Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-100 sena mill-għoti tat-titlu ta’ Bażilika Carl Farrugia
Is-sena 1995 kienet is-sena li fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu saru diversi ċelebrazzjonijiet sabiex jiċċelebraw il-100 sena mill-għoti tat-titlu ta’ Bażilika Minuri propju permezz ta’ digriet mill-Papa Ljun XIII fit-13 ta’ Mejju 1985.
Il-Komunità Karmelitana ħassitha fid-dmir li tiċċelebra dan l-anniversarju importanti ħafna għaliha u għalhekk ħejjiet diversi ċelebrazzjoni kemm fil-ġurnata tad-digriet kif ukoll matul iljiem tal-Festa f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu kif se naraw f’dan l-artiklu. 13 ta’ Mejju 1995 Fit-13 ta’ Mejju 1995 ħareġ timbru postali kommemorattiv ta’ Malta li kien jinkludi l-Bażilika.
Wara nofsinhar kien organizzat carcade millpartitarji Karmelitani fejn daru diversi bliet u rħula f’Malta, b’mod partikolari Birkirkara u l-Isla fejn dawn ukoll Bażiliċi.
Fis-6.30pm ta’ filgħaxija saret quddiesa solenni mmexxi mill-Provinċjal P. Robert Farrugia O. Carm preżenti kien hemm il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami flimkien mal-mara tiegħu, is-Sur Jimmy Magro f’isem il-Partit Laburista u s-Sindku tal-Belt Valletta, s-Sur Hector Bruno. Wara l-quddies sar marċ mill-Banda San Ġorġ ta’ Bormla.
Il-marċ li sar fit-13 ta’ Mejju 1995
Valletta 2020
Is-Santwarju ppakkjat waqt il-quddiesa fit-13 ta’ Mejju 1995
Ċelebrazzjonijiet waqt il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu Fis-27 ta’ Ġunju 1995 ttellgħet Akkademju MużikoLetterarja bis-sehem tal-kor u orkestra fejn sar diskors dwar il-ġrajja tal-għoti tal-Bażilika minn P. Valentin Borg Gusman O. Carm. Preżenti għal din is-serata kien hemm il-President ta’ Malta Dr. Ugo Mifsud Bonnici li wara l-Akkademja flimkien malProvinċjal Patri Robert Farrugia O.Carm. kixef u inawgura x-xogħol ta’ skultura li sar fil-kor li kien ilu għaddej tliet snin milll-iskultur Joe D’Amato.
Fit-30 ta’ Ġunju fid-6.30pm saret Quddiesa kkonċelebrata fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu u l-komunità Karmelitana tal-Belt Valletta u ppreseduta mill-Arċipriet tal-Kolleġġjata Kan. Alfred Camilleri. Hekk kif spiċċat il-quddiesa sar pellegrinaġġ bl-istatwa devota tal-Madonna talKarmnu mill-Kolleġġjata għall-Bażilika bis-sehem tal-banda San Ġorġ ta’ Bormla bil-kor Tota Pulchra li beda mill-knisja ta’ San Pawl baqa’ nieżel sa Triq San Duminku, wara dar għal Triq il-Merkani u għal San Kristofru. Wara telgħa Triq ir-Repubblika għal Pjazza San Ġorġ u lura lejn il-Bażilika fejn sar il-kanta tas-Salve Regina, Flos Carmeli u barka Sagramentali. Fit-3 ta’ Lulju li kienet l-ewwel ġurnata tanNovena kien f’idejn iż-Żgħażagħ Karmelitani taħt it-tmexxija ta’ Patri Victor Schembri O. Carm. Wara rużarju meditat miż-żgħażagħ saret quddiesa animata mill-istess żgħażagħ u wara ttelgħet
25