA GĦAt-tFAl

Matul is-sena permezz tal-għajnuna ta’ diversi katekisti saret id-duttrina għat-tfal tal-Kinder, Year 1 (permezz tal-Katekeżi tar-Ragħaj it-Tajjeb), year 2, ilpreparazzjoni mis-sorijiet tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina u d-duttrina għat-tfal għall-istudenti fl-oqsma tal-Mużew tas-Subien u Bniet. Kif kien issuġġerit mid-Djoċesi ta’ Għawdex ftit ta’ snin ilu, it-tfal tal-primarja li jattendu speċjalment fl-oqsma tad-Duttrina tal-Museum ikollhom ċelebrazzjoni reliġjuża u kateketika darba filġimgħa. Dan kien appuntament importanti għal dawn it-tfal li jiltaqgħu kollha flimkien f’laqgħa waħda kull nhar ta’ Ġimgħa fil-5.00pm (xitwa) u fis-6.00pm (sajf). Fil-perjodu tar-Randan saru diversi ċelebrazzjonijiet

33


Leħen il-Qala - Festa 2013 tas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni bi preparazzjoni għall-Festa tal-Għid. Fit-8 ta’ Marzu 2013 is-seminaristi urew DVD dwar is-sejħa tal-Profeta Samwel u Power‑Point dwar il-Vokazzjonijiet. Imbagħad it-tfal attendew għall-quddiesa tal-Vokazzjonijiet animata mis-Seminaristi. Inħeġġu sabiex it-tfal kollha jkomplu jitgħallmu, għaliex it-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid.

GrUPP SAN PIJU tAl-PJAGI

Komplejna bil-laqgħat tal-Grupp ta’ Padre Piju kull l-ewwel Tnejn tax-xahar fil-11.00am. Issir Adorazzjoni u Quddiesa bl-omelija u b’talb għall-fejqan matul is-sena kollha minbarra x-xahar ta’ Awwissu. Ġew organizzati diversi attivitajiet marbuta ma’ Padre Pio speċjalment għand il-Patrijiet Kapuċċini tar-Rabat u ġewwa Malta. Il-grupp joffri matul is-sena donazzjonijiet għall-isptar li kien bena Padre Pio ġewwa San Giovanni Rotondo li l-qaddis riedha tkun dar ta’ faraġ u fejqan.

PAStorAlI SKolAStIKA

Il-parroċċa kompliet tinvesti ruħha fil-pastorali skolastika speċjalment fl-Iskola Primarja u fl-iskola tal-Kinder tas-Sorijiet Franġiskani. Saru diversi ċelebrazzjonijiet tal-qrar, quddies fl-iskola, fil-Knisja Arċipretali u fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni, Eżerċizzi, Ċelebrazzjoni ta’ Fidi, Marjana u Ewkaristika u Ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr tat-tfal tal-Year 6, kif ukoll tberik tal-annimali fil-Festa ta’ San Franġisk u matul l-Iskola Sajf. Nirringrazzjaw lill-Kap tal-Iskola, lill-Assistant Head, Għalliema u l-istaff kollu tal-iskola Primarja u l-iskola tal-Franġiskani flimkien maddedikazzjoni tagħhom għat-tagħlim. Huma organizzaw diversi attivitajiet fosthom nhar Jum l-Omm fisSantwarju tal-Kunċizzjoni.

PAStorAlI MIll-UFFIĊĊJU PArroKKJAlI

L-Uffiċċju Parrokkjali tal-Qala huwa wieħed milliktar uffiċċji li hu miftuħ dejjem għall-komunità. L-Arċipriet u s-saċerdoti huma disponibbli l-ħin kollu f’dan l-uffiċċju fejn titwettaq l-amministrazzjoni finanzjarja tal-parroċċa, l-amministrazzjoni tal-legati piji tal-parroċċa, u ħidma kontinwa fl-uffiċċju parrokkjali fost xogħlijiet ta’ reġistrar tas-sagramenti, mili ta’

34

ċertifikati u formuli varji, riċerka fl-arkivju parrokkjali u formulazzjoni ta’ programmi u kalendarji liturġiċi u tal-festi ta’ matul is-sena kollha, organizzazzjoni talquddies kantat u tal-quddies fil-Knisja Arċipretali u fis-Santwarju. Huma bosta dawk il-persuni li jfittxu l-uffiċċju parrokkjali tal-parroċċa għall-pariri siewja, għal talb ta’ fejqan speċjalment permezz tal-Madonna tas-Saħħa u counselling, oħrajn sabiex jitfarrġu wara l-mewt tal-għeżież tagħhom, minn naħa l-oħra jkun hemm mumenti ta’ ferħ għal dawk li ser ikunu jingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieg jew ċelebrazzjoni tal-Magħmudija ta’ tarbija.

PrEPArAZZJoNI tAl-ABBAtINI l-ĠoDDA

Il-parroċċa tistieden lil dawk is-subien kollha li għamlu l-Ewwel Tqarbina sabiex jiffurmaw parti millgrupp tal-Abbatini tal-Parroċċa jew il-‘Piccolo Clero’. Bejn l-2011 u l-2013 daħlu 21 abbati ġdid f’erba’ ċelebrazzjonijiet tal-Vestizzjoni li saru għalihom. Bħalissa l-grupp tal-Abbatini jgħodd 35 membru. Illaqgħat jissoktaw mit-8 ta’ Ottubru li ġej fil-5.00pm filKnisja. Dawn il-laqgħat u l-gruppi fil-parroċċa għandhom iwasslu dejjem biex ikollna komunità ta’ solidarjetà kif tassew nagħmlu bl-għotjiet ta’ karità li nagħtu lill-missjoni u lill-għaqdiet karitattivi matul is-sena, ilqadi lill-morda u lill-anzjani, familji u persuni fil-bżonn u fil-volontarjat. F’intervista lill-‘Vatican Insider’ ta’ Frar 2012 il-Papa Franġisku li kien għadu Kardinal Arċisqof ta’ Buenos Aires saħaq ħafna fuq id-djakonija tal-Kardinali u tal-Knisja u li l-ambizzjoni fil-karriera u l-vanità huma dnubiet kbar tal-Knisja. Fil-fatt bħalma Kristu mess it-tajn tal-qiegħ tax-Xmara Ġordan hekk kien jagħmel l-Arċisqof Bergolio imlaqqam mill-insara tal-Arġentina ‘El Cha-bon’ jiġifieri ‘il-Prinċep tal-Knisja’. Meta laħaq Papa bdew isejħulu l-‘Papa villero’, jiġifieri ‘the slum Pope’, għaliex bħala Arċisqof kien imur fisslums tal-fqar ta’ Buenos Aires eżattament fil-Knisja tal-Verġni ta’ Cacupe. Dan hu l-awgurju tiegħi għal din is-Sena tal-Fidi, li l-laqgħat li jsiru fil-parroċċa jwassluna sabiex inkunu xhieda tassew tal-imħabba nisranija jiġifieri tad-djakonija jew tal-opri tal-ħniena. ■


Leħen il-Qala - Festa 2013

Messaġġ mill-Grupp tad-Daqq tal-Qniepen tal-Parroċċa Arċipretali tal-Qala Minn: Steve Bartolo

Għall-grazzja t’Alla, reġgħet waslet festa oħra, festa li minbarra li tkabbar id-devozzjoni tagħna lejn il-Patrun tagħna San Ġużepp, twassal biex il-gruppi u l-għaqdiet kollha tal-parroċċa jagħmlu ħilithom kollha biex kemm jista’ jkun ikollnafesta mill-aqwa. Aħna d-daqqaqa tal-qniepen, għalkemm inkunu attivi bħala grupp is-sena kollha, fejn mill-kampnari tal-knisja tagħna aħna nħabbru l-festi kollha talKnisja permezz tad-daqq tal-qniepen, f’dan iż-żmien partikolari tal-festa, aħna nagħmlu ħilitna kollha biex verament inxandru jum wara jum iċ-ċelebrazzjonijiet interni kollha li jieħdu posthom fil-knisja meraviljuża tagħna. Ta’ min isemmi li fiż-żmien tal-festa, isiru iktar minn 70 mota li jieħdu madwar kwarta jew nofs siegħa l-waħda. Hawnhekk minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil sħabi l-membri l-oħra ta’ dan il-grupp li jagħmlu ħilithom kollha biex il-moti kollha jindaqqu b’serjetà u b’attenzjoni li tixirqilhom. Ma ninsewx li daqq ta’ qniepen bl-addoċċ u mingħajr attenzjoni jista’ jikkaġuna ħsara kbira lill-istess qniepen. Nixtieq ukoll nagħti l-Festa t-Tajba lill-poplu kollu tal-Qala. ■ Viva l-Manjus!

L‑Arċipriet u l‑Kleru flimkien mal‑Bord Editorjali jawguraw il‑Festa t‑Tajjeb lill‑parruċċani kollha 35


Leħen il-Qala - Festa 2013

GĦAQDA tAN-NAr SAN ĠUŻEPP QAlA GĦAWDEX FEStA 2013 Kumitat Għaqda tan-Nar San Ġużepp – Qala, Għawdex L-Għaqda tan-Nar San Ġużepp tibda billi tirringrazzja lill-Poplu kollu tal-Qala, għall-ġenerożità kbira li bħal flimgħoddi wera magħha anke din is-sena, b’mod partikulari matul l-aħħar erba’ xhur. Xhieda ta’ dan kien il-ġbir bieb bieb li jsir mill-Għaqda matul April, Mejju, Ġunju u Lulju. Waqt dan il-ġbir, il-membri tal-għaqda ġew ittrattati tajjeb ħafna u l-offerti li ngħataw kienu anke ġenerużi. Apparti dan, l-għaqda torganizza wkoll żewġ lotteriji bieb bieb. Dawn isiru matul Settembru u Ottubru, kif ukoll matul Marzu u April ta’ kull sena. Jiġu organizzati wkoll erba’ High Teas fiċ-Ċentru Parrokkjali li għalihom jattendu numru sabiħ ta’ nisa. Normalment dawn isiru nhar ta’ Sibt wara l-funzjoni tal-knisja. Dakinhar ukoll tiġi organizzata lotterija li permezz tagħha jkomplu jiżdiedu l-fondi li huma tant meħtieġa għax-xiri tal-logħob tan-Nar għal matul il-ġranet tal-festa ta’ San Ġużepp li tiġi ċċelebrata flewwel Ħadd t’Awwissu. L-għaqda ma tiqafx hawn, imma tieħu ħsieb li torganizza wkoll xi ħarġiet għal Malta, l-aktar għallokalitajiet magħrufa għal-logħob tan-nar bħal ma huma l-Imqabba, il-Qrendi u oħrajn. Sabiex jinżamm kuntatt mal-pubbliku s-sena kollha, l-għaqda tistampa wkoll Kalendarju li jitqassam f’kull dar. Hija tieħu ħsieb tistampa wkoll programm dettaljat tal-logħob tan-nar fil-ġranet tal-festa, li jinkludi wkoll ilKmamar tan-Nar li jkunu ser jippreżentaw xogħol tannar tal-art u tal-ajru fil-festa ta’ dik is-sena partikulari. Pereżempju, din is-sena n-nar li ser jiġi sparat matul il-festa, ġej minn dawn il-kmamar tan-Nar: 1. 2. 3. 4. 5.

Tal-Qrendi Ta’ Lourdes u Santa Marija Ħal Għaxaq San Ġużepp Siġġiewi San Nikola Kirkop San Leonardu Għarb S. Marija tal-Virtù. Apparti l-ġbir kollu li b’sagrifiċċju mhux żgħir jagħmel il-Kumitat tal-Għaqda, il-Knisja dejjem tagħmel offerta sostanzjali ta’ ftit eluf, liema flus jiġu ovvjament mill-

36

fund raising li l-parroċċa torganizza. L-Arċipriet jidħol ukoll għall-ħlas tal-Insurance li tiżdied kontinwament, l-aktar wara t-traġedji li disgrazzjatament qed inħabbtu wiċċna magħhom kważi kull sena. A propositu ta’ dan, din is-sena l-Għaqda tan-Nar, flimkien mal-Kumitat Ċentrali tal-Festi tal-Parroċċa talQala, iddeċidew b’vot unanimu li huma ma għandhom ikollhom l-ebda kuntatt, la mal-manifattura, la mal-ġarr u lanqas mal-ħruq tan-nar fil-festi tar-Raħal tal-Qala. Din id-deċiżjoni iebsa u diffiċli ttieħdet b’responsabbiltà kbira u anke fid-dawl tad-diżgrazzja li seħħet is-sena l-oħra u li ħalliet numru ta’ vittmi, fosthom wieħed li ommu hija millistess raħal tal-Qala. Hawn m’aħniex ngħidu li nar mhux ser isir fil-festa tagħna li tant hija magħrufa għalih, imma li n-nar kollu li ser jintuża ser jinxtara, jinġarr u jinħaraq millmembri tal-kmamar tan-nar li jkunu ħadmuh. Għalhekk huwa ovvju li ċertu nar li kien jinħadem minn membri talgħaqda bil-permessi kollha meħtieġa, issa dan mhux ser isir minnhom imma ser jinxtara nar ieħor li ftit jew wisq jista’ jkun ta’ kwalità differenti u inqas ukoll fin-numru. Però l-Kumitat ħass li l-aktar importanti hija s-saħħa u s-sigurtà tal-irġiel u ż-żgħażagħ tagħna. Ix-xogħol tannar inħalluh għal min għandu l-Kamra lliċenzjata u nies mħarrġa għal dak it-tip ta’ xogħol. Nappellaw għalhekk lill-poplu biex ikun aktar ġeneruż sabiex dak li ser nitilfu milli konna naħdmu aħna, issa jirnexxilna nixtruh bil-għajnuna tal-Qalin li qatt ma baqgħu lura meta raw il-bżonn. Għalhekk aħna nirringrazzjaw lill-W.R. Arċipriet Fr. Joe Zammit, lill-Poplu kollu tal-Qala, għall-ġenerożità kbira tagħhom, lill-Helpers tal‑High Teas, għax-xogħol kontinwu tagħhom u ngħidulhom li huwa apprezzat ħafna. Nirringrazzjaw ukoll lill-membri kollha tal-Kumitat li matul is-sena kollha jibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom li mingħajrha żgur li ma jirnexxilniex nakkwistaw il-kwantità u l-kwalità li aħna mdorrijin naraw fil-Qala. Il-Kumitat jagħti l-Festa t-Tajba lill-Qalin kollha, lillEmigranti kollha u lill-benefatturi kollha. ■

VIVA SAN ĠUŻEPP-VIVA l-MANJUS


Leħen il-Qala - Festa 2013

Paġna Abbatini Qala Gabriel Vella - Għall-Għaqda tal-Abbatini tal-Qala Wasal iż-żmien tal-festa ta’ San Ġużepp li tant hija għal qalbna l-abbatini u bix-xieraq ngħaddu l-messaġġ tagħna għal dan iż-żmien hekk sabiħ u impenjattiv tas-sena. L-ewwel nett l-iskop tal-Għaqda tal-Abbatini huwa li nagħtu Servizz Liturġiku u l-Formazzjoni Liturġika, Umana u Spiritwali u b’viżjoni Vokazzjonali. Is-servizz liturġiku aħna nagħtuh waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fejn ngħinu lis-saċerdot. Jekk nagħtu ħarsa lejn il-grupp tal-abbatini tagħna, eżistenti bħalissa fil-parroċċa, huwa ffurmat minn ħamsa u tletin tifel li għandhom ’il fuq minn tmien snin li b’imħabba kbira jagħtu s-sehem tagħhom fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha. Nistgħu ngħidu li f’kull Quddiesa li ssir fil-Parroċċa tagħna, fil-Knisja Arċipretali, u nhar ta’ Sibt fis-Santwarju tal-Immakulata, ikun hemm attendenza sabiħa ta’ abbatini fejn nagħtu s-servizz tagħna. B’ħeġġa kbira aħna mmorru biex nagħmlu s-servizz, ilkoll ħerqana biex nagħmlu servizz meqjus tajjeb għalkemm xi ftit tbissim ma jonqosx. U dlonk xi ħadd minna jispiċċa b’xi geddum għax ma jingħatax is-servizz li jkun xtaq. Il-preżenza tagħna fil-Quddies ta’ kuljum hija waħda tajba tant li nimxu birroaster skont kif imissna mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bis-Sibt u l-Ħadd huma liberi jiġifieri ngħinu liema Quddiesa rridu. Nistgħu ngħidu li kemm is-Sibt, il-Ħadd, meta jkollna xi funeral u meta jkollna xi funzjoni jew purċissjoni niltaqgħu grupp numeruż, b’medja ta’ ħmistax-il abbati. Nistgħu ngħidu li l-aktar żmien impenjattiv għalina huwa Żmien

il-Għid u żmien il-Festa ta’ San Ġużepp, għaliex ikollna diversi funzjonijiet u servizzi, li għal xi wħud minnhom speċjalment dawk ta’ żmien il-Għid il-Kbir ikollna nagħmlu l-provi għalihom. Il-jiem ta’ wara l-Għid il-Kbir ikunu ferm mistennija minna minħabba t-tberik tal-familji li permezz tagħhom naqilgħu xi ħaġa tal-flus ukoll. Meta t-tberik jiġi fi tmiemu, parti sostanzjali mill-flus li nkunu ġbarna matul it-tberik jinqassmu b’mod ugwali bejnietna. Il-bqija tal-flus jinżammu fid-Dar Parrokkjali biex fis-Sajf ikunu jistgħu jsiru attivitajiet għalina. Dawn l-attivitajiet jinkludu xi live‑in, ġurnata baħar, ġurnata Malta u oħrajn. Ta’ kull nhar ta’ Sibt fl-għaxra ta’ filgħodu l-Arċipriet jieħu ħsieb ilaqqagħna għal-laqgħa fejn flimkien miegħu nitolbu, niddiskutu u nqassmu s-servizzi għal waqt iċċelebrazzjonijiet li jkunu ġejjin. Fr Charles jieħu ħsieb li jifforma lit-tfal qabel ma jsiru abbatini b’laqgħat ta’ kull ġimgħa għal tliet xhur sħaħ bi programm ta’ formazzjoni mħejji minnu. Qabel ma nagħlqu dan il-messaġġ aħna nħeġġu lill-iktar tfal biex jidħlu parti minn dan il-grupp tagħna. Dan tistgħu tagħmluh billi tkellmu lill-Arċipriet jew lil Fr Charles. Fl-aħħar nett aħna l-abbatini tal-Qala nixtiequ nirringrazzjaw lill-ġenituri kollha tagħna, lill-Arċipriet u lil Fr Charles li tant jieħdu paċenzja bina u lilkom għeżież qarrejja nagħtukom il-Festa t-Tajba. ■ VIVA l-MANJUS!

37


Leħen il-Qala - Festa 2013

Qasam Museum Bniet

SENA ĦIDMA Minn: JoSEttE MIZZI

‘Lil Alla waħdu unur u glorja’. Hekk kien iħobb jgħid il-fundatur San Ġorġ Preca wara li jtemm xi ħaġa ta’ ġid. Bil-għajnuna t’Alla għaddiet sena oħra li fiha ltqajna katekisti u tfal biex nikbru fl-imħabba t’Alla. Kienet sena mżewqa b’tagħlim u attivitajiet li ħallew fil-qalb tagħna sodisfazzjon li nittamaw li Alla ġie aktar magħruf u maħbub. Bil-għajnuna ta’ żewġ katekisti kellna fil-kura tagħna t-tfal minn year 4 ’il fuq. Ħafna ġenituri ħadu interess li jibagħtu lil uliedhom regolari għat-tagħlim. Ftit huma dawk li għal raġunijiet li jafuhom huma u l-Mulej ma jibagħtux lil uliedhom. Nemmnu li għandhom raġuni. Napprezzaw li fil-bidu tas-sena skolastika meta l-lezzjonijiet tal-katekiżmu jibdew formalment jitkellmu magħna jekk ikollhom xi diffikultà biex blgħajnuna t’Alla nsibu soluzzjoni. Lil dawn l-adolexxenti nistednuhom li jkomplu jattendu għal-laqgħat ta’ formazzjoni kemm matul issajf kif ukoll wara l-vaganzi. Se jiġi organizzat live‑in għall-istudenti nhar il-15 u s-16 ta’ Lulju. Issa li bdew il-vaganzi tas-sajf Don Bosco kien iwissi lit-tfal u liż-żgħażagħ biex ma jitgħażżnux għax l-għażż huwa l-għajn ta’ kull vizzju. Fil-MUSEUM diġà bdejna b’laqgħat fejn ngħallmu l-valuri b’mod pjaċevoli bil-parteċipazzjoni ta’ kull min jattendi. Bejnietna ġie mfassal programm imżewwaq b’attivitajiet varji li jolqtu l-gosti tat-tfal li jattendu. Preparazzjoni għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof Din is-sena kellna sitt studenti bniet li kienu qed jitħejjew għall-Konfermazzjoni. Barra l-lezzjonijiet filMUSEUM, darba f’xahar, nhar ta’ Ġimgħa, kien qed ikollhom laqgħa flimkien ma’ studenti oħra tal-età tagħhom, mill-irħula l-oħra t’Għawdex. Din il-laqgħa kienet tgħin lill-istudenti fil-formazzjoni tagħhom.

38

Peress li l-Papa Emeritu, Benedittu XVI sejjaħ din is-sena bħala s-Sena tal-Fidi, is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof ġie amministrat f’ċelebrazzjoni speċjali. Ilquddiesa tal-Griżma tal-Isqof saret fuq bażi Djoċesana nhar is-17 ta’ Mejju, fuq iz-zuntier Ta’ Pinu. F’din ilQuddiesa kkonċelebraw ħames Isqfijiet, li fosthom kien hemm Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għal Malta li amministra s-Sagrament tal-Griżma talIsqof lill-kreżimandi tal-Qala. Kienet okkażjoni ta’ ferħ li m’huma se jinsewha qatt.

Missjoni f’Għawdex: Fejn hemm it-teżor tiegħek... hemm hi qalbek! Fis-sajf se tiġi organizzata ġimgħa ta’ attivitajiet fejn żgħażagħ li jattendu l-Museum se jiġu minn Malta u jorganizzaw attivitajiet għat-tfal u l-istudenti. Nixtiequ nħeġġu għall-attendenza għal din l-attività. Is-sena l-oħra kienet saret attività simili bit-tema ‘L-imħabba t’Alla ssuqna’ u min attenda ħareġ sodisfatt. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-ġenituri li jagħmlu sagrifiċċji xi drabi mhux żgħar biex iwasslu lil uliedhom għat-tagħlim. Il-Mulej ibierek l-isforzi tagħkom u tagħna biex bil-għajnuna u għallglorja tiegħu nkomplu l-pjan li għandu mħejji għal uliedna. ■ Nawguraw il-Festa t-tajba lil kulħadd!


Leħen il-Qala - Festa 2013 Messaġġ mis-Superjur tal-Mużew – Fergħa rġiel

San Ġużepp Ħosbien Mis-Superjur Paul Grech Min jidħol fis-sagristija żgur li jinnota s-seba’ nkwadri li jirrappreżentaw is-seba’ ferħat ta’ San Ġużepp. Dawn l-inkwadri huma mpittrin minn Rafael Bonnici Calì. Fost dawn l-inkwadri l-iżjed li jolqotni hu dak li jirrappreżenta lil San Ġużepp Ħosbien, li nsibu r-rakkont tiegħu flewwel kapitlu tal-Evanġelju skont San Mattew. Wara li San Mattew jibda l-vanġelu tiegħu bl-arblu tar-razza ta’ Ġesù, Ikompli b’din is-silta: “It-tnissil ta’ Ġesù sar hekk: Ommu Marija, wara li tgħarset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqgħodu flimkien saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej f’ħolma u qallu: “Ġużeppi bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. Hija ser ikollha iben, u int isemmieh Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom. Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-Profeta meta qal: ‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El, li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna.’ Ġużeppi meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu. Imma baqa’ ma għarafhiex sa ma kellu iben, u semmieh Ġesù.” (Mt 1, 18-25) Tiskanta kif Rafael Bonnici Calì rnexxielu jpoġġi din is-silta fuq it-tila bla ma jħalli ebda dettall. Fuq quddiem ta’ danl-inkwadru nsibu lil San Ġużepp rieqed mal-art jserraħ rasu fuq sorra u bastun fejnu, jidher lest biex jitlaqu jibda ħajja ġdida.Il-fattizzi ta’ wiċċuhuma ta’ wieħed mħassebu nkwetat. Warajh insibu l-messaġġier tal-Mulej ifarrġu u jurih il-pjan li Alla kien lesta għalih. Għalkemm huwa wieħed mill-inkwadri li jirrappreżenta waħda mill-ferħat ta’ Ġużeppi, il-pittur xorta rrappreżentalna lil San Ġużepp ħosbien u nkwetat. Dan jista’ jkun li għamlu biex juri li ebda bniedem ma jista’ jgħaddi minn mumenti ta’ ferħ jekk qabel ma jkunx għadda minn mumenti tal-prova tal-ħajja, li jkollu jagħmel għażliet importanti li naturalment jekk dan jagħmel għażliet tajbin dawn jimlewh bil-ferħ. Dan kien proprju li għamel il-qaddis tagħna San Ġużepp, għażel għażliet tajba u biex ikun ċert li l-għażliet li għamel ikunu tajba, għażel mhux dak li ried hu iżda għażel dak li ried minnu Alla. Sabiex il-pittur jagħtina stampa ċara talepisodju sħiħ fl-isfond ta’ din il-pittura pinġa arkata, li

fija tidher il-Verġni Marija titlob u l-Ispirtu s-Santu jixħet id-dija tiegħu fuqha. Meta wieħed jara l-kompożizzjoni ta’ dan l-inkwadru mill-ewwel jilmaħ ix-xebh li hemm bejn dawn iż-żewġ personaġġi kbar bibliċi, li għalkemm il-vanġelu ma jgħid ebda kelma li qal San Ġużepp, iżda b’għemilu juri ċar li għamel eżatt kif qalet martu l-Verġni Marija: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skont kelmtek.” (Lq 1, 38). Mhuxgħalxejn li f’dan l-episodju San Mattew isejjaħ lil San Ġużepp bħala raġel ġust. Qabel ma nawgura l-Festa it-Tajba lill-Qalin kollha tajjeb li aħna wkoll nagħmlu l-ħila kollha tagħna biex f’din il-festa nagħmlu bħal padrun tagħna San Ġużepp billi nippruvaw nogħġbu lil Alla f’kollox anke fil-festa, għax diżgrazzjatament issib xi uħud li dak li jagħmlu fil-festa huwa għas-sodisfazzjon tagħhom u mhux biex jogħġbu lil padrun tagħna San Ġużepp u lil Alla. B’dan il-ħsieb nixtieq nawgura l-Festa t-Tajba u qaddisa lil kulħadd. ■

39


Leħen il-Qala - Festa 2013 Il-leġjun ta’ Marija

Il-Praesidium minn: Michael Debono

L-iċken taqsima tal-Leġjun tissejjaħ “Praesidium”. Din hi kelma Latina li kienet tintuża biex ftisser taqsima tal-Leġjun Ruman b’xi dmir speċjali, bħalma huma taqsima ta’ linja militari jew post fortifikat. Il-kelma “Praesidium” qiegħda flokha meta tintuża għall-fergħa tal-Leġjun. Fir-raħal tagħna għandna erba’ Praesidia – wieħed tal-irġiel, tnejn tan-nisa u ieħor tat-tfal bniet. Għall-bidu tal-Legion f’raħalna kien hawn Praesidium tat-tfal subien ukoll. Kull Praesidium għandu jissemma għal xi titlu tal-Verġni Mqaddsa jew għal xi wieħed mill-privileġġi ta’ Sidtna Marija, bħal ngħidu aħna; “It-Tnissil bla Tebgħa”, jew għal xi ġrajja mill-ħajja tal-Madonna. Dawn huma l-ismijiet tal-Praesidia fil-Qala: Dak talirġiel - “Madonna taċ-Ċintura”, dawk tan-nisa - “Omm tal-akbar Għaqal” u “Sultana tal-Qlub”. Dak tat-tfal bniet – “Għarusa ta’ San Ġużepp”. Kull Praesidium għandu awtorità fuq il-membri tiegħu kollha u setgħa li jikkontrolla l-ħidmiet tagħhom u l-membri għandhom jobdu bil-fedelta’ l-ordnijiet leġittimi kollha tal-Praesidium. L-ebda Praesidium ma jista’ jitwaqqaf f’parroċċa mingħajr il-kunsens tal-kappillan jew tal-Isqof li għandhom jiġu mistiedna jagħmlu ċ-ċerimonja tal-ftuħ. Il-Praesidium għandu jkollu regolarment laqgħa fil-ġimgħa. Din ir-regola ma titbiddel qatt. Kull Praesidium għandu jkollu saċerdot bħala Direttur Spiritwali. Għandu jkollu wkoll president, viċi-president, segretarju u teżorier. Dawn huma l-uffuċċjali tal-Praesidium. Id-Direttur Spiritwali jinħatar mill-kappillan jew mill-Isqof, u jibqa’ hemm sakemm jogħġob lil dawn. Il-Direttur Spiritwali jista’ jkollu t-tmexxija ta’ aktar minn Praesidium wieħed u għandu jitqies b’uffiċċjal tal-Praesidium u jara li titħares kull awtorità leġittima tal-Leġjun. Bħalissa d-Direttur Spiritwali li jmexxi l-Praesidia fir-raħal tagħna huwa Monsinjur Lawrenz Xerri. Barra mid-Direttur Spiritwali, l-uffiċċjali tal-Praesidia jinħatru mill-Curia. Jekk ma tkunx teżisti Curia, l-ufficcjali jinħatru mill-eqreb korp ogħla tat-tmexxija. Kull ħatra ta’ uffiċċjal, barra mid-Direttur Spiritwali, għandha tkun għal żmien ta’ tliet snin, li jista’ jiġġedded għal tliet snin oħra; fi kliem ieħor, għal sitt snin b’kollox. F’isem il-Praesidia tar-raħal tagħna nagħtu l-Festa t-Tajba lill-membri tagħna, lill-Qalin u lillĠużeppini kollha. Viva San Ġużepp. ■

Segwi leħen il-Qala fuq facebook 40

www.facebook.com/lehen.ilqala


Leħen il-Qala - Festa 2013

AZZJoNI KAttolIKA minn: Josette Buttigieg

Għaddiet sena oħra fi ħdan l-Azzjoni Kattolika. Il-membri attendew il-laqgħat ta’ kull ġimgħa fejn irċevew tagħlim u talbu flimkien. L-Azzjoni Kattolika għandha bħala skop il-promozzjoni tal-fidi mhux biss fost il-membri imma wkoll fost is-soċjetà. Il-membri huma mħeġġa li jkunu xhieda tat-twemmin nisrani fost is-soċjetà anke meta forsi jkun iebes għalihom. Fost l-attivitajiet li jsiru tul is-sena rrid insemmi waħda partikolari. Tul il-ġranet tas-sajf l-Azzjoni Kattolika tmexxi kampanja ta’ deċenza morali. Il-kampanja tiftaħ nhar it-13 ta’ Mejju d-data tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Fatima u tkompli tul is-sajf kollu. Il-membri huma mħeġġa li kull fejn ikunu, bleżempju tagħhom f’ilbies u f’imġiba jkunu xhieda tat-twemmin nisrani u juru kif tista’ tgħix ħajja normali fis-soċjetà li tkun kompatibbli mal-ħajja nisranija. Kif tista’ tgawdi l-ġranet tas-sajf u tiddeverti mingħajr ma toffendi lil Alla. Kif wara kollox aktar tħossok sodisfatt meta taf li l-imġiba tiegħek hi waħda nadifa. Filwaqt li nħeġġeġ lill-membri tal-Azzjoni Kattolika jkunu leali lejn it-twemmin nisrani, nistieden lill-oħrajn l-aktar lil dawk li ma huma membri fl-ebda għaqda reliġjuża biex jitgħallmu minnhom. F’isem l-Azzjoni Kattolika nagħti l-Festa t-Tajba lill-membri u lill-Qalin kollha.■

APPrEZZAMENt:

Imut Saċerdot devot kbir tal-Immakulata Kunċizzjoni Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, il-Mulej sejjaħ għal ħdanu fis-sema lillKanonku Dun Piju Zerafa mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl in-Nadur Għawdex. Dun Piju, li dan l-aħħar kien jokkupa l-Kariga ta’ Kanonku Teżorier tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika tan-Nadur, kien devot kbir tal-Immakulata Kunċizzjoni, meqjuma fis-Santwarju Nazzjonali Marjan tagħha fil-Qala Għawdex. Infatti għall-aktar minn 40 sena Dun Piju mexxa pellegrinaġġi matul is-Sibtijiet kollha tal-Kunċizzjoni għad-devoti Nadurin lejn is-Santwarju tal-Kunċizzjoni tal-Qala, fejn kien iqaddes u jagħmel Omelija tal-okkażjoni fis-6.00am, matul il-ħmistax-il Sibt kif ukoll f’nhar il-Festa, fit-8 ta’ Diċembru. M’għandniex dubju li għal dan kollu l-Madonna diġà tagħtu l-ħlas lilu mistħoqq għat-tixrid tad-devozzjoni li huwa xerred lejn Ommna Marija Immakulata. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem Ammen.

41


Leħen il-Qala - Festa 2013

Għaqda Briju San Ġużepp Kumitat Għaqda Briju – Qala Għawdex

Waslet għal darb’oħra l-festa tagħna l-Qalin! Nistgħu ngħidu li din hija l-quċċata tax-xogħol ta’ kull għaqda fir-raħal li tkun ilha tipprepara għaliha minn tmiem il-festa tas-sena ta’ qabel. U l-istess japplika għall-Għaqda Briju San Ġużepp. Għalkemm forsi ħafna mix-xogħol mhux bilfors ikun viżibbli, il-festa tirrikjedi preparazzjoni kbira u din titlob ukoll għaqda sħiħa bejn kull kumitat u l-Parroċċa. Anke jekk kull kumitat huwa nkarigat minn qasam partikulari, xorta tinħass il-ħtieġa li f’raħal daqshekk żgħir, l-Għaqdiet kollha jaħdmu flimkien f’diversi oqsma, għal għan wieħed: il-ġid tal-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. U dan huwa rifless ukoll fil-parteċipazzjoni ta’ dawk il-persuni dilettanti tal-festa li ħafna drabi jkunu parti minn iktar minn għaqda waħda, mhux għall-skopijiet personali, imma għall-ġid tal-festa nfisha. Din is-sena, bi tkomplija tal-proġett li ngħata bidu s-sena l-oħra, l-Għaqda se żżanżan żewġ pavaljuni ġodda flimkien mat-tkomplija ta’ dak li kien diġá nbeda u ddendel is-sena l-oħra. Wieħed irid japprezza li dawn it-tipi ta’ arti mhux biss jirrikjedu ħafna ħin u xogħol imma anke ħafna spejjeż. Bħal kull sena, l-Għaqda se torganizza l-BBQs bi preparazzjoni għall-festa flimkien max-xalata ta’ wara l-festa. Nhar il-Ħamis tal-ġimgħa tal-festa, se jittella’ s-solitu feature fi Pjazza President Anton Buttigieg. L-Għaqda se tkompli wkoll taħdem bil-ħsieb li tkabbar il-Festi Esterni u l-marċi tal-festa, id f’id malGħaqdiet lokali l-oħra u mal-Parroċċa. Għalkemm wieħed jista’ jinnota l-element żgħażugħ fil-festa, żgur li l-parteċipazzjoni min-naħa taż-zgħażagħ tista’ tkun aħjar. Għaldaqstant l-Għaqda tħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex jipparteċipaw bl-aħjar mod tagħhom sabiex flimkien inkomplu nkabbru isem ilKbir Patrijarka San Ġużepp! L-Għaqda Briju San Ġużepp tixtieq tawgura l-Festa t-tajba lill-Qalin u l-Ġużeppini kollha! ■

42

VIVA l-MANJUS!


Leħen il-Qala - Festa 2013

Fratellanza ta’ San Ġużepp Parroċċa San Ġużepp - Qala Għawdex 2013 Mill-Fratell JoSEPH MIZZI Xi tfisser għalina d-data tat-28 ta’April 2013? Għalina l-Qalin, din id-data tfisser; 1. Għeluq it-325 Sena mit-Twaqqif talParroċċa “SANTA MARIJA TAL-QALA”, li bħala Knisja Parrokkjali kellha lis-Santwarju talImmakulata Kunċizzjoni li jinsab fir-Raħal tagħna tal-Qala u li damet taqdi din il-funzjoni għal tnax-il sena sħaħ. 2. Meta ħamsa u għoxrin sena ilu l-poplu tal-Qala permezz tal-Isqof tad-Djoċesi l-E.T. Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, għażel li jpoġġi kuruna taddeheb fuq ix-xbieha tal-Madonna jew aħjar kif nafuha aħna bħala ‘Santa Marija tal-Qala’.

ma stajniex nattendu minħabba li kif semmejt aktar ’il fuq, il-fratellanza tagħna kellha takkumpanja proċessjonalment il-kwadru nkurunat ta’ Santa Marija tal-Qala lejn is-Santwarju tagħha. Il-Fratellanza però ħadet sehem fil-festa ta’ Ġesù Redentur f’Isla. Filwaqt li minn din il-paġna tal-Fratellanza, nirringrazzja lill-membri kollha msieħba fil-Fratellanza ta’ San Ġużepp, għas-servizz kontinwu li huma jagħtu b’mod regolari lill-Parroċċa tagħna waqt is-servizzi liturġiċi kollha, nawgura lilhom u lill-poplu kollu talQala l-Festa t-Tajba. Viva San Ġużepp!

Għal min jiftakar bħali, dawn il-ġrajjet sbieħ fl-istorja glorjuża tar-raħal tagħna, żgur li jibqa’ jgħożż dawn il-mumenti hekk sbieħ u ta’ ġieħ li l-poplu tagħna esperjenza dak in-nhar. Aħna nsellmu lil dawk ilpersuni kollha li ħallewna flimkien ma’ dawk ħajjin, li bil-ħeġġa tagħhom u b’ħidmiethom seta’ jseħħ dan kollu. Għaldaqstant, f’din id-data hekk sinifikattiva, biex jitfakkar dan l-avveniment hekk kbir fl-istorja ta’ raħalna u tal-poplu tagħna, saret Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Isqof Awżiljarju l-E.T. Mons. Charles J. Scicluna flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa. Wara sar pellegrinaġġ bil-mixi mill-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp għas-Santwarju Nazzjonali talImmakulata Kunċizzjoni. Funzjoni mill-isbaħ li ntemmet bil-Barka Sagramentali. L-attendenza għal dan l-anniversarju kienet waħda tajba ħafna. Anniversarju ieħor li nzerta ħabat f’dawk il-jiem kien għeluq il-ħamsin sena minn meta San Ġużepp li huwa meqjum fil-knisja Franġiskana ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat Malta, kien ġie nkurunat. Għal dan l-avveniment aħna konna lkoll mistiedna bħala Fratellanza Ġużeppina, però b’għafsa ta’ qalb

43


Leħen il-Qala - Festa 2013

Messaġġ mill‑Għaqda Armar:

“Festa San Ġużepp 2013” restawr: Sar restawr estensiv fuq il-pedistall il-kbir ta’ San Ġużepp li kien jinvolvi tibdil kompletament tazzokklatura tal-pedistall. Dan kellu jinbidel imħabba li kellu s-susa fih u ma kinitx se tkun idea tajba li jintefqu ħafna flus fuq injam u żebgħa, kemm dik ta’ taħt kif ukoll dik artistika magħrufa bħala irħamar. Dan ixxogħol involva bdil ta’ seratizzi minn ġewwa, folji talinjam (ta’ min jinnota li ġie wżat injam li għalkemm jiswa ftit iżjed, huwa superjuri fil-kwalità). Saru millġdid il-gwerniċi kollha peress li dawk li kien hemm kienu fi stat ħażin. Saret ukoll sistema ta’ ħadid minn ġewwa sabiex issaħħaħ l-istruttura kif ukoll biex tgħin li joqgħod f’pożizzjoni aħjar fuq il-wiċċ tal-Pjazza. Hemm il-ħsieb ukoll li ssir sistema biex jinħareġ u jintrama biex neliminaw kemm jista’ jkun ħsarat li jistgħu jsiru waqt l-armar u ż-żarmar. Għalkemm din is-sena l-pedistall se jerġa’ joħroġ abjad, wieħed irid jifhem li dan huwa xogħol li jirrikjedi ħafna ħin u għajnuna volontarja illi sfortunatament ma tantx hija abbundanti. Xogħol ġdid: B’kollaborazzjoni mal-Artist Michael Camilleri Cauchi u ibnu Adonai, qed tinħadem l-iskultura ġdida li ser tkompli tiddekora lill-pedistall ta’ San Ġużepp. Din l-iskultura qiegħda tiġi replikata filfiber glass mill-volontarji tal-għaqda tal-armar. Wara dan il-proċess jiġu rfinati u miżbugħa sabiex mbagħad jibda x-xogħol tal-induratura. Din issena ser inkunu qed naraw biċċa mill-iskultura indurata bil-lest iżda peress li dan huwa proċess li mhux kulħadd kapaċi jagħmlu, dan irid iż-żmien tiegħu sabiex jitlesta. B’kollaborazzjoni mal-għaqda tal-Briju San Ġużepp, din is-sena, bħas-sena li għaddiet, ser inżanżnu żewġ pavaljuni ġodda għal Triq San Ġużepp. Is-simboli tal-pavaljuni l-ġodda se jkunu

44

qed jippreżentaw lil San Ġużepp bħala l-Għarus tal-Verġni u lill-Kbir Patrijarka bħala l-Patrun talKnisja Universali. Ta’ min isemmi li apparti x-xogħol u l-ispejjeż li saru sabiex jinħadmu l-pavaljuni nfushom, jonqos ukoll is-sistema ta’ ventijiet u ħbula sabiex il-pavaljuni jkunu jistgħu jiddendlu fil-post. L-ispejjeż huma kbar, għalhekk nappellaw sabiex tkunu ġenerużi mal-kumitat tal-armar, biex b’hekk inkunu nistgħu nibqgħu nwettqu l-proġetti li bihom inżejnu t-toroq fil-festa tagħna. Din is-sena se jiżżanżnu wkoll żewġ bandalori ġodda fuq disinn u pittura ta’ Joe Mifsud. Dawn se jiddendlu flimkien mat-tnejn l-oħra fi Triq 28 ta’ April 1688. Pjanijiet għas-snin li ġejjin: Huwa ppjanat illi bħal ma għamilna s’issa nkomplu s-sett ta’ pavaljuni. Nagħtu bidu għal sett ta’ bandalori ġodda, jitlesta l-pedistall bl-irħamar u d-dekorazzjonijiet tiegħu, naħsbu sabiex jinħadem sett labardi għal fuq l-antarjoli kif ukoll jingħata bidu għar-restawr fuq l-antarjoli nfushom. ringrazzjamenti: Nirringrazzjaw lill-volontarji li jagħtu l-ħin tagħhom sabiex ikun possibbli li jsiru dawn il-proġetti. Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lil diversi persuni li jattendu għal diversi attivitajiet ta’ fund raising. Inħeġġukom sabiex min ikun jista’ jiġi jagħti daqqa t’id sabiex jintrama l-armar tal-festa u biex jiżżarma l-għada tal-festa. Inħeġġukom ukoll biex wieħed joqgħod kemm jista’ jkun attent biex ma ssirx ħsara fuq l-armar fit-toroq u jekk wieħed jara xi ħaġa li mhux qiegħda f’postha jitkellem ma’ xi membru tal-kumitat sabiex titranġa minnufih. Il-Kumitat tal-Armar jagħti l-Festa t-Tajba lillmembri, voluntiera u lill-Qalin kollha.■


Leħen il-Qala - Festa 2013

Kumitat Ċentrali Festa San Ġużepp Qala, Għawdex - Awwissu 2013 minn: Joe Gatt - Segretarju Il-Kumitat Ċentrali tal-Festa ta’ San Ġużepp kompla bil-laqgħat tiegħu li bdew ftit wara l-aħħar Festa tas-sena l-oħra, fejn il-membri esprimew l-ideat tagħhom dwar dik il-festa, fejn morna tajjeb kif ukoll fejn stajna morna aħjar. Dawn illaqgħat kienu dejjem ippreseduti mill-Arċipriet Fr. Joe Zammit li huwa wkoll il-President tal-istess Kumitat. Għal kull laqgħa ġew miżmuma l-minuti li dejjem ġew approvati mill-membri preżenti. Illaqgħat inżammu dejjem fid-Dar Parrokkjali fi Triq San Franġisk, il-Qala. Wara mbagħad sar programm dwar fuq xiex ser nikkonċentraw għall-festa li ġejja f’dak li hu armar u proġetti oħra konnessi mal-istess Festa Titulari. Din ovvjament kienet diskussjoni li ħadet bosta ħin għaliex fiha kull rappreżentant tal-Kumitati u Għaqdiet imsieħba taw l-ideat u l-veduti tagħhom dwar dak li biħsiebhom jaħdmu fuqu matul ixxhur li ġejjin sa festa oħra. F’din id-diskussjoni pparteċipaw l-għaqdiet u msieħba oħra li huma; tan-Nar, tal-Armar ta’ Barra, tal-Banda Ite ad Joseph, tal-Briju, l-għaqda tal-Fratelli, il-grupp talQniepen, il-Bord tar-Radju Leħen il-Qala, il-Bord tar-Rivista Leħen il-Qala, kif ukoll il-grupp talArmar ta’ ġewwa l-Knisja.

xi diżgrazzja fatali. Fil-fatt deċiżjoni oħra meħuda mill-għaqda tan-Nar San Ġużepp kienet, li fil-festa tal-Kunċizzjoni li għaddiet ma jinħaraqx logħob tan-nar b’rispett sħiħ lejn il-vittmi involuti. Fl-aħħar laqgħa li kellna approvajna l-programm tal-festa, kulħadd skont is-sezzjoni tiegħu u b’hekk kulħadd jaf x’għandu jagħmel b’koordinament sħiħ bejnietna. B’hekk kollox għandu jimxi kif ippjanat u b’mod korrett. Il-Kunsill Lokali li wkoll huwa membru fuq dan il-kumitat jikkoperaw sa fejn ikunu jistgħu u dejjem pronti li jagħtu s-sostenn tagħhom. Filwaqt li minn qalbna nirringrazzjaw lillmembri kollha għall-ħidma tagħhom ta’ matul is-sena, nagħtu wkoll il-Festa t-Tajba lill-membri kollha tal-Kumitat u lill-Qalin kollha.■

Fil-laqgħat ta’ wara komplew jiġu diskussi dawn ix-xogħlijiet aktar fid-dettal. Rigward l-armar ġie deċiż li jitkompla r-restawr tal-Pedistall il-kbir ta’ San Ġużepp, li mhux possibbli li jkun lest minn kollox din is-sena. Ser isiru wkoll xi Pavaljuni ġodda għal Triq San Ġużepp u xi Bandalori ġodda għal Triq 28 t’April 1688. Wara t-traġedja tal-Kamra tan-nar li seħħet fl-aħħar xhur tas-sena l-oħra, l-Kumitat qabel unanimament li n-nar kollu li jinħaraq fil-Parroċċa tagħna għandu jkun mixtri mill-kmamar tan-nar illiċenzjati. Dan seħħ wara deċiżjoni unanima oħra meħuda mill-istess għaqda tan-Nar ftit wara li seħħet it-traġedja u li kienet tesprimi l-istess sentiment. B’hekk tiġi eliminata t-tentazzjoni li xi ħadd jipprova jaħdem xi nar illegalment. Din id-deċiżjoni ttieħdet fl-interess taż-żgħażagħ u l-irġiel tagħna biex ikunu dejjem imħarsa minn

45


Leħen il-Qala - Festa 2013

Messaġġ mill‑Banda Tagħna

“ItE AD JoSEPH”

Is-Sur raymond tabone – President Għaddiet sena oħra mill-aħħar messaġġ tal-Kumitat tajba, kif jgħid il-Malti, iżda qajla bsarna li kien wasal Eżekuttiv tal-Għaqda Mużikali ‘Ite Ad Joseph’ f’din ir- fi tmiemu. Meta tniżżel minn fuq il-bejt, sibna li kien rivista ta’ informazzjoni dwar il-Parroċċa u r-raħal tal-Qala. spiċċut tant li kellu jinbidel. Din kienet ħasda għalina l-membri tal-kumitat, iżda San Ġużepp ried li sal-festa Matul l-aħħar sena 2012-2013, il-banda bħal kull l-bejt tal-każin ukoll ikun imżejjen bil-bandiera tperper għaqda oħra, kellha tiżwiqa ta’ impenji differenti fejn f’arja ta’ festa. Kif sar jaf bil-preokupazzjoni tagħna nistgħu ngħidu li biċċa minnhom ma’ kienu faċli xejn. d-Direttur Spiritwali Mons. Anton Sultana, li l-banda Il-kumitat matul din is-sena ffaċċja problemi li wħud hija għal qalbu mhux ftit, qalilna li kien ser jidħol minnhom kienu diffiċli, iżda fejn hemm l-għaqda hemm għall-ispejjeż hu u sabiex inħabirku biex sal-festa jkun is-saħħa u lkoll flimkien, kif ukoll bis-sapport kontinwu lest. Dawn l-opri ta’ karità jagħmilhom fis-satra ta’ tad-Direttur Spiritwali tagħna Mons. Anton Sultana u daru stess bla ma jippretendi li jissemmew mill-bieb xejn inqas l-Arċipriet Rev. Dr. Joe Zammit, irnexxielu il-barra, iżda aħna b’apprezzament u gratitudni rridu jirbaħhom mingħajr ma jħalli effetti mhux mixtieqa fuq nirringrazzjawh pubblikament tal-ġenerożità tiegħu li il-banda. ma’ naqset qatt. J’Alla San Ġużepp jagħtih l-għajnuna Bħal ma’ kien intqal is-sena li għaddiet, dakinhar f’dak kollu li jkollu bżonn kemm spiritwalment kif ukoll kien inħatar kumitat proviżorju taħt it-tmexxija tal- materjalment, b’mod speċjali f’saħħtu. President Raymond Tabone sabiex jieħu ħsieb ittmexxija tal-banda minn wara r-riżenja tal-President preċedenti sakemm issir elezzjoni. Fil-bidu ta’ din issena, l-Laqgħa Ġenerali, tħabbret u saret fil-bidu ta’ Marzu. Peress li l-karigi prinċipali ma ġewx ikkontestati ma kienx hemm ħtieġa ta’ votazzjoni. Kien f’dan iżżmien li ngħaqdu magħna żewġ membri ġodda li huma Lorne Cremona u Gabriel Vella. Fl-Għaqda tagħna hemm post għal kulħadd għax din tirrekjedi ħafna enerġija u xogħol kontinwu. Matul is-sena jsiru bosta laqgħat minn naħa tal-kumitat li wħud minnhom jissejħu b’urġenza meta jinqala’ xi intopp. Għalkemm kulħadd għandu l-isfidi personali tiegħu, tal-familja, xogħol, studju u affarijiet oħra, però xorta jagħmel dak kollu possibbli u jissagrifika dak il-ħin li tant huwa prezzjuż fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, sabiex jagħmel volontarjat. Dan jgħodd ukoll għall-bandisti u l-aljievi li minkejja kollox jagħmlu ħilithom mingħajr interess personali sabiex ikunu parti ħajja u attiva minn din l-opra li għandna fir-raħal tagħna. Ftit tax-xhur ilu feġġet problema xejn mistennija. Rajna li l-arblu tal-bandiera tal-każin kellu bżonn dawra

46

Dan l-aħħar il-kumitat organizza laqgħa flimkien mas-Surmast Antoine Mercieca li għaliha kien preżenti wkoll l-Arċipriet f’isem il-parroċċa, sabiex jiġi diskuss ilprogramm tal-festa. Kien hawn li Antoine talab li ma jkomplix bil-kariga ta’ surmast. Wara li ddiskutejna bejnietna fl-assenza tiegħu kif ukoll tal-Arċipriet, kien hemm qbil unanimu li naċċettaw ir-riżenja mitluba minnu stess u jintemm l-inkarigu tiegħu millbanda b’effett immedjat. Nixtiequ pubblikament nirringrazzjawh tas-servizz tiegħu fi ħdan il-banda tarraħal u nawgurawlu suċċess fil-futur. B’din l-isfida quddiemu bla mistenni, il-kumitat kellu jħalli ftit għal ġenb il-programm tal-festa u jistinka biex fl-iqsar żmien possibbli jsib surmast ieħor biex b’hekk ma jiġux affettwati l-impenji talbanda f’dan l-istaġun, fejn żammejna s-servizzi kollha tas-snin ta’ qabel kif ukoll irkuprajna lura s-servizz ġewwa x-Xewkija li kien intilef ftit tas-snin ilu. Fittixna, ħadna pariri mingħand nies kompetenti u evalwajna dak kollu li kellna f’idejna u d-deċiżjoni finali tagħna waqgħet fuq is-Surmast Mark Gauci, (ara l-Bijografija tiegħu). Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalina li aċċetta l-istedina tagħna għaliex huwa bniedem ta’ kapaċità kbira fil-qasam tal-mużika u dan jixhduh il-kwalifiki u l-impenji tiegħu f’dan il-qasam. Ta’ min jgħid li Mark intlaqa’ tajjeb ferm kemm mill-membri tal-kumitat kif ukoll mill-bandisti inġenerali. Hawn nistiednu lill-ex bandisti Qalin li jixtiequ jerġgħu jagħmlu parti millbanda, biex javviċinaw xi membru tal-kumitat għax ilbieb tagħna huwa miftuħ u hemm post għal kulħadd. Aħna napprezzaw l-għajnuna ta’ kull individwu u nħeġġu aktar nies biex jgħinu b’xi mod jew ieħor anke f’dawk li huma attivitajiet ta’ “ fundraising “ li jservu ta’ sostenn fl-ispiża annwali tal-banda.■


Leħen il-Qala - Festa 2013

Bijografija:

Mro. Mark Gauci

Surmast ġdid għall-Banda ‘Ite Ad Joseph’ tal-Qala Għawdex Twieled f’Għawdex fis-sena 1978, Mark Gauci beda l-istudji tiegħu fuq il-Bb Baritone minn età żgħira ma’ missieru, bniedem li tgħallem il-mużika waħdu u li jdoqq il-kurunetta, sa ma beda jattendi għalllezzjonijiet privati ma’ Paul Borg minn Malta. Mark imbagħad għadda biex beda jattendi Kors ta’ B.A. Degree, fil-kompożizzjoni tal-mużika fl-Università ta’ Malta, fejn wara kompla b’kors ieħor ‘Post Graduate Certificate’ fl-Edukazzjoni fl-istess Università minn fejn fis-sena 2006, iggradwa bħala Surmast tal-Mużika. Wara dan huwa beda jgħallem il-Mużika ‘full time’ filGozo College. Fl-2009, huwa akkwista Masters Degree b’Distinction fil-prattika (performance) mir-Royal North College of Music wara li kien rebaħ scholarship mill-‘Malta Government Scholarship Schemes’.

Diploma tal-LLCM. Għall-aħħar tal-1997, Mark ġab ukoll l-FLCM fl-età ta’ 18-il sena biss. Mid-dar tiegħu ġewwa Victoria f’Għawdex, ilkarriera ta’ Mark bħala ‘Performer, Conductor u Music Educator’ għamlet passi inkredibbli. Mark huwa l-‘leader’ f’diversi Bands, Brass Bands u Brass Quintets. L-impenji u l-ħidma kontinwa tiegħu, kemm bħala Mużiċist kif ukoll bħala ‘Konduttur’, ġegħluh jipperformja u jippreżenta f’diversi okkażjonijiet importanti u anke fuq it-Televiżjoni kull sena. ■

Mark irċieva diversi Awards u Unuri. Fl-1993 huwa rebaħ l-Ewwel Premju fil-‘Maltese Bandsman of the Year Competition’. Rebħ tal-Ewwel Premju ieħor seħħ fl-1996 meta Mark rebaħ il-‘Musician of the Year Competition’. Fl-istess sena Mark ġie mogħti l-‘Andrew Lloyd Weber Bronze Medal’ mil-London College of Music, talli kien l-iżgħar Kandidat li qatt qagħad għad-

47


Leħen il-Qala - Festa 2013

Messaġġ mid‑Direzzjoni ta’

“radju leħen Il-Qala” Minn: Ivan Cefai

Radju Leħen il-Qala ilu 17-il sena jsemma’ l-leħen tal-komunità parrokkjali tal-Qala fi djarna. Tul din it-triq, dan l-istazzjon irnexxielu jkun ta’ kumpanija għal bosta semmiegħa, kemm dawk tal-qrib kif ukoll dawk tal-bogħod, b’bosta minn dawn ikunu wkoll ta’ sostenn finanzjarju. Serva wkoll ta’ passatemp u żvilupp personali għal bosta persuni li ppreżentaw u pproduċew programmi fuq l-istess stazzjon. Madanakollu, dawn l-aħħar snin huwa tilef diversi persuni li kienu jagħtu l-kontribut dirett tagħhom iżda llum dawn ma għadhomx magħna u qed igawdu l-ħajja eterna. Għalhekk ser niddedika xi ftit versi għalihom. RLQ żgur ser iħoss in-nuqqas tagħhom. Is-sena 2013 bdiet biex ħasditna bil-mewt ta’ kollega tagħna li qatta’ sigħat twal jipproduċi u jippreżenta programmi fuq dan l-istazzjon. Qed nirreferi għal Albert Mizzi li ħalliena fit-30 ta’ Jannar 2013. Żgur li Albert se jibqa’ mfakkar għall-programmi tiegħu Highlights u Spotlight bil-varjazzjoni mużikali tiegħu flimkien ma’ informazzjoni relevanti dwar artisti mużikali. L-imħabba li Albert kellu lejn l-isport, speċjalment lejn il-logħba tal-futbol, intweriet ukoll fil-programmi sportivi li min jaf kemm-il darba pparteċipa fid-diskussjonijiet tagħhom. Albert kien kollega eżemplari - jattendi b’mod regolari għall-laqgħat tal-equipe tarradju u ssibu minn ta’ quddiem biex jipparteċipa u jgħin f’dawk li huma attivitajiet ta’ fund raising b’risq l-istazzjon. Hawnhekk jiġuni f’moħħi l-parteċipazzjoni ta’ Albert waqt il-maratona ġbir ta’ fondi li jorganizza r-radju fis-sajf, il-logħba futbol bejn l-amministrazzjoni u l-preżentaturi, u dawk il-programmi live li tellajna matul diversi ljieli, diversi drabi. Albert kien jagħmel dan ix-xogħol kollu b’imħabba, rispett u lealtà għar-radju. Kull meta jkollok bżonn l-għajnuna tiegħu, dejjem kont se ssibu. Din is-sena tlifna wkoll semmiegħ u benefattur kbir li kien jagħti l-kontribut tiegħu fis-skiet. Qed nirreferi għal Joe Cutajar. Bi tbissima dejjem fuq wiċċu u jkellem lil kulħadd, kont tarah għaddej mat-toroq Qalin bil-karozza tiegħu. U fi żmien l-iskeda, b’mod partikulari, ir-radju tal-karozza tiegħu ma kienx jiċċaqlaq minn fuq 106.3FM. Spiss kien iċempel fuq ir-radju u kemm-il darba kien jaqsam magħna xi poeżija li jkun kiteb. Joe kien jagħti l-kontribut tiegħu fis-skiet u l-ftit kienu jkunu jafu bil-ħidma tiegħu. Meta dan l-istazzjon, għal xi raġuni jew oħra, jitlef persuni bħal dawn u oħrajn, ifisser li jkun hemm sfida akbar biex dan l-istazzjon ikompli jwassal leħnu fi djarkom b’mod ta’ kwalità. Din hija s-17-il sena li Radju Leħen il-Qala qiegħed iwassal leħnu fi djarkom.

48

L-iskeda speċjali li jmiss hija l-iskeda marbuta mal-festa Ġużeppina. Din l-iskeda ser tkun mifruxa fuq 4 ġimgħat sħaħ li permezz ta’ ħidma kbira minn bosta voluntiera ser inkunu nwasslulkom ġewwa djarkom programmi li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Tul dawn is-snin kollha RLQ ħa ħsieb li s-servizz tiegħu ma jkunx biss li jwassal programmi bir-radju imma jkompli jkabbar is-servizz tiegħu b’mod viżiv. Bl-installazzjoni ta’ żewġ cameras, waħda fil-Knisja Arċipretali u oħra fi Pjazza San Ġużepp, is-semmiegħa tagħna, partikularment l-emigranti, għal dawn

l-aħħar snin, setgħu jsegwu dak kollu li jkun għaddej ġewwa l-Pjazza tal-Qala matul is-sena kollha. Huma setgħu jsegwu wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jkunu għaddejjin ġewwa l-Knisja Arċipretali matul is-sena kollha. Dan ma kienx biżżejjed, għax ġew installati żewġ cameras oħra, waħda ġewwa s-Santwarju Nazzjonali tal-Kunċizzjoni u l-oħra fi Pjazza San Kerrew. B’hekk is-semmiegħa, issa jistgħu wkoll jaraw u jsegwu l-funzjonijiet li jkunu ċċelebrati ġewwa l-kappella talKunċizzjoni kif ukoll dawk l-attivitajiet iċċelebrati fil-pjazza biswit is-Santwarju. Dan l-investiment kollu sar b’mod speċjali għall-benefiċċju talemigranti Qalin li jinsabu mal-erbat irjieħ tad-dinja kif ukoll għal dawk il-morda tagħna li minħabba raġunijiet ta’ saħħa ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom biex jiċċelebraw ma’ ħuthom ilQalin. Kull min jixtieq jaċċessa l-cameras tagħna, jista’ jidħol fuq is-sit elettroniku tal-istazzjon, www.radjuleħenil-qala.com. F’dan l-istess sit issibu informazzjoni b’dak kollu li jkun qed jiġi organizzat fir-raħal tagħna. Infakkarkom ukoll biex iżżuru l-paġna tal-facebook tar-radju. Issa li għaddew ħames snin minn meta inawgurajna l-istudjows il-ġodda b’apparat ġdid tal-aqwa kwalità, u bi preparazzjoni għalliskeda tal-festa, John Paul Cefai ħa ħsieb li jingħata service lillapparat sabiex tkun eliminata l-ħsara għall-futur. Għadha għaddejja wkoll il-kampanja Ixtri Ġurnata għas-sena 2013 kif ukoll għas-sena 2014. Permezz ta’ żewġ euros biss tkunu tistgħu tibbukjaw dik il-ġurnata tal-għażla tagħkom u torbtuha ma’ xi tifkira jew okkażjoni ta’ xi ħadd mill-qraba tagħkom. B’ din id-donazzjoni żgħira tkunu qegħdin tgħinu lill-istazzjon tagħkom. Għall-bookings tistgħu tkellmu lili, lil xi membru talamministrazzjoni jew inkella fl-uffiċċju Parrokkjali. Din il-ħidma kollha hi possibli biss permezz tal-kontribut li tagħti l-Amministrazzjoni u l-voluntiera kollha tal-istazzjon. Radju Leħen il-Qala ma jxandarx f’dawn l-erba’ ġimgħat tal-festa biss iżda jkun ta’ servizz għas-semmiegħa tiegħu tal-qrib u tal-bogħod tul issena kollha. F’din l-okkażjoni nieħu din l-opportunità u nirringrazzja lil dawk kollha li jieħdu ħsieb li jżommu l-indafa fl-istudjows tagħna, lil dawk li jieħdu ħsieb li jorganizzaw il-high teas b’risq ir-radju, lill-Assoċjazzjonijiet tal-Qala kemm dawk tal-Istati Uniti u kemm dawk tal-Awstralja. Nirringrazzjaw lill-Arċipriet, lil Fr Charles u l-kleru kollu tal-appoġġ u s-sostenn kontinwu tagħhom. Grazzi wkoll tmur lill-amministrazzjoni, il-preżentaturi u t-tekniċi kollha ta’ RLQ tas-sagrifiċċji kbar li jagħmlu biex inkunu nistgħu ntellgħu skeda oħra ta’ livell u nwassluha fi djarkom. Fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha għax permezz tagħhom biss RLQ jista’ jibqa’ jitwassal ġewwa djarkom. F’ismi u f’isem l-Amministrazzjoni nawguralkom Festa Ġużeppina mill-isbaħ. ■


Leħen il-Qala - Festa 2013

“Ex Voto” - Wegħdi għall-Grazzji Maqlugħa Minn: JoSEttE BUttIGIEG Il-fidi tagħna nisranija tgħallimna li aħna għal kollox niddependu minn Alla. Weħidna jew bil-ħila tagħna biss ma nistgħu nagħmlu xejn. Hu li tana l-ħajja u malħajja dak kollu li neħtieġu biex ngħixuha. Imma Alla ma jagħtiniex dak li neħtieġu liberament; irid li nitolbuh jagħtihulna, anke l-aktar bżonnijiet sempliċi. Tant li meta Kristu għallem lid-dixxipli jitolbu, qalilhom itolbu hekk; u għallimhom it-talba tal-Missierna fejn wara li nagħtu tifħir lill-Missier, nitolbuH, ‘Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum….’ Għalhekk in-nisrani jirrikorri lejn Alla fil-bżonn tiegħu kif ukoll lejn il-Madonna u l-Qaddisin biex jidħlu għalih quddiem il-Missier. It-talb għallgħajnuna hu parti ta’ kuljum fil-ħajja tagħna u talgħajnuna li nirċievu ngħidu kliem ta’ ringrazzjament. Jiġu però okkażjonijiet fil-ħajja meta l-bżonn tagħna jkun akbar mis-soltu u għalhekk it-talb isir iżjed intensiv u biex nagħtuh aktar saħħa norbtu miegħu wegħdi. Maż-żmien it-tip ta’ wegħdi li nagħmlu lil Alla u l-Qaddisin tbiddlu fil-forma tagħhom. Illum aktar issib min isaħħaħ it-talb tiegħu b’wegħdi ta’ xi forma ta’ sagrifiċċju bħal ngħidu aħna, visti lil xi Santwarju, reċita ta’ talb partikolari għal żmien definit, ċaħda minn affarijiet speċjalment ta’ pjaċir, sawm, dak li jkun jagħżel xi ħaġa li għalih se tkun ftit iebsa. Issib ukoll min jagħmel donazzjoni ta’ flus jew oġġett ta’ preġju l-aktar lil xi Santwarju għażiż speċjalment tal-Madonna. Id-drawwiet tal-lum għalkemm tbiddlu fil-forma tagħhom però ġejjin minn drawwiet antiki. Imxerrdin f’santwarji u knejjes speċjalment dawk li jmorru lura ħafna fiż-żmien insibu oġġetti li ngħataw minn devoti u li huma magħrufin bħala ‘ex voto’. Il-kelma ‘voto’ hi l-kelma Latina li tfisser wegħda. Jiġifieri dawn l-oġġetti ġew mogħtija bħala wegħdi magħmula lil Alla, lillMadonna jew lil xi Qaddis u marbutin jew ma’ talb għal xi grazzja meħtieġa, jew b’ringrazzjament għal grazzji maqlugħa u xi drabi wkoll għal xi grazzja maqlugħa però

li dak li jkun ma jkunx talab għaliha bħal pereżempju meta wieħed ikun ħareġ qawwi u sħiħ minn xi traġedja li ġiet għal għarrieda. Il-wegħdi huma ta’ forom differenti. Fis-santwarji tagħna nsibu ħafna minnhom. L-aktar komuni huma xbihat magħmulin minn metall, l-aktar fidda u li fil-forma huma marbutin mal-grazzja li wieħed ikun qiegħed jitlob inkella li jkun qala’. Insibu għalhekk xbihat ta’ partijiet tal-ġisem l-aktar idejn, saqajn u għajnejn li jfisser li min offrihom kien qiegħed jitlob grazzja jew li diġà qala’ grazzja marbuta ma’ mard jew difetti f’dik il-parti partikolari ta’ ġismu. Forma oħra popolari hi dik ta’ tarbija fil-fisqija li wisq probabbli kienet talba jew ringrazzjament minn xi koppja li jew ma kellhomx ulied u li kienu jixtiequ li jkollhom, inkella li t-tarbija li kellhom ġiet wara tbatija jew li forsi wkoll irnexxielhom isalvawha minn mard jew perikli oħrajn. Insibu forom oħrajn bħal qlub, figuri ta’ nies għarkupptejhom jitolbu u oħrajn li jirriflettu l-ħsieb ta’ min offrihom. Wegħdi oħra u aktar ta’ preġju kienu ornamenti bħal ċrieket, brazzuletti, ktajjen u labar. Ħafna drabi dawn l-oġġetti kienu jkunu dawk l-ornamenti li wieħed kien ikollu l-aktar għal qalbu u li għalhekk kienet tkun iebsa li jinfired minnhom u li kien ifisser li kien qiegħed jitlob jew jirringrazzja għal xi grazzja tassew kbira għalih. Din il-forma ta’ wegħda għadna nsibuha fil-ġranet tal-lum għalkemm bħal ma għidt iżjed ’il fuq, illum wieħed aktar joffri donazzjoni

49


Leħen il-Qala - Festa 2013

milli oġġett. Sadanittant l-oġġetti ‘ex voto’ tal-antik illum issibhom ippreservati fil-knejjes bħala xhieda tad-devozzjoni li santwarju jew xbieha kienu jgawdu fiż-żminijiet mgħoddija. Dawn li semmejt ma kinux l-unika forma ta’ ‘ex voto’ għalkemm kienu l-iżjed popolari. Jekk wieħed imur jinvista s-Santwarju Ta’ Pinu mal-ġnub talkappella tal-Madonna jara xemgħat kbar ħoxnin, iddisinjati bi fjuri. Dawn ix-xemgħat ukoll kienu forma ta’ ‘ex voto’ mogħtija bħala ringrazzjament. Ħaġa ta’ min jinnota dwar dawn ix-xemgħat kienet li t-tul taxxemgħa mogħtija kien ikun daqs it-tul tal-persuna li rċeviet il-grazzja, l-aktar grazzja ta’ fejqan. Wegħdi kienu jsiru għal kwalunkwe aspett tal-ħajja. Għalhekk f’ċerti ċirkostanzi nsibu xhieda ta’ grazzji maqlugħa apparti minn mard u fejqan. Mal-ġenb tas-Santwarju tal-Kunċizzjoni, mal-ħajt ta’ barra hemm imnaqqxa figuri ta’ bastimenti u bċejjeċ tal-baħar. Dawn kienu mnaqqxa mijiet ta’ snin ilu minn xi baħħara li fil-vjaġġi tagħhom sabu ruħhom f’perikli ta’ maltemp jew attakki minn għadu u li talbu l-Madonna tgħinhom filmumenti ta’ biża’. Għalhekk malli rifsu l-art riedu jħallu xhieda tal-għajnuna li rċevew mis-Sema billi naqqxu fuq il-ħajt tas-Santwarju figura tal-bastiment jew dgħajsa li fuqha kienu jbaħħru biex ġenerazzjonijiet ta’ wara jkunu jafu bl-għajnuna li rċevew meta rrikorrew lejn Marija Santissma. Tajjeb li aħna nkunu nafu wkoll li t-talb u l-wegħda kienu jsiru lill-Madonna jew lil xi qaddis partikolari fi knisja jew santwarju proprju fejn kienu jkunu meqjuma.

Għalhekk per eżempju kienu jitolbu lill-Madonna mhux biss bħala l-Omm ta’ Kristu imma jitolbu lill-Madonna tal-Qala, lill-Madonna tal-Mellieħa jew ta’ xi post ieħor fejn xbieha tal-Madonna kienet meqjuma b’devozzjoni kbira. L-istess fil-każ ta’ qaddisin oħra. Ħaġa oħra, ilvalur tal-wegħdi mogħtija kien ivarja. Semmejt wegħdi ta’ valur żgħir. Dan ma għandux x’jaqsam mal-grazzja li wieħed ikun irċieva imma aktar ma’ kemm dak li jkun kien jista’ joffri. Insibu wegħdi li kienu ta’ valur kbir għax min offrihom kien jista’ jħallas għalihom. Fi knejjes f’Malta u pajjiżi oħrajn insibu pitturi u opri ta’ arti li llum għandhom valur imprezzabbli u li oriġinarjament kienu mogħtija bħala wegħdi. Ilkwadru tal-Kunċizzjoni meqjum fis-Santwarju talQala, xogħol tal-pittur Federico Barocci minn Urbino, u li għandu valur imprezzabbli sab postu fis-Santwarju tagħna proprju bħala wegħda. Kien mogħti b’wegħda lis-Santwarju mill-Isqof ta’ dak iż-żmien Cagliares. Li kieku ma kienx hekk żgur li missirijietna, nies mill-aktar sempliċi qatt ma kien se jirnexxilhom jakkwistaw għasSantwarju tant għażiż għalihom u għalina, kwadru tant prezzjuż. L-‘ex voto’ però mhux bilfors kienu jkunu pitturi, xogħlijiet ta’ arti jew figuri simboliċi bħal xemgħa, jew xbieha tal-metall. Fi żmien meta l-parti kbira tannies kienu jgħixu minn dak li joffri l-wiċċ tar-raba’ li kienu jaħdmu, insibu wegħdi marbuta mal-prodotti tal-għelieqi. Forma ta’ wegħda popolari ma’ nies bdiewa kienet li meta kien ikollhom tfal li jimirdu, kienu jirrikorru lejn Alla jew Qaddisin għall-grazzja talfejqan u jwiegħdu li jekk jaqilgħu l-grazzja joffru ħobż, ġobon jew qamħ f’użin ekwivalenti għat-tifel jew tifla mfejqa biex jitqassam lill-foqra. Dawn it-tipi ta’ wegħdi taw bidu għal użanzi li għadna nsibuhom illum. Biex insemmi eżempju qrib ħafna tagħna, insemmi l-ħobż ta’ Sant’Antnin. Fil-festa ta’ Sant’Antnin wara l-quddiesa solenni jitbierek il-ħobż u dawk preżenti fil-knisja jingħataw ħbejża żgħira li ħafna jżommu għal xi żmien b’devozzjoni. Din l-użanza nbdiet minn fatt li ġara fissena 1263 meta tifel għereq qrib tal-Bażilka ta’ Sant’ Antnin f’Padova li kienet għadha qiegħda tinbena. L-omm tablet lil Sant’Antnin u wegħditu li jekk binha jerġa’ jieħu l-ħajja tagħti lill-foqra, mitqel it-tifel f’qamħ. It-tifel salva u l-omm żammet il-wegħda tagħha. Minn dakinhar saret komuni li wieħed joffri ħobż lill-foqra għall-grazzji maqlugħa bl-interċessjoni ta’ Sant’Antnin. U hekk daħal fl-użu l-ħobż ta’ Sant’Antnin. Forsi jkun hawn min iħares lejn dawn il-wegħdi b’mod xettiku. Però nżommu f’moħħna li huma xhieda tal-fidi tagħna u li magħhom hemm marbuta t-tbatija. Għalhekk sakemm aħna nużawhom b’mod ġenwin żgur li jsibu preġju quddiem Alla u li jiswewlna ta’ mertu quddiemu. ■

50


Leħen il-Qala - Festa 2013

313 – 2013

l-1700 sena Anniversarju mill-Editt ta’ Milan – l-imperatur Kostantinu u l-Knisja tal-bidu Minn: Dun Krystof Buttigieg

Din is-sena - anke jekk ma nafux il-jum preċiż - jaħbat l-1700 anniversarju minn meta sar l-hekk imsemmi Editt ta’ Milan. Dan hu dokument li bih, fis-sena 313, l-Imperaturi Rumani Kostantinu u Liċinju (li flimkien kienu jmexxu l-imperu, wieħed fil-Lvant u l-ieħor fil-Punent), ftiehmu bejniethom li jagħtu “lill-insara u lill-bqija l-oħra kollha, il-libertà li jagħżlu l-kult li jridu, b’mod illi kull qawwa divina u smewwija tista’ tidħol għalina u għal kull min jaqa’ taħt it-tmexxija tagħna” (Ewsebju ta’ Ċesarea, Storia ecclesiastica, PG 20, X, 5). Dan il-fatt ġie interpretat ħafna drabi u b’modi diversi. Hemm min rah bħala l-ewwel dokument li jagħti l-libertà reliġjuża liċċittadini tal-Imperu Ruman, oħrajn jgħidu li kien biss editt ta’ preferenza favur l-insara peress li Kostantinu kien għadu kemm ikkonverta għall-Kristjaniżmu. Imma oħrajn isostnu li hu ffavorixxa l-insara mhux għax kien sar veru Kristjan prattikanti, imma għax ried jikseb aktar poter politiku billi jitħabbeb malKnisja (li kull ma jmur kienet dejjem qed tikber u tirnexxi minkejja l-persekuzzjonijiet).

Minkejja dawn l-opinjonijiet u s-suspetti kollha fuq Kostantinu l-fatt jibqa’ li bis-saħħa tiegħu, għall-insara ntemmu l-ewwel 3 sekli diffiċli mriegħda spiss bil-persekuzzjonijiet u bdew serje ta’ azzjonijiet favur tagħhom sew mill-Imperatur Kostantinu u sew ukoll minn dawk kollha li ġew warajh. Għalhekk dan l-editt bħal inawgura rebbiegħa ġdida u definittiva għall-Kristjaniżmu. Biex inkunu fidili lejn l-istorja dan l-editt favur l-insara ma kienx għal kollox oriġinali, imma kien simili għal ieħor magħmul minn Galljenu xi 50 sena qabel u kważi kopja ta’ ieħor magħmul sentejn qabel mill-Imperatur Galerju. Ta’ min jgħid li dan tal-aħħar, Galerju, flimkien ma’ Djoklezjanu, ikkaratterizza waħda mill-aktar persekuzzjonijiet twal u kiefra fuq l-insara. Però għall-grazzja t’Alla kienet l-aħħar waħda għaliex Galerju marad serjament u beda jissuspetta li din il-marda kienet xi kastig ta’ Alla tal-insara biex ipattilu tad-deni kollu li kien għamlilhom. Għalhekk ħaseb li jekk iħallihom bi kwiethom, huma jitolbu lil Alla tagħhom biex ifieq u b’dan il-ħsieb f’moħħu fis-sena 311 fil-belt ta’ Serdica għamel editt ta’ tolleranza għall-insara, imma xahar wara, f’Mejju, il-

marda xorta waħda wasslitu għall-mewt. Dan l-editt li għamel ma kienx jagħti xi libertà kbira iżda kien biżżejjed biex jibda t-triq tal-bidla, għaliex meta mbagħad laħaq imperatur Kostantinu, isib dan l-editt u flimkien ma’ Liċinju, iġeddu u jsaħħu. B’hekk fi żmien qasir, l-insara reġgħu bdew jirċievu lura l-art li kienet ġiet ikkonfiskata lilhom, ingħataw il-libertà li jxerrdu t-tagħlim nisrani, u ġew mgħejjuna jipprattikaw il-kult fil-pubbliku permezz tal-bini ta’ bażiliċi kbar kemm f’Ruma u wkoll f’Kostantinopli. Tajjeb ngħidu li l-Imperu Ruman f’dawk iż-żminijiet ma kienx fl-aqwa tiegħu imma żgur li ma nistgħux ngħidu li l-Imperatur b’din id-deċiżjoni favur l-insara kien qiegħed iċedi l-armi quddiem il-Kristjaniżmu. Huwa minnu li Kostantinu nduna illi l-Knisja anke jekk kienet għadha fil-bidu tagħha, dgħajfa u limitata, kellha struttura u stil effiċjenti ħafna għax minkejja l-persekuzzjonijiet kollha li laqtet hi baqgħet tixtered b’ħeffa kbira u kienet qed tiġi aċċettata minn nies ta’ kull kultura u stat ta’ ħajja. (Ara, l-ittra ta’ Plinju ż-Żgħir lill-Imperatur Trajjanu tas-sena 112). Quddiem dan is-suċċess tal-Knisja, Kostantinu ħaseb illi jekk jiffavorixxiha, ikun jista’ jdaħħalha fl-imperu, jiret is-sistema tagħha u hekk isaħħaħ l-istruttura tat-tmexxija imperjali li ma kinitx għadha tiffunzjona tajjeb. Infatti Kostantinu ma kienx jinteressah wisq mill-fidi Kristjana anke jekk uħud isostnu li kien diġà ikkonvertit għallKristjaniżmu. Dan għaliex jibqa’ ħafna x’juri illi tul it-tmexxija tiegħu Kostantinu kien aktar jinqeda bil-fidi nisranija milli jgħixha. Imma hu veru wkoll li hu interessa ruħu ħafna fil-ħajja nisranija, għaraf il-valur tagħha għall-ġid tas-soċjetà Rumana u beda ftit ftit jidħol fiha hu, u jwassal lill-pagani biex jilqgħuha. M’għamel vjolenza fuq ħadd biex isir nisrani forsi għax hu stess kellu bżonn jikber fil-konvinzjoni. Infatti waħda mill-azzjonijiet kontroversjali li għamel kienet li pproklama ruħu kap tal-Knisja Kristjana. Tidher stramba għalina llum iżda mhux daqshekk f’dawk iż-żminijiet. Dan għaliex skont it-twemmin Ruman, il-kap tal-istat kellu jkun ukoll il-kap tar-reliġjon. Għalhekk pożizzjoni bħal din ma sabitx diffikultà biex tiġi aċċettata, sew mill-insara u sew mill-pagani. Infatti ħadd ma ssuspetta ħażin fih għax l-imperu bih fit-tmexxija beda jissaħħaħ sew u mingħandu ħadd ma rċieva deni, la l-insara u lanqas il-pagani.

51


Leħen il-Qala - Festa 2013 ideat diversi. Ovvjament ma ġewx solvuti l-problemi kollha għax kienet biċċa xogħol ikkumplikata sew. Imma dan kien l-ewwel tentattiv mill-isqfijiet kollha ta’ dak iż-żmien flimkien, biex bħala Knisja waħda jwasslu verità waħda: dik li ġabilna Kristu. (Illum ħafna minnhom insejħulhom padri għaliex bl-istudju u t-tiftix tagħhom għallmuna u fehmuna l-vera tagħlim li ġabilna Kristu). Ovvjament l-istorja tkompli. L-insara komplew jirċievu ħafna aktar għajnuna u huma min-naħa tagħhom għenu ħafna lill-imperu biex jissaħħaħ u jikber. Però hawn forsi tinbet ilmistoqsija: U illum fejn wasalna? Wara 1700 ta’ esperjenza, żbalji u suċċessi, tgħallimna ngħinu lil xulxin Stat u Knisja, jew qegħdin infixklu l-ħidma ta’ xulxin?

Forsi xi ħadd jistaqsi: kif jista’ jkun li Kostantinu laħaq kap talKnisja jekk kien hemm il-Papa? F’dawn l-ewwel snin l-irwol tal-Papa ma kienx bħal dak li nafu bih illum. Il-Papa hu l-isqof ta’ Ruma li għandu wkoll is-setgħa fuq kull djoċesi oħra fid-dinja. Hu jmexxi bħala “primus inter pares” (jiġifieri: “l-ewwel fost dawk li huma ndaqs”) u dakinhar iktar kien hekk. Jiġifieri kull komunità fl-Imperu Ruman kellha l-isqof tagħha u kienet titmexxa indipendentement mill-komunitajiet l-oħra kollha. L-uniku għaqda bejniethom kienet dik spiritwali. (Biex ikollna idea, San Pawl fl-ittri tiegħu jikteb lill-uħud minn dawn il-komunitajiet li waqqaf hu stess biex jgħinhom iżommu sħiħ it-tagħlim li tahom hu). Ma tantx kien hemm xi unità duttrinali iżda kważi dejjem fittxew jimxu skont il-linja tal-Isqof ta’ Ruma: li kien jindaħal biss kull meta kien jinqala’ xi diżgwid teoloġiku. Però fuq livell amministrattiv kulħadd kellu triq għal rasu.

52

Kostantinu għalhekk meta ħa l-amministrazzjoni tal-Knisja f’idejh, ħadd ma mar kontrih, anzi apprezzaw l-għajnuna tiegħu biex il-Knisja jkollha struttura iktar magħquda u sħiħa: jiġifieri li l-komunitajiet kollha mxerrda mal-Imperu Ruman jibdew jikooperaw aktar ma’ xulxin u jintrabtu ma’ xulxin fl-unità. Din kienet ħaġa wisq meħtieġa għaliex il-firda amministrattiva wasslet anke għal firda duttrinali hekk li bdew jinbtu diversi ideat ġodda u żbaljati fit-tagħlim tal-Knisja. Kien għalhekk li Kostantinu ftit snin wara li laħaq, fis-sena 325, sejjaħ il-Konċilju ta’ Niċea: ried li l-isqfijiet kollha tal-imperu jiltaqgħu flimkien u jsibu linja waħda ċara ta’ tagħlim bejniethom u jwarrbu dak kollu li jifred u jfixkel l-unità. B’dan hu ried li anke l-Kristjaniżmu jkollu linja waħda ta’ tagħlim x’jipproponi u mhux il-konfużjoni ta’ ħafna

Dwar Kostantinu hemm ħafna nuqqas ta’ qbil. Hemm min jgħid li uża l-Knisja għall-poter tiegħu, u hemm min jgħid li ta poter żejjed lill-Knisja. Imma llum l-istudju tal-istorja Rumana u dik Ekkleżjastika, jagħti interpretazzjoni aktar bilanċjata u sensata. Kostantinu kien dak illi fittex l-unità fid-diversità. Impona iva il-kooperazzjoni u l-ħidma konġunta bejn Stat u Knisja u bejn komunità u oħra fil-Knisja iżda ma ażżardax jindaħal fittagħlim tal-Knisja. Għen biex il-Knisja tingħaqad anke fuq livell teoloġiku, iżda ma kkundizzjonax it-teoloġija tal-Knisja. Dan hu l-kobor tax-xogħol ta’ Kostantinu li din is-sena qegħdin infakkru. Jalla mill-istorja tal-passat u mill-ġganti tal-istorja nitgħallmu għall-ġid tal-futur tagħna u mhux neħlu nikkritikaw dak li għamlu biex niġġustifikaw il-qagħda mfixkla tal-preżent! Kif sostna l-Papa Franġisku (fit-8 ta’ Ġunju 2013) f’udjenza mal-President tar-Repubblika Taljana Giorgio Napoletano, “kollaborazzjoni bejn Stat u Knisja sservi dejjem għall-interess tal-poplu u tas-soċjetà” u l-Kattoliċi min-naħa tagħhom, permezz tal-involviment tagħhom fil-politika, għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-inġustizzji soċjali u t-tkattir tal-libertà u tal-ġid fis-soċjetà. ■ Referenzi: Angelo Scola, Dall’editto di Milano una nuova storia per la fede, (Diċembru 2012), kif misjub f’ http://www.avvenire.it/Chiesa/Pagine/libertareligiosaScola. aspx Giacomo Costa, Editto di Milano: libertà religiosa e percorsi di democrazia, (Frar 2013), kif misjub f’ http://www.aggiornamentisociali.it Giuseppe Caruso, noti tal-kors: Patrologia Fondamentale. IV secolo, (Augustinianum - Ruma 2013). Manlio Simonetti, Costantino e la Chiesa, f’Costantino il Grande. La civiltà antica al bivio tra Occidente e Oriente, (Rimini 2005). Plinju ż-Żgħir, Ittra lil Trajjanu, ara traduzzjoni kif misjuba f’http://www. georgetown.edu/faculty/jod/texts/pliny.html


Leħen il-Qala - Festa 2013

l-istorja ta’ kif bdew il-festi f’Malta l-oriġini tal-Festi Il-festi f’Malta u Għawdex bdew wara l-wasla tal-Ordni tal-Kavallieri li tawna idea taċ-ċerimonji festivi li waqfu jikbru b’aġġornament kif jitlob iż-żmien. Il-Kavallieri ma ġabux magħhom biss il-karnival, imma l-Kap tal-Istat kien ifittex kull okkażjoni biex jaljena u forsi jirnexxilu jitħabbeb mal-poplu. Bi tkomplija mal-oriġini tal-festi f’dawn il-gżejjer, l-aktar kif minn taħt is-saqaf tal-knisja sabu l-beraħ ta’ barra, aktarx li l-ewwel statwa li dehret fil-purċissjoni kienet dik ta’ San Ġużepp tar-Rabat, magħrufa bħala ‘San Ġużepp ix-Xiħ’. Jingħad li din l-istatwa nġiebet Malta mill-Kavallieri mal-wasla tagħhom fl-1530 u għalkemm mhux kulħadd jaqbel li din kienet tirrappreżenta lil dan ilqaddis, għaliex il-qima lejn San Ġużepp għandha għeruq sodi fostna. Id-drawwa tax-xbihat tal-qaddisin bl-ilbies tad-drapp ġejja minn żmien il-kavallieri. Fil-gżira Għawdxija wkoll l-ewwel statwa titulari hija skultura fl-injam li ħalla Pietru Pawl Azzopardi fix-xbieha ta’ San Ġorġ għall-knisja li ġġib l-istess isem, il-qaddis tarRabat. Fl-arkivji tal-bażilika nsibu li fl-1841 din l-istatwa ġa kellha n-niċċa tagħha. Jekk inħallu l-Ħdud barra nsibu tnejn u tletin festa kmandata. Fis-seklu 15 il-festi kienu jsarrfu biss f’quddiesa kantata jew quddiesa u għasar kantati. Fl-1575 il-kappilan ta’ Bir Miftuħ, Dun Bartolomeo Mangion kien tgħarraf lil Mons. Dużina li fil-festi tal-irħula li kienu jagħmlu malparoċċa tiegħu, id-dmir ġiegħlu jmur iqaddes fil-knisja fejn kienet issir il-festa.

Universali tal-Knisja u ġa qabel Protettur tal-agonizzanti. Minn dak iż-żmien bdiet dejjem tkebbes l-imħabba lejh b’żieda ta’ parroċċi msemmija għalih u bi fratellanzi li qanqlu biex issir it-tieni festa fi knejjes parrrokkjali bittitular ta’ qaddisin oħra. Dawn il-festi sekondarji huma għall-qalb id-devoti tiegħu fil-parroċċi ta’ Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop u Ħaż Żebbuġ. F’Għawdex ukoll issir festa oħra fixXagħra u dan l-aħħar fil-knisja tal-Karmnu x-Xlendi, festa oħra ħelwa. San Ġużepp mhux wisq snin ilu, daħal eqreb fost il-ħaddiema bil-festa tiegħu nhar l-ewwel ta’ Mejju u l-knisja mwaqqfa parroċċa f’Birkirkara, ħadet isem San Ġużepp Ħaddiem. La ssemmew il-festi sekondarji mhux sigriet jekk ngħidu li mhux kollox miexi ħarir f’dawn il-festi u fil-festi tal-qaddisin fil-konfront ma’ wħud mill-partitarji. Sehem il-Każini tal-Baned L-istrumenti tad-daqq fil-festi esterni kellhom il-bidu fqajjar b’xi ftit vjolini u vjolinċell l-aktar kif ġa semmejt qabel fi żmien il-Granmastru De Rohan. Madankollu fl1777, meta l-Granmastru għamel żjara f’Ħaż-Żebbug nhar San Filep, kien hemm ġa ħjiel ta’ dik li baqgħet tissejjaħ piccola banda li kienet ħadet sehem fil-purċissjoni. Madankollu biex nifirxu iżjed l-istorja tal-każini talbaned, b’mod ġenerali, bosta minn dawn il-każini twaqqfu f’nofs is-seklu 19, dejjem taħt l-Imperu Ingliż.

Il-Qima lejn il-Qaddisin u l-Knejjes tagħhom Xi festi reliġjużi li niċċelebraw illum aktarx li bdew minn devozzjoni lejn qaddisin li baqgħu msemmija għal xi ħtieġa partikulari jew għall-protezzjoni minn xi gwaj. San Leonardu, li kien miżmum b’għożża bħala ħellies tal-ilsiera (u li f’Malta kienu sikwit jissemmew) għandu l-parroċċa tiegħu f’Ħal Kirkop u San Anard hu isem mifrux f’imkejjen oħra tal-kampanja. San Ġiljan, il-qaddis tal-kaċċaturi għandu wkoll il-parroċċa tiegħu u l-knisja tiegħu fl-Isla, li fl-1575 serviet bħala viċi-parroċċa, tixhed il-qdumija talqima tiegħu mill-Maltin. Barra l-festi li joħorġu minn din id-devozzjoni, hemm dawk ta’ San Ġużepp, għaliex jekk il-Madonna kienet minn dejjem iċ-ċentru tal-qima, twemmija mal-oħrajn li jfakkru episodji mill-ħajja ta’ Kristu, id-devozzjoni lejn San Ġużepp kienet u għadha xejn inqas, ta’ min ifakkar l-istatwa meqjuma fis-Santwarju tar-Rabat fl-Oratorju talKnisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri. Iżda kif jiġri f’kull era ta’ emanċipazzjoni meta jidħlu drawwiet, San Ġużepp ukoll liebes il-mant ta’ devozzjonijiet oħra bħala Patrun

F’dan iż-żmien il-politika deffset rasha u daħlet qalb is-soċjetà Maltija maqsuma f’żewġ movimenti min malIngliżi u min mat-Taljani. Ġara li min kellu l-poter f’idejh għen biex il-qasma tieħu vantaġġ u jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu. Din is-sitwazzjoni ħaffet it-triq biex jinfetħu l-ewwel każini tal-baned b’appoġġ sħiħ, ħafna drabi talpartiti politiċi, forzi ewlenin li xtaqu l-preżenza tagħhom fl-irħula u f’żoni urbani fejn il-poplu kien ġa mifrud bil-festi tal-qaddisin. Dawn l-ingredjenti ta’ piki u parteġġjaniżmu parrokkjali kienu ħmira biex inħema dan id-diżgwid. Bdew

53


Leħen il-Qala - Festa 2013 il-grupp rivali tewmija mal-partiti li ftit taż-żmien qabel ġabu l-inkwiet bejn fratellanzi li twaqqfu b’ġieħ il-qaddis jew qaddisa tat-titular u oħrajn ta’ festi sekondarji.

Il-partitarji ta’ dawn tal-aħħar sabu kenn fil-każini talbanda rivali fl-istess lokalità u x-xrara kebbset ħuġġieġa. Din il-firda, ħafna drabi wasslet biex tibda ssir festa oħra fir-raħal bil-parroċċa maqsuma bejn żewġ partiti, b’familji sħaħ jagħtu l-appoġġ lil waħda jew lil festa oħra. Żdiedu l-każini b’bandisti li jaqsmu minn wieħed għall-ieħor speċjalment fejn dawn il-każini kienu jiċċelebraw l-istess festa titulari. Għad hawn każini tal-baned magħrufa billaqam mogħti mill-kapijiet tal-partiti politiċi. Fit-toroq u l-pjazez issa l-festa sekondarja bdiet tilħaq il-livell tal-festa titulari, bit-tiżjin, baned u nar xi drabi jgħaddi wkoll l-istess festa prinċipali. Hawnhekk ta’ min jinnota li l-parti kbira ta’ dawn il-festi sekondarji jsiru fl-inħawi t’isfel ta’ Malta, żoni industrijali bl-istess tarzna u l-aktar popolati fejn ukoll ħafna mill-ħaddiema jistqarru l-lealtà politika lejn il-partit li jġib isimhom. Ma jfissirx li f’naħat oħra ta’ Malta kollox kien u għadu għaddej ħarir. Ċelebrazzjonijiet interni Prinċiparjament fl-imgħoddi l-festa kienet tikkonsisti fiċ-ċelebrazzjonijiet li kienu jsiru fil-knisja fil-ġranet tal-kwindiċina u tat-tridu, bil-kant tal-vespri bil-latin, bil-prietki, bit-translazzjoni, bil-paniġierku, bl-orkestra, bid-daqq tal-antifona u innijiet liturġiċi, u l-benedizzjoni fejn dawn kienu jsiru bil-wisq aktar solenni mil-lum minħabba nuqqas tal-mezzi tal-komunikazzjoni u għalhekk sabiex jisma’ biċċa mużika kienet trid tasal ilfesta.

54

Dan wassal sabiex inkitbet ħafna mużika minn kompożituri Maltin famużi, li kienet tikkonsisti filkompożizzjoni tas-salmi, responsorji, antifoni, u partijiet oħra li kienu jintużaw fil-liturġija ta’ dawk iż-żminijiet ta’ qabel il-konċilju. Fost dawn il-kompożituri Maltin insibu lis-surmastrijiet Paolino Vassallo, Paolo Nani, Vinċenzo Bugeja, Carlo Darmanin u bosta oħrajn.

L-atmosfera fil-knisja kienet tkun mill-isbaħ. Ilħitan jinksew bid-damask, l-artali jintramaw b’gandlieri u appostli tal-fidda, bi trieħi tal-bellus bir-rakkmu taddeheb, bi fjuretti f’gastri tal-avorju, jiddendlu l-lampieri tal-fidda, it-tużell, il-frony altari, u tapit mill-isbaħ. Qabel ma kien hawn id-dawl elettriku, xemgħat impittra u oħrajn mhumiex jinxtegħlu fuq l-artali u f’kandelabri tal-linef. L-art tal-knisja, billi ma kinitx bl-irħam, kienet tinkesa bil-weraq tal-liedna ta’ ħxejjex aromatiċi. Ilfunzjoni prinċipali ta’ lejlet il-festa kienet minn dejjem it-translazzjoni bir-relikwa mqaddsa. Din il-funzjoni tiftaħ il-festa u tkun tikkonsisti f’purċissjoni bir-relikwa mqaddsa, jew minn xi knisja żgħira oħra fil-qrib għallknisja parrokkjali jew fl-istess knisja waqt li l-orkestra tesegwixxi l-vespri, il-kant tas-salmi tal-għasar, l-antifona, t-tantum ergo u l-innu liturġiku tat-titular. Imbagħad f’jum il-festa l-knejjes kienu jiftħu kmieni ħafna, madwar l-erbgħa ta’ filgħodu, u wara d-daqq talPater Noster jibdew il-moti bil-qniepen. Dawn il-moti kienu jistiednu lin-nies għall-kant tal-matutin u tal-Laudi, li fihom kienu jitkantaw numru ta’ salmi. Il-qofol tal-festa kienet dejjem il-quddiesa kantata li fiha xi predikatur magħruf kien jinseġ il-paneġierku, prietka twila ta’ madwar siegħa dwar il-qaddis. Din kienet issir minn fuq il-pulptu. Qabel l-offertorju ċ-Ċelebrant kien joqgħod bilwieqfa f’nofs it-taraġ tal-artal, iżomm l-ostensorju bir-relikwa f’idu u l-kleru u l-abbatini kienu jitilgħu jbusu r-relikwa waqt id-daqq tal-antifona. F’jum il-festa filgħaxija mbagħad issir il-purċissjoni fit-toroq tar-raħal. Hawn min jgħid li bażikament hemm tliet tipi ta’ purċissjonijiet:(a) Il-Purċissjoni Votiva kienet ringrazzjament għal xi wegħda jew grazzja maqlugħa minn Alla. Hekk insibu per eżempju, il-purċissjoni ta’ San Girgor li kienet titlaq mill-Imdina għaż-Żejtun. (b) Purċissjoni rogazzjonali kien isir talb lil Alla biex jaqlgħalhom grazzja, ngħidu aħna jbiegħed il-mard, għax-xita u l-bqija. (c) Purċissjoni Devozzjonali Dawn huma l-aktar popolari li barra Corpus, l-akbar li jsiru ad unur talMadonna fosthom dik tad-Duluri. Fil-fatt dawn ilpurċissjonijiet kienu jsiru qabel it-titular. Fl-imgħoddi dawn il-purċissjonijiet kienu jsiru birrelikwa biss u wara bdew isiru bl-istatwi li bdew jieħdu l-importanza tar-relikwa. F’ħafna purċissjonijiet l-istatwa kienet tinġarr fl-aħħar tal-purċissjoni, filwaqt li f’oħrajn kienet timxi fin-nofs wara l-fratellanzi. Insibu li xi nies jimxu wara l-istatwa jitolbu r-rużarju u xi talb ieħor. Il-festa kienet tagħlaq dejjem bil-barka sagramentali bil-kant liturġiku u l-antifona u l-innu titulari esegwiti bl-orkestra.■ Nota: Dan l‑artiklu hu meħud mill‑website “il‑festi f’Malta” li nsibu fil‑google u naħsbu li hu ta’ interess għalikom. Nirringrazzjawhom!


Leħen il-Qala - Festa 2013

Skoperta ta’ Valur kbir għalina l-Qalin !!! Dan l‑aħħar, ħabib tiegħi ġabli ktieb ‘MELITA HISTORICA’ Vol. XVI No.1 (2012), li fih urieni artiklu bl‑isem, ‘A Newly Reattributed Painting by Francesco Vanni in Malta’, miktub minn John Marciari u Ian Verstegen. Dan l‑artiklu jirrigwarda l‑Pittura għażiża u tant devota minna l‑Qalin, it‑Titular Mirakoluż tal‑Immakulata Kunċizzjoni li sal‑lum kien dejjem attribwit lill‑Pittur Federico Barocci, minkejja li mhux iffirmat. U hawn hi l‑iskoperta importanti u ta’ valur kbir għalina l‑Qalin. Issa nafu kważi b’ċertezza li l‑Pittur ta’ dan il‑Kwadru tagħna mhu ħadd ħlief Francesco Vanni, Pittur ieħor Taljan minn Siena, li għex ukoll fi żmien Barocci u li wkoll igawdi fama artistika kbira, bħall‑istess Barocci. Hawn taħt qed nippubblika verżjoni fidila tal‑artiklu bil‑Malti (li ġie maqlub mill‑Ingliż minn Marita Meilak) u qed nipproduċih bir‑referenzi kollha tiegħu kif kien ippreżentat fil‑ktieb fuq imsemmi. Min irid jara l‑artiklu oriġinali bl‑Ingliż jista’ jsibu fuq il‑ktieb imsemmi f’pagni 67‑76. L‑indirizz elettroniku tas‑Soċjetà Storika ta’ Malta li tippubblika din is‑serie ta’ kotba hija: http://maltahistory.eu. Minn qalbi nirringrazzja lill‑Editur tal‑Ktieb is‑Sur David Mallia, kif ukoll lill‑awturi tal‑artiklu nnifsu tal‑permess ġentilment mogħti minnhom għall‑pubblikazzjoni ta’ dan l‑artiklu. Grazzi. L‑Editur.

Pittura f’Malta dan l-aħħar ġiet attribwita lill-Pittur oriġinali tagħha Francesco Vanni John Marciari u Ian Verstegen(1) Numru ta’ sorsi u referenzi jsemmu pittura ta’ Frederico Barocci (c.1535-1612) li qiegħda fil-kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni il-Qala, ir-raħal fil-Lvant t’Għawdex, li jagħmel parti mill-gzejjer Maltin (PL.5)(2) Għalkemm rari msemmiha fl-iskola Barocci, il-pittura hija meqjuma sew mill-Maltin. Il-figura tal-Madonna kienet inkurunata f’1954, u saħansitra hemm ukoll triq imsemmija għal Federico Barocci fir-raħal. Madanakollu, ix-xogħol jista’ definittivament jiġi attribwit lura lil Francesco Vanni (1566-1610) u tista’ ssir spekulazzjoni ta’ kif din waslet Malta u kif ġiet attribwita lil Barocci. Din il-pittura kienet attribwita lil Barocci minn ħafna żmien ilu. Fl-1746 l-istudjuż Għawdxi Agius De Soldanis fil-manuskritt tiegħu ‘Gozo Antico‑Moderno e Sacro‑ Profano’ kien diġà attribwixxa din il-pittura lil Barocci. (3) L-istudjuż tal-istorja tal-Arti Mario Buhagiar kien aktar kawt. Hu kiteb hekk; ‘Għalkemm mhix xi ħaġa impossibbli li l-pittura hija ġejja miċ-ċirku ta’ Barocci, l-ipotesi għad trid tkun xjentifikament ittestjata’.(4) Din qed nippruvaw nagħmluha f’dawn il-paġni, għaliex aktar riċerka turi fiċ-ċar li isem il-pittur ma ntilifx f’xi żmien partikulari, imma pjuttost li l-pittura kienet diġà bi żball attribwita lil Barocci meta waslet Malta. Kienet imqiegħda fuq l-altar fl-1615, waqt viżta talIsqof Baldassare Cagliares fil-knisja. Joseph Bezzina kkwota d-dokumentazzjoni mill-arkivju meta kiteb, «Fil-21 ta’ Novembru, 1615, waqt iż-żjara pastorali tiegħu fil-kappella tal-Assunzjoni fil-Qala, huwa għamel donazzjoni ta’ pittura taż-żejt fuq it-tila talImmakulata Kunċizzjoni ta’ Federico Barocci di Urbino (1528/35-1612) lir-rettur, Don Domenico Apap, u

esprima x-xewqa tiegħu li tiddendel fil-kappella».(5) Bezzina jikkwota mid-dokumenti taż-Żjara Pastorali kif misjuba fl-Arkivji Episkopali t’Għawdex, fejn jidher li Cagliares innifsu kien jemmen li l-pittura kienet ta’ Barocci. Mhux biss ta’ min hi, imma anke d-data tal-

55


Leħen il-Qala - Festa 2013 kienet tkun tradizzjonalment impittra mill-Immakulisti ta’ żmien aktar kmieni, fejn naraw lil Alla jmiss lil Marija bil-bastun.(8) Din il-pittura ġiet użata u mibdula minn Vanni għall-knisja tal-Franġiskani, Santa Margerita ta’ Cortona,(9) fejn iddendlet fuq l-altar. Fiha Vanni ħadem fuq il-pittura ta’ ħuh tar-rispett li llum tinsab fil-Louvre u żidilha qaddisin jiddisputu n-naha ta’ taħt.(10) Mill-kartun ta’ dan ix xogħol imbagħad ġiet maħduma l-verżjoni mnaqqsa, li llum tinsab fil-Mużew ta’ Siena (PL.4).(11) Il-qisien tal-pittura t’Għawdex (120.5x167.5cm) u dawk tal-Mużew (117x145cm) jaqblu ħafna, u juru li Vanni ħadem aktar minn verżioni waħda tal-pittura mnaqqsa ta’ fuq l-Altar, (bla qaddisin) u tefagħhom fis-suq għall-bejgħ.(12) Inċidentalment pitturi b’dawn il-figuri kienu popolari ħafna fis-sbatax-il seklu, u ispiraw mhux biss xogħol fi Siena bħall-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Rutilio Manetti (Duoma Massa Marittima),(13) imma wkoll il-pittura ta’ Guido Reni (Hermitage, St Petersburg).(14)

Francesco Vanni, Allegorija tal‑Immakulata Kunċizzjoni, 1602 310 x 214cm, Santa Margherita, Cortona.

pittura kienet dejjem imħawda. Id-data tal-1615, li kienet dejjem mogħtija bħala d-data tal-pittura, hija impossibbli għaliex kemm Federico Barocci u kemm Francesco Vanni t-tnejn kienu ġa mejta. Dik id-data hi biss ta’ meta ġiet mogħtija lill-kappella. Cagliares mela, kellu l-pittura fil-pussess tiegħu, emmen li kienet ta’ Barocci, u taha b’donazzjoni lill-kappella talImmakulata Kunċizzjoni fl-1615. Huwa maħsub li Cagliares kien xtara l-pittura f’waħda miż-żjajjar tiegħu f’Ruma. Fl-1866, Achille Ferris kiteb li Cagliares kien proponut għat-titlu ta’ Isqof ta’ Malta fl-1614, u kien ikkonfermat f’Ruma, fejn kien preżentat lil Pawlu V b’ittra ta’ introduzzjoni (bid-data tal-14 ta’ Deċembru 1614) mir-Re ta’ Spanja, Filippu III.(6) Il-fatt li l-Immakulata Kunċizzjoni t’Għawdex għaddiet minn “nella maniera di” Barocci, li hi sewwa sewwa xogħol Vanni, imitatur ta’ stil Barocci, għal Barocci nnifsu, turi li l-pittura għaddiet minn ħafna jdejn qabel ma waslet għand Cagliares.

56

Il-bidu ta’ din il-kompożizzjoni rajniha diġà f’biċċa xogħol ta’ Ventura Salimbeni, 1590, (ħu Vanni millomm) li turi d-Destin tal-Verġni (PI. 1).(7) Tfakkarna fit-triq u l-Glorifikazzjoni tal-Verġni wara l-mewt, għalkemm din il-kompożizzjoni tista’ wkoll tkun qed turi n-nuqqas ta’ dnub ta’ Marija qabel iż-żmien, hekk kif

Illum ma għad fadal l-ebda dokumentazzjoni ta’ pitturi li tħallew fl-istudjo ta’ Vanni, u lanqas ma hemm l-ebda indikazzjoni li Ventura Salimbeni, Raffaele jew Michelangelo Vanni qatt irreċiklaw ix-xogħol ta’ ħuhom tar-rispett, ta’ missierhom, jew ta’ zijuhom. Il-pitturi ta’ Vanni fuq dan is-suġġett kienu f’Cortona u Siena. Il-pittura ta’ fuq l-Altar ta’ Cortona ġġib id-data c,1602, fuq il-bażi ta’ stil u fuq iskrizzjoni li hemm taħtha.(15) F’dan l-istess mument tal-karriera tiegħu, c,160002, Vanni jingħad li kien qiegħed Ruma, fejn pitter (jew bagħat) pitturi lill-klijenti bħal Kardinal Emilio Sfondrato. Jista’ jkun li Vanni pitter dik li llum magħrufa bħala l-Pittura ta’ Malta, bħala verżjoni tal-pittura li tinsab fil-Mużew ta’ Siena, lil wieħed mill-klijenti tiegħu f’Ruma, u probabbilment il-pittura ta’ Malta daret sew ma’ Ruma u mas-snin intilef l-isem tal-pittur lilu attribwità sakemm din inxtrat – jew ingħatat—lillIsqof Cagliares, li ġabha f’posta Għawdex. ■ references: 1. John Marciari is curator of Italian and Spanish Painting and Head of Provence Research at the San Diego Museum of Art. Ian Verstegen is a Temple University Art History Alumnus and past director of Graduate Studies at Moore College of Art and Design. Both have a specialised interest in Barocci and his circle. (The authors are grateful to Mario Buhagiar and Mark Sagona for kindly obtaining the dimensions of the Gozo painting, which made our analysis possible, and to Lauren Greathouse for her photo of the Cortona painting.) 2. Achille Ferris, (Descrizione storica delle chiese di Malta e Gozo, 1866), 601: « Il quadro principale è pittura del celebre Federico Barocci da Urbino, dono di mons. Cagliares ; » Mario Buhagiar, « Malta – Painting », in Jane Turner, ed., Grove Dictionary of Art ; « shows affinities with the style of Federico Barocci. »


Leħen il-Qala - Festa 2013

Francesco Vanni, Immakulata Kunċizzjoni, 1602 117 x 145cm, Pinacoteca, Siena

3. G.P.F. Agius de Soldanis, (1746). Il Gozo Antico‑Moderno e Sacro‑Profano. Isola Mediterranea adiacente a Malta Africana, manuscript 145, National Archives, Gozo, never published in the Italian original ; English translation : A. Mercieca : Gozo, Ancient and Modern Religious and Profane. Malta : Media Centre Publ. 1999. 4. Mario Buhagiar, « Painting in Gozo – A Concise Analytical History, » in Charles Cini (ed.), Gozo : The roots of an island, Malta : Said International 1990, 90. 5. AEG, VP 1630, 43v ; Joseph Bezzina, « The Veneration of Our Lady in Gozo, 1600-1800, » in Vincent Borg, ed., Marian Devotions in the Island of St. Paul, Malta : The Historic Society – Malta Committee Marian Congress 1983. 6. Ferris, Descrizione storica delle chiese di Malta e Gozo, 601. 7. The preparatory drawing for the print is Uffizi, 10851 F, 209x136 (no. 79 in Peter Riedl, Desegni dei Barrocceschi senesi. Francesco Vanni e Ventura Salimbeni, Florence : Leo S. Olschki 1976,78-79). Riedl calls Louvre 2033 a late imitation. 8. See, for example, Antonio Frediani, 1490s, Museo Nazionale di Villa Guinigi, Lucca ; Francesco Francia, 151119, San Frediano, Lucca ; and Piero di Cosimo, 1521, San Francesco, Fiesole. Salimbeni’s loose source seems to have been Fra Valeriano’s Immaculate Conception from the chapel of the Madonna della Strada in the Gesu, Rome. The inclusion of God the Father underscores Mary as aeterna and derives from Ecclesiasticus (24 :14) : « Ab initio,et ante aesculum creata sum, ed usque ad futurum saeculum non definam. »

Immakulata Kunċizzjoni, attribwita lil Francesco Vanni, c. 1602 167.5 x 120.5 Santwarju tal-Kunċizzjoni, Qala, Għawdex

9. Luciano Bellosi, Giuseppe Cantelli e Margherita Lenzini Moriondo, eds., Arte in Valdichiano dal XIII al XVIII secolo (Cortona, 1970, 78 ; L’Arte a Siena sotto i Medici, 1555‑ 1609, Roma : De Luca 1980, 142. 10. 2038, Louvre ; Viatte, Musèe du Louvre. Inventaire gènèral des dessins italiens. III, Dessins toscans XVIe‑ XVIIIe siècles, I :1560-1640, Paris 1988, No. 552. 11. Pinacoteca, Siena ; Torriti, La Pinacoteca Nazionale di Siena –I dipinti dal XV al XVIII, Genoa 1990, 490. The Pinacoteca picture has no secure provenance. It might be the Immaculate Conception formerly in the Istituto di Celso Tolomei, mentioned in old inventories ; c.f. Laura Bonelli, « Da Palazzo Ragnoni al convento di Sant’ Agostino… » in L‑Istituto di Celso Tolomei Nobile Collegio – Convitto Nazionale (1676‑1997), ed. R. Giogi, Siena 2000. 12. An additional replica, on copper, was sold at Sotheby’s London 8 April1981 : 122 (Sale of Important Old Master Paintings), although it is impossible to say from the photographs whether this was by Vanni hImself. 13. See Alessandro Bognoli, ed. Rutilio Manetti 1571-1639, exh. Cat., Siena : Palazzo Pubblico, 1978, 123. Manetti had studied with Vanni and presumably had access to Vanni’s drawings, for example, Louvre inv. 1994. 14. Guido Reni, Disputa, c.1625 ? oil on canvas, 274 x 184 cm. Hermitage, St. Petersburg. 15. Another of Vanni’s Immaculate Conception altarpieces is the lost picture made for Salzburg, which like the Adoration still in Salzburg (signed and dated 1600) dates to the same moment ; c.f. Peter Anselm Riedl. « Salzburg and Siena » Salzburger Museumsblätter 38.2, 1977, 13-18.

57


Leħen il-Qala - Festa 2013

Sabiex tfakkar dawn iż-żewġ anniversarji hekk importanti u għeżież għall-poplu talQala, il-Parroċċa organizzat programm sempliċi imma b’sinifikat kbir għal din ittifkira li kien maqsum fuq jumejn, is-Sibt 27 t’April 2013 u l-Ħadd 28 t’April – Jum ittwaqqif tal-Parroċċa ‘Santa Marija tal-Qala’ mill-Isqof Davide Cocco Palmieri fl-1688.

Is-Sibt 27 t’April 2013 lejliet it-tifkira tal-anniversarji.

7.30am Quddiesa fil-Knisja Arċipretali mmexxija mill-Vigarju Parrokkjali Dun Charles Buttigieg li tfakkar din l-okkażjoni. 8.00am Mota Solenni ta’ siegħa li tħabbar il-ftuħ ta’ din it-Tifkira. 5.30pm Adorazzjoni fis-Santwarju Nazzjonali tal-Immakulata Kunċizzjoni li fiha sar ringrazzjament lil Alla għad-Don tal-Fidi matul l-istorja tar-Raħal tal-Qala. 6.30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millVigarju Ġenerali Mons. Ġiovanni Bosco Gauci fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni li serva fil-bidu bħala l-Knisja Parrokkjali meta twaqqfet il-Parroċċa ta’ ‘Santa Marija talQala’ għall-Irħula tal-Lvant ta’ Għawdex nhar it-28 t’April 1688 b’digriet tal-Isqof Davide Cocco Palmieri li sar f’għamla ta’ kuntratt quddiem in-Nutar Giovanbattista Dorbes. Il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’ kien taħt id-direzzjoni ta’ Mario Portelli.

Il-Parroċċa tal-Qala tfakkar It-325 Anniversarju ta’ Fidi u Devozzjoni Marjana: 325 Anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ “Santa Marija tal‑Qala” (1688 – 2013) 25 Anniversarju millInkurunazzjoni tal-Kwadru titulari 58 ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’ (1988 – 2013)

Hawn ser inġibu l-Omelija ta’ Mons. Vigarju Ġiovanni Bosco Gauci sabiex tibqa’ xhieda dejjiema ta’ dawn il-festi ta’ tifkira. (Ara paġna 65)


Leħen il-Qala - Festa 2013

Il-Ħadd 28 t’April 2013 It-325 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ‘Santa Marija talQala’ u l-25 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’. Matul il-jum saru pellegrinaġġi u żjarat privati fis-Santwarju Nazzjonali tal-Immakulata Kunċizzjoni. 6.00am

Quddiesa fis-Santwarju b’ringrazzjament lil Alla.

tal-Kunċizzjoni

7.00am

Mota Solenni ta’ siegħa fiż-żewġ knejjes li tħabbar din it-tifkira.

10.00am Quddiesa fil-Knisja Arċipretali mmexxija millArċipriet Kan. Dr. Joe Zammit. 5.00pm

Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija millIsqof il-ġdid Awżiljarju ta’ Malta Mons. Charles Jude Scicluna. Fil-Pontifikal saret il-Professjoni tal-Fidi f’din is-Sena talFidi. L-Orkestra kienet taħt id-direzzjoni tasSurmast Mro. Frankie Debono flimkien malKor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, sar Pellegrinaġġ Storiku mill-Knisja Arċipretali għas-Santwarju tal-Kunċizzjoni bilKwadru Titulari Prezzjuż u Antik ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’ fl-okkażjoni anke tal-25 sena millInkurunazzjoni tal-istess kwadru. Akkumpanjaw il-Fratelli tal-Qala, ta’ San Franġisk tar-Rabat Għawdex kif ukoll il-fratelli ta’ Santa Marija talQrendi Malta u l-Banda ‘Ite Ad Joseph’ li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca. Mal-wasla fis-Santwarju tkanta l-Innu ta’ tifħir lil Alla t-‘Te Deum’ u wara ngħatat il-Barka Sagramentali. Il-Kwadru tal-Madonna baqa’ fisSantwarju għal xi jiem, għall-qima tal-pubbliku. Hawn ser inġibu ukoll l-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Mons. Charles Jude Scicluna, biex tibqa’ għal dejjem imfakkra din it-tifkira li biha l-poplu tal-Qala reġa’ għal darba oħra wera mħabbtu lejn l-Immakulata u Ommna Marija Santissima. (Ara paġna 67)

59


Le침en il-Qala - Festa 2013

60


Le침en il-Qala - Festa 2013

61


Le침en il-Qala - Festa 2013

62


Leħen il-Qala - Festa 2013

Mons. Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca imexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali lejliet is-Solennità ta’ San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali - 18 ta’ Marzu 2013

63


Le침en il-Qala - Festa 2013

64


Leħen il-Qala - Festa 2013

l-omelija ta’ Mons. Ġiovanni Bosco Gauci, Vigarju Ġenerali Iċ-ċirkostanza tal-lejla, kif ġa semmejna, jiġifieri l-Anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa f’dawn l-inħawi u proprju b’sede f’din il-knisja, twassalna biex ngħidu xi ħsieb dwar il-parroċċa. Il-kelma oriġinali hija Griega Paraojkija, li fil-bidu kienet tfisser, grupp ta’ nies, ta’ familji li jgħixu flimkien pjuttost bħala Djoċesi, u allura bl-Isqof magħhom imexxihom hu. U ma tantx kien hemm distinzjoni bejn Djoċesi u Parroċċa. Il-kelma Paraojkija kienet tintuża allura anke għad-Djoċesi u kif nafuha llum għallParroċċa, komunità inqas fin-numru, imma mas-seklu 6 wara Kristu, kienet ċara d-distinzjoni: bdiet tissejjaħ Parroċċa, dik il-komunità ta’ nsara, dawk li jemmnu, li huma f’żona, f’territorju speċifikat, allura grupp speċifikat ta’ nies ta’ nsara u li jkollhom ukoll il-qassis proprju tagħhom, il-Kappillan tagħhom, l-Arċipriet tagħhom, li jmexxihom taħt l-awtorità tal-Isqof talpost. Dik kienet l-idea fis-6 seklu ta’ x’inhi parroċċa li mbagħad imxiet għal ħafna sekli. Mal-Konċilju Vatikan II, nibtu ħafna ideat li mhux kollha kienu tajbin, mhux mill-Konċilju ma kinux tajbin, imma min-nies li qraw il-Konċilju u fehmuh ħażin, jew kienu ispirati b’mod ħażin. Kien hemm min qal, ilParroċċa għamlet żmienha, inneħħuha. Imma bosta ma qablux u fost dawk li ma qablux ma’ din l-idea kien hemm il-Papa Pawlu VI, li fisser il-ħtieġa llum ukoll ta’ dik li hija parroċċa, jiġifieri ta’ dik li hi komunità li tgħix flimkien f’żona partikulari, jew f’ilsien partikulari u allura l-istess fidi, jirċievu l-istess Ewkaristija u huma mmexxijin ukoll mill-istess Saċerdot bħala r-ragħaj proprju tagħhom. Dak huwa l-kunċett ta’ Parroċċa, kif inhu anke llum, u li tant hu meħtieġ għall-Knisja kollha kemm hi. Imbagħad minn dawk iż-żoni flimkien minn ħafna parroċċi tiġi ffurmata d-Djoċesi. Numru ta’ parroċċi magħqudin flimkien, immexxijin minn ragħaj wieħed li hu l-Isqof tal-post. Issa nħallu dawn id-distruzzjonijiet li jgħidulhom Ġuridiċi - tal-liġi, u li ma tantx jistgħu jħallu frott spiritwali fina, imma nħarsu lejn punti oħra pattiċi. X’inhu li jagħmel il-Parroċċa? Għedtilkom illi l-parroċċa hija magħmula minn komunità, allura jrid ikun hemm in-nies; numru ta’ nies li jgħixu flimkien, hemm xi ħaġa li żżommhom flimkien, jista’ jkun l-ilsien, il-lingwa per eżempju. Malta per eżempju, hemm il-parroċċa għal dawk li huma Kattoliċi Ingliżi, jew Kattoliċi Franċiżi, jew Kattoliċi Taljani. Jistgħu jkunu anke Rit, Rit Orjentali, jew inkella r-Rit tagħna r-Rit Latin. Jista’ jkun bħal każ tagħna pjuttost it-territorju b’xi eċċezzjoni, hemm itterritorju u l-post u allura hemm dik il-komunità, li

għandha fidi waħda. Mela dak li nemmen jien membru ta’ dik il-Parroċċa, f’dan il-post, temmnu dik, jemmnu l-ieħor, huwa l-istess twemmin. Jaqsmu l-istess Sagramenti, speċjalment is-Sagrament tal-Ewkaristija, u allura minn ħobża waħda, ġisem wieħed, ħobża waħda hija l-Ewkaristija. L-Ewkaristija hija ħobża waħda. L-Ostja hija magħmula minn diversi frammenti, bċejjeċ tal-qamħ magħġunin flimkien, misjurin flimkien ħaġa waħda. Hekk il-komunità parrokkjali magħmula minn diversi, imma bħalma l-Ostja hija waħda, bħalma l-Ewkaristija hija waħda u dawk li huma membri tal-komunità parrokkjali tal-Parroċċa, jieħdu kollha mill-istess Ostja, u jieħdu ndaqs l-istess Ġisem u Demm ta’ Kristu, Alla magħmul bniedem, hekk ukoll allura din il-fidi trid tmexxi lill-membri kollha li huma membri tal-komunità parrokkjali speċjalment fejn hemm l-Ewkaristija. Imma hemm ħaġa oħra li għandha tkun id-distintiv partikulari fl-Ewkaristija, hija l-għaqda, u sa mill-antik kienu jinsistu komunità speċifika partikulari, tista’ tkun magħquda minħabba l-ilsien, jew minħabba l-lingwa jew minħabba l-lokal, bħalma qegħdin intom hawnhekk, f’din iż-żona tal-Qala u żoni oħra f’Għawdex, marbutin mat-territorju imma wkoll immexxijin minn ragħaj wieħed. Inkunu membri tal-komunità parrokkjali meta għandna fidi waħda, meta qegħdin naqsmu l-istess Sagramenti, speċjalment l-Ewkaristija Mqaddsa, u meta nħallu lilna nfusna nkunu ggwidati, immexxijin minn ragħaj wieħed. Kemm-il darba ngħidu aħna l-merħla, il-Knisja hija l-merħla u allura hemm ir-Ragħaj. Il-Knisja kollha kemm hi għandha ragħaj wieħed li huwa l-Papa. L-Isqfijiet imexxu d-Djoċesijiet tagħhom, huma wkoll Rgħajja. Il-Kappillani huma wkoll rgħajja fil-Parroċċi tagħhom. Kull saċerdot huwa ragħaj. Imma, biex ikun hemm tassew merħla waħda magħquda, jeħtieġ li nħarsu mhux lejn il-liġijiet talbnedmin biss, dawk importanti, imma fuqhom hemm liġijiet oħrajn, dawk li qrajna issa fil-Vanġelu. Smajtu xi qrajna, il-Kmandament tal-Imħabba; “Inħallilkom”, qal Kristu, “il-Kmandament tiegħi, il-Kmandament talImħabba, Kmandament ġdid”: kien jeżisti anke qabel Kristu imma mhux fuq l-istess firxa. Kien aktar limitat u qallhom: “Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien”, jiġifieri bis-sinċerità, bla egoiżmu u b’mod li l-imħabba tiegħi tinħass minn dak, minn dik, lil min nagħtih l-imħabba tiegħi għax tkun imħabba ġenwina, vera. U qalilhom Kristu: “Minn dan jagħrfukom li intom dixxipli tiegħi.” Ma qallhomx lill-Appostli, lill-Ewwel Insara u lin-nies ta’ kull żmien, ma qalilhomx jagħrfukom li intom dixxipli tiegħi, jekk tkunu bravi ħafna fl-iskola, jew jekk tkunu sinjuri. Mhux minn dak ser jagħrfukom li intom dixxipli tiegħi, imma jekk għandkom l-imħabba

65


Leħen il-Qala - Festa 2013 lejn xulxin u mħabba bħal dik li l-mudell tagħha hija l-mħabba tiegħi għalikom. Dan hu d-distintiv aħwa tiegħi tal-Parroċċa. Dan l-aqwa distintiv ta’ Parroċċa, għaliex kieku kelli ngħid, aħna għandna l-istess fidi, u żgur għandna l-istess fidi, aħna mhux ilkoll nemmnu l-istess Trinità? Mhux ilkoll nemmnu fl-istess Dommi ta’ fidi? Ma naċċettawx ukoll l-istess twissijiet u tagħlim morali tal-Knisja? M’għandniex ukoll l-istess Sagramenti? Biex inkunu vera komunità kif irid Kristu, Komunità Parrokkjali kif irid Kristu, komunità anke Djoċesana kif irid Kristu, Knisja tassew kif irid Kristu, hemm distintiv li ma nistgħux ngħaddu mingħajru, il-Karità, l-Imħabba lejn xulxin. Dik l-imħabba li l-mudell tagħha għalina l-insara huwa Kristu. Kif wera li għandhom imħabba lejn xulxin? Għax miet! Darba meta kien għadu jipprietka fost in-nies qal, “M’hemmx imħabba akbar minn din, li wieħed jagħti ħajtu għal min iħobb,” u dik l-imħabba huwa ta prova tagħha, għax ta ħajtu għal min iħobb. Hu li jħobb lil kulħadd, ta ħajtu wkoll għall-Għedewwa tiegħu. Il-Kmandament tal-Imħabba kif għamlu Kristu huwa xi ħaġa pjuttost Divina, u allura għax hi divina, Virtù Divina, trid l-għajnuna tal-Grazzja t’Alla biex twettaqha. Għalhekk aħna ħafna drabi nkunu ttentati biex nonqsu mill-karità, pereżempju, jien nasal biex ngħid li nħobb lill-familja tiegħi, jien nasal biex ngħid, u hekk għandu jkun, li nħobb lill-benefatturi tiegħi. Imma bħala bniedem jien nasal biex ngħid li nħobb lill-għedewwa tiegħi? Ma tasalx li tgħidha waħdek, la jien u naħseb lanqas ebda bnedem fid-dinja. Bħala bnedmin ma nistgħux naslu biex inħobbu lill-għedewwa tagħna, imma bħala nsara, dixxipli ta’ Kristu, bil-għajnuna talgrazzja tiegħu, u allura mhux aħna bis-saħħa tagħna, jien nasal li ngħid, mela bħalma l-Imgħallem tiegħi ħabb lill-għedewwa tiegħu sal-aħħar mument, bħalma l-Imgħallem tiegħi, Alla tiegħi ħabb lili, meta mhux dejjem kont ħabib tiegħu, u li tant offendejtu, hekk ukoll jien irrid inħobb lill-għedewwa tiegħi. U dan hu li jibni, aħwa tiegħi, l-għaqda tal-bnedmin flimkien. Nistgħu nibdew mill-familja. Jekk m’hemmx imħabba vera, il-familja kif tista’ żżomm? Jekk m’hemmx imħabba vera l-Parroċċa kif tista’ żżomm, għax tiċċelebra l-festa tal-istess qaddis jew qaddisa, għax in-nies jemmnu l-istess ħwejjeġ? Jekk m’hemmx imħabba vera, l-bnedmin huma fejn huma, kif jistgħu jgħixu paċi ma’ xulxin? Mentri jekk hemm dik l-imħabba li smajniha llum bħala Kmandament ġdid ta’ Kristu lilna, jekk hemm dik l-imħabba nistgħu nirbħu lilna nfusna, lill-egoiżmu tagħna u lill-oħrajn. Bl-imħabba nirbħu lill-oħrajn, bl-imħabba naslu biex nagħtu l-isbaħ xhieda ta’ Kristu tagħna.

66

Il-Prim Ministru tal-Indja, il-magħruf NEHRO, kien jgħid hekk, (hu kien pjuttost ta’ reliġjon tal-Ħindu,

allavolja ma tantx kien iħabbel moħħu bir-reliġjon tiegħu) kien jgħid hekk: “Jiena ma tantx inħabbel moħħi bir-reliġjon tiegħi, imma l-aktar li togħġobni r-reliġjon tal-insara, hi minħabba t-tagħlim tan-Nazzarenu, ta’ Ġesù Kristu.” Għaliex? Għax għamlilhom mudell ta’ kif jgħixu flimkien, f’paċi sinċiera, għalkemm, kompla jgħid l-istess bniedem, għalkemm id-dixxipli tanNazzarenu mhux dejjem jagħtu xhieda tat-tagħlim li suppost iħaddnu. Issa jien bdejt fil-bidu u għedt, “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla”. Nirringrazzjaw lil Alla ta’ tant grazzji li ssawbu fuq din il-komunità kollha kemm hi, meta l-Isqof ta’ dak iż-żmien, min jaf kemm smajtu bih, Cocco Palmieri, (għad fadal xi dixxendenti tiegħu fl-Italja, mingħalija f’Milan, mhux żgur mhux xi Kardinal ukoll, Francesco Cocco Palmieri, dan laħaq ġie Għawdex u staqsa għal xi armi, ritratti jew pitturi tal-familja tiegħu). Fired din il-lokalità u għamilha parroċċa għaliha f’din iż-żona kollha kemm hi kbira, mill-Knisja Matriċi ta’ Santa Marija tal-Kastell. Grazzi ta’ kemm ġid sar, b’dak li għamel l-Isqof tant mijiet ta’ snin ilu. Kemm ġid sar bilvokazzjonijiet li ħarġu anke proprju minn din il-lokalità, fejn wieħed minnhom kellu jkun ir-ragħaj ta’ Għawdex kollu, anzi l-Ewwel ragħaj t’Għawdex kollu, l-Isqof Mikiel Franġisk Buttigieg minn din il-lokalità tal-Qala. Imbagħad irridu ngħidulu ħaġa oħra lil Alla l-Imbierek, aħfrilna Sinjur Alla, speċjalment jekk ma stinkajniex biex inżommu ħajja l-Parroċċa tagħna. Mhux għax ma tajniex flus, forsi tajna ħafna. Mhux għax ma tajniex is-sehem tagħna fl-armar, forsi tajna ħafna. Imma forsi għax inqasna f’mod ma tantx hu sabiħ, in-nuqqas ta’ karità għal xulxin. Fejn hemm il-karità, fejn hemm l-imħabba għal xulxin, hemm jintrebaħ kollox. Fejn hemm l-imħabba kif irid Kristu, hemm inġibu rebħa fuq kollox u allura niġu għall-għaqda, dik l-għaqda li għandha tkun fil-familja parrokkjali. Dik l-għaqda li turi wkoll il-preżenza ħajja ta’ Kristu fost ilpoplu tiegħu. ■ Ikun Imfaħħar Ġesù Kristu.


Leħen il-Qala - Festa 2013

l-omelija ta’ Mons. Isqof Charles Jude Scicluna Għażiż Arċipriet, għeżież Saċerdoti, personalitajiet distinti. Insellem b’mod speċjali lis-Segretarju Parlametari, lis-Sindku u lis-Supretendent, lilkom ilkoll. Il-Kelma Parroċċa għandha għeruq distintement insara. Il-kelma oriġinali ġejja mill-Grieg ‘Paraojkija’ u din il-kelma l-ewwel li tfisser huwa stat ta’ eżilju, għaliex l-għerq tagħha hija l-kelma ‘Parojkos’ li tfisser bniedem stranġier, eżiljat, li qiegħed jgħix lil hemm minn pajjiżu. Meta d-dixxipli ta’ Emmaws, nhar l-Għid il-Kbir filgħaxija ħassew magħhom dan ir-Raġel li beda jistaqsihom għaliex kienu qalbhom sewda, huma rrispondewh; “Inti biss il-barrani, li ma tafx x’ġara f’Ġerusalem f’dawn il-jiem, kif lil wieħed raġel twajjeb quddiem Alla u quddiem il-bnedmin, Ġesù ta’ Nazaret, tawh għall-mewt u qatluh? Int biss il-barrani?” Dik ilkelma li aħna nintroduċuha barrani fl-oriġinal bilGrieg, għax kif tafu l-Vanġelu nkiteb bil-Grieg ta’ elfejn sena ilu, hija ‘Parojkos’. Aħna pajżana tas-sema pajjiżna, jgħidilna l-Appostlu Missierna. F’din l-art, qegħdin hawn għal ftit jiem, jiem li aħna naħdmu biex ikunu jiem sbieħ u ta’ hena, żmien sabiħ u feliċi, imma nafu wkoll li l-ħajja fiha wkoll it-toqol tagħha, u t-toqol tal-ħajja jekk ma jgħallimna xejn, jgħallimna li hawnhekk qegħdin għal ftit jiem, ftit jiem, ta’ min ikunu ħafna dawn il-ftit jiem u ta’ min ikunu ftit. Imma kif ġejna rridu mmorru. Aħna lkoll nixxennqu forsi mingħajr ma nafu, għamara li tibqa’ għal dejjem, li ma jħottha ħadd. Li ma jeħodhielna ħadd, li tkun ta’ hena u ta’ mistrieħ u għalhekk l-insara kienu jsemmu lilhom infushom bħala l-komunità li qiegħda tgħix barranija u jsemmu l-post. Fil-każ tagħkom, intom komunità nisranija li qiegħda tgħix ta’ barranija fil-Qala Għawdex. U dan il-verb għamluh u ħolquh l-insara, ma nsibuh fl-ebda letteratura bil-Grieg qabel l-insara, li inti tgħix ta’ barrani. Imma tgħidli jiena hawnhekk jiena nħossni ‘at home’, jiena hawnhekk rabbejt l-għeruq tiegħi. Iva, aħna għandna bżonn ikollna post f’din id-dinja għażiża li nħossuh li tana identità. Għandna bżonn li jkollna l-identità. Imma r-realtà nisranija dejjem tindikalna li pajjiżna tassew huwa s-sema. Jista’ jkollna l-passaport tal-Unjoni Ewropea, imma pajjiżna vera huwa s-sema. Sidtna Marija hija wkoll magħrufa fis-sbuħija tagħha bħala sinjal tal-Għamara t’Alla mal-bnedmin. Hija t-tabernaklu li fih il-Mulej sar bniedem bħalna u minħabba dan il-privileġġ singulari l-ġisem tagħha ma rax it-taħsir. Fl-istorja tad-devozzjoni Marjana ta’

din iż-żona tal-Lvant tal-Gżira ħelwa Għawdxija, ilMadonna hija meqjuma fil-bidu tal-eżistenza tagħha, u fil-qofol tal-eżistenza tagħha fuq din l-art, fit-titlu tal-Konċepiment Immakulat tagħha, tal-Kunċizzjoni, u fit-titlu tal-Assunta. Iż-żewġ kwadri li tqimu b’tant għożża huma l-bidu u t-tmiem tal-ħajja tal-Madonna fuq din l-art, u t-tnejn huma frott ta’ Grazzja Speċjali li hija tal-Madonna biss. Hi biss kienet imħarsa minn kull tebgħa tad-dnub. Hi biss li minħabba li kienet l-Omm ta’ Iben imsallab u rxuxtat, ġisimha ma rax ittaħsir. Hi biss Assunta fis-sema. Imma dawn iż-żewġ mumenti tal-ħajja ta’ Marija ma jagħmlux sens mingħajr l-ubbidjenza u l-imħabba tagħha bejn dawn iż-żewġ estremi, bejn il-bidu tależistenza tagħha u t-tmiem tal-ħajja tagħha fuq din l-art. Lill-Anġlu tgħidlu jkun li trid int. U l-aħħar kelma tgħidha lilna lkoll fit-tieġ ta’ Kana; “Agħmlu dak li jgħidilkom hu”. Taħt is-Salib ma titkellimx. Taħt is-salib ta’ binha tieqaf b’solidarjetà mbikkma, imma b’fedeltà sħiħa. Taħt is-salib ta’ Binha hi tgħallimna li l-ewwel nagħmlu, jekk ikun hemm bżonn nitkellmu. Anke meta l-Anġlu ħabbrilha li Eliżabetta kellha twelled fi żmien tliet xhur għax kienet diġà għalqilha s-sitt xahar, dik li jgħidu li ma jistax ikollha tfal, x’għamlet Marija? Qabdet u telqet lejn l-għoljiet tfittex lill-qariba tagħha u qagħdet magħha għal tliet xhur sakemm welldet lit-Tarbija tagħha Ġwanni l-Battista. Marija hija mara ta’ mħabba, ta’ karità, hija mara ta’ fidi. “Imbierka inti għax emmint”, tgħidilha Eliżabetta. U din hija l-barka li aħna wkoll irridu nieħdu sehem minnha. L-aħħar barka li jagħti l-Mulej fl-Evanġelju, “Imberkin dawk li ma jarawx u jemmnu”. Din is-sena tal-fidi, ejjew b’ħajjitna bħal dik ta’ Marija, nagħmluha Innu ta’ mħabba, ta’ solidarjetà, billi fejn naraw it-tbatija mingħajr ħafna paroli, immiddu jdejna għas-solidarjetà. Ejjew imma wkoll nixxennqu għas-Sema pajjiżna, dak il-post imħejji sa mill-bidu għalina l-insara li ngħixu l-fidi tagħna kif mgħallma lilna minn Ommna l-Knisja Mqaddsa, fejn wara din il-ħajja jingħatalna bħala premju, fejn inkunu nistgħu ngawdu ’l Alla, il-Madonna u l-qaddisin għalleternità. ■ B’hekk il‑Parroċċa tal‑Qala ġiet fi tmiem ta’ din it‑Tifkira denja u li għandha sinifikat kbir. Nittamaw li min jiġi warajna, ħamsa u għoxrin sena oħra, jieħu ħsieb hu wkoll ifakkar kif għamilna aħna, it‑350 Sena mit‑twaqqif ta’ din il‑Parroċċa ta’ ‘Santa Marija tal‑ Qala’ b‑dinjità u ġieħ li verament jixirqilha, kif ukoll bħala rahan għall‑ħajja ta’ dejjem. VIVA SANtA MArIJA tAl-QAlA.

67


A Whole New Look

Leħen il-Qala - Festa 2013

68

Sharmain’s Styling Salon 1, Triq Ta Kassja Qala Gozo. Tel: 2156 6236 Mob: 7926 7490


Leħen il-Qala - Festa 2013

Programm tal-Festi Solenni f’Ġieħ il-Glorjuż Patrijarka

San Ġużepp

Meqjum fis-Santwarju Arċipretali tal-

Qala – Għawdex

22 ta’ Lulju – 8 t’Awwissu 2013 “Lejk Nirrikorru O Ġużeppi Mqaddes” Motto:

Fl-okkażjoni:

• Sena tal-Fidi imnedija mill-Papa Benedittu XVI • l-introduzzjoni tal-isem ta’ San Ġużepp fit-talbiet Ewkaristiċi mill-Papa Franġisku • 325 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’ • 25 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari ta’ Santa Marija tal‑Qala • 150 sena mill-ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Mikiel Franġisku Buttigieg bħala l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta • 140 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament • 140 sena mill-miġja tal-Kwadru mirakoluż u devot ta’ Salus Infirmorum

It-tNEJN 22 tA’ lUlJU:

7.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit b’suffraġju għas-Saċerdoti kollha li servew fil-Parroċċa. 7.30pm Adorazzjoni bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali li fiha jsir talb biex ilFesta tilħaq l-iskop tagħha.

It-tlIEtA 23 tA’ lUlJU:

7.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Vigarju Parrokkjali Dun Charles Buttigieg. 7.30pm Laqgħa konklussiva tas-sena tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Tindaqq mota bil-qniepen kollha li tagħti bidu għall-festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP.

l-ErBGĦA 24 tA’ lUlJU: IS-SEBA’ ErBGĦA tA’ SAN ĠUŻEPP U JUM Il-ĦrUĠ tAl-IStAtWA MIN-NIĊĊA JUM IL-ĠENEROŻITÀ

Filgħodu jsir it‑Tqarbin tal‑Morda. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija millW.R Mons. Giovanni Bosco Gauci, Vigarju Ġenerali, li tagħti bidu għall-Festi ad unur il-

Kbir Glorjuż Patrijarka San Ġużepp. Mistiedna partikolari l-Qalin residenti barra l-Parroċċa. Isiru donazzjonijiet għall-opri karitattivi tal-Parroċċa. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali ‘Informa’ u fil-Grupp Parrokkjali talFundraising. Tanima l-kant, il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci flimkien mal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. 8.00pm Ħruġ tradizzjonali tal-istatwa titulari u devota ta’ San Ġużepp min-niċċa fost kant u ċapċip millfolla preżenti. Il-Banda Ite ad Joseph tilqa’ lil San Ġużepp fuq iz-zuntier bl-innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro. Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. Issir ġabra speċjali għall-festa. 8.30pm Il-Banda Ite ad Joseph tagħmel marċ brijuż li jdur mal-pjazza ewlenija u jispiċċa quddiem ilKażin tal-istess Banda. Fil-jiem tan-Novena r-rużarju jkun fis-6.30pm.

Il-ĦAMIS 25 tA’ lUlJU: l-EWWEl JUM tAN-NoVENA JUM IT-TFAL U L-ISTUDENTI

7.00pm Quddiesa tal-Ewwel Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R. Kan. Michael Galea, bis-sehem tat-tfal u tal-istudenti. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini ġodda u ssir il-proposta għall-abbatini ġodda. Matul din is-sena ħamest t’itfal ġodda ħaddnu l-ministeru ta’ abbati fil-parroċċa tagħna. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘Magnificat’. 8.30pm Seratà ta’ logħob u divertiment għat-tfal u għall-istudenti kollha, fil-pjazzetta.

Il-ĠIMGĦA 26 tA’ lUlJU: It-tIENI JUM tAN-NoVENA JUM IL-KATEKISTI

7.00pm Quddiesa tat-Tieni Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R. Kan. Michael Galea, bis-sehem tal-

69


Leħen il-Qala - Festa 2013 katekisti tal-parroċċa. Issir il-proposta għallmembri ġodda fil-Grupp Parrokkjali tal-katekisti u fis-Soċjetà tal-Mużew. Janima l-kant, il-Grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. 8.30pm BBQ Annwali fil-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien organizzat mill-Għaqda Briju San Ġużepp.

IS-SIBt 27 tA’ lUlJU: It-tIElEt JUM tAN-NoVENA JUM IL-VOKAZZJONIJIET

6.30pm Talba tar-Rużarju b’intenzjoni għall-vokazzjonijiet immexxija mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet u lGrupp tal-Abbatini tal-parroċċa. 7.00pm Quddiesa tat-Tielet Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R. Kan. Michael Galea. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali talvokazzjonijiet. Mistiedna r-Reliġjużi u l-Lajċi kkonsagrati. Janimaw il-liturġija, is-sorijiet Franġiskani tal-Qala. 8.30pm Attività organizzata mill-Grupp tal-‘Fund Raising’ fil-pjazzetta.

Il-ĦADD 28 tA’ lUlJU: Ir-rABA’ JUM tAN-NoVENA JUM L-ADOLOXXENTI U Ż-ŻGĦAŻAGĦ

10.00am Konċelebrazzjoni Solenni tar-Raba’ Jum tanNovena mmexxija mill-W.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M., bis-sehem tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ Qalin. F’dan il-jum issir il-proposta għall-grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ f’ħidma ta’ volontarjat fil-Parroċċa. Janima l-kant, il-Grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. 11.00am Wirja ta’ karozzi ta’ fama internazzjonali filpjazza ewlenija organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Qala. 8.30pm ‘High Tea Kbir’ u annwali tal-Festa organizzat mill-Kumitat tan-Nar fil-pjazzetta.

It-tNEJN 29 tA’ lUlJU: Il-ĦAMES JUM tAN-NoVENA JUM IR-RESIDENTI BARRANIN

7.00pm Quddiesa tal-Ħames Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M. Issir il-proposta għal talb ekumeniku lill-gruppi ta’ talb eżistenti fil-Parroċċa. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. 8.30pm It-Tlieta u Għoxrin Edizzjoni tal-‘Gozo International Celebration’ fil-pjazza ewlenija. Tema: ‘Positivity through Faith’. Mistiedna: Joy Gospel Singers, Gianluca Bezzina, Mangnificat Choir u Terry Shaw.

It-tlIEtA 30 tA’ lUlJU: IS-SItt JUM tAN-NoVENA JUM L-GĦAQDIET SOĊJALI

70

7.00pm Quddiesa tas-Sitt Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M., bis-sehem tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa.

Issir il-proposta lil min jixtieq ikun bandist filBanda tagħna Ite ad Joseph. Janima l-kant, ilKor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. 8.30pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jibda minn Triq San Franġisk u jintemm fil-pjazza ewlenija. 9.30pm Kunċert Mużikali mill-Banda Ite ad Joseph filpjazza ewlenija.

l-ErBGĦA 31 tA’ lUlJU: l-EWWEl JUM tAt-trIDU SolENNI JUM IL-FAMILJA

6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut millW.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tal-Ewwel Jum tatTridu mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Isir talb partikolari għall-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Isir it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ u ssir il-proposta għallmembri ġodda fil-laqgħa tal-familji u fil-kors tal-għarajjes. 9.00pm BBQ kbir organizzat mill-Parroċċa fil-pjazza ewlenija bis-sehem tal-band The Tramps.

Il-ĦAMIS 1 tA’ AWWISSU: It-tIENI JUM tAt-trIDU SolENNI JUM L-EMIGRANTI

6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut millW.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia, bis-sehem tal-emigranti Qalin. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija millW.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Issir ilproposta għal volontiera ġodda fi ħdan Radju Leħen il-Qala. 8.45pm Riċeviment għall-emigranti Qalin offrut millArċipriet fiċ-Ċentru Parrokkjali. 9.30pm Marċ brijuż mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jitlaq minn Triq In-Nigret, Triq Anton Buttigieg, Triq Ġanni Vella, Triq in-Nigret, Triq il-Maġistrat Salvu Attard, jgħaddi għal parti oħra minn Triq Anton Buttigieg, Triq l-Isqof Baldassare Cagliares, Triq Ottubru 30, Triq il-Kunċizzjoni, Pjazza San Ġużepp u Triq 28 t’April 1688. Il-marċ jagħlaq bit-tlugħ brijuż tal-istatwa ta’ San Ġużepp fuq ilpedistall fi Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg. 12.00am Jittella’ ‘Feature’ mill-Għaqda Briju San Ġużepp.


Leħen il-Qala - Festa 2013 Il-ĠIMGĦA 2 tA’ AWWISSU: It-tIElEt JUM tAt-trIDU SolENNI JUM L-EWKARISTIJA L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar

8.00am Quddiesa u wara jibda nofs ta’ nhar Adorazzjoni. 6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut millW.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tatTridu mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Issir il-proposta għallAdoraturi l-ġodda. 9.30pm Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġużepp, xogħol l-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri. Id-dimostrazzjoni tkun akkompanjata mill-Baned Ite ad Joseph tal-Qala u Prekursur tax-Xewkija li titlaq mill-Pjazza Ewlenija għal Triq In-Nadur, Triq Ir-Rebħa, Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg, Triq 28 t’April 1688 u tispiċċa millġdid fil-Pjazza Ewlenija. Waqt it-tlugħ brijuż talistatwa fuq il-pedestall fil-pjazza jindaqq l-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. 12.00am Logħob tan-nar tal-art fil-pjazza.

IS-SIBt 3 tA’ AWWISSU: tMIEM IN-NoVENA MQADDSA JUM IL-BENEFATTURI

9.30am Konċelebrazzjoni Solenni, bil-kant Solenni tat-Te Deum f’għeluq in-Novena mmexxija mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, bis-sehem talmorda, tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Tingħata tifkira tal-festa.

lEJlIEt IS-SolENNItÀ tA’ SAN ĠUŻEPP

6.30pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jibda minn Pjazza l-Isqof Mikiel Buttiġieġ, Triq 28 t’April 1688, Pjazza San Ġużepp, Triq ilKunċizzjoni u wara jakkompanja t-Translazzjoni Solenni minn ħdejn il-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arċipretali. 7.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp immexxija mill-W.R. Mons. Alfred Xuereb, l-ewwel Segretarju u Segretarju Personali tal-Q.T. Papa Franġisku, mill-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arcipretali li fiha tieħu sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala flimkien ma’ Fratellanzi oħra. Waqt id-dħul Solenni tat-Translazzjoni filKnisja Arċipretali jindaqq l-Innu u l-Antifona. Konċelebrazzjoni Solenni, Antifona u Barka Sagramentali. Isir il-bews tar-Relikwija.

9.00pm Marċ li jitlaq minn ħdejn il-Kunvent tas-Sorijiet u wara Programm Mużikali fil-Pjazza mtella’ mill-Banda Ċittadina La Stella tal-Belt Vittorja. 9.30pm Marċ trijonfali u popolari ta’ lejliet il-festa mill-Banda Victory tax-Xagħra li tibda minn Triq l-Imġarr u mill-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem li tibda minn Triq il-Belveder fejn imbagħad jiltaqgħu flimkien fi Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg u jimxu tul Triq 28 taApril 1688 fost il-briju u jispiċċaw fil-Pjazza Ewlenija. 12.00am Logħob tan-nar tal-art fil-pjazza.

Il-ĦADD 4 tA’ AWWISSU: JUM IS-SolENNItÀ tA’ SAN ĠUŻEPP

Quddies fil‑5.30am, fis‑6.30am, fit‑8.00am, fid‑ 9.00am, fil‑11.00am u fil‑5.00pm. 9.00am Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti. 11.00am Quddiesa mmexxija mill-W.R. Dun Charles Buttigieg. 11.30am Marċ popolari u brijuż mill-Banda San Ġużepp tal-Kalkara li jibda minn Triq l-Imġarr, Triq 28 t’April 1688 u jintemm għall-ħabta tas-2.30pm fil-pjazza ewlenija. 5.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Emeritu Mons. Anton Sultana. 6.30pm Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri. 6.30pm Marċ mill-Banda Mnarja tan-Nadur li jibda minn Pjazza Repubblika, Triq il-Qala, Triq San Ġużepp u jispiċċa fil-Pjazza Ewlenija. 7.00pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jitlaq minn Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg, Triq 28 t’April 1688 u jintemm fi Pjazza San Ġużepp. 7.30pm Ħruġ Solenni tal-istatwa devota ta’ San Ġużepp u Purċissjoni mmexxija mill-W.R. Mons. Giovanni Bosco Cremona tal-Kapitlu tal-Katidral, flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala u Fratellanzi oħra. IlBanda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci tilqa’ u ssellem lil San Ġużepp bl-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’ u bl-Innu l-Kbir A San Giuseppe ta’ Mro. Indri Borg bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, l-istess Banda takkompanja l-Purċissjoni Solenni biddaqq ta’ innijiet reliġjużi. Waqt il-Purċissjoni jiġi reċitat talb wara l-istatwa sakemm din tasal f’tarf Triq il-Wardija. 8.15pm Il-Banda Mnarja tan-Nadur ittella’ Programm Mużikali fil-Pjazza. 9.15pm Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat iddoqq diversi innijiet fil-Pjazza.

71


Leħen il-Qala - Festa 2013 10.00pm Dħul Solenni tal-istatwa Titulari ta’ San Ġużepp akkompanjat minn spettaklu kbir ta’ logħob tan-nar u mill-kant tal-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun talQala’. 10.30pm Fil-knisja, tindaqq l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. 10.45pm Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat tesegwixxi programm mużikali ta’ marċi popolari fil-pjazza ewlenija bħala Marċ talAħħar.

Il-ĦAMIS 8 tA’ AWWISSU: GĦElUQ It-42 ANNIVErSArJU MIll-INKUrUNAZZJoNI tAl-KWADrU tItUlArI tA’ SAN ĠUŻEPP JUM TA’ RADD IL-ĦAJR

7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr bil-kant tat-Te Deum, immexxija mill-W.R. Gabriel Gauci saċerdot novell. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara jsir iddħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fin-niċċa. 8.00pm Get‑Together fiċ-Ċentru Parrokkjali għal dawk kollha li taw sehemhom biex seta’ jkollna festa mill-isbaħ ad Unur il-Kbir Patrijarka San Ġużepp.

Infakkru li din hija festa reliġjuża u għalhekk jintlaħaq l‑iskop veru tagħha meta wieħed jersaq lejn Alla permezz tas‑sagramenti. QUDDIES U QrAr FIl-KNISJA ArĊIPrEtAlI: Il-Quddies f’Jum il-Festa jkun hekk: (Filgħodu): 5.30, 6.30, 8.00, 9.00, 11.00 (Filgħaxija): 5.00

Il-Qrar matul il-Festa jkun hekk (konfessuri barranin): Il-Ħamis 1 ta’ Awwissu mill-4.00pm sas-7.00pm Il-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu mill-4.00pm sas-7.00pm Is-Sibt 3 ta’ Awwissu mill-5.00pm sas-6.00pm u mid-9.00pm sal-10.30pm Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu mit-7.45am sad-8.45am Is‑Saċerdoti tal‑Parroċċa jkunu disponibbli għall‑qrar fil‑ħinijiet tas‑soltu.

MUŻIKA SAGrA FIl-KNISJA ArĊIPrEtAlI :

72

• Il-mużika fil-knisja, fil-jiem tan-Novena Mqaddsa tkun tal-Kor Parrokkjali San Ġużepp li huwa taħt id-direzzjoni tal-Organista s-Sur Mario Portelli u tal-Kor Magnificat li huwa taħt id-direzzjoni tal-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit. • Il-mużika bl-orkestra u l-kor fil-knisja, kemm fil-jiem tatTridu u kemm lejliet u nhar il-festa tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Frankie Debono.

NAr U IllUMINAZZJoNI FIl-FEStA :

• In-nar ta’ matul il-festa huwa maħdum minn: Lourdes Fireworks Factory tal-Qrendi; St Mary Fireworks Factory tal-Qrendi; St Nicholas Fireworks Factory tas-Siġġiewi; Tal-Virtù Fireworks Factory talGħarb; St Joseph Fireworks Factory ta’ Ħal Għaxaq; St Leonard Fireworks Factory ta’ Ħal Kirkop. Nitolbu li fil-ġranet tal-festa u fil-jiem ta’ wara, ma jersaq ħadd lejn l-għelieqi tan-nar jekk mhux awtorizzat. • L-illuminazzjoni kemm tal-knisja u kemm tat-toroq ssir mis-Sur Joe Cutajar.

trASMISSJoNIJIEt tAl-FEStA FUQ Ir-rADJU U l-WEBSAJt :

• Radju Leħen il‑Qala ser ixandar fuq 106.3FM Stereo, bi skeda sħiħa mis-6 ta’ Lulju sal-4 ta’ Awwissu 2013 il-funzjonijiet liturġiċi u l-attivitajiet esterni kollha marbuta mal-festa flimkien ma’ programmi varji mill-istudjows fi Triq San Franġisk b’servizz partikolari għall-anzjani u l-morda. • Il-funzjonijiet kollha tal-festa jistgħu jiġu segwiti fuq il-websajt www.radjulehenil‑qala.com fejn mhux biss jinstemgħu imma jintwerew ukoll permezz tal-kameras kemm fil-pjazza kif ukoll fil-knisja. B’mod immedjat u estensiv wara kull ċelebrazzjoni kemm interna u kemm esterna ser jiġi offrut servizz ta’ ritratti fuq l-istess websajt. Dan kollu għallbenefiċċju ta’ ħutna l-emigranti.

oPrI ĠoDDA U ĦIDMIEt VArJI FIl-PArroĊĊA

• Karlotta tal-Papa Franġisku li qaddes biha nhar il-31 ta’ Mejju 2013 (fid-29 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċedotali tal-Arċipriet) • Restawr mid-Ditta Laga tat-42 ex-voto tal-fidda lisSantwarju tal-Kunċizzjoni • Live‑Streaming fil-Knisja Arċipretali • Live‑Streaming fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni • Restawr u Induratura bid-deheb tar-Ruġġiera talurna tas-Sepulkru • Tkompli ja tal-Armar, Pavaljuni, Bandalori u talPedestall tal-Pjazza. • Niċċa ġdida għall-istatwa tar-Rendentur • Fjoretti tal-Ganutell għall-Artal tar-Rużarju • Lasti għall-Vara tal-Monument • Restawr Estensiv tal-Kappella taċ-Ċimiterju • Restawr tal-Kappella tal-Blat • Restawr tal-Arloġġi tal-Knisja u tas-Santwarju • Żebgħa tal-bibien kollha tal-Knisja • Restawr fis-sagristija tal-Knisja • Xogħolijiet fiċ-Ċentru Parrokkjali • Regolarizzazzjoni tal-Fire Extinguishers tal-Knisja Apparti l-ħafna xogħol volontarju, l-ispejjeż inġabru kollha mill-komunità Parrokkjali li f’sena tat ukoll €25,272 f’karità.


Leħen il-Qala - Festa 2013

l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta minn: Mario Fenech Ftit taż-żmien biss wara li kienet twaqqfet ilKonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu fil-knisja tal-Patrijiet Karmelitani tal-Belt Valletta, twaqqfet ukoll il-Konfraternità ta’ San Ġużepp.

L-istatwa ta’ San Ġużepp li qiegħda tintuża għallfesta li ssir kull sena f’din il-Bażilika llum hija waħda ta’ livell artistiku kbir. Ġiet skulturata fl-injam minn Mastru Nazju Portelli u saret fis-sena 1694.

Id-Digriet tat-twaqqif ta’ din il-Fratellanza ta’ San Ġużepp ħareġ nhar id-9 ta’ Jannar tas-sena 1632 u kien jgħid li din il-Fratellanza ġiet annessa ma’ dik tal-Patrijarka San Ġużepp ta’ Ruma.

Matul is-sena din l-istatwa ta’ San Ġużepp tinżamm f’niċċa ħdejn il-bieb il-kbir tal-Bażilika biswit in-niċċa tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu.

Għall-ewwel snin tat-twaqqif ta’ din ilFratellanza, il-Fratelli kienu jiltaqgħu f’parti millKunvent tal-Patrijiet Karmelitani li kien għaddilhom il-Pirjol Patri Benedetto Pace fl-20 ta’ Lulju 1865. Aktar tard din il-parti tal-Kunvent ġiet mibdula flOratorju ta’ din il-Fratellanza. L-ewwel statwa ta’ San Ġużepp li kellha din ilFratellanza tlestiet nhar il-15 ta’ Frar 1669 u kienet tintuża mill-Fratellanza għall-festa ta’ dan il-qaddis li minn dejjem kienet issir b’sollennità kbira.

Il-ħidma ta’ din il-Fratellanza kienet li permezz tal-Fratelli jinxtered il-Kult Ġużeppin u fil-fatt matul is-snin kienu bosta dawk il-membri ta’ familji millBelt midħla ta’ din il-knisja li kienu jipprofissaw fiha. Nhar is-16 ta’ Marzu 1793 il-Fratelli kienu għamlu talba lill-Pirjol ta’ dak iż-żmien, Patri Albert Camilleri biex fl-istess Purċissjoni li ssir bl-istatwa ta’ San Ġużepp tibda toħroġ ukoll l-istatwa devota tal-Madonna tal-Karmnu. Din it-talba ġiet milqugħa mill-Komunità tal-Patrijiet u ż-żewġ statwi bdew jinħarġu fil-Purċissjoni.

73


Leħen il-Qala - Festa 2013 Benefatturi oħrajn ta’ din il-Fratellanza kienu fost l-oħrajn żewġ Kavallieri mill-Ordni ta’ San Ġwann, Fra Claudio Gaspare u Fra Bonifacio Pugett Chiastuel. Fis-sena 1805 wara talba oħra li għamlu l-Fratelli, l-Altar ġie pprivileġġat kif kienet tgħid l-istess skrizzjoni fuq plakka tal-irħam li tpoġġiet mal-ħajt tal-istess Altar. Fl-istess sena l-Ġeneral tal-Ordni Karmelitan ħareġ Digriet biex din il-Fratellanza tiġi marbuta mal-Ordni. Meta l-Patrijiet Karmelitani ġew biex jirranġaw il-Kunvent tagħhom fis-sena 1841, il-Pirjol Patri Pier Tumas Galea talab lill-Fratelli biex joħorġu millOratorju li kienu għadhom jużaw sa dak iż-żmien. Wara diskussjonijiet fit-tul il-Fratelli ġew mogħtija post ieħor proviżorju sakemm sar ixxogħol fil-kunvent, u wara li tlesta kollox ġew mogħtija parti minn kuridur tal-Kunvent li jagħti għal Triq it-Teatru biswit il-knisja. Dan il-kuritur ġie mibdul f’Oratorju mill-isbaħ li għadha tuża l-Fratellanza ta’ San Ġużepp sal-lum. L-Oratorju ġie mbierek mill-Pirjol Patri Pier Tumas Galea nhar il-11 ta’ Marzu 1855, ftit jiem biss qabel saret il-festa sollenni ta’ San Ġużepp nhar id-19 ta’ Marzu. Irid jingħad li dak iż-żmien meta kienet issir il-Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju mill-Knejjes tal-Patrijiet Dumnikani fosthom dik mill-Knisja ta’ Porto Salvo fil-Belt, kienet tinħareġ ukoll l-Istatwa ta’ San Duminku. Il-Fratellanza maż-żmien kompliet tkabbar ilħidma tagħha biex tkompli tinxtered id-Devozzjoni lejn San Ġużepp. L-Altar li kellha l-Fratellanza filknisja l-qadima ġie mżejjen bl-isbaħ opri li setgħu jsiru dak iż-żmien. Kienu ħallsu għall-bini ta’ din ilKappella l-membri tal-Familja Pollardi.

74

Meta tlesta l-bini tal-knisja l-ġdida tpoġġa fiha mill-ġdid l-Altar ta’ San Ġużepp bl-istess Kwadru li kien hemm fil-knisja l-qadima. F’dan il-Kwadru li fih tidher il-Mewt Qaddisa ta’ San Ġużepp kien sar mill-Artist Gregorio Maltzeff fis-sena 1933. Il-Fratellanza ta’ San Ġużepp f’din il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta għadha taqdi l-obbligazzjonijiet tagħha sal-lum, fejn kull sena torganizza b’Sollennità l-Festa tal-Purċissjoni bl-Istatwa ta’ San Ġużepp. ■ IL-FESTA T-TAJBA LIL KULĦADD!


Leħen il-Qala - Festa 2013

Gozo International Celebration

Easter 2013 Edition minn: Victor Grech

The background was austere and sombre. Behind the naked altar stood a dominating Christ on the Cross for all to observe and reflect on, recalling the cruxifiction on the Golgotha. The silence at the beginning was awesome. Then the angelic voice of a child, Karol Grima, filtered through the silence bringing with it a ray of hope, a sign of spiritual optimism which was to dominate the 22nd edition of the Gozo International Celebration, the 8th Easter GIC edition. Jesus was on the cross in intense pain and engulfing humiliation nearing a most ignoble death to pay for our sins and ransom our souls but Resurrection, victory over death, and triumph over evil was on the threshold. The soft tender voices of the Magnificat Choir led by the relatively experienced Patricia Buttigieg, now firmly and deservedly established as one of the GIC sopranos of quality joined in to accentuate the touch of the supernatural and arouse a spirit which was maintained throughout the celebration. Unless we become like these innocent children we will not be saved. The solemn aura was continuously injected with messages, songs and music conveying spiritual optimism inbuing the congregation with the belief that Christ’s suffering led to glory and that Christ was extending this invitation to all of us. The Qala Archpriest Can. Dr. Joe Zammit the mastermind of the GIC, delivered a spiritually optimistic message built about the theme ‘Thy will be done’ explaining that prayer gives us inner strength and hope. Trust in God will help us understand that suffering on earth is a bridge to God through Christ and that would help see suffering in a purposeful light. We must also develop trust among us and help each other bear our burdens and meet difficult challenges.

The GIC has become familiar with the ex-Gaudos Duo, David Lang and Emese Toth. These two brilliant violinists, residents in Qala, have joined forces with two other musicians to form the Cordia quartet which aims to establish upon the audience the ambiance of concordance in harmony and the idea of a whole harmony deriving from four different instruments. Cordia gave superb interpretations of Jean-Marie Leclair’s ‘The Second Recreation of Music’, Bach’s ‘2nd movement from Double Concerto in D minor’, and La Follia and Trio Sonata in G minor Op.1 No.10 of Corelli. Cordia also accompanied Soprano Ruth Sammut Casingena deliver Handel’s ‘Ombria mai fu’ and ‘Lascia che io pianga’, Bach’s ‘Jesus, Joy of Man’s Desiring’, Beathoven’s ‘All nature sings God’s praises’, and Webster’s ‘I’ll walk with God’. Two young pianists Matthew Tabone and Frankie Jon Magro played ‘You raise me up’ of Josh Groban and ‘Improvisation’ respectively. Both pianists will certainly reach higher in playing the pianos as they have a tremendous potential to exploit. The GIC came to an end with local artist Valerie Cassar Mejlak presenting the artistic painting she created during the GIC, Matthew Tabone playing ‘Right here waiting’ (Richard Marx) on the piano and Ruth Sammut Casingena beautifully showing her talent and professionalism singing ‘I’ll walk with God’. The local and foreign audience thoroughly enjoyed the musico – religious celebration and wrote very encouraging comments at the end giving GIC committee the boost to carry on with this ecumenical event for all foreign nationals residing and visiting Gozo, the aim of which being the promotion of Gozo’s diversity of cultures and heritage and the drawing together of various peoples.■

75


Le침en il-Qala - Festa 2013

76


Leħen il-Qala - Festa 2013

“thy will be done” By the Hon. Dr. Franco Mercieca M.P.

PArlIAMENtAry SECrEtAry For rIGHtS oF PErSoNS WItH DISABIlIty AND ACtIVE AGEING

It was not easy for our Lord to utter these words around which our GIC is centred. His human nature recoiled from the sufferings and cruel death he was to experience in the next twenty four hours. He was only thirty three and no one wants to die at that age. But all the same he prayed aloud: Thy will be done. It was not a sentiment of helpless submission as if he was in a hopeless state of no return. It was not a statement of admission of complete defeat. Neither was it a complaint of frustration as if he was seeing his dream crushed into oblivion. It was a confirmation of complete trust in his Father despite all the terrible events which were due to happen. That is why it was so difficult for our Lord to utter the prayer Thy will be done. And this brings us to another moment in our Lord’s last hours when despite his accepting his Father’s will, he complained in a loud voice for all to hear: My God, my God why have you forsaken me? It is easy to say thy will be done when everything is going our way. When we are enjoying excellent health and vigour. When the wind is blowing in our favour. When things are turning up as we wanted them to happen. But it would not be that easy to pray this sublime prayer when the future is looking very bleak. When we have to battle our way upstream against a persistent current. When tragedy and sickness overtake some member of our family. It is not easy to understand God’s will. It seems so illogical if not downright unjust because it is causing tension, sufferings, fear and death. But we can only see the present. God, our loving Father is seeing the future and he knows better than us what is best for his children. If we are to travel stony paths our loving Father would provide us with strong shoes. So easy to say it but so difficult to accept it and to live it.

The bible tries to help us in this acceptance by reminding us that God’s way is not your way and God’s thoughts are not man’s thoughts. Ann Johnson Fint has a very nice poem portraying this truth: God hath not promised Skies always blue Flower strewn pathways All our lives through. God hath not promised Sun without rain Joy without sorrow Peace without pain. But God hath promised Strength for the day Rest for the labour Light for the way. It is not easy for any mother to explain to her one year old son that he has to drink some bitter medicine because only through drinking it he would regain his strength. It is not easy for us to swallow God’s bitter medicine. All along we keep on struggling to understand God’s will and there are moments in our lives when we tend to be very angry with God. At these difficult and trying times let us turn to prayer as Jesus himself did in the Garden of Gethsemane. Let us allow prayer to connect us to a Power much greater than ourselves. Let us keep on repeating the sublime prayer: Dear God give me the strength to change what I can change and the courage to accept what cannot be changed. It so happens that sometimes the very hard experiences which we have to endure turn to be so beneficial to us in future years. One commentator on the life of Helen Keller –the girl who was blind and deaf

77


Leħen il-Qala - Festa 2013 – shows this truth. Her world-wide success was not achieved despite her physical shortcomings but rather because of them. When Grandma Moses - as she was cordially called was struck with arthritis at the rather early age of sixty, she could not do any more needlework proceeds from which were passed on to the poor families of Harlem. At that particular point in time, people complained to God because He should have known better. Who would now provide for the Harlem children? But Grandma Moses took up painting instead of needlework because she could hold a small paintbrush much easier than a needle. Something which she never did before. And she excelled in this field and her paintings fetched thousands of dollars. Much more than all the embroidery she had done for decades. The Good Lord knew all along that Grandma Moses had this talent and his actions led her to a very satisfying aspiration. She continued to paint even beyond her 100th birthday. However we must at this stage define God’s will. Because some of our difficult moments are of our own making and God’s will is not responsible. If a gambler goes to a casino and losses a fortune that is not God’s will but man’s folly. If a man picks up a fight against his neighbour and finishes behind bars that is not God’s will but lack of control. If a car driver consumes too much alcohol and finishes up in hospital with a dire prospect of becoming a cripple for life that is not God’s will but man’s feeling of being so sure of himself. If a terrorist decides to explode himself in a market place leaving a scene of blood, death and tears that is not God’s will but religious fanaticism. It is not God’s will that rich nations waste billions of dollars on research for new sophisticated armaments when thousands of children are dying of famine in Africa. It is rather man’s inhumanity to man and not God’s will. But being free, man can cause trouble and sufferings to those around him through his sinful and evil actions. And through the upside down option of values. We have very little room to manoeuvre with regards to God’s will. It is either accepting it and having full trust in our loving heavenly Father. Or else grumble and complain but having all the same time to live through our misfortunes, sufferings and hurting. Even non religious psychiatrists agree that the first option is much more beneficial for the regaining of inner strength and overall well-being. According to these learned gentlemen, the second option tends to lead to despair and hopelessness. Allow me please to share with you a short anecdote narrated by a very popular American public speaker… Fr John Power. He writes:

78

I used to carry my dear little mother up and down the stairs of our home in Chicago. Mother had the habit of hanging on to the banister which prevented us from moving. When I complained she would look at me and

say: I’m afraid you will drop me. One day it occurred to me that this was ironically symbolic of my own surrender to God’s will. I was holding on tightly to some vaguely known banister for fear that God might somehow drop me. So let us pray to our loving heavenly father to give us the faith and strength to be able to say: Thy will be done. Let us always have the saying – God willing - when we are formatting our future plans knowing for sure that without his help all our dreams could very well be dashed. Let us all surrender ourselves to a very caring and loving Father. Let us all rest assured that He is always near us helping us along the way leading to eternal joy and unending happiness. ■


Leħen il-Qala - Festa 2013

l-Imtieħen tar-riħ f’Għawdex Minn: Dr. Mario Saliba M.D.

F’Għawdex l-imtieħen tar-riħ kienu komuni sa minn żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Waħda minn dawn l-imtieħen hija l-mitħna Ta’ Kola li tinsab qrib it-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra. Din inbniet fl-1725 u hija waħda minn dawk li nbnew mill-Fondazzjoni Manoel fi żmien il-Gran Mastru Manoel De Vilhena. Dak iż-żmien l-Ordni ta’ San Ġwann kienet tiffinanzja l-bini ta’ dawn l-imtieħen u mbagħad tikrihom lil taħħana individwali. It-taħħan kien ikun bniedem tas-sengħa li minbarra li jħaddem u jieħu ħsieb il-mitħna, kien jagħmel ukoll xogħlijiet oħra sekondarji. Il-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra:

Meta l-kundizzjonijiet tar-riħ kienu jkunu tajbin ittaħħan kien idoqq il-bronja bħala sinjal biex in-nies jieħdu l-qamħ biex jiġi proċessat fil-mitħna. Sa minn kmieni fis-seklu 20 il-mitħna kienet titħaddem millfamilja Grech li l-aħħar membru tagħha kien Nikola (Kola) minn fejn il-mitħna ħadet isimha. Meta miet Kola l-mitħna għaddiet f’idejn ibnu Ġużeppi li għex fiha sakemm miet fis-27 ta’ Frar 1987. Ġuzeppi kien bniedem tas-sengħa u kreattiv u dan nistgħu narawh mill-għadd kbir ta’ għodod, ħafna minnhom magħmula minnu stess, li llum huma esebiti fis-sular t’isfel talmitħna. Huwa mertu ta’ Ġuzeppi li llum għadna nistgħu ngawdu wieħed mill-ftit eżempji ta’ wirt industrijali tas-seklu tmintax. Bħall-imtieħen kollha tar-riħ li nsibu fil-gżira tagħna, din il-mitħna serviet sabiex titħan ilqamħ ħalli minnu jsir id-dqiq għall-ħobż Malti. Sa ftit snin ilu kienet għadha fi stat tajjeb u f’kundizzjoni li tiffunzjona. Wara l-mewt ta’ Ġużeppi l-post fejn tinsab il-mitħna ġie restawrat u mibdul f’mużew tal-folklor. Ilproġett kien inawgurat nhar is-6 ta’ Settembru, 1992. Fil-mitħna nsibu fis-sular ta’ isfel il-ħanut ta’ ħaddied, kamra oħra fejn hemm esibit mudell tal-mitħna mdaqqas u ċentru ta’ interpretazzjoni fejn hemm spjegat il-proċess kollu tat-tħin bl-istampi u r-ritratti.

Permezz ta’ gorigor titla’ għal fuq fejn issib kamra tal-irqad kbira, tgħaddi għal ġo kċina u hemm żewġ kmamar oħra iżgħar. F’waħda minn dawn illum hemm apparat antik għall-ħdim tan-newl. l-istruttura u l-mekkaniżmu tal-imtieħen: Ħafna mill-imtieħen, li nbnew madwar iż-żmien tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, kienu jitħaddmu bitteknoloġija li kienet tintuża qabel f’Rodi (is-sede preċedenti tal-Ordni). L-istruttura tipika tal-imtieħen tar-riħ tinkludi ċilindru vertikali tal-ġebel fejn kien ikun hemm ix-xaft u l-partijiet mekkaniċi tal-mitħna. Iċċilindru jkun imdawwar b’bini kwadru jew rettangolari, tipikament b’żewġ sulari. Is-sular ta’ fuq kien jintuża għall-abitazzjoni tal-familja tat-taħħan u isfel kien jintuża biex jinħażnu l-ixkejjer tal-qamħ u jsir il-proċess biex tingħażel in-nuħħala mis-smida u l-granza middqiq. Il-granza hija l-qoxra rqiqa tal-qamħ mitħun. Din kienet tingħata bħala għalf lill-flieles. Il-mitħna tar-riħ hija biċċa mekkaniżmu li taħdem fuq prinċipji tal-fiżika li tgħallimnihom meta konna l-iskola. Fiha ħafna partijiet li jiddependu minn xulxin u bażikament parti ddawwar lill-oħra bil-qawwa tarriħ li jdawwar l-antenni tal-mitħna. Dawn il-partijiet għandhom ismijiet li ftit semgħu bihom għajr min huwa midħla ta’ dan ix-xogħol li huma ftit ukoll. B’mod ġenerali u sempliċi nistgħu ngħidu li r-riħ kien idawwar l-antenni permezz tal-qlugħ u bid-dawrien tal-antenni kien idur l-arblu. L-arblu kien idawwar id-dawwara, li kienet injama tonda n-naħa t’isfel talarblu. Id-dawwara kienet iddawwar parti oħra talmakkinarju li tissejjaħ il-laqqata u din kienet isseffed. Is-seffud kien il-pern jew il-fus tal-ħadid li fuqu ddur il-ħaġra tal-mitħna. Il-qamħ imbagħad kien jintaħen billi jkun mgħaffeġ bejn il-ħaġriet kbar tal-mitħna li kienu jduru waħda fuq l-oħra. Mill-proċess tat-tħin tal-qamħ kienu joħorġu tliet oġġetti: dqiq, smida u nuħħala. Dawn kienu jintgħażlu minn xulxin permezz ta’ għarbiela b’toqob ta’ daqs differenti. L-ewwel li tintgħażel kienet in-nuħħala. Wara d-dqiq u s-smida kienu jintgħażlu minn xulxin permezz ta’ għarbiel iżjed fin li kien jissejjaħ duleb. It-tgħam huwa dak il-qamħ jew xgħir mhux mitħun. Kienu jitħnu wkoll qamħirrun, ful u ċiċri skont il-bżonn. Strument li hu sinonimu mattħin huwa l-bronja. Din għandha għamla ta’ bebbuxu tal-baħar b’toqba fit-tarf minn fejn it-taħħan kien idoqq. Meta t-taħna tkun lesta t-taħħan kien jitla’ f’waħda mit-twieqi li hemm fil-quċċata tat-tromba, iressaq il-bronja ma’ xufftejh u jonfoħ kemm jiflaħ u hekk idoqq il-bronja. Dan kien jagħmlu biex in-nies

79


Leħen il-Qala - Festa 2013 ikunu jafu li x-xogħol tat-tħin huwa lest u għalhekk setgħu jmorru jiġbru d-dqiq. Iżda l-prattika ta’ kuljum kien jiddeċidiha r-riħ. Fi żmien il-gwerra mhux suppost li kienu jitħnu billejl imma meta kien ikun ir-riħ matul il-lejl, kien joqgħod xi ħadd għassa għal xi pulizija, u kienu jitħnu xorta! Wara kollox in-nies kienu bil-ġuħ u kienu jagħmlu minn kollox biex ikollhom ftit ħobż. B’xorti ħażina madwar sitt snin ilu r-riħ qawwi kien għamel ħsarat fuq l-antenni tal-mitħna. Minkejja diversi appelli mill-Kunsill tal-Lokal tax-Xaghra biex isiru dawn ix-xogħlijiet ta’ restawr u tiswijiet, biex hekk dan il-wirt storiku importanti fix-Xagħra jista’ jibqa’ jitgawda, kollox baqa’ l-istess. Il-mitħna għadha mingħajr l-antenni u hemm l-iscaffolding tal-metall quddiem it-tromba tagħha. Kien intqal ukoll li se jitpoġġa makkinarju ġdid biex din il-mitħna terġa’ tibda taħdem parti minnha bħal fl-antik. Wieħed jassumi li xi xogħol qed isir fuq din il-mitħna iżda milli jidher għaddej bil-mod wisq. Din il-mitħna hija l-unika waħda, f’Għawdex, li kienet għadha taħdem u jżuruha numru kbir ta’ turisti u studenti. Illum il-ġurnata r-responsabbiltà tagħha taqa’ f’idejn Heritage Malta. Din il-mitħna hija l-unika waħda ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. L-oħrajn x’aktarx inbnew wara fi żmien l-Ingliżi. Għalhekk din il-mitħna għandha importanza speċjali u tagħmel parti mill-patrimonju storiku Għawdxi.

80

ta’ Sannat u tax-Xewkija: F’Ta’ Sannat u x-Xewikija kien hemm ukoll żewġ imtieħen tar-riħ, waħda f’kull raħal. Dawn mhumiex ta’ żmien il-Kavallieri. Dik tax-Xewkija hija propjetà privata u tinsab mitluqa u tagħti dehra kerha lill-post fejn tinsab. Dik Ta’ Sannat ħadmet għal ftit ta’ snin biss għattħin tal-qamħ għax wara għamlet numru ta’ snin bħala karkara tal-ġir. Ta’ min jgħid li madwar is-sena 1920 l-apparat tat-tħin ġie żmuntat minn fuq din il-mitħna u ttieħed fil-mitħna ta’ Randu fil-Qala peress li dan Randu Camilleri, Żejtuni li kien ġie bil-familja Għawdex u kien joqgħod f’Sannat, kien jieħu ħsieb il-mekkaniżmu ta’ dawn l-imtieħen u kien xtara wkoll il-mitħna tal-Qala

li għadha ġġib ismu. Il-mitħna Ta’ Sannat bdiet tintuża bħala kalkara tal-ġir. Dan minħabba l-fatt li fl-inħawi kont issib diversi barrieri tal-ġebel u l-ġir kien jintuża ħafna għall-industrija tal-bini. Ftit iktar minn disgħin sena ilu, il-mitħna Ta’ Sannat kienet ittieħdet bħala ċens mingħand il-gvern, issa reġgħet waqgħet f’idejn ilgvern, saret devoluzzjoni tagħha u allura spiċċat f’idejh il-Kunsill Lokali Ta’ Sannat. Il-kunsill kien talab għal fondi biex isir r-restawr neċessarju fuq dan il-bini storiku. Ilum huwa bini preservat tajjeb. Imtieħen oħra: Imtieħen oħra li kellna f’Għawdex kollha spiċċaw peress li dawn kienu għand il-privat u ħadd ma’ kellu interess li jippreservahom għax l-ispejjeż huma kbar. Dawn jew spiċċaw totalment abbundunati jew inkella qed jintużaw bħala post ta’ residenza. Xi wħud minn dawn għadhom propjetà tal-istat u huma mogħtija b’ċens. Fost tal-aħħar insibu diversi imxerrdin ma’ Għawdex fosthom hemm waħda fin-Nadur tal-familja Ta’ Sufa. Din il-mitħna ilha ħafna li waqfet taħdem tant li membru tal-familja Camilleri, Ta’ Sufa, li llum għandha 77 sena, ma tiftakarhiex taħdem. Taf biss li n-nannu tagħha Ċensu Camilleri u ħuh u anke missierha Ġużeppi kollha kienu jitħnu meta kienet taħdem apparti li kienu jaħdmu fir-raba’ wkoll. Din il-mitħna hija propjetà talistat. Mitħna oħra li m’għadhiex taħdem u li tintuża


Leħen il-Qala - Festa 2013 bħala farmhouse għat-turisti hija dik fit-triq ta’ Pinu. Fost l-oħrajn, insemmu ż-żewġ imtieħen fil-Qala. Waħda hija tal-familja Ta’ Sufa wkoll u l-oħra tal-familja Ta’ Randu. Il-mitħna ta’ Sufa tinsab bejn in-Nadur u l-Qala fin-naħat Ta’ Grunju, u ilha żmien li spiċċat mit-tħin. Illum huwa bini antik abbandunat u mitluq għal kollox u ma’ baqa’ xejn mill-makkinarju tagħha. Baqa’ biss il-kmamar ta’ isfel u t-tromba. Is-saqaf tat-tromba li kien jissejjaħ ilparjol ukoll spiċċa. Dan kien bħal saqaf forma ta’ lembut, biex jipproteġi l-makkenarju ta’ ġewwa mill-ilma tax-xita u r-riħ. Fil-quċċata tal-parjol kien ikun hemm pinnur biex jimmarka r-riħ. Aktarx li dawn l-imtieħen waqfu jaħdmu madwar is-sena 1930 meta bdew deħlin il-magni tattħin minn barra. F’Għawdex kellna waħda kbira fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat fejn illum hemm il-kumpless Arkadia. Din kien jisimha “Pax Flour Mills” u kienet talfamilja Galea (Tal-Erbgħa). Il-Mitħna ta’ randu fil-Qala: Ferdinand (Randu) Camilleri xtara l-mitħna talQala mingħand ċertu wieħed Grech ta’ Ħawwiefa. Kien hemm bżonn li tittieħed parti mill-mitħna ta’ Sannat għal dik tal-Qala. Ta’ min jinnota li dak iż-żmien ma kienx hawn mezzi ta’ transport bħal trakkijiet u vannijiet. Għalhekk biex iġorru l-ġebla l-kbira tat-tħin, din kienet ittieħdet miġbuda minn bagħal u mrambla mat-triq kollha bil-għajnuna ta’ ħafna nies. Biex tellgħuha fil-parti ta’ fuq tal-mitħna, intużaw il-paranki. Wara Randu, kompla dan ix-xogħol it-tifel tiegħu Feliċ Camilleri. Il-familja Camilleri kienu jgħixu ġol-mitħna stess. Bħalma kienet id-drawwa ta’ dak iż-żmien, flistess bini kienu jrabbu anke xi annimali. Fi żmien il-gwerra ħafna mit-tħin kien isir billejl minħabba l-attakki mill-ajru. Ħafna nies kienu joqogħdu fid-dlam jistennew biex jitħnu l-qamħ ħalli l-għada filgħodu jkunu jistgħu jaħmu l-ħobż. Ġorġ Muscat, in-neputi ta’ Feliċ minn mindu kien żgħir kien imdorri dejjem magħhom. Għalhekk wara Feliċ, Ġorġ kompla dan ix-xogħol sas-sena 1977. Fis-sena 1988, l-aħwa Camilleri biegħu l-mitħna tar-riħ lil familja

Ġermaniża. F’dawn l-aħħar snin il-mitħna reġgħet bidlet l-idejn u jidher li xrawha xi Taljani. Il-mitħna ta’ Randu hija propjetà privata u minkejja li l-qlugħ ta’ din il-mitħna tkissru mir-riħ, is-sidien tagħha li huma barranin għamlu biċċa xogħol tajba u sewwew din il-mitħna u qed iżommuha fi stat eċċellenti tant li tintuża bħala residenza. Nies li joqogħdu fil-viċin qaluli li anke l-mekkinarju ta’ din il-mitħna għadu tajjeb. Meta tara l-barranin qed jibżgħu għall-patrimonju nazzjonali tagħna tistħi meta mbagħad tara ċertu telqa u ndifferenza għal dan il-wirt minna stess il-Maltin u Għawdxin. Dawn l-imtieħen huma ta’ importanza storika u kulturali għal pajjiżna. Huma xhieda ħajja tal-ħajja talimgħoddi. Barra dan huma jagħtu dehra karatteristika lill-ambjent ta’ pajjiżna. Huma importanti wkoll għaliex jagħmlu parti mill-kultura ta’ pajjiżna u jagħtu identità lil artna u jagħmluha differenti minn artijiet oħra. Huma xhieda tal-ħila tal-ħaddiem Malti u ħafna drabi juru kemm fl-imgħoddi l-ħajja kienet iebsa.

Fortunatament f’pajjiżna, kif rajna, għadna naraw xi trombi tal-imtieħen tar-riħ, iżda minn dawk kollha li kien hemm ftit għadhom jaħdmu. Min għandu ħaġa nieqsa u min oħra u dawn l-imtieħen kważi spiċċaw u jekk ma noqogħdux attenti għad jispiċċaw għal kollox. Heritage Malta qed tagħmel ħidma biex isalva dan il-patrimonju nazzjonali. Hemm bżonn ta’ kuxjenza u ħidma akbar biex dan il-wirt storiku u kulturali ma jintilifx. ■ Nota: L-awtur jirringrazzja lis-Sur Justin Debono għattagħrif dwar il-familja ta’ Randu Camilleri li tiġi millfamilja tiegħu. Id-disinn tal-mekkaniżmu tal-mitħna ttieħed mill-ktieb Tifkiriet tal‑Imgħoddi ta’ Charles B. Spiteri - PIN Pubblikazzjonijiet Indipendenza, 1995. Ħafna mit-tifsiriet tal-kliem antiki ttieħdu mill-Miklem Malti ta’ Erin Serracino-Inglott - Klabb Kotba Maltin, 1976. Ir-ritratti huma kollha oriġinali u huma kollha meħudin mill-awtur stess.

81


Leħen il-Qala - Festa 2013

Peter’s Butcher Shop Triq Piju Cellini, Nadur - Gozo 2785 5051 - 7905 5051 For top quality fresh meat cuts, marinated pork, beef & chicken for BBQs, a vast selection of superior meat products such as roast pork, beef, or chicken, kebabs, meatballs, bragioli, burgers and lots more...

Martin Hardware BarumBara Street, GħajnSielem 82

tel: 2155 3407 Mob: 9980 5975


Leħen il-Qala - Festa 2013

AQrA DIN!!!

San Ġużepp jidħol fit-talbiet Ewkaristiċi tal-Messal ruman radju tal-Vatikan – 19 ta’ Ġunju 2013 Ħaġa ġdida fil-Messal Ruman. Il-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti ordnat li fit-Talbiet Ewkaristiċi jissemma, wara l-Verġni Mbierka Marija, l-isem ta’ San Ġużepp, ir-Raġel tagħha. Servizz ta’ Roberta Gisotti. San Ġużepp ta’ Nazaret, “mqiegħed Kap tal-Familja tal-Mulej”, “mudell eżemplari ta’ umiltà ġeneruża”, għaraf jaqdi “il-missjoni li rċieva mill-grazzja fil-pjan tas-salvazzjoni”, xhud ta’ dawk il-virtujiet komuni, umani, sempliċi, meħtieġa sabiex il-bnedmin ikunu dixxipli onesti u veri ta’ Kristu”. Hekk jitkellem iddigriet tal-Kongregazzjoni tal-Vatikan, li jdaħħal fit-talbiet Ewkaristiċi l-isem ta’ dak il-Ġust li ħa “kura kollha mħabba tal-Omm ta’ Alla” u ddedika ruħu “b’impenn ferrieħi għall-edukazzjoni ta’ Ġesù Kristu, u sar l-għassies tat-teżori l-aktar prezzjużi ta’ Alla l-Missier”. “Meqjum bla waqfien matul is-sekli millpoplu ta’ Alla bħala għajnuna ta’ dak il-ġisem mistiku li hu l-Knisja”, l-insara dejjem fakkru b’qima dak “l-għarus kastissimu tal-Omm ta’ Alla u Patrun fis-sema tal-Knisja kollha”. Għalhekk il-Papa Giovanni XXIII, waqt il-Konċilju Vatikan II, diġà kien wera r-rieda tiegħu li “mal-Kanoni antikissimu Ruman jiżdied l-isem ta’ Ġużeppi”. U issa Papa Franġisku, bi tweġiba għal tant xewqat li waslu minn diversi postijiet, qiegħed jikkonferma dak li diġà kien aċċettat minn Benedittu XVI, sabiex “l-isem ta’ San Ġużepp, ir-Raġel tal-Imqaddsa Verġni Marija, minn issa ’l quddiem ikun miżjud mattalbiet Ewkaristiċi II, III, u IV tat-tielet edizzjoni tipika tal-Messal Ruman”. It-testi indikati fid-digriet bil-Latin ikunu maqluba għal-lingwi oċċidentali l-aktar mifruxa mill-istess Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti; waqt li fil-lingwi l-oħra jsiru millkonferenza Episkopali u jiġi kkonfermat mis-Sede Appostolika.■

83


Leħen il-Qala - Festa 2013

Email: carlo.jourdan@gmail.com Mob: 79647964 Facebook page: carlojourdan photography

84

Whether you are mother of the bride/groom or guest we want you to have the perfect dress for your special occasion. We also carry evening dresses and formal wear, shoes, bags and also hiring of hats. 2, St George’s Square, Victoria, Gozo, Malta ‑ Tel: 2155 1287 Left handside of St George’s Basilica


Leħen il-Qala - Festa 2013

AUSTRALIAN QALA ASSOCIATION L-ASSOĊJAZZJONI TAL-QALA FL-AWSTRALJA 48 Cowper Avenue, St Albans, Victoria 3021, Australia. Tel: 0061 (03) 93674268

Tagħrif mill‑Awstralja dwar ħutna l‑Qalin emigranti, minn MICHAEL BUTTIGIEG, President Australian Qala Association

Aħbarijiet minn Melbourne għall-Qalin tal-Qala Għeżież Qalin insellmilkom Huwa pjaċir tiegħi li nitkellem ftit magħkom permezz talkitba tiegħi u anke ta’ din ir-Rivista, tant popolari fostna l-Qalin Emigranti. Reġgħu għaddew erba’ xhur oħra millaħħar li kellimtkom. Hux kemm jgħaddi jiġri ż-żmien! F’ismi u f’isem sħabi tal-Kumitat tal-A.Q.A. nagħti l-isbaħ xewqat u awguri lir-Rivista ‘Leħen il-Qala’, fl-okkażjoni talerbgħin (40) sena ħajja fostna l-Qalin. Nawgura wkoll lil kull min kien inkarigat mill-pubblikazzjoni tagħha sa millbidu sal-lum. Awguri u xewqat sbieħ. Jalla nkomplu sejrin hekk għal dejjem għax verament hija Rivista interessanti, mimlija tagħrif kemm ta’ natura storika, soċjali u kulturali kif ukoll ta’ natura reliġjuża. Jiena hekk kif nirċeviha, dak il-ħin stess naqraha kollha. Awguri. Issa niġi biex nagħtikom ftit aħbarijiet li ġraw fil-Belt ta’ Melbourne. F’dawn l-aħħar erba’ xhur, issa wara li l-festi tal-Għid għaddew kollha, u anke ċċelebrajnihom kif kien jixraq, b’mod speċjali dawk il-funzjonijiet tant sbieħ tal-Knisja, kollox reġa’ lura għan-normal. Hawn in-nies ikunu bil-vaganzi tal-Għid u t-tfal ikollhom ukoll ħmistaxil ġurnata vaganza mill-iskola. Issa kulħadd mar lura fuq xogħlu u kollox irritorna għan-normal. Fil-25 t’April kellna festa oħra li hija l-ANZAK DAY, li hija wkoll ġurnata ta’ vaganza pubblika. Filgħodu kmieni n-nies jinġabru s-City biex minn hemm jimmarċjaw għax-‘shrine of Remembrance’, li qiegħda ġo Ġnien kbir ftit ’il bogħod mis-City. Hawn dawk li kienu suldati filGwerra, imorru liebsa bil-medalji u ‘Banners’ tagħhom. Però illum ftit fadal minnhom għax kollha mietu. Dawk li fadal ħajjin, li huma ftit, uħud minnhom ma jimxux jew ma joħorġux. Seħħew ħafna attivitajiet oħra fil-belt ta’ Melboune, bħal teatrini, kummiedji u shows oħrajn ta’ kull varjetà li wieħed ikun jixtieq li jara. Jew tasal wasla sal-belt ta’ Melbourne u tmur iżżur il-Casino, il-Casino mhux logħob biss hemm tafux! Hemm ħafna affarijiet sbieħ x’wieħed jara, speċjalment dik il-varjetà ta’ ikel minn kull Nazzjon u anke żfin minn tagħhom. Toqgħod hemm, ixxomm dik ir-riħa li taqsamlek qalbek b’dak

l-ikel kollu jew titpaxxa bis-sbuħija li teżisti ħdejn il‘Yarra River’. It-Tnejn 22 t’April 2013, il-popolazzjoni tal-Awstralja laħqet it-23 miljun ruħ, u jaħsbu li sassena 2050 (fejn ħafna minnha ma nkunux hawn), ilpopolazzjoni mistennija tilħaq il-50 miljun ruħ.

Aħna qegħdin fix-xitwa, fejn ikollna xi ftit tal-ksieħ mhux ħażin, però kultant l-istaġuni ma jkunux l-istess u x-xitwa ma tkunx kiefra wisq. Però xi darba n-natura turina snienha wkoll. Imma fid-dinja kollox irid ikun u bli jibgħatilna l-Mulej ikollna noqogħdu. Xi tgħidu intom issa li qegħdin fis-sajf u t-tfal bil-vaganzi waqt li l-ħaddiema qed igawdu n-nofstanhari u b’hekk jistrieħu xi ftit mix-xogħol ta’ kuljum tagħhom? Kulħadd jerħilha lejn Ħondoq ir-Rummien għal xi għawma u wara jkomplu b’xi BBQ f’dik il-ħemda ta’ filgħaxija. Ikun hemm min jieħu xi vaganza fl-Ewropa u naturalment ikun hemm ukoll il-festi li tant inħobb

85


Leħen il-Qala - Festa 2013 ser nerġgħu nkunu fostkom flimkien mal-familja tiegħi kollha, biex aħna wkoll ingawdu lill-familjari tagħna, qraba u ħbieb, u naturalment il-festa li jien tant inħobb. Anke nerġgħu naraw raħal twelidna. Dik l-ewwel omm tagħna, ir-raħal tal-Qala, u r-raħal tal-Mara tiegħi Rose, Ta’ Kerċem. ■

tagħrif Fuq l-Għaqda tagħna, l-Australian Qala Association

jien. Speċjalment dik il-festa sabiħa tagħna ta’ San Ġużepp. Aħna li qegħdin fix-xitwa, l-istaġun tal-Festi beda wkoll u kull għaqda tagħmel il-festa tagħha. Diġà għaddew, però tagħna ħej ikunu fil-ksieħ. Kollox ilkontra tagħkom. Reġgħet waslet il-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp, u lili x-xahar t’Awwissu jfakkarni li San Ġużepp qed magħna. Għax naf ċert x’festa tagħmlu lill-Patrun tagħna San Ġużepp, li huwa wkoll il-Patrun tal-Emigranti. Għax hu stess kien jemigra minn art għall-oħra, dejjem biex iħares u jipproteġi lill-Bambin Ġesù minn kull periklu anke talmewt ta’ Erodi. Kollox jidher lest għall-festa, fejn il-Qala tingħaqad f’qalb waħda, matul dik Il-ġimgħa tal-Festa, fejn kulħadd jifraħ u jiddeverti flimkien, f’atmosfera hekk sabiħa u ferm emozzjonali u dik il-merħba li nagħtu lill-

Patrun tagħna San Ġużepp. Mela ħbieb, ħudu sehem fil-funzjonijiet kollha tal-knisja, kemm ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra, dawk il-funzjonijiet sbieħ, speċjalment dik il-Quddiesa talEmigranti, biex b’hekk nuru li aħna veru devoti ta’ San Ġużepp, u nuru mħabba, ġieħ, unur u glorja li veru jixirqu lill-Patrun tagħna u tal-Knisja Universali. Ibqgħu żguri li San Ġużepp jismagħna. Huwa qed iħares u jgħasses fuqna u ibqgħu ċerti li jekk ma jdaħħalniex fil-Ġenna millbieb il-kbir, idaħħalna mit-tieqa żgur. Qatt ma naf li kien hemm ruħ devota ta’ San Ġużepp u ntilfet.

86

Issa jekk ma jinqala’ xejn, iddeċidejna li din is-sena

Din is-sena, hija t-tmintax-il sena mit-twaqqif talGħaqda Australian Qala Assoċiation, fejn din is-sena, iċċelebrajna bil-kbir waqt Dinner Dance għad Unur talPatrun tagħna San Ġużepp, b’attendenza ta’ aktar minn erba’ mitt ruħ. Okkażjoni fejn kulħadd ħa gost jaqbeż, jiżfen mal-Banda waqt briju kbir li għamilna bil-blalen u bil-bnadar ikkuluriti tal-għaqda tagħna, mal-marċi brijużi fosthom l-Innu Popolari ta’ San Ġużepp u mallogħob tan-nar fejn żammejna lil kulħadd jiżfen u jogħla f’atmosfera sabiħa u ferrieħa li ma tintesiex malajr. L-għada l-Ħadd, ħarġet ġurnata veru sabiħa u xemxija. Jum il-festa l-Ħadd 28 t’April 2013. Dakinhar iċċelebrajna l-festa b’Quddiesa Solenni għad Unur u Glorja tal-Patrun tagħna San Ġużepp, li kienet akkompanjata mill-Maltese Choir of Victoria. IlPaneġierku kien wieħed famuż, li ħareġ minn fomm il-W.R. Fr. Dennis Carabott u wara ngħatat il-Barka Sagramentali. Ftit wara bdiet ħierġa l-Purċissjoni blInkwadru l-kbir ta’ San Ġużepp, fejn tkanta wkoll l-Innu akkompanjat mill-Banda Maltese Own Band (MOB), bl-istandarti tal-Għaqdiet li akkompanjaw il-Purċissjoni kollha fil-grounds tal-Holy Eucharist Church. Wara l-purċissjoni li spiċċat fil-Hall, kulħadd jinġabar biex jattendi għall-Kunċert ieħor mill-Banda MOB, fejn daqqew marċi sbieħ u brijużi. Waqt il-kunċert allegrana id-D.J. u kulħadd ħareġ jiżfen mad-daqq sabiħ tiegħu. Wara għalaqna ċ-ċelebrazzjonijiet kollha tal-festa tagħna, fejn tajna ġieħ, unur u glorja lill-Patrun tagħna San Ġużepp, b’mod speċjali b’din il-Quddiesa sabiħa. Nispera li sena oħra nagħmlu l-istess jekk mhux aħjar ukoll. Sewwa sew ħmistax wara l-festa kellna Long Week‑ end Away, li jiena bdejt insejħilha, “Ix-Xalata ta’ Wara l-Festa”, għall-Border ta’ N.S.W., fejn irħejnilha għallBrite, fejn hemm ħafna muntanji kbar u għoljin, li dejjem ikunu bis-sħab imwaħħal magħhom. Is-Sibt u l-Ħadd, 18 u 19 ta’ Mejju 2013 morna għall-qastan, ġewż u ikel ieħor bħal frott u lewż. L-ewwel nieklu koċċ qastan mixwi u wara kulħadd jixtri minn dak li jsib. Ilkoll ħriġna sodisfatti b’dik il-ħarġa fil-kampanja kbira u sabiħa. X’jonqosna! Post fejn kulħadd jieħu gost jiġi magħna, aħna tal-Għaqda Australian Qala Association. ■

Saħħa u l-Festa t-tajba lil Kulħadd!


Leħen il-Qala - Festa 2013

Niltaqgħu l-Qala u l-Festa t-tajba lil Kulħadd

Bħalma tafu intom kull sena niġi mitlub biex jien ukoll

fl-Awstralja, minn qalbi nixteqilkom ilkoll il-Festa t-Tajba. B’mod speċjali nsellem lill-Emigranti kollha Qalin li jinsabu fostkom biex huma wkoll igawdu lill-familjari tagħhom, qraba u ħbieb. Jalla San Ġużepp jitfa’ ħarstu fuqna u jberikna. Mela ħbieb Qalin, iddevertu flimkien, gawdu l-festa sewwa. Ħudu gost b’dak kollu li jkun għaddej matul ilġimgħa tal-festa biex flimkien u f’għaqda waħda, nagħtu ġieħ, qima, unur u glorja li veru jixraqlu l-Patrun tagħna San Ġużepp. Saħħa u l-Festa t-Tajba lil kulħadd.

nagħmel il-messaġġ tiegħi tal-festa. Dan hu l-messaġġ tiegħi għall-festa ta’ San Ġużepp: Din is-sena l-festa ser taħbat il-Ħadd 4 t’Awwissu 2013 u reġgħet għaddiet sena oħra u ninsabu mill-ġdid fiżżmien sabiħ tal-festa, żmien mistenni mill-Qalin kollha. Avveniment Annwali mistenni mill-Qalin kollha. Festa kbira li tiġi organizzata b’sollennità kbira u bi programm impenjattiv u ppreparat minn xhur qabel, minn kumitat imwaqqaf apposta għal dan il-għan. Il-festa tal-Patrijarka San Ġużepp hija festa ħelwa u modesta, u bbażata fuq l-ispiritwalità u elementi oħra soċjali u divertenti. Għal dan il-għan, din il-festa tiġbed ħafna u ħafna viżitaturi, mhux minn Għawdex u Malta biss iżda minn kull rokna tad-dinja, speċjalment mill-Awstralja, l-Amerika, il-Kanada u l-Ingilterra. Wara kollox dawn ilħmistax tal-festa l-poplu tal-Qala jkun f’għaqda waħda ferrieħija, maestuża u sabiħa, xi ħaġa li jinnutaha kulħadd. Dakinhar il-Qala tilbes il-libsa tal-festa u tipprepara ruħha biex tiċċelebra u tonora lill-Patrun tagħna San Ġużepp. Flistess ħin min-naħa tiegħu, Hu jkun qed jarana u jħarisna, jitpaxxa bina u japprezza x-xogħol u l-ħidma tagħna. Għalhekk ikun tajjeb wisq li aħna nersqu għasSagramenti Mqaddsa tal-Qrar u tat-Tqarbin, nieħdu sehem fil-funzjonijiet kollha tal-Knisja, almenu nippruvaw nimitaw lill-Qaddis tagħna San Ġużepp. Wara kollox għalhekk il-Knisja tagħmel dawn il-festi lill-Qaddisin, biex aħna nippruvaw nimitawhom, u b’hekk veru li nkunu qed nogħġbu lil San Ġużepp fil-każ tagħna. Jalla l-festa tiġi biex nieħdu pjaċir u niddevertu flimkien. Fil-festa niltaqgħu ma’ ħbieb li niltaqgħu magħhom verament rari ħafna. Bħall-emigranti tagħna li ta’ kull sajf jinżlu jżuruna, biex huma wkoll, wara li jaraw lil talfamilja, qraba u ħbieb, jiddevertu magħna. Jien nemmen ukoll li San Ġużepp ikun qed jitfa’ l-barka tiegħu fuqna lkoll u fuq raħalna, l-għażiża Qala tagħna. Dan huwa jagħmlu mhux fil-festa biss imma wkoll matul is-sena kollha. F’ismi u f’isem il-familja tiegħi kollha, marti Roseanne u sħabi tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Qala

Nieħu din l-opportunità biex flimkien ma’ marti Roseanne u l-familja tiegħi kollha u l-Kumitat Eżekuttiv tal-A.Q.A nixtequlkom il-Festa t-Tajba lill-WR. Kan. Dr. Joe Zammit, lil Fr. Charles Buttigieg, lil Fr. Krystof Buttigieg, u lisSaċerdoti kollha tal-Parroċċa. Lis-Sindku s-Sur Clint Camilleri, u lill-Kunsilliera kollha. Lill-Editur il-Kav. Euchar Mizzi u lillfamilja tiegħu kollha u lill-Bord Editorjali. Lil Ivan Cefai u lil sħabu kollha ta’ Radju Leħen il-Qala, lis-Surmast tal-Banda “Ite Ad Joseph” is-Sur Antoine Mercieca, u lil bandisti kollha. Lil Dr. Raymond Xerri u lill-familja tiegħu kollha. Lis-St. Joseph Football Club, u l-għaqdiet kollha u lill-familji kollha tagħhom u lill-Qalin kollha. IL-FESTA T-TAJBA. ■ U issa Euchar ippermettili li nispiċċa l-ittra tiegħi b’dawn l-istrofi; Insellimlek O Ġużeppi Kbir ferm għamlek il-Ħallieq Int mudell tal-Ħajja tajba Fik insib dak li nixtieq. F’dil-ġurnata tant sabiħa Ġieħ inroddlok bnin u kbir Mħabbitna fina nuru Lil Ġużeppi b’tant tifħir. O Ġużeppi kemm int ħelu Qatt ma nixba’ nħares lejk Meta toħroġ ir-ruħ tiegħi Int ilqagħha ġewwa jdejk.

VIVA l-QAlA - VIVA l-MANJUS

87


Leħen il-Qala - Festa 2013

the Qala American Association

Message for the Feast of Saint Joseph, the Patron Saint of Qala By Joe Muscat. It is that time of the year when all of us immigrants are thinking about visiting our homeland for the Summer. Time goes by fast when you’re busy. As I reflect on the past year, a lot has happened in New York. We have had a Presidential election, we went through Hurricane Sandy in October and have been through a very cold winter. The weather is changing now and this year we’re having very nice spring weather. The Qala American Association held its annual New Year’s Eve Party and had a good turnout. This year we hired a DJ so that I can enjoy the party and interact with people more. In previous years I took the role of the DJ. We worked together as a group and the results were phenomenal as always. Our Facebook page keeps adding friends everyday. It keeps us connected together with the people of Qala and beyond. As I come to the end of my message, I would like to send my best wishes to all the Qalin and hope to see you all at the festa of our patron saint this summer. ■ Regards to you all.

88


Leħen il-Qala - Festa 2013

PErSUNAĠĠI QAlIN (8) Sensiela informattiva u edukattiva dwar persunaġġi li għamlu ġieħ lill‑Qala

Il-Monsinjur Ġużeppi Buttigieg Saċerdot – Għalliem – Delegat tal-Isqof għall-MUSEUM f’Għawdex – Direttur Spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija fil-Qala – Prefett tas-Seminarju – Kofundatur u Direttur tal-Moviment ta’ Kana f’Għawdex – Segretarju tal-Kummissjoni Familja u Xandar Reliġjuż fid-Djoċesi Għawdxija – Kofundatur tal-Assoċjazzjoni talQala fl-Awstralja – Predikatur – Artikolista u Poeta. minn: Dr. raymond C. Xerri

Il-Familja u t-tfulija ta’ Ġużepp Buttigieg: Ġużepp Buttigieg twieled il-Qala, Għawdex fl-14 t’April 1933. Il-ġenituri tiegħu kienu Salvu Buttigieg, iben Lorenzo, magħruf bil-laqam, ‘Ta’ Jappa’ u Roża neè Xuereb magħrufa bil-laqam, ‘Ta’ Kubritu’. Ġużepp tgħammed filKnisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Qala nhar Ħadd il-Għid u kien hu li żanżan il-fonti l-ġdid tal-magħmudija fil-Knisja. Ġużeppi kellu oħt waħda – sitt snin u nofs ikbar minnu, u oħra li mietet sentejn qabel ma twieled hu, xi ħaġa komuni għal dawk iż-żminijiet. Il-familja Buttigieg kienu nies sempliċi, bla skola, imma għaqlin u jafu jistaqsu u jieħdu parir minn min jista’ jagħtihulhom. Kienu razza ta’ baħrin fir-Royal Merchant Navy (RMN) u r-Royal Fleet Auxiliary (RFA), hekk kien missieru, nannuh, missier ommu, ħafna zijiet u z-zijiet l-oħrajn b’xi mod jew ieħor kienu dejjem marbutin mal-istess vapuri. Missier missieru, in-nannu ta’ Ġużepp, kien miet żgħir u ma jafux iżda jaf li kien jaħdem id-dockyard. Ziju ieħor kien iforni l-vapuri bl-istores meta jidħlu Malta u ziju ieħor kellu ħanut tal-kafè u xi ikel ix-Xatt tal-Belt. Meta ma kinux fuq il-baħar kienu jaħdmu l-art. Ġużeppi kellu destin differenti ħafna minnhom. Kien jisma’ quddiesa u jitqarben kuljum. Flimkien mal-familja kien jgħid ir-rużarju mmexxi minnanna ta’ Ġużeppi, Roża, sa ma mietet meta kellu ħdax-il sena. Il-familji ta’ Ġużeppi kienu jagħmlu ħafna xogħol volontarju fil-knisja fil-ftit ħin liberu li kellhom. l-Edukazzjoni ta’ Buttigieg: Ġużeppi Buttigieg beda l-istudju tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Qala f’Settembru 1938 u kompla l-edukazzjoni tiegħu sas-sena 1945, sa ma spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija. F’Ġunju 1939 hu rċieva l-Ewwel Tqarbina mill-kappillan li kien għammdu, jiġifieri mill-Kappillan Dun Ġużepp Vella, magħruf bħala ‘Tal-Maġġa’ li kien dam kappillan tal-Qala bejn l-1927 u 1955. F’Ottubru tal-1941 matul l-eħrex ġranet tat-Tieni Gwerra Dinjija, hu rċieva s-Sagrament talGriżma tal-Isqof mill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mikiel Gonzi, l-Isqof t’Għawdex. Ġużeppi Buttigieg qatta’ s-snin tat-Tieni Gwerra Dinjija bejn l-1940 u l-1945 fl-Iskola Primarja. Lejlet il-Milied tal1941, fl-età ta’ tmien snin, hu sar abbati u eżatt xahar

wara ntemmet il-gwerra, fit-12 ta’ Ġunju 1945. Imbagħad, Ġużepp għamel l-eżami kompetittiv sabiex jidħol fil-Liċeo t’Għawdex fejn ġab l-ogħla marka mit-72 student Għawdxi li bdew il-klassijiet fl-1 t’Ottubru 1945 u baqa’ fil-Liceo sa Ġunju tal-1950. Ġużepp spiċċa l-ħames sena b’riżultati tajbin ħafna wara li għadda mis-Senior Oxford Examination. Il-MUSEUM fir-Rabat u ftit wara fil-Qala kien ħalla influwenza kbira fuq Ġużeppi, le mhux iżjed fis-sagristija tal-knisja iżda fix-xarabank ta’ Salvu tal-Furnar. Ġużeppi ra lill-MUSEUM fil-Qala jitwieled f’ambjent sempliċi għallistituzzjoni importanti fil-Qala tal-lum. Waqt żjara filMużew tar-Rabat tal-Imdina fl-1950 flimkien ma’ xi membri Għawdxin, Ġużeppi kellu laqgħa ma’ Dun Ġorġ Preca, illum qaddis. Kien qallu: ‘Ibni, inti kompli studja, obdi u dak li hu mnalla jsir,’ kliem li kienu baqgħu f’moħħu u f’qalbu. It-triq ta’ Ġużepp Buttigieg lejn is-saċerdozju: Bħal kull tfajjel ta’ żmienu, Ġużepp kien jattendi l-lezzjonijiet tar-reliġjon li dak iż-żmien kienu jsiru filknisja mill-lajċi mħarrġa apposta taħt il-ħarsien kontinwu tal-Kappillan. Matul ħajtu Monsinjur Ġużeppi Buttigieg kemm-il darba apprezza u rrikonoxxa l-kontribut kbir u l-influwenza pożittiva li kellha l-istituzzjoni tal-MUSEUM fuqu u l-formazzjoni saċerdotali tiegħu. Hu kien isemmi b’mod partikulari lil Salvu Camilleri magħruf bħala talFurnar li kien jgħallmu r-Rabat. F’Awwissu tal-1950, Ġużepp Buttigieg avviċina lillKappillan tal-Qala, Dun Ġużepp Vella u informah biddeċizzjoni tiegħu li jidħol seminarista. Ġużepp ġie aċċettat u beda formalment l-istudji tiegħu fis-6 t’Ottubru 1950

89


Leħen il-Qala - Festa 2013 għażel lil Dun Ġużepp Buttigieg bħala l-ewwel direttur talMoviment ta’ Kana f’Għawdex u dam f’din il-kariga għal tletin sena sħaħ sas-sena 1994. Matul dawn it-tletin sena, Dun Ġużepp kiseb fama liema bħala ma’ ħafna Għawdxin għaliex kien konsulent u konfessur imfittex sew minn mijiet ta’ familji Għawdxin u Maltin għall-pariri u l-intervent tiegħu meta jkun hemm problemi. Bejn it-13 u s-17 ta’ April 1983, il-Moviment ta’ Kana f’Għawdex organizza festi speċjali biex ifakkar il-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tal-Assistent Direttur tiegħu, Monsinjur Ġużeppi Buttigieg li kien twieled ħamsin sena qabel. fil-livell tas-Sitt Sena. Kienet sena diffiċli għal Ġużepp u verament kienet ta’ prova għall-vokazzjoni tiegħu. F’Ottubru tal-1951 hu beda s-seba’ sena fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Rabat, Għawdex: kors ta’ tliet snin ta’ filosofija u erba’ snin kors tat-teoloġija. Ġużepp sar djaknu f’Settembru tal-1957 u sena wara fit-13 t’April 1958 huwa ġie ordnat saċerdot mill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Ġużepp Pace, l-Isqof t’Għawdex. Fl-20 t’April 1958 hu ċċelebra l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-Knisja Parrokkjali San Ġużepp tal-Qala. Dun Ġużepp Buttigieg Prefett tas-Seminarju t’Għawdex: F’Lulju tal-istess sena huwa ħalla s-Seminarju u beda x-xogħol pastorali tiegħu. Il-Kappillan tal-Qala, Dun Manwel Xerri appunta lil Dun Ġużepp Buttigieg Direttur tal-grupp tal-abbattini, kariga li żamm għal ftit xhur biss. F’Ottubru tal-istess sena l-Isqof sejjaħ lil Dun Ġużepp u appuntah bħala l-Prefett u għalliem fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù. Bħala għalliem kien jgħallem l-istorja tal-Ingilterra u bħala Prefett tal-piccolini – l-istudenti ż-żgħar.

Dun Ġużepp isir għalliem u Direttur Spiritwali tal-leġjun ta’ Marija fil-Qala: F’April 1964 hu sar għalliem part‑time fil-Liceo r-Rabat u f’Ottubru tal-1967 daħal full‑time u dam jgħallem sa Diċembru tal-1982. Matul u wara dawn is-snin bħala għalliem, Dun Ġużepp Buttigieg kien iqaddes b’mod regolari fil-Qala skont il-bżonn fil-parroċċa, iqarar u anke sar Direttur Spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija.

90

Dun Ġużepp – il-Kofundatur tal-Fergħa Għawdxija talMoviment ta’ Kana: Meta fl-1964 il-Fundatur tal-Moviment ta’ Kana, Dun Charles Vella staqsa lill-Isqof t’Għawdex sabiex iwaqqaf fergħa tal-istess moviment f’Għawdex, Dun Charles

Xandar reliġjuż u s-Segretarju tal-Kummissjoni Familja fid-Djoċesi t’Għawdex: Sadanittant, l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Nikol Ġużeppi Cauchi beda jamministra d-Djoċesi t’Għawdex fl-1967. Hawn huwa appunta lil Dun Ġużepp Buttigieg bħala x-xandar reliġjuż tad-Djoċesi t’Għawdex fejn serva għal seba’ snin. Wara l-mewt tal-Isqof Pace, Monsinjur Nikol Cauchi sar l-Isqof t’Għawdex u appunta lil Dun Ġużepp Buttigieg bħala s-Segretarju tal-Kummissjoni Familja u d-Delegat tiegħu fis-Soċjetà tal-MUSEUM, li talaħħar żamm sa ma miet. Wara dawn il-karigi l-Isqof ħatru Kanonku għall-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl tan-Nadur. Dun Ġużepp isir Monsinjur u Viċi-Parroku tal-Qala: Fl-1974, l-Eċċellezza Tiegħu Monsinjur Nikol Cauchi onora lil Dun Ġużepp Buttigieg bl-unur ta’ Cappellano di Sua Santità u ngħata t-titlu ta’ Monsinjur. Monsinjur Ġużepp Buttigieg baqa’ jservi l-parroċċa tal-Qala fil-Knisja Aċripretali ta’ San Ġużepp billi qaddes u qarar b’mod regolari u wettaq ħafna xogħol amministrattiv fl-uffiċċju parrokkjali tul il-kumplament ta’ ħajtu. Monsinjur Buttigieg serva ta’ viċi-parroku fil-parroċċa tal-Qala taħt il-parrokat tal-Kanonku Dun Karm Refalo, pożizzjoni li kien jaqsamha mal-Arċipriet attwali tal-Qala l-Kanonku Dr. Joseph Zammit. Il-Monsinjur Buttigieg, il-kofundatur tal-Assoċjazzjoni talQala fl-Awstralja: Bejn l-1974 u l-1998, Monsinjur Ġużepp Buttigieg żar l-Awstralja seba’ darbiet fejn għamel ħafna ħbieb u kien iżur lill-familjari tiegħu f’Melbourne. Għalkemm l-iskop prinċipali ta’ dawn iż-żjarat kien li jżur lill-familjari tiegħu, hu kien jagħmel sforz partikulari sabiex jiltaqa’ ma’ kemm


Leħen il-Qala - Festa 2013 kiteb diversi poeżiji fosthom: ‘Tislima lil San Ġużepp’ fid-19 ta’ Marzu 1975; ‘Wara s-Sajf’ (1977);‘Ħondoq Dari u Llum’ (1977); ‘Ġużeppi ta’ Nazareth’ (1992); ‘ Mixja f’Nazareth’ (1993), ‘Is-Saħta tad-Divorzju’ (1994); ‘L-Omm L-Egħżeż Ħlejqa’ (1996); ‘Lil Oħtna Rose’ (2003) u oħrajn li qatt ma ġew ippubblikati.

jista’ jkun Qalin u Għawdxin fl-ibliet ta’ Sydney, Melbourne, Kanberra u fl-Istat ta’ Queensland. Fost il-Qalin li ltaqa’ magħhom kien hemm Michael Buttigieg, magħruf billaqam ‘il-Perlina’ f’diversi okkażjonijiet u għamillu kuraġġ sabiex jiġbor grupp ta’ Qalin u jibdew jiltaqgħu b’mod regolari. Michael beda jaħdem fuq il-proposta talMonsinjur u baqa’ jikkorrispondi miegħu.

l-aħħar snin tal-Monsinjur Buttigieg: Il-mard u l-komplikazzjonijiet li nħolqu żammew lil Mons. Buttigieg milli jerġa’ jżur l-Awstralja. Monsinjur Ġużepp Buttigieg miet nhar l-1 ta’ Settembru 2007 fletà ta’ 74 sena wara 49 sena saċerdot fejn sarlu funeral memorabbli b’marċi funebri mill-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala. Fl-istess ħin il-Qalin fl-Awstralja ċċelebraw quddiesa għar-ruħ il-kofundatur talAssoċjazzjoni tagħhom u li baqgħet issir kull sena sallum. Il-Monsinjur Ġużeppi Buttigieg indifen fiċ-Ċimiterju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala. ■

Kienet il-Festa ta’ San Ġużepp ta’ Marzu, fid-19 ta’ Marzu 1995. Wara li ġiet organizzata quddiesa solenni u riċeviment fl-okkażjoni ta’ din il-festa fil-Knisja Saint Peter Chanel fis-subborg ta’ Deer Park, fil-Belt ta’ Melbourne, Michael Buttigieg aċċetta formalment il-proposta ta’ Monsinjur Buttigieg. Wara li l-Monsinjur Ġużepp Buttigieg telaq lura lejn Għawdex, il-kumitat proviżorju ltaqa’ xi drabi matul issena fil-bitħa ta’ Michael Buttigieg fis-subborg ta’ St. Albans. Sadanitant, jien ħadt il-professjoni ta’ diplomatiku, u kont għadni kif bdejt il-kariga diplomatika tiegħi bħala ‘First Secretary’ fil-Kummissjoni Għolja Maltija fil-Belt ta’ Kanberra. Minkejja d-distanza ta’ 900 mil bejn il-Belt ta’ Kanberra u St. Albans f’Melbourne, jien kont nivvjaġġa b’mod regolari bejn iż-żewġt ibliet u anke fil-Belt ta’ Sydney. Jien ħdimt kemm flaħt ma’ Michael Buttigieg sabiex nara l-ħolma ta’ Monsinjur Buttigieg issir realtà – li jiġi kostitwit kumitat formali u titwaqqaf legalment l-Assoċjazzjoni talQala fl-Awstralja. L-isforzi ta’ Monsinjur Buttigieg u tiegħi ħallew ilfrott meta l-Assoċazzjoni tal-Qala fl-Awstralja twaqqfet formalment u legalment fit-8 ta’ Diċembru 1997. Fil-Festa ta’ San Ġużepp ta’ sena wara ż-żewġ fundaturi, Monsinjur Buttigieg u jien attendejna flimkien u ġejna onorati fundaturi tal-Assoċjazzjoni u Presidenti onorarji għal għomorna mill-President-Fundatur, Michael Buttigieg. L-Assoċjazzjoni tal-Qala fl-Awstralja tirrappreżenta ’l fuq minn 2000 persuna mill-Qala fl-Awstralja, b’600 membru jagħmel din l-organizzazzjoni t-tieni l-akbar għaqda Qalija wara l-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala li llum hija l-akbar organizzazzjoni Qalija bi ’l fuq minn 1,000 persuna. Il-Monsinjur Buttigieg - Predikatur, Artikolista u Poeta: Il-Monsinjur Buttigieg kien predikatur magħruf, dejjem ippreparat. Kien artikolista regolari fir-revisti, “Leħen ilQala”, “Il-Ħajja f’Għawdex” u diversi pubblikazzjonijiet oħra. Minbarra dan il-kontribut letterarju, Monsinjur Buttigieg

Riferenzi:

BUTTIGIEG, Mons. Ġużepp (1975) ‘Tislima lil San Ġużepp,’ Leħen il-Qala, ħarġa tal-Festa s-Sajf 1976, paġna 2. BUTTIGIEG, Mons Ġużepp (1977), ‘Wara s‑Sajf’, Leħen il-Qala, Rivista Nru 3., ħarġa ta’ Settembru 1977, Dolmen Press, Il-Qala, paġna 14. BUTTIGIEG, Mons. Ġużepp (1977), ‘Ħondoq Dari u l‑Lum’, Leħen il-Qala, Rivista Nru 4., Għid 1978, Dolmen Press, il-Qala, paġna 15. Nifirħu lil Mons. Ġużeppi Buttigieg (1983), Leħen il-Qala, Serje Ċ, Nru. 1, Ħarġa tal-Festa 1983, paġna 9. BUTTIGIEG, Mons. Ġużeppi (1992), ‘Ġużeppi ta’ Nazareth’, Leħen il-Qala, Serje D, Nru. 4, Nru. 52, Awwissu 1992, paġna 19. BUTTIGIEG, Mons. Ġużeppi (1993), ‘Mixja f’Nazaret’, Leħen ilQala, Serje D, Nru. 7, Nru. 55, Awwissu 1993, paġna 19. BUTTIGIEG, Mons. Ġużeppi (1994), ‘Is‑Saħta tad‑’Divorzju’, Leħen il-Qala, Serje D, Nru. 9, Nru. 57, April 1994, paġna 18. BUTTIGIEG, Mons. Ġużeppi (1996), ‘L‑Omm l‑Egħżeż Ħlejqa’, Leħen il-Qala, Serje D, Nru. 16, Nru. 64, Awwissu 1996. Ħarsa ta’ 40 Sena Lura – Mons. Ġużeppi Buttigieg jirrakkonta 40 Sena ta’ Saċerdozju, Leħen il-Qala, Serje D, Nru. 20, Nru. 68, April 1998. BUTTIGIEG, Mons. Ġużeppi (2003), ‘Lil oħtna Rose’, Leħen ilQala, Serje D, Nru. 36, Nru. 84, April 2003, paġna 31. MIZZI, Euchar (2008), Apprezzament: Mons. Ġużeppi Buttigieg, Leħen il-Qala, Serje E, Nru. 8, Nru. 98, Jannar 2008, paġna 21. XERRI, Raymond (2005), A Decade of Australian Qala Association (1995‑2005), A&M Printing Ltd, Il-Qala.

91


Leħen il-Qala - Festa 2013

tislima lil San Ġużepp

92

Lejk Ġużeppi ngħolli leħni, Biex foħritek b’qawwa nxandar, U ġieħek bħal xemx leqqieni Bi kliem xieraq jien inkabbar.

Iben Alla sa jsir Ibnek, Mill-Ispirtu Qaddis tnissel, Iżda tiegħek, għax ta’ martek, Li fi ħdanha Alla nissel.

Xejn anqas ’l Ommu Marija, Fl-istess ħin l-għażiża martek, Int ħabbejt b’qalb wisq kburija Għax dak l-Iben kienet tagħtek.

Alla għażlek sa mill-bidu Biex pjan kbir fiż-żmien iwettaq, Feddej ’l Ibnu jsir riedu Ried misteru kbir jitwettaq.

Inti lilu isem agħti, Ġesù sejjaħlu, għax Feddej, Għall-bnedmin sejjer ibati, U ta’ ġens ġdid ikun bennej!”

Għalhekk stħaqqlek glorja kbira Fis-smewwiet fejn inti qiegħed, Għax obdejt l-ewwel taħbira Fl-għoli, fl-għoli, fuq, imbiegħed.

Li lill-bniedem irid jifdi Mill-jasar li fih iġġarraf Biex mill-ġdid bil-grazzja jiddi Bi kliem ħelu, Hu kien għarraf.

Dak li qallek Alla għamilt, B’fidi, ċokon, rieda sħiħa, Mar-rieda tiegħu inti qbilt, U ’l Marija ħarist ġieħha.

Ħdejn Ġesù u ħdejn Marija, Kif darba fl-art, issa fis-sema, Soffrejt magħhom tant tbatija Gawdi, issa, il-frott tat-tama.

’L Ibnu bniedem isir riedu Biex bħal bniedem jista’ jbati, L-infern, bħal Alla, iriegħdu, U ħlas xieraq lilu jagħti.

Feraħ Alla, ħela l-bniedem, Għax mill-ġdid ħbieb huma saru, Tal-antik spiċċaw il-gdiedem, Mar-riħ kollha l-ġlidiet taru.

Il-bniedem ħabbek: fik ra missier Patrun għamlek tal-art kollha; Għax lilek ra bħala fissier Tal-Fidwa li biha tgħolla.

Biex dan kollu jista’ jseħħ, Lil Marija bħal Omm għażel. ’Mma biex il-pjan jitwettaq sħiħ Bniedem ieħor ħtieġ li jagħżel.

Ħabbek Alla, għax tak ġlorja Li għamlitek ħaġa waħda Ma’ Ġesù u ma’ Marija Magħqudin ilkoll f’qalb waħda.

Lilek jitlob m’n art demmija Biex lilu mid-dnewwa teħles Kif ħlist ’l Ibnek u ’l Marija, B’id ħanina lilu tmelles.

Kont int dal-bniedem ixxurtjat, Kbir Ġużeppi, Alla ħabbek. Qallek l-Anġlu fil-ħolm jgħajjat, “Lil Marija ħudha b’martek.

Bħalhom żejnek b’grazzja kbira, Qrobt lejn l-għajn u n-nixxiegħa Kif qal l-anġlu fit-taħbira Sirt sabiħ, tax-xemx ix-xbieha.

Ħares għalhekk minn fejn tinsab, Lejna bnedmin tiegħek ulied, Erfagħna ’l fuq, ’il fuq lej’ sħab, Tħalliniex hawn f’tad-dmugħ il-wied.

Għaliex tibża’ int xejn m’għandek, Iben Hi lid-dinja tagħti, U hekk lilek kbir Hi tagħmlek, Għax dan l-Iben lilek tagħti.

Din il-grazzja, inti kabbart, Għax qdejt dmirek b’reqqa kbira Waqt li ’l Ġesù ħabbejt, kabbart, U ħadt ħsiebu b’għożża kbira.

Mons. Ġużeppi Buttigieg l-Erbgħa 19 ta’ Marzu 1975 Jum il-Festa liturġika ta’ San Ġużepp.


Leħen il-Qala - Festa 2013

Il-Biedja fil-Qala – Ħamsin / Sittin Sena Ilu Minn: KArMNU PortEllI

F’dan il-perjodu tista’ tgħid mingħajr tlaqliq li kull familja fil-Qala kellha xi biċċa raba’ x’taħdem biex biha tkun tista’ tmantni l-familja. F’dan iż-żmien il-familji kienu iktar numerużi minn tal-lum; tant hu hekk li l-popolazzjoni tar-raħal kienet taqbeż sew l-elfejn ruħ, u l-klassijiet tal-iskola kienu ’l fuq minn għoxrin student subien u għoxrin bniet f’kull klassi. Għalhekk kienet neċessità li kull roqgħa raba’ tinħadem għall-ġid tal-familja. Ftit ħafna kienu dawk li ma kienx ikollhom xi biċċa raba’ li minnha jieħdu xi prodott tal-ikel.

L-istess jista’ jingħad għall-ħxejjex tal-borma. Li kont issib kien biss fl-istaġun tagħhom. F’dan il-perjodu lanqas kienu għadhom bdew is-serer biex ikabbru fihom. Għalkemm fir-raħal tagħna qatt ma kien hawn serer mibnija, ix-xogħol kollu tar-raba’ kien isir kollu bl-idejn jew bil-bhima, għax il-muturi tal-ħart kienu għadhom ma daħlux fis-suq. Dawk li kellhom ċertu ammont ta’ raba’ kont issibilhom dejjem xi bhima, bħal żiemel, bagħal jew ħmar, biex ikunu jistgħu jaħdmu r-raba’ tagħhom.

Il-Bdiewa: Bħalma jaf kulħadd ir-raba’ jinqasam f’saqwi u bagħli. Dawk li r-raba’ tagħhom kien bagħli, kienu jipproduċu prodotti li jsiru biss bix-xita li tagħmel, bħal patata, ful, basal, piżelli eċċ, u anke magħlef għall-bhejjem. Dawk li kellhom ir-raba’ saqwi kienu jipproduċu prodotti s-sena kollha u anke jipproduċu biżżejjed biex ibiegħu. Jiġuni f’moħħi l-familja Xerri ‘tan-Nikla’; il-familja Buttigieg ‘tad-Diedi’; il-familja Buttigieg ‘ta’ Tunes’; il-famlji Cauchi ‘tal-Malvi’, il-familja Mifsud ‘tar-Raġel’, il-familja Portelli ‘tal-Ġuż’ u l-familja Attard ‘tas-Sinja’, li proprju kellhom l-unika “Sinja” biex itellgħu l-ilma mill-ispiera biex isaqqu l-uċuħ matul is-sena kollha, l-iktar fis-sajf. Semmejt lil dawn il-familji mhux għax ma kienx hawn iktar li jipproduċu prodotti tal-ikel u jbigħuhom filħwienet tar-raħal, imma dawn, u xi oħrajn ukoll, kienu jieħdu prodotti fil-pitkalija wkoll.

Kien hawn ukoll numru ta’ ħaddiema, speċjalment żgħażagħ li ma kinux ikomplu l-iskola, u kienu jintefgħu jagħżqu man-nies sakemm isibu xogħol permanenti jew jemigraw kif kienu jagħmlu l-maġġoranza taż-żgħażagħ Qalin ta’ dak iż-żmien.

Barra prodotti tal-ikel u ħxejjex għall-borma, kien hawn ukoll produzzjoni qawwija ta’ frott irqiq u għeneb. F’ħafna biċċiet tar-raba’, kemm fis-saqwi kif ukoll filbagħli, kont issib siġar tal-frott irqiq, ħawħ, għajnbaqar, ċuprisk, berquq eċċ, mal-ħitan għall-kenn biex il-familja jkollha l-frott frisk fis-sajf. Kien hawn ukoll min kellu għelieqi sħaħ bis-siġar tal-frott, u dawn it-talin kienu jbiegħu l-frott tagħhom fil-pitkalija. F’dan il-perjodu li qed insemmi ftit li xejn kien jiġi impurtat frott minn barra, ħlief laring u mandolina, għalhekk il-frott li kien ikun hawn fis-suq kien ikun biss tal-istaġun.

U la qed insemmi dawn il-ħaddiema rrid ngħid ukoll li kien hawn grupp żgħir ta’ ħaddiema li kienu kapaċi jibnu l-ħitan tas-sejjieħ meta r-raba’ jkun vojt. F’dak iż-żmien ħadd ma kien iħalli l-ħitan tas-sejjieħ imwaqqgħin, imma l-bidwi kien ikollu seba’ mitt sena biex kull biċċa ħajt li taqa’, jibniha malajr biex l-għalqa tkun tista’ tinħadem kollha meta jasal il-waqt. Hi ħasra llum li kważi kull ħajt tas-sejjieħ li jaqa’ jibqa’ mwaqqa’. Mal-uċuħ tar-raba’ u siġar tal-frott li diġà semmejt ma nistax inħalli barra n-numru kbir ta’ dwieli li kien hawn imħawlin fil-Qala. Jiġini f’moħħi l-“Ħawlija”, “ta Kassar”, “ta’ Dandalona” u ħafna postijiet oħra li kienu kollha mħawlin dwieli. Illum f’dawn il-postijiet ma tarax ħlief bużbież u ħitan tas-sejjieħ imwaqqgħin. Min mhux tampari, ma jistax jimmaġina kif kien dan ir-raba’ sittin sena ilu. Imbagħad xi ngħidu meta kien jinqata’ l-għeneb? Kont tara matul l-ewwel ġranet ta’ Settembru, il-bdiewa jġorrru l-qratal tal-għeneb, u jeħduhom għall-għasir

93


Leħen il-Qala - Festa 2013 (biex isir inbid), għand dawk il-produtturi tal-inbid tarraħal tagħna. (Dawn diġà semmejthom fl-ewwel artiklu tiegħi). U mhux biss, xi wħud, fosthom Toni Camilleri ‘tal-Geljun’, kien ibiegħ l-għeneb tiegħu lil “Velsons” tal-Imgarr. Niftakar qisu issa meta Toni, li kien membru tal-MUSEUM kien jeħodna f’dawn l-għelieqi tiegħu naqtgħu l-irċipp, (dawk il-friegħi żgħar b’xi erba’ jew ħames għenbiet) li kien jitħalla fid-dielja. Tgħidx kemm konna nieħdu pjaċir ta’ tfal li konna, nieklu l-għeneb dirett mis-siġra. Ir-raħħala: Barra numru ta’ bdiewa, fir-raħal tagħna kien hawn numru ta’ raħħala wkoll. (Irrid ngħid li ħafna kienu bdiewa u raħħala fl-istess ħin). Qed nirreferi għal dawk ir-raħħala li kellhom ċertu ammont ta’ mogħoż u anke baqar, u li kienu jipproduċu l-ħalib u jbigħuh lill-M.M.U. (Milk Marketing Undertaking) illum il-ġurnata “BENNA”. Interessanti wieħed jispjega kif kien jinġabar dan il-ħalib fir-raħal. Dawn il-produtturi tal-ħalib, li kienu jgħoddu madwar erbgħin, u li ħafna minnhom kien ikollhom ras għar-ras mat-tletin litru ħalib, kienu jieħdu l-ġarra tagħhom bil-ħalib ġo remissa ħdejn ir-razzett ‘taż-Żabbar’ fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni (illum hemm id-dar ta’ Ċetta Mifsud ‘tal-Ġuż’); jiġu n-nies talM.M.U. bit-trakk mgħobbi ġarar vojta, jintiżen il-ħalib ta’ kull raħħal, tal-mogħoż għalih, u tal-baqar għalih, u jinġarr kollu fil-magna tal-ħalib biex jiġi ppasturizzat eċċ. Qabel inbniet din il-magna, il-ħalib kien jittieħed lejn Malta bil-“Cutter”. Hawn ser insemmi xi wħud li kellhom ammont kbir ta’ bhejjem għall-produzzjoni tal-ħalib, bħal Toni Portelli ‘taż-Żabbar’, li aktarx kien l-ikbar wieħed tar-raħal, għax barra mogħoż, kien irabbi wkoll xi baqar għall-ħalib. Anke kien irabbi l-majjali. Produtturi oħrajn ta’ ċertu kobor kienu l-familji Cutajar ‘ta’ Kejli’, ta’ Ġużepp u ta’ Mikieli; il-familji Camilleri ‘tan-Najsi’, Toni, Karmnu u

94

Pawlu; il-familji Bartolo ‘ta’ Indrija’ Anġlu, Ġużepp u Manweli; il-familji Said ‘ta’ Gejtan’ Ġużepp u Anġlu; Salvu Falzon ‘ta’ Naqq’. Ġanni Portelli ‘tal-Gażiblu’, Salvu Buttigieg ‘ta’ Laħlaħ’; Toni u Frenċu ‘tat-Turitej’, Anġlu Vella ‘il-Ġer’ u Salvu Mizzi ‘taċ-Ċensier’ u ħafna u ħafna oħrajn li ma niftakarx u li żgur kieku l-lista kienet tkun twila ħafna aktar. Ta’ min isemmi wkoll li barra dawn il-produtturi tal-ħalib, li interessanti li wieħed ikun jaf li l-permess li kellhom biex ibigħu l-ħalib kien jissejjaħ “Nru. talĠarra”, kif fil-fatt għadu sal-lum, kien hawn ħafna familji oħrajn li kienu jrabbu xi mogħża għall-ħalib u numru ta’ nagħaġ għall-poduzzjoni tal-ġbejniet. F’dan iż-żmien kien beda jiġi ppasturizzat il-ħalib u jinbiegħ fil-fliexken, imma xorta kien hawn min jippreferi li jixrob ħalib frisk. Irrid insemmi xi raħħala li niftakar li kienu joħorġu fittoroq tar-raħal b’numru ta’ mogħoż biex ibigħu l-ħalib. F’moħħi qed jiġuni Toni ‘taż-Żabbar’ u Manwel ‘t’Indrija’, waqt li Salvu Potelli ‘tal-Pop’ kien ibiegħ il-ħalib frisk firraħal ta’ Għajnsielem. Dan it-tip ta’ bejgħ tal-ħalib dirett mill-mogħża nqata’ mit-toroq tagħna għall-ħabta talbidu tas-sittinijiet tas-seklu għoxrin, għax kien sar sforz mill-Gvern ta’ dak iż-żmien biex jinqata’ d-deni rqiq li kien jiġi mill-ħalib tal-mogħoż.


Leħen il-Qala - Festa 2013 Irrid nerġa’ nsemmi l-produzzjoni tal-ġbejniet. Din fir-raħal kienet abbundanti ħafna u l-ġobon u l-bajd li kull familja kienet tipproduċi kien sostenn kbir għallfamilji ta’ dak iż-żmien. U la semmejt il-bajd, wieħed irid jgħid ukoll li kull min kellu fejn, kien iżomm numru ta’ tiġieġ għall-produzzjoni tal-bajd, kemm għallfamilja kif ukoll biex ikun ta’ ċertu dħul finanzjarju għall-familja. Kienu jinżammu wkoll numru ta’ fniek għall-konsum tal-istess familji waqt li oħrajn kienu anke jrabbu numru sostanzjali biex anke jbigħuhom.

żargħa u jiġi tal-magna u tidirsu. Minn dawn il-magni kienu jiġu tnejn fir-raħal, waħda ta’ Natu ‘tal-Laħam’ u l-oħra ta’ ‘Sufina’, it-tnejn minn Nadur. Illum dan it-tip ta’ magni spiċċaw. F’Għawdex teżisti waħda f’maħżen li qed tinżamm għall-wiri.

Ma rridx ninsa nsemmi wkoll it-trobbija tal-majjali. Kien hawn numru ta’ produtturi u bdiewa, li barra mogħoż, baqar u nagħaġ kienu jrabbu wkoll xi majjali. Niftakar meta kont żgħir, kont smajthom jgħidu li Ġużepp Cutajar ‘tal-Venġula’, gidmitu l-ħanżira meta mar jeħdilha l-qżieqeż biex joftomhom! Dris taż-Żara’: F’dan l-artiklu ma rridx inħalli barra biċċa xogħol li kienet issir fis-sajf u li kienet tkun l-‘ors’ tagħna t-tfal. Qed nirreferi għad-dris bil-magna, imma mhux kif nafuha llum, meta magna “Combine Harvestor” tidħol fl-għalqa, tiġbor iż-żargħa maħsud u tidirsu, it-tiben isir balla u l-qamħ jinġabar fi xkejjer. Qed nirreferi għal dik ilmagna tal-injam b’ħafna roti u ċineg mal-ġnub, li kienet tinġarr minn post għall-ieħor minn tractor tal-katina u tidres iż‑żargħa miġjub fil-post. Fil-Qala kien hawn diversi qigħan fejn jinġabar iż-

Semmejt li kienet tkun l-‘ors’ tagħna t-tfal, għax billi dak iż-żmien kienet xi ħaġa ġdida, konna ninġabru ċorma tfal u nimxu magħha meta kienu jċaqalquha minn post għall-ieħor. Ta’ min ifakkar ukoll li qabel dawn il-magni, d-dris kien isir bil-bhima fil-‘qiegħa’ li l-bidwi kien jagħmel fl-għalqa tiegħu. Apparti dan, aħna t-tfal konna naqbżu mhux ftit fuq it-tiben li jkun diġà ġie midrus fejn nilagħbu u nimbuttaw lil xulxin għax ma kienx hemm periklu li nweġġgħu. Barra dan, it-tiben li kien jindires fir-raħal, kien jinxtara minn xi wħud mir-raħħala, speċjalment min kien ikollu l-baqar, kienu wkoll jixtru tiben minn irħula oħra għax tal-Qala ma kienx ikun biżżejjed. Illum it-tiben midrus jintrabat f’balal mill-magni stess, imma f’dan iż-żmien li qed insemmi, it-tiben kien jinġabar f’lożor kbar magħmulin apposta mix-xkejjer taċ-ċaruta. Sittin sena ilu ma tantx kienu għadhom daħlu s-saqqijiet li lkoll kemm aħna nużaw illum, u minflokhom, l-imtieraħ tagħna kienu jkunu magħmulin minn dan it-tiben, li tajjeb ngħidu li fix-xitwa kienu verament isaħħnu, għalkemm xi annimal żgħir kien isib fejn jgħammar u joktor ukoll! Kieku kelli nidħol fid-dettalji kollha, kien hemm ħafna aktar x’wieħed jgħid dwar il-biedja fir-raħal tagħna. Imma jidhirli li dan li ktibt hu biżżejjed biex infakkar lil dawk tampari minn xiex għaddejna, u nagħti stampa żgħira liż-żgħażagħ tal-lum kif għexu n-nanniet. Nagħlaq billi ngħid li lil dawk il-familji li semmejt, semmejthom bħala eżempju, u lil dawk li ħallejt barra ma kelli ebda intenzjoni li ma nsemmihomx, għax kull ma ktibt hu mill-memorja, u mingħajr ebda riċerka, ħlief li kkonsultajt lil ħabibi Michael Debono, u ta’ dan jien nirringrazzjah.■

95


Leħen il-Qala - Festa 2013

ACCOUNTS O LEVEL TUITION

Commencing in August in preparation for Matsec and Edexcel London 2014 Classes to be held once weekly, learning material to be provided and past examination papers shall be thoroughly covered. The course is also ideal for students currently pursuing Business Studies.

Call 99891202

We organise your wedding from start to finish... you have less hassle and more peace of mind Joe Gatt - Wedding Organiser Jothain - Plot 19, Triq il-Mag. Salvu Attard - Qala Tel: 2156 4209 Mob: 9922 8699

GEORGE ZAMMIT & SONS d e a l e r & s u p p l i e r o f r e l i g i o u s a r ti c l e s Opening Hours: Monday to Saturday 09.00 - 13.00 Friday open all day 146, Old Bakery Street, Valletta - Malta Shop: 2123 2933 • Mob: 9985 6842

96

Cera dell’Erom - Xema Likwida


Leħen il-Qala - Festa 2013

SAN ĠUŻEPP BlA BAStUN U ESPErJENZI FolKlorIStIĊI oĦrA minn: Guido lanfranco

Ġrajjiet ta’ meta konna ċkejknin nibqgħu niftakruhom aktar, għax kollox ikun ġdid għalina, moħħna jkun frisk u kull ġrajja tolqotna aktar, għalhekk kollox ta’ dak iż-żmien jibqa’ impressjonat f’moħħna tul ħajjitna. Għażilt li nibda din il-kitba b’xi tifkiriet mis-snin tletin. Billi jien twelidt u kont noqgħod f’Tas-Sliema kienu daħħluni u lil ħija Antoine fl-iskola tal-freres tal-Ordni ta’ De La Salle, Stella Maris College, f’Villa Schinas, dar kbira fi Triq Rudolfo; kien jisimha Sella Maris College minħabba li kienet fil-parroċċa ta’ dak it-titular. Dak kien fis-sena 1937-1938, meta kelli xi seba’ snin, u l-freres kienu ġa qed jibnu skola akbar filGżira. Fis-sena skolastika 1938-1939 l-iskola ħalliet postha f’Tas-Sliema, fejn kienet ilha mill-1904, u bdejna ħajja ġdida l-Gżira. Ħadulu l-bastun: Fl-iskola Tas-Sliema l-klassi kienet filkantina mudlama kulħadd imrassas, imma fl-iskola l-ġdida sibna ruħna f’bini kbir, arjuż u bi ftit tfal. Il-freres dak iż-żmien riedu aktar tfal biex jimlew l-iskola, differenti minn issa meta m’għandhomx post! Fl-ewwel jumejn li bdejna f’din l-iskola, ġabruna f’kuritur biex ikellimna Brother Augustin, id-direttur. Quddiemna fuq ir-rostrum kien hemm statwa ta’ San Ġużepp biex jaraha kulħadd. Din l-istatwa ġiet magħna mill-kappella tal-iskola l-qadima. Id-direttur tkellem dwar diversi affarijiet li issa ma niftakarx x’kienu, imma għandi naħseb li fosthom kien hemm kliem ta’ merħba u riflessjonijiet oħra, imma niftakar sewwa li d-direttur, f’ħin minnhom, neħħa l-bastun minn id l-istatwa ta’ San Ġużepp u minfloku dendel kartuna bajda li fuqha kien hemm miktuba l-figura 300 b’numri kbar. Qalilna li lil San Ġużepp konna se nitolbuh biex fliskola jkollna 300 tifel għax hemm bżonn niżdiedu u qalilna li sakemm jintlaħaq dak in-numru, San Ġużepp ikollu jibqa’ mingħajr bastun. Aħna dejjem kienu jgħallmuna nuru stima u nitolbu quddiem l-istatwi bl-akbar devozzjoni u dan l-episodju, għalkemm kont għadni żgħir, ħassejtha mhux ħaġa tas-soltu tittratta mal-qaddisin bl-istess mod li jsir mat-tfal u mhux mill-ewwel indunajt li kienet xi tip ta’ ċajta għax mal-qaddisin qatt ma konna niċċajtaw. Wara ftit taż-żmien kienu reġgħu ġabruna quddiem San Ġużepp fl-istess post biex neħħewlu il-kartuna u qalulna li issa jista’ jieħu l-bastun lura għax in-numru ta’ 300 student inqabeż sewwa. reġgħu ħadulu l-bastun! Sadattant għas-sena 19391940 missieri kera dar fil-Ġżira biex inkunu aktar qrib l-iskola. Bdejna sena li fiha għamilna l-Griżma tal-Isqof u pparteċipajna fil-Kungress Ewkaristiku tat-tfal li sar fl1939. Dwar dan tajjeb ngħidu li fl-1938 f’Malta kellu jsir Kungress Ewkaristiku Djoċesan biex ifakkar il-25 sena mill-

Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta fl-1913. Iżda dan il-Kungress Ewkaristiku Djoċesan ta’ tifkira ma sarx fl-1938 għax bdiet dieħla l-atmosfera tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa, għalhekk il-Knisja lokali ddeċidiet li fl-1939 isir kungress bit-tfal ta’ Malta kollha u jsir talb biex il-gwerra ma sseħħx... Imma xorta ġiet fuqna s-sena ta’ wara! Imma f’dik is-sena 1939 id-direttur reġa’ approfitta ruħu minn San Ġużepp! Fil-playground, li kien għadu mhux lest għal kollox, kien hemm tinda kbira tal-konkrit għall-kenn kontra x-xita u fuqha tellgħu żewġ sulari klassijiet. F’din it-tinda kien hemm ħafna ħadid u travi li baqgħu hemm wara l-kostruzzjoni tal-iskola. Id-Direttur ġabarna fil-kuritur bħalma kien għamel qabel, ukoll bl-istatwa ta’ San Ġużepp quddiemna. Din id-darba reġa’ ħadlu l-bastun u poġġielu biċċa ħadida ta’ xi għoxrin ċentimetru mdendla ma’ idu bi spaga u qalilna li se nitolbu lil dan il-qaddis biex isib xi benefattur li jieħu ħsieb iħallas għall-ġarr ta’ dak li kien hemm fit-tinda. Biex San Ġużepp jiftakar li kellu jagħmel dan, id-direttur dendillu dik il-biċċa ħadida waqt li qal li se jħallilu l-ħadida hemm, minflok il-bastun, sakemm iseħħ dak li tlabna. Wara xi żmien il-ħadida tneħħiet u l-bastun ħadu lura; id-Direttur iddeċieda li dak li sar kien bis-saħħa ta’ San Ġużepp. Waqa’ fit-triq! F’dak l-istess żmien skoppjat it-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa, u malajr f’Ġunju 1940 bdew ilbombi fuq Malta. Il-Gżira kienet f’post perikoluż minħabba l-bċejjeċ tal-baħar ankrati f’Marsamxett u ħdejn Manoel Island. Fl-ewwel jum niżlu l-bombi u mietu u korrew innies. Sa filgħaxija familji sħaħ bdew ħerġin biex isibu refuġju band’oħra, u kemm l-iskola kif ukoll aħna tħarbatna mhux ftit. F’dan iż-żmien transitorju, fis-16 ta’ Diċembru 1940, fil-ħin tal-ikel ta’ nofsinhar daqq air‑raid li fih waqgħet bomba fuq parti minn Stella Maris College, sfronda s-saqaf u baqa’ nieżel kollox għal isfel. Xi brothers li kienu hemm skansawha għal ftit. Imma fuq ħoġor tieqa, fuq ħajt oħxon, kien hemm l-istess statwa ta’ San Ġużepp li semmejna qabel. Din waqgħet barra għat-triq imma ma ġralha xejn speċjali. Issa tinsab fil-kappella tal-kulleġġ imma, għat-tfal t’issa, mhi xejn ħlief statwa oħra. Iżda meta ġieli rajtha, bdew ġejjin f’moħħi bosta tifkiriet ta’ dak li għaddejt minnu jien u l-istatwa f’dik l-iskola. leġġendi: Kif qed insemmu l-bastun, hawn nistgħu indaħħlu każi oħrajn ta’ interess folkloristiku dwaru.

97


Leħen il-Qala - Festa 2013 L-ewwelnett ta’ min jgħid li normalment lil San Ġużepp iqegħdulu fjuri tal-ġilju f’idu għax fl-ikonografija devozzjonali, kemm fil-pittura kif ukoll fl-iskultura lillqaddisin iżidulhom simboli li jfakkru xi ħaġa li tagħżilhom minn oħrajn, u billi San Ġużepp għandu jkun ukoll xempju ta’ safa jew purità, jidher bil-ġilju abjad f’idu għax dan huwa s-simbolu addattat. Madankollu ġieli jirrappreżentawh b’xi fjuri oħra li wara kollox jistgħu ġeneralment ifissru l-fwieħa tal-ħajja t-tajba. Mhux biss ikollu l-fjuri f’idu, imma dawn jagħmluhomlu f’tarf ta’ bastun, għax billi l-ġilju għandu zokk twil joqgħod ħafna għalhekk. Sadattant f’każi oħra, bħal fil-presepji jew f’xi xena tan-Natività ta’ Kristu lil San Ġużepp rarissmu jagħmluh bil-fjura f’idu, imma jkollu ħatar sempliċi jew bastun, biex jissimbolizza responsabbilta’ ta’ missier li ġeneralment, fis-simboliżmi tfisser maturità jekk mhux anzjanità. Aktar leġġendi: Fost id-diversi leġġendi dwar San Ġużepp hemm waħda li tinvolvi l-bastun ta’ San Ġużepp. Din il-leġġenda tgħid li meta l-Madonna waslet biex tiżżewweġ kellha l-problema li missierha u ommha, (Ġwakkin u Anna), kienu ġa mietu. Fid-drawwiet ta’ żmienhom ir-raġel futur ta’ xebba kien normalment jagħżluhulha l-ġenituri tagħha, imma billi ta’ Marija kienu mietu l-qassis il-kbir ħa f’idejh l-inkarigu. Ġabar għadd ta’ rġiel li deherlu li setgħu jiżżewġuha u qassmilhom zokk mejjet jew bastun kull wieħed. Qalilhom biex iħawluh u ta’ min joħroġlu l-fjuri jkun il-magħżul. Ta’ Ġużeppi ħareġ il-fjuri. Din il-leġġenda oriġinat barra minn xtutna imma, billi San Ġużepp assoċjat mad-dinja nisranija kollha l-leġġenda tkun mifruxa wkoll. Hemm żieda jew modifikazzjoni oħra ma’ din illeġġenda. Jgħidu li meta ħarġu l-fjuri mill-bastun ta’ Ġużeppi, dan qabad u qasmu fuq rkopptu għax ma riedx jemmen u jaċċetta dak li ġara; tabilħaqq hawn xi pittura f’diversi postijiet fejn f’xi xena relevanti jidher ikisser dan il-bastun. Il-Maltin għandhom isem bil-Malti, ‘Bastun Ta’ San Ġużepp’ għal dik il-pjanta tal-ġonna, b’zokk għoli daqs bniedem u aktar, mir-razza tal-ħobbejża, li tagħmel bosta fjuri sbieħ u bellusin fuqnett li l-Ingliżi jsejħulha hollyhock u fil-botanika magħrufa bħala Althea rosea.

98

Bastun misluf: Dan l-imbierek bastun, il-Maltin ġie li ħaduhulu minn idejh drabi oħra. Xi familji tar-Rabat talImdina fl-imgħoddi kienu jissellfu l-bastun tal-istatwa ta’ ‘San Ġużepp ix-Xiħ’ li hemm fl-oratorju tal-fratellanza tiegħu fil-knisja Ta’ Ġieżu. Dan kienu jissellfuh meta jkollhom mard serju, l-aktar għal xi ħadd qrib il-mewt biex bħallikieku jħossu aktar qrib il-qaddis li huwa protettur tal-moribondi. Billi huwa miet fil-preżenza ta’ Kristu, ħaġa loġika li jitqies l-aħjar protettur f’każijiet bħal dawn. Din iddrawwa ma kinitx f’dan il-każ biss, għax bosta oħrajn kienu jissellfu oġġetti devozzjonali mingħand familji oħra jew millknejjes, fosthom inkwadri, statwetti, relikwi, xi ċavetta tattabernaklu, xi Bambin minn id xi statwa u xi bastun, bħal dak ta’ Sant’Antnin u San Kaloġeru waqt il-ħlas jew il-mard.

San Ġużepp ix-Xiħ tar-Rabat, bħalma kien isir ukoll b’ħafna statwi tal-qaddisin u tal-Madonna f’irħula u bliet oħra ta’ Malta u Għawdex, sikwit kienu joħorġuh proċessjoni penitenzjali jew votiva meta kien ikollhom in-nixfa biex jitolbu għax-xita. Flimgħoddi ma kellhomx sistemi għall-provista tal-ilma għalhekk kienu jiddependu mill-bjar u mix-xita għaddar u għall-għelieqi. Mhux għax-xita biss (bħal fl-1920) kienu joħorġu proċessjoni, imma wkoll f’xi kalamità oħra, bħall-kolera (e.g. fl-1855) u wara xi terremot (e.g. fl-1856). Kull raħal kien jippjana l-pellegrinaġġ votiv tiegħu, bħalma kien sar wieħed miż-Żebbuġ ta’ Għawdex għall-Għasri f’Marzu tal-1881. Protettur tal-moribondi: Il-fratellanza tar-Rużarju tal-Belt fil-knisja ta’ San Duminku fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann tawha f’idejha wkoll ix-xogħol tal-fratellanza li kellhom il-kavallieri li kienet tissejjaħ Tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann u tal-Miżerikordja, u li għaliha kellhom l-oratorju li nafu llum li fih it-titular tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann impitter minn Michelangelo Merisi jew, kif nafuh aħjar, Caravaggio. Il-funzjoni ta’ dik il-fratellanza kienet, fost oħrajn, li jassistu lil dawk kundannati għall-mewt li minnhom, fl-imgħoddi, kien ikun hemm bosta. Għalhekk il-fratelli tar-Rużarju, magħrufin ukoll bħala Rożarjanti, bdew jieħdu ħsieb l-ikkundannati u kellhom l-apparat kollu meħtieġ għal dan ix-xogħol ta’ dwejjaq. Fost affarijiet oħra kellhom żewġ paletti bit-tpinġija fuqhom, waħda turi d-Duluri ħdejn Kristu Msallab u l-oħra lill-Madonna tarRużarju ma’ San Duminku u San Ġużepp; hawn San Ġużepp jidher bil-bastun tal-ġilju bħala protettur tal-agonizzanti. Dawn iż-żewġ paletti, miżmumin f’idejn il-patri Kapuċċin li kien jassistih, kienu l-aħħar ħaġa li kien jara l-ikkundannat. Drawwiet: Kif qed insemmu l-fratellanzi, ta’ min ifakkar li dari, aktar minn issa, l-membri tal-fratellanzi ta’ San Ġużepp kienu jilbsu kurdun minn taħt li kien magħmul minn spaga ħoxna b’seba’ għoqdiet li jirrappreżentaw isseba’ duluri u s-seba’ ferħiet ta’ San Ġużepp. Ġie li kienu jgħaqqdu l-kurdun fit-tond biex jirrappreżenta tabilħaqq il-kuruna ta’ San Ġużepp li narawha wkoll bħala simbolu tiegħu f’diversi postijiet fil-pittura u fuq l-istandardi talfratellanzi. Fejn hemm il-fratellanzi ta’ dan il-qaddis hemm ukoll id-devozzjoni tas-seba’ Erbgħat ta’ San Ġużepp. Dawn hemm sebgħa minnhom u jħejju għall-festa tiegħu f’Marzu. Għall-festa ta’ San Ġużepp f’Marzu, hi drawwa fost il-Maltin li dawk tal-ħelu jagħmlu għamla ta’ sfineġ għall-okkażjoni; dawn ngħidulhom Żeppoli. Din mhix drawwa tagħna biss imma fl-Italja u f’xi postijiet oħra jagħmluhom ukoll. Imma mhux bilfors bl-istess mod jew bl-istess riċetta. ■ Estratt mill‑ktieb tal‑istess awtur, ‘Drawwiet u Ħajja mill‑ Istorja ta’ Malta’ (Wise Owl Publications 2005, Rabat Malta)


Leħen il-Qala - Festa 2013

rokna letterarja “ĠUŻEPPI” l-QADDIS PrIVIlEĠĠJAt Fost il-Qaddisin tas-Sema Wara l-Verġni Mmakulata, San Ġużepp il-Qaddis tagħna, Glorja u ġieħ LILU tingħata.

Għal darbtejn matul is-Sena, Festi kbar niċċelebraw, Waħda f’Marzu, l-oħra f’Mejju, Ad Unurek inkantaw.

Int Ġużeppi Patrun tagħna Aħna wliedek il-Qalin, Bogħod int dejjem lilna żommna Mill-perikli tad-destin.

Imma l-Qala nagħmlu oħra, Festa kbira, t’Ismek ġieħ, Fl-Ewwel Ħadd t’Awwissu taħbat, B’Tempju għaxqa ġewwa fih.

Ħafna huma t-titli tiegħek, Li maż-żmien ġew attribwiti. Kollha juri l-kobor tiegħek, Doni kbar u nfiniti.

L-isparar, qniepen u baned, Kif iġennu lill-ħamiem! Folol kbar, qubbajt, ġelati, Briju kbir u ferħ bla tmiem.

Int tissejjaħ Patrijarka Unur kbir mogħti lil ftit, Mill-Papiet u s-Santi Padri Lilu l-Knisja tagħti trid.

Il-funzjonijiet fil-knisja, Huma l-għaxqa tal-Qalin, Dak l-armar, il-kant u l-mużika, Vera jogħġbu l-mistednin.

Int ir-Raġel ta’ Marija, Missier Kristu Putattiv, Ġewwa Nazzaret, f’dar familtek, Hemm fuq xogħlok ferm attiv.

Hekk kif tibda l-Purċissjoni, U fil-bieb jitfaċċa x-‘XIĦ’ Iċ-ċapċip, l-għajjat li jtarrax, Jimla l-Pjazza minnufih.

Protettur tal-Knisja kollha, Ġejt maħtur, Int mill-Papiet, Għasses fuqna, ħares lejna, Kif Ragħaj jagħmel man-nagħġiet.

U fuq kollox, Int Ġużeppi, Int Qaddis Privileġġjat, Għaliex mewta bħal dik tiegħek, S’issa d-dinja qatt ma rat.

Int Qaddis tal-Emigranti, Għaliex bħalhom emigrajt. Meta lil Ġesù ridt tħares, Minn t’Erodi l-qilla bżajt!

Għaliex hemm mas-sodda tiegħek Kellek miegħek jikkonslawk Lil Ġesù u lil Marija, Dritt għall-Ġenna ndirizzawk.

Int Patrun tal-moribondi, Li t-tama tagħhom fik. La tinsiex l-Agonizzanti, Talbhom jibda u jintemm Bik.

Lill-Qalin, huma fejn huma, Ġużeppini, Onorati, La tħallix li wara mewthom, Xi ħadd minnhom għad ibati.

VIVA SAN ĠUŻEPP – VIVA l-MANJUS.

Euchar Mizzi 10/04/2013

99


Leħen il-Qala - Festa 2013

MINN tEMPJU MEGAlItIKU GĦAl SANtWArJU tAl-MADoNNA Fir-raħal ċkejken u nadif tal-Qala tas-samm hemm ħaġra kbira: il-Ġebla l-Wieqfa li għal eluf ta’ snin damet fir-raba’ qisha sultana. Ħdejha tal-istess żmien kien hemm il-ġebel taż-żonqor li xi darba bih imsawra kienu l-ħitan ta’ tempju kbir u qawwi ta’ żmien il-qedem. U fl-art ġewwa l-ħamrija l-fdal li jixhed iż-żmien li fih inbena dan it-tempju: frak tal-fuħħar u ż-żnied ta’ Żmien il-Ħaġar mirdum u moħbi. U ’l hawn u ’l hemm fuq il-ħitan mitluqa, mibnija bis-sejjieħ għall-kenn tar-raba’ kien hemm ħaġriet li dawn xi darba kienu fil-ħajt tat-tempju. U fuq l-għoljiet tal-wilġa f’nofs il-Qala għexu niesna tal-qedem, f’dawn l-inħawi, fejn hemm kalati u tal-fuħħar immermer, frak qisu lewlu. Kien Żmien it-Tempji, Żmien il-Ġigantija, fil-Qala għammru wkoll in-nies tal-qedem, fejn qiemu l-alla-mara għammelija, riżq tal-egħlejjel. U kienu hawn ukoll minn Għawdex kollu jiġu l-Għawdxin, jiġu l-Maltin iqimu, dik l-omm li taħseb fina biex ir-raba’ irodd il-muna.

Imma ġie żmien bi żmien it-tempju waqa’ u llum hemm naraw biss il-Ġebla l-Wieqfa, iżjed ma fadal xejn, iż-żmien iħarbat u jeqred kollox. U ntemm il-ġieħ, spiċċat ukoll il-qima lill-omm ta’ sura smina li xi darba kienet issaħħar lill-Għawdxin bil-bosta, tal-ġid il-għelma. U n-nies bdiet tħarref li fl-antik gżiritna kienet imgħammra bin-nies kbar, bil-ġganti, li kienu jġorru ħaġar kbir tal-qawwi u blat tal-franka. U din il-Ġebla l-Wieqfa ġewwa l-Qala, ġarritha ġganta ħalli fuqha tpoġġi, għaliex hemm kellha l-għalqa, u biex toqgħod tgħasses minn fuqha. ‘Mma ż-żmien qered ukoll il-ġganta l-kbira għaliex il-wiċċ tal-ful baqa’ bla m’għamel, intemmet it-tifkira, imma l-ħaġra baqgħet hemm wieqfa. U jekk tal-mara l-ħoxna, jekk tal-ġganta intemmu t-tifkiriet, in-nies tal-Qala bdew jgħożżu lil Mara oħra, aqwa minnhom, bil-wisq maħbuba. Marija, din il-mara, hekk jisimha, Marija, Omm Ġesù, il-Kunċizzjoni, dik l-Omm Imnissla mingħajr ebda Ħtija, żina tal-Qala. U fit-tarf nett, hemm bnewlha t-tempju tagħha, santwarju wisq qadim, f’Tal-Ħalq l-inħawi, għamara ta’ nies twajba, kollu ġrajja, ġawhra tal-gżira.

30/09/1998

100

ANtoN F. AttArD


Leħen il-Qala - Festa 2013

GĦANJA lIl SAN ĠUŻEPP Fis-sena tal-Fidi 2013 Ta’ kull sena rrid ngħannilek Għanja ħelwa u ta’ ferħ; Mal-qawwiet tal-anġli sbejħa, Tidwi w tagħti saħħa u serħ. Minn ta’ Kristu Missier bieżel, Ta’ Marija r-raġel ġust, Tagħna lkoll mudell u eżempju Kif ’l Alla nagħtu l-ewwel post. Kemm bil-ħidma tajba tagħna, Kemm fit-talb kemm fil-mistrieħ; Dejjem fik eżempju nsibu Ta’ qdusija, mħabba u ġieħ. Mat-tħabbira li tak l-anġlu, Mort fl-Eġittu u domt sentejn, Lil Ġesù u ’l ommu Marija Minn t’Erodi ħlist l-idejn... Tifraħ bik Martek Marija, Jifraħ bik, Ġesù Bambin, Tifraħ bik il-Knisja kollha, L-Angli kollha u l-qaddisin. Ħelu jidwi l-leħen tiegħek, Għalkemm kliem qatt ma nissilt Għax biss b’ħarstek u b’għemilek Kollox tajjeb Int għamilt. Għallem lilna, Missier twajjeb, Kif bix-xogħol, bit-talb u s-skiet, Dmirna naqdu, u ’l Alla nħobbu, U b’hekk naslu fis-smewwiet. Patri Ġużi Mifsud – Agostinjan 25 ta’ Mejju 2013

Il-Papa Franġisku Papa ġdid, Kollu ferħan Dejjem daħkan Iħobb il-fqar. Iħobb il-Knisja Iħobb l-insara Iħobb il-fqir U lis-sinjur. Mill-bogħod tad-dinja Dan ġie magħżul, Biex ta’ dil-merħla Ikun it-tmun. Patri Ġiżwita Kien reliġjuż Ta’ San Injazju Kbir Imitatur. Mimli bil-ħeġġa Mhux finanzjarja, Għall-ġid tal-knisja Hu dejjem jara. Lil San Franġisk Hu tant iħobb Għall-faqar tiegħu Lilu mar jgħożż. Il-kelma tiegħu Kollha ħerqana Bħal min jismagħha Lil Kristu jara. Rajnih fil-pjazza Minn ta’ San Pietru Ibierek, jidħak Lin-nies ferħana. L-umiltà tiegħu Ġġagħlek tħobbu Lilu ssir tixbaħ U f’qalbek tgħożżu. Lil Alla ngħidlu Ħudilna ħsiebu Għax ħadd fid-dinja Qatt ma ra bħalu. Patri Ġużi Mifsud o.S.A.

101


Leħen il-Qala - Festa 2013

l-EWKArIStIJA (1)

M’hemm l-ebda mħabba bħal tiegħek Mulej. Qatt m’aħna rajna mħabba bħal din. Inti qed fostna u dejjem tistenna L’iduru lejk kollha l-midinbin. Nafu l’Int tirt ’il fuq ħdejn il-Missier ’ma ħsiebek fuqna dejjem u f’kull ħin. Aħna l-krudili li ma naħsbux fik. ’ma inti tagħder għax aħna bnedmin. Nafu li ħnientek hija bla limitu. Nafu li Ġismek, Demmek ħajja tagħna. Min iduq minnhom jista’ jgħix għal dejjem; Ġismek u Demmek huma dejjem magħna. B’Demmek u Ġismek b’hekk biss issalvana, B’Ġismek u b’Demmek fiss kompli itmagħna.

l-Ewkaristija (2)

Nindmu lkoll aħna għax ftit fadal żmien Għax aħna nidhru quddiemu f’xi ħin, Jekk aħna nindmu fi żgur li jaħfrilna Għax dejjem Hu ħafer lill-midinbin. Hu dejjem ħafer fiż-żmien li għex fostna Kuraġġ immela, nindmu lkoll flimkien Nafu lkoll li aħna għandna ċanfira, Ejjew nisirqu l-Ġenna bla dewmien. Il-Ġenna seraq il-ħalliel it-tajjeb Minn fuq il-Golgota f’temp ta’ minuta; Sema’ Ġesù din il-karba għall-maħfra Din hija storja, hi veru emnuta. Daħħalna lkoll Mulej fil-maqjel tiegħek Sabiex hekk ilkoll aħna ngawdu miegħek.

Joseph Portelli 9.2.2013

102

San Ġużepp ta’ Qalbi Il-ġranet tal-ksieħ għaddew minn fuq il-wied. M’għadx baqa’ fjuri mfewħa, kollox skiet. F’dan is-sajf ħemda perfetta ssaltan sfieqa; Awwissu l-għeneb isajjar fil-Wileġ u fiż-Żewwieqa. Kollox kien qisu mkebbeb f’dalma, San Ġużepp! Issa kollox matur; anke miċ-ċirasa ħiereġ il-ġulepp. In-niċċa mdehba u għażiża tiegħek iżuruha kemm morda, Kif ukoll dawk ta’ qalbhom xierfa, u l-foqra. Int u għaddej mnejn tiegħi nitolbok b’umiltà, berikni; Li jweġġagħni huwa li jien lanqas biss xrift fit-tieqa! Tant kemm qalbi kienet miksura bid-dieqa! Hekk int kull l-ewwel Ħadd t’Awwissu tiġi żżurna Tberikna u żżejlilna triqatna. Fis-sema kewkba tiddi, tilma u ssebbaħ is-sema iktar minn kewkba oħra, Hekk San Ġużepp int l-iktar kewkba li tiddi f’firmament fiddien. Kbir Patrijarka; la ser inxebbħek mal-qamar, L-anqas max-xemx; għaliex dawn it-tnejn bil-mankament, Inxebbħek biss mal-kewkba l-Maġġura li titfaċċa fil-Punent. Int Alla l-għoli, ħadt ħsieb biex f’din qalbi; Tkebbes l-ewwel Imħabba; U jien irrepetejt li fija qatt ħażin m’hu ser jtrabba. Kont jien darba waħda żagħżugħ għami! Iżda int bdiltni f’raġel ta’ qalb tajba u għani!

Joe Cutajar 3 t’April 2013


Leħen il-Qala - Festa 2013

Għeluq it-tliet Mija u Ħamsa u Għoxrin Sena tal-Parroċċa ta’ Santa Marija tal-Qala u għeluq il-Ħamsa u Għoxrin sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru ta’ Santa Marija tal-Qala. Wiċċek wiċċ ta’ anġlu, wiċċek wiċċ ta’ kewkba! Jintfew l-imnajjar il-kbar u ż-żgħar, Hekk kif ta’ kull sena tasal in-newba. l-anġli tas-sema ta’ festa kbira jagħtu l-aħbar. Insellimlek S. Marija tal-Qala; Id-dinja m’għandhiex aqwa minnek x’tirregala ’l Alla. lanqas il-kuruna tad-deheb jew it-tempju tiegħek; Mogħnija b’rikkezzi ta’ pittura ċelebri tas-Sur Camilleri Cauchi o tempju Nazzjonali; min bniek miet u ntesa, Min ippjantak ħadd ma semmieh. Int biss hawn għadek fuqqani, sabiħ, tindokra l-Qala U twennes eluf t’erwieħ. Il-qniepen tiegħek sogħbiena qegħdin jibku l-jum li ħalliena; Il-bdiewa jitolbu ’l Madonna tal-Qala biex minnhom tiġiha ħniena Qamar fiddien tela’ fis-sema jżejjen dal-lejl b’dija sajfija. Filwaqt li f’għonq il-merħla l-ġnieġel idoqqu kantaliena! ’Il fuq ’il fuq j’Insara: inħarsu bħal kaċċaturi għal kaċċa, B’għajnejn ta’ seqer u dawk ta’ nemes, Biex jekk xi ġebla ċentinarja titħarrek jew xitla titfaċċa, Dritt nagħmluha f’postha b’xi feles. Malta Malta, fejn hawn Santwarju, Iżjed frekwentat u miżmum sewwa; B’korsija u zokklu tal-irħam ta’ Carrara (mkebbeb) F’liżar tas-satin, imwennes bit-tisfir, tal-ortolan? o Marija għallimna biex ma nimmirawx għall-kwiekeb; Imma l-anqas għandna ningħaqdu mal-ilpup. Nibżgħu ftit għall-ambjent u nħalluhom f’posthom l-imwieżeb. Int tabiba tar-ruħ u tal-ġisem; daqsek ħadd ma għamel isem. Viva Santa Marija tal-Qala! Joe Cutajar 4 ta’ April 2013 Nota tal-Editur: Din il‑poeżija hija l‑aħħar waħda li kitbilna ħuna Joe Cutajar, il‑Poeta ta’ veru u li tant ħabb in‑Natura u l‑Ambjent, qabel ma ħalliena biex mar jiltaqa’ mal‑Mulej, mal‑ Immakulata u ma’ San Ġużepp li hu kien tant iħobb u jqim nhar it‑Tnejn 6 ta’ Mejju 2013. Kif tafu, Joe kien kontributur regolari tal‑‘Leħen il‑Qala’ fejn tana diversi xogħlijiet letterarji u ta’ proża u poeżija, u li nsibuhom fir‑Rivista matul dawn l‑erbgħin sena ta’ eżistenza tagħha fostna fil‑Qala. Joe kien ukoll għamel id‑diskors ta’ Jum il‑Parroċċa fil‑Pjazza Prinċipali tal‑ Knisja Arċipretali tagħna u li wara kien stampat ukoll fil‑Leħen il‑Qala. F’isem il‑Parroċċa nirringrazzjah, insellmu l‑memorja tiegħu u nitlob lill‑Mulej jagħtih il‑ Mistrieħ ta’ dejjem. Nagħtu wkoll il‑kondoljanżi tagħna lil ħutu u l‑familjari kollha tiegħu.

103


Leħen il-Qala - Festa 2013

F’għeluq ix-xahar ta’ Mejju talb u tifħir lill-Santa Marija tal-Qala fi Triq Patri Ġużepp Portelli, il-Qala Insellmulek Omm ħanina, nagħtuk merħba fit-Triq tagħna, Triq Patri Ġużepp Portelli, missjunarju, bin ir-raħal tagħna.

Sliema, Omm is-Saċerdoti. Tina l-vokazzjonijiet. Bierek qlub is-saċerdoti, Xerred fuqhom kull barkiet

Insellmulek Omm Sultana, lilek nagħtu kull foħrija, taħt il-mant tiegħek iġborna, uri magħna kull mogħdrija.

Insellmulek maħbuba Ommna, hawn b’imħabbtek qalbna tfur, żgħar u kbar inħobbuk ħafna, żommna dejjem mingħajr dnub.

Insellmulek ja Sultana, bierek inti lit-tfal tagħna, saltan dejjem f’kull familja, is-sliem xerred fil-qalb tagħna.

Insellmulek, Sultana tal-Paċi, int kellimtna f’tant dehriet; ġib il-paċi anke fostna, ara kemm baqa’ inkwiet!

Sliema għalik Saħħa tal-Morda. Inti l-faraġ fil-hemm tagħna. Mill-mard tagħna fis fejjaqna. Bierek lill-anzjani tagħna.

Insellmulek, Omm bla Tebgħa, inti Sultana mingħajr ħtija, għinna inti tul ħajjitna, biex miegħek niġu fit-tgawdija.

Insellmulek O Marija, it-tama tagħna kollha Fik, safja żomm iż-żgħażagħ tagħna, bogħod mid-droga u t-tifrik.

Insellmulek, O kbira Ommna, idħol għall-erwieħ għeżież, ħudhom ħalli jgawdu miegħek, sliem u hena ta’ bla qies.

Insellmulek Omm ħanina għall-ħaddiema nitolbuk, fix-xogħol tagħhom int ħarishom, l-għajxien jiksbu għal tant ħluq.

Insellmulek Sidtna Ommna, hekk kif spiċċa x-xahar ta’ Mejju, ma’ Ġużeppi u Ġesù Ibnek, kun tal-Qala ħarsien ħlejju. Ġużeppa Camilleri

104


Leħen il-Qala - Festa 2013

Kronaka tal-Parroċċa  miġbura minn Josephine Xuereb

15 ta’ Marzu 2013 Bħala tifkira tal-Miġja tax-Xbieha tar-Redentur tal-Qala fostna, Dun Stephen Magro, Direttur Spiritwali tasSeminarju Minuri tal-Virtù, mexxa l-quddiesa fil-waqt li animaw il-kant l-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa. 16 ta’ Marzu 2013 Filgħaxija ġiet organizzata fil-Knisja Arċipretali t-tnejn u għoxrin Edizzjoni tal-‘Gozo International Celebration’ bit-tema ‘Thy Will be done’.

18 ta’ Marzu 2013 Lejliet is‑Solennità ta’ San Ġużepp Patrun tal‑Knisja Universali It-Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp u l-Konċelebrazzjoni Pontifikali tmexxiet mill-E.T. Mons. Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca li fiha ħadet sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp talParroċċa tagħna. Anima l-kant il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

105


Leħen il-Qala - Festa 2013 19 ta’ Marzu 2013 Solennità ta’ San Ġużepp, Patrun tal‑Knisja Universali Matul il-ġurnata waslu diversi pellegrinaġġi minn Parroċċi Għawdxin u Maltin. Il-Konċelebrazzjoni Solenni ta’ San Ġużepp ġiet immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. L-orkestra kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Frankie Debono.

22 ta’ Marzu 2013 Festa tal‑Madonna tad‑Duluri Il-Konċelebrazzjoni tmexxiet minn Mons. Pawlu Vella, Imħallef fit-Tribunal Ekkleżjastiku tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara saret il-Purċissjoni bl-Istatwa devota tad-Duluri.

sehem is-saċerdoti flimkien mal-grupp tal-vokazzjonijiet, l-abbatini, it-tfal tal-Ewwel Tqarbina u l-istudenti li rċevew is-Sagrament tal-Konfirmazzjoni din is-sena. Filgħaxija tmexxiet Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tifkira tat-Twaqqif tal-Ewkaristija fejn sar il-ħasil tar-riglejn u t-Translazzjoni tas-Sagrament lejn l-Artal tar-Ripożizzjoni.

29 ta’ Marzu 2013 Il‑Ġimgħa l‑Kbira Filgħodu nġbarna għat-talb tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum u wara tkompliet l-Adorazzjoni fl-artal tar-Ripożizzjoni. Is-Soċjetà tal-Mużew, sezzjoni Bniet mexxew il-viżti għat-tfal tal-Parroċċa. Wara nofsinhar, saret it-tifkira tal-Passjoni u Mewt tal-Mulej. Inqara r-rakkont tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu u wara ħadna sehem fl-Adorazzjoni tas-Salib. 30 ta’ Marzu 2013 Sibt l‑Għid Filgħaxija nġbarna lkoll flimkien għall-Velja Kbira ta’ Sibt il-Għid.

24 ta’ Marzu 2013 Ħadd il‑Palm Bħala tifkira tad-daħla messjanika ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, sar it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm quddiem il-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani. Ittfal akkumpanjaw bl-ilbiesi tagħhom fuq stil Lhudi. Wara ħadna sehem fil-Konċelebrazzjoni Solenni li fiha anima l-kant il-grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa.

31 ta’ Marzu 2013 L‑Għid il‑Kbir Filgħaxija saret dimostrazzjoni bl-Istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt. Akkumpanjat il-Banda ‘Ite ad Joseph’ b’marċi reliġjużi taħt id-direzzjoni ta’ Mro Antoine Mercieca. Wara sar it-tberik u t-tqassim tal-figolli lit-tfal.

Aktar tard filgħaxija, saret il-purċissjoni bil-Vari talPassjoni tal-Mulej. Akkumpanjat il-Banda ‘Ite ad Joseph’ b’marċi funebri, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Antoine Mercieca u b’kant reliġjuż mill-Kor ‘Magnificat’.

106

28 ta’ Marzu 2013 Ħamis ix‑Xirka F’Pontifikal Solenni fil-Knisja Katidrali tbierku ż-żjut imqaddsa u sar it-tiġdid tal-wegħdiet Saċerdotali. Ħadu

27 t’April 2013 Fl-okkażjoni tat-325 sena tat-Twaqqif tal-Parroċċa ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’, tmexxiet Konċelebrazzjoni


Leħen il-Qala - Festa 2013 Solenni mill-Vigarju Ġenerali Mons. Ġiovanni Bosco Gauci fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni li serva fil-bidu bħala knisja Parrokkjali meta twaqqfet il-Parroċċa ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’. 28 t’April 2013 It‑325 sena mit‑twaqqif tal‑Parroċċa ‘Santa Marija tal‑ Qala’ u l‑25 sena mill‑Inkurunazzjoni tal‑Kwadru ta’ ‘Santa Marija tal‑Qala’. Matul il-jum saru diversi pellegrinaġġi u żjarat privati fis-Santwarju Nazzjonali tal-Immakulata Kunċizzjoni. Aktar tard wara nofsinhar, l-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju ta’ Malta mexxa Konċelebrazzjoni Pontifikali flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa, Kappillani u Saċerdoti Għawdxin bis-sehem tal-Fratelli tal-Parroċċa u l-Fratellanzi ta’ San Ġużepp u tal-Madonna Maltin u Għawdxin. FilPontifikal saret il-Professjoni tal-Fidi f’din is-Sena tal-Fidi. L-Orkestra kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Frankie Debono flimkien mal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

Wara, sar Pellegrinaġġ Storiku mill-Knisja Arċipretali għasSantwarju tal-Kunċizzjoni bil-Kwadru Prezzjuż u Antik ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’ fl-okkażjoni tal-25 sena millinkurunazzjoni tieghu. Ħadu sehem il-Fratellanzi kollha u l-Banda ‘Ite ad Joseph’. Il-Kwadru tal-Madonna baqa’ fisSantwarju għall-qima tal-pubbliku. 1 ta’ Mejju 2013 San Ġużepp Ħaddiem L-E.T. Mons. Isqof Mario Grech mexxa Konċelebrazzjoni Pontifikali bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. 8 ta’ Mejju 2013 Fl-okkażjoni tal-109 sena mill-Konsagrazzjoni talKnisja Arċipretali, l-Arċipriet il-Kan. Joe Zammit mexxa l-Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. 12 ta’ Mejju 2013 Festa tal‑Madonna tal‑Blat Bħal fi snin l-imgħoddija, matul dan il-jum ġie ċċelebrat numru ta’ quddies fil-kappella ħelwa ddedikata lillMadonna tal-Blat. Wara nofsinhar, l-Arċipriet il-Kan. Joe Zammit mexxa Konċelebrazzjoni Solenni. Wara sar festin madwar il-Kappella. 18 ta’ Mejju 2013 Ħadna sehem fil-Velja ta’ Pentekoste li kienet bissehem tal-istudenti tal-Griżma. 22 ta’ Mejju 2013 L-Arcipriet flimkien ma’ Patricia Buttigieg kantaw waqt l-inawgurazzjoni tal-Kappella Russa riċentement

107


Leħen il-Qala - Festa 2013

restawrata, fil-preżenza tal-ET il-President tarrepubblika Dr Ġorġ Abela fil-palazz ta’ San Anton. 26 ta’ Mejju 2013 L‑Ewwel Tqarbina Saret iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina għat-tfal talParroċċa tagħna li tat bidu għall-Missjoni tax-Xirka talIsem Imqaddes ta’ Alla fil-Parroċċa tagħna.

26 ta’ Mejju – 2 ta’ Gunju 2013 Missjoni Żgħira ta’ talb u tagħlim ‑ Xirka tal‑Isem Imqaddes t’Alla Il-motto maħsub mix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla għal din il-ġimgħa kien ‘Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda biex id‑ dinja temmen’. Matul din il-ġimgħa ħadna sehem b’mod attiv fl-adorazzjoni matul in-nofsinhar ta’ filgħodu. Saru wkoll bosta zjarat lill-morda u lill-familji tal-Parroċċa minn Patri Albert Micallef ofm u Patri Ugolin Xerri ofm Conv. rispettivament. Bħala għeluq tal-Missjoni, inġbarna lkoll flimkien għall-Konċelebrazzjoni Solenni tal-Festa tal-Korpus immexxija mill-W.R. Arċipriet il-Kan. Joe Zammit bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara mxejna wara s-Santissimu Sagrament bis-sehem tal-Fratelli u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

108

31 ta’ Mejju 2013 Konsagrazzjoni tal‑Parroċċa lill‑Qalb ta’ Marija Filgħaxija saret purċissjoni Marjana bis-sehem talFratelli bil-Kwadru Antik u devot ta’ Santa Marija talQala. Wara ħadna sehem f’quddiesa fil-beraħ fi Triq Patri Ġużepp Portelli fejn saret il-konsagrazzjoni talfamilji lill-Madonna.

7 ta’ Ġunju 2013 Solennità tal‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù Filgħaxija ħadna sehem fil-Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara mxejna proċessjonalment wara Ġesù Ewkaristija bissehem tal-Fratellanza. 12 ta’ Ġunju 2013 Tajna bidu għall-Erbgħat ta’ San Ġużepp bi preparazzjoni għall-festa f’ġieħ il-Kbir Patrijarka San Ġużepp. Il-Motto għal din is-sena hu; Lejk nirrikorru O Ġużeppi Mqaddes.


Leħen il-Qala - Festa 2013

It-tfal li rċevew l-Ewwel tqarbina fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp, Qala Għawdex minn idejn l-Arċipriet Dr Joe Zammit nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2013 Solennità tat-trinità Qaddisa Josepha Abela, Matthew Buhagiar, Andrea Buttigieg, Eathen Buttigieg, Francesca Buttigieg, Adam Costa, Joelyn Cutajar, Shirley Debattista, Maria Scerri, Nigel Tabone, Jamie Xerri, Maria Xerri

Kandidati li ħadu s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni nin-Nunzju Appostoliku ta’ Malta, Mons. Aldo Cavalli fil-Pjazza Santwarju ta’ Pinu, Għarb, Nhar is-17 ta’ Mejju 2013 Matthew Borg, Luke J. Buhagiar, John Paul Buttigieg, Nadine Costa, Daphne Cremona, Jeremy Cutajar, Joseph Cutajar, Kamren Cutajar, Martina Grima, Emma Mercieca, Darren Chima Njoku, Kimberly Pace, Josefa Portelli, Justin Joseph Portelli, Roderick Portelli, Matthew Xuereb

109


Le침en il-Qala - Festa 2013

21 55 79 93

Flower Zone

110


Leħen il-Qala - Festa 2013 Ir-ritratt ta’ din il-Ħarġa: (Nru. 8)

Il-Kwadru Mirakoluż tal-Immakulata Kunċizzjoni qed jiġi Proċessjonalment meħud lura lejn is-Santwarju wara li kien Inkurunat f’Awwissu tal-1954

Bħal daż-żmien 59 sena ilu, seħħ avveniment importanti ħafna għall-Parroċċa tagħna tal-Qala. Dakinhar kien inkurunat il-Kwardu Titulari tas-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni, Santwarju Nazzjonali Marjan li fl-1688 laqa’ fi ħdanu l-Parroċċa bl-isem ta’ “Santa Marija Tal-Qala”, li lilha kien iddedikat dan is-Santwarju sa mill-bidu tal-Kristjaneżmu f’pajjiżna, u li fl-1615, fuq talba tal-Isqof Djoċesan, l-Isqof Cagliares, it-Titular ġie mibdul għal dak preżenti tal“Immakulata Kunċizzjoni”. Fil-fatt, ir-ritratt juri din il-purċissjoni bil-kwadru Inkurunat tal-Immakulata qed jiġi merfugħ minn erba’ saċerdoti u ovvjament akkumpanjat mill-kleru u l-poplu tal-Qala. Il-lokalità tar-ritratt turi t-triq ta’ quddiem is-Santwarju, mis-Salib ’il ġewwa u l-kwadru jidher imżejjen b’burdura ta’ fjuri friski bil-kuruna tad-deheb u djamenti tilma’ fuq il-Pittura ta’ Federico Barocci ta’ Urbino l-Italja. Tajjeb infakkru li l-inkoronazzjoni saret fil-Pjazza Prinċipali tal-Knisja, illum Arċipretali tal-Qala nhar il-Ħadd l-1 t’Awwissu 1954, mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Ġużeppi Pace Isqof t’Għawdex li kien mgħejjun mill-Eċċellenzi tagħhom l-Isqfijiet Mons. Bonifacio Bertoli – Isqof ta’ Tripli u Mons. Teofano Stella, Prefett Appostoliku tal-Kuwait. Minn dakinhar ’l hawn dan il-kwadru ħareġ darbtejn oħra, darba f’għeluq is-sentejn, biex tpoġġielu Brillant fuq sider il-Madonna mill-istess Isqof Ġużeppi Pace, u darba oħra f’għeluq il-25 sena mill-Inkoronazzjoni, meta Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi tpoġġa stellarju tad-deheb u brillanti, magħmul minn 5 stilel, eżatt kif hemm impittra fuq il-Kwadru millpittur innifsu. ■ Ħajr lill‑Uffiċċju Parrokkjali li sellifna dan ir‑Ritratt storiku. Min ikollu xi ritratt antik konness mar‑raħal tal‑Qala, huwa mitlub iġibulna u aħna nġibuh fir‑Rivista. Grazzi. L-Editur.

111


Le침en il-Qala - Festa 2013

112


Peter Bugeja

Fisheries

Suppliers of Fresh & Frozen Fish

Triq il-Merkanti Tel/Fax: 21563413 G침ajnsielem GSM 1951 Mob: 99430470 Gozo - Malta Email: peterbugejafisheries@gmail.com


Mario Portelli Woodworks Factory GXA007, Triq l-Industrija, Xewkija.

T: 2155 6649 • F: 2156 2985 • M: 9944 0360 E: marioilletrop@hotmail.com Manufacturers of High Quality Custom Furniture, Water-Proofed External Apertures and Interior Fitments, such as Kitchens, Doors, Bedrooms and more.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.