Ħarġa numru 12 - Ħarifa 2017
Newspaper post
Pubblikazzjoni maħruġa mis-Segretarjat tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali
10
L-Iskema l-Ġdida għall-Iskejjel
15
Il-Prodott Naturali Malti: Għandu jingħata aktar prijorità
2
Nisġet ARTNA
L-Editorjal Għeżież qarrejja, Is-sajf għadda u qegħdin nippreparaw għal staġun ieħor li jġib miegħu ħafna tibdil. Wara xi ftit jiem ta’ mistrieħ u vaganzi, l-istaġun tal-ħarifa jerġa’ jibda jdaħħalna fir-rutina tagħna. Għalkemm it-temp jibqa’ sabiħ u forsi wkoll tibqa’ xi ftit tassħana, xi ħalba xita ma tonqosx u n-natura ftit ftit tibda tħaddar u tieħu r-ruħ minn dik in-nixfa li jġib miegħu l-istaġun tas-sajf.Wara l-ġranet tas-sajf, fil-ħarifa l-jum jibda jiqsar ġmielu u l-antenati tagħna, fl-għerf bla miktub tagħhom, ħarġu l-qawl “Għal San Mikiel lesti l-gandlier” li f’din l-edizzjoni fost ħafna artikli oħra nsibu artiklu interessanti ferm bit-tifsira ta’ dan il-qawl. F’din il-ħarġa se nsibu wkoll riċetta faċli u bnina taz-zalza tat-tadam, informazzjoni dwar il-pjanta tal-galletti kif ukoll skemi u miżuri għall-bdiewa tagħna. Qabel nagħlaq nixtieq infakkarkom biex iżżuru l-paġna tagħna tal-Facebook u nħeġġiġkom tingħaqdu magħna fejn inwasslulkom l-aħħar informazzjoni kemm fuq issettur tagħna kif ukoll dwar l-attivitajiet li nkunu se ntellgħu fejn fil 15 t’Ottubru jkollna Jum l-Annimali u f’Diċembru l-Villaġġ talMilied fl-Għammieri. Inselli għalikom, Ramona Borg
Pubblikazzjoni maħruġa mis-Segretarjat tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Taqsima Festi Rurali Ċentru ta’ Riċerka u Żvilupp L-Għammieri, Triq l-Ingiered Il-Marsa MRS 3303
Il-Wied tal-Lunzjata Ritratt meħud minn Joseph Mercieca
Kordinatriċi Leanne Bajada Editur Ramona Borg Kontributuri Arnold Sciberras Mario Salerno Jeffrey Sciberras Malcolm Vassallo Stefan Cachia Alden Grima
Martin Farrugia Ivan Farrugia Franca Salerno Michael Sciberras Dr. Leyla Knittweis-Mifsud Andre’ Sciberras Christopher Bonnici
Qari tal-provi Braden Saffrett
Werrej 03
04
05
06
08
09
10
11
12
13
14
15
17
19
20
21
23
Messaġġ: Nisġet Artna: Prodott Naturali Bnin u ta’ Kwalità
Il-Pjanta tal-Galletti
Il-Basal, it-Tewm u l-Kurrat tal-Gżejjer Maltin
Il-Marda tal-Phyllosticta taċ-Ċitru
20,000 Kannizzata għall-Istaġun tal-Lampuki
L-Iskema l-Ġdida għall-Iskejjel
Il-Prodott Naturali Malti Għandu Jingħata Aktar Prijorità
Għerf Ġensna
Il-Ġbir tal-Ilma
Ħidma Kontinwa
Id-Demel tal-Bhejjem u l-Analiżi tal-Ħamrija
Ħidma fix-Xita
Trasferimenti ta’ raba’ għal sena waħda
Il-Ġejjieni tal-Biedja u s-Sajd f’Pajjiżna
Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020
Riċetta: Iz-Zalza Friska Tat-Tadam Fid-Dar
Żoni Protetti fil-Baħar
Ħarifa 2017
3
Nisġet Artna: Prodott Naturali Bnin u ta’ Kwalità Is-sajf għal ħafna minna jfisser żmien ta’ mistrieħ li matulu nieħdu l-okkażjoni biex naqtgħu ftit mir-rutina tassoltu u mmorru velleġġjatura xi mkien jew xi mawra ’l bogħod minn xtutna. Lejn l-aħħar ta’ Settembru, imbagħad, ladarba t-tfal jirritornaw lura lejn l-iskola, il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin terġa’ lura għannormal u l-ħidma tissokta.
Onor. Clint Camilleri
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali
Għeżież, Din hija l-ewwel darba li qed nasal fid-djar tagħkom permezz ta’ din il-pubblikazzjoni li hija mfittxija minn eluf ta’ Maltin u Għawdxin, u għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja b’mod speċjali lilkom il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda, li tul dawn l-aħħar tliet xhur ilqajtuni, spjegajtuli d-diffikultajiet li taffaċċjaw u ddiskutejtu miegħi l-isfidi u l-ambizzjonijiet tagħkom. Grazzi talli qed timxu miegħi sabiex nagħmlu s-setturi tagħna aktar b’saħħithom. Din ir-rivista, maħruġa misSegretarjat Parlamentari għallAgrikoltura, Sajd u Drittijiet talAnnimali, hija opportunità sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jitgħallmu u jkunu aktar qrib ta’ nisġet artna, permezz ta’ artikli informattivi u edukattivi.
Madanakollu, ix-xhur tas-sajf għas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali kienu lil hinn minn żmien ta’ mistrieħ. Bħalma sejrin taraw f’din ir-rivista, minkejja li ili biss tliet xhur inservi fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari, diġà kellna diversi laqgħat u impenji sabiex naġevolaw u nilħqu l-miri għas-setturi konċernati. Id-dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi huma vasti u impenjattivi. Tul ixxhur li ġejjin se nkunu qed
nassiguraw fost l-oħrajn li l-prodott naturali Malti jkun ta’ kwalità għolja, u se nippromwovu l-bontà tiegħu sabiex inħajru lill-konsumatur jirrikorri għat-tjubija tal-prodott naturali Malti. Ninsab kommess li permezz ta’ ħidma kontinwa, is-Segretarjat Parlamentari kapaċi jagħti dimensjoni akbar u jsaħħaħ il-potenzjal tal-prodott naturali Malti. Dan iżda jista’ jsir grazzi għall-bżulija u s-sagrifiċċji tal-bdiewa, tar-raħħala u tassajjieda tagħna, li b’ħidmiethom, qed jagħtu lill-pajjiżna prodott verament bnin li ma ssibu mkien iżjed. Is-suċċess tagħkom, għeżież ħbieb li taħdmu lil din l-Art Ħelwa tagħna, se jkompli jkun l-għan prinċipali tagħna tul is-snin ta’ ħidma li għandna quddiemna. Inselli għalikom u nirringrazzjakom mill-ġdid talgħajnuna tagħkom.
4
Nisġet ARTNA
20,000 Kannizzata għall-Istaġun tal-Lampuki ’Il fuq minn 20,000 kannizzata ġew ippreparati mis-sajjieda Maltin u Għawdxin sabiex itTlieta 15 ta’ Awwissu, 2017 beda l-istaġun tal-lampuki li jibqa’ sejjer sal-31 ta’ Diċembru, 2017. Din is-sena, l-istaġun tallampuki huwa magħmul minn 113-il rimja mqassmin madwar Malta u Għawdex, fejn l-aktar frekwentati huma Marsaxlokk, Marsaskala, San Pawl il-Baħar u x-Xlendi, Għawdex. Tajjeb wieħed isemmi li matul is-sena li għaddiet, il-bejgħ tal-lampuki laħaq il-€1.4 miljun. Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu, isSegretarju Parlamentari għall-
Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali l-Onor. Clint Camilleri ngħaqad mas-sajjieda Xlukkajri sabiex sar it-tberik tad-dgħajjes fil-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki. L-Onor. Clint Camilleri saħaq li se jimpenja ruħu sabiex ikun qrib kull sajjied li jinsab f’dan is-settur irregolat minn bosta liġijiet stretti, u jara li jiffaċilita l-ħidma tas-sajjieda. Huwa tenna li se jara li tiġi implimentata malajr kemm jista’ jkun it-tneħħija tat-taxxa ta’ 3% fuq id-dħul tas-sajjieda. Apparti minn hekk, is-Segretarju Parlamentari qed jaħdem sabiex jitwettqu diversi proġetti infrastrutturali għall-benefiċċju tas-sajjieda,
fosthom il-breakwater u diversi slipways f’Marsaxlokk u madwar Għawdex sabiex jiżdied l-aċċess għall-baħar. Min-naħa tagħha, waqt l-istess ċerimonja, id-Direttur Ġenerali tas-Sajd u l-Akkwakultura Dr Andreina Fenech Farrugia qalet li l-liċenzja tas-sajd għal-lampuki, apparti li tagħti privileġġ, twassal għal diversi obbligi importanti li jridu jiġu mwettqa sabiex nipproteġu dan is-settur. Hija sostniet li huwa essenzjali li s-sajjieda jinformaw lid-Direttorat meta jkunu se jidħlu lura fil-port sabiex iħottu u jiddikjaraw il-qabda tagħhom quddiem uffiċjali tad-Direttorat.
Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali mill-ġdid waqt SkolaSajf 2017 Għar-raba’ sena konsekuttiva, id-Direttorat għallĦarsien tal-Annimali reġa’ ħa sehem, b’koordinament mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, fl-inizjattiva li tiġi organizzata kull sena magħrufa aħjar bħala SkolaSajf 2017, li ssir bejn Lulju u Settembru. Uffiċjali mid-Direttorat żaru xejn inqas minn 20 ċentru ta’ SkolaSajf mifruxa madwar Malta u Għawdex. Matul dawn iż-żjarat, li għalihom kienu preżenti mijiet ta’ studenti, ingħatat informazzjoni dwar is-servizzi disponibbli f’pajjiżna relatati malħarsien tal-annimali b’aċċenn fuq is-servizz 1717 kif ukoll il-kampanja dwar l-addozzjoni tal-klieb. B’differenza minn snin oħra, l-istudenti preżenti kellhom l-opportunità li jsegwu aktar mill-viċin ukoll dwar x’wieħed għandu jagħmel jekk jiddeċiedi li jkollu akwarjum id-dar kif ukoll ingħataw dettalji dwar l-għajnuna li klieb imħarrġa apposta kapaċi jagħtu lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali
Grazzi speċjali lill-Uffiċċju tal-Kummissarju responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali, lillMalta Service Dogs Foundation kif ukoll lillMalta Aquarist Society li flimkien taw is-sehem tagħhom matul SkolaSajf 2017. L-istudenti kollha li attendew għal dawn issessjonijiet iddedikati għall-ħarsien tal-annimali ngħataw materjal edukattiv fosthom kotba u fuljetti. Għat-tielet sena konsekuttiva reġgħet ġiet organizzata l-kompetizzjoni għall-istudenti b’rabta ma’ ritratt mal-pet favorit tagħhom fejn bħas-snin passati reġgħet rat numru sabiħ ta’ studenti li ħadu sehem. Ir-rebbieħa tal-iktar ritratt oriġinali rebħu kotba relatati mal-annimali u l-ħarsien tagħhom.
Ħarifa 2017
Il-Ġbir tal-Ilma Il-biċċerija pubblika se tkun qed timplimenta pakkett ta’ miżuri biex jinġabar u jibda jintuża l-ilma tax-xita kollu li jinżel fuq il-bjut tal-impjant. Dan hekk kif se jibdew jintużaw ġibjun ta’ madwar 1,600 metru kubu u sistema ta’ ffiltrar tal-ilma.
Il-biċċerija hija post ta’ konsum qawwi ta’ ilma. Bħala medja jiġu kkonsmati madwar 110 metru kubu ta’ ilma kuljum, jew madwar 40,000 metru kubu fis-sena. L-ilma jintuża primarjament bħala parti millproċess ta’ ħasil tal-imqawel fejn jintlaqgħu l-annimali ħajjin, tal-linji tal-qatla, u żoni oħra li jiffurmaw parti mill-impjant. Tajjeb jingħad li l-proċess ta’ ħasil ta’ dawn iż-żoni huwa wieħed estensiv. Minbarra li l-inħawi ta’ produzzjoni jiġu mnaddfa kontinwament matul l-operat, l-art u t-tagħmir kollu użat fil-proċessi talbiċċerija jiġu l-ewwel imnaddfa b’diżinfettant ta’ alkali jew aċtu.
Eventwalment jiġu mlaħalħa u wara li jintmesħu jiġu maħsula mill-ġdid b’diżinfettant ta’ kloru jew alkoħol u jerġgħu jiġu mlaħalħa mill-ġdid. Dan bilgħan li tiġi żgurata l-iġene talpost u ma jkunx hemm riskju ta’ kontaminazzjoni tal-karkassi jew laħam mill-apparat jew miż-żoni ta’ produzzjoni. Tajjeb jingħad ukoll li matul il-proċess u t-tindif tal-karkassi s-skieken, is-srieraq u apparat ieħor jiġu sterilizzati b’temperatura ta’ 82 grad celsius li l-ilma tagħhom il-ħin kollu jinbidel. Ukoll, il-biċċiera għandhom jaħslu jdejhom bejn karkassa u oħra. Barra minn hekk, it-trakkijiet kollha li jġorru l-bhejjem lejn il-biċċerija jiġu maħsula b’diżinfettant qabel ma jħallu l-impjant. Ix-xogħol biex ikun jista’ jinġabar l-ilma tax-xita ilu li beda, u kien parti integrali mill-proċess ta’ ristrutturar tal-biċċerija li nbeda fl-2013. Wara li saret manutenzjoni estensiva tas-soqfa, dawn inksew bil-membrane. Bħala parti mill-proċess ta’ rinnovar tal-biċċerija, tnaddfet ġiebja apposta biex tilqa’ l-ilma taxxita. Il-ġiebja li tesa’ madwar 1,600 metru kubu ta’ ilma, kienet ilha snin twal ma tintuża’ għall-iskop oriġinali tagħha, u maż-żmien akkumulat fiha ġebel u terrapien varju. Wara li tnaddfet minn kull akkumulu, din ġiet restawrata, u nżebgħet b’żebgħa food grade. Missena d-dieħla din se tkun qed tilqa’ fiha ilma mis-soqfa tal-
5
Stefan Cachia
biċċerija li għandhom medda kumplessiva ta’ madwar 4,600 metru kwadru. Minbarra x-xogħol fuq il-ġiebja, il-preparazzjonijiet biex ikun jista’ jinġabar u jintuża l-ilma tax-xita kien jinkludi wkoll ittqegħid ta’ network ta’ katusi li mill-bjut inkwistjoni jwasslu għal ġol-ġiebja imsemmija. Dan ix-xogħol preparatorju sar bħala parti mir-restawr talistrutturi inkwistjoni u waqt li kien qed isir ix-xogħol fuq parti mit-triq interna tal-biċċerija. L-aħħar fażi se tkun l-installazzjoni ta’ sistema ta’ ffiltrar tal-ilma biex ikun żgurat li l-ilma kollu użat fil-biċċerija jkun ta’ kwalità tajba għax-xorb u b’hekk ikun jista’ jintuża filħasil tal-impjant.
6
Nisġet ARTNA
Ħidma fix-Xita
bi Prattiċi Agrikoli Organiċi
M
atul il-jiem tax-xita, il-ħidma hija fl-aqwa tagħha. Il-veġetazzjoni tisboq bil-kbir. Il-pjanti slavaġġ fil-kampanja jieħdu l-ilma taxxita u meta jwarrdu jiġbdu lejhom insetti benefiċjali, fosthom in-naħla. Ħafna insetti benefiċjali jdakkru l-fjuri talħxejjex tal-borma u l-ward tassiġar tal-frott. Il-leguminoża hija l-familja li tiġbor fiha pjanti li jagħmlu l-imwieżet imkabbra fuq pjanti li jittieklu. Il-familja taċ-ċiċri, piżelli, ful u oħrajn jinżergħu f’raba’ mwaħħar biex jevita ħafna jiem kesħin. Ir-raba’ kenni u mallivel tal-baħar huwa meqjus bħala post bikri għaż-żrigħ tal-leguminoża. Ħafna raba’ li huwa fuq l-għoljiet jinżera’ tard fl-istaġun tax-xitwa u jitlob l-ilma fir-rebbiegħa speċjalment meta l-pjanti jkunu bil-ward. Filbiedja organika, iż-żerriegħa trid tkun iċċertifikata bħala organika fejn il-logo aħdar bil-werqa fuq il-pakkett taż-żerriegħa jitfa’ dawl fuq minn fejn ġejja ż-żerriegħa u min kabbarha. Fl-ebda ċirkustanża ż-żerriegħa ma trid tkun imċappsa b’xi funġiċida bħalma kultant jiġri fil-biedja konvenzjonali, fejn iżżerriegħa bħall-piżelli tinkesa bi trab vjola tal-funġiċida (dressed seeds). Meta t-temperatura tkun anqas minn 14-il grad celsius
u tippersisti għal aktar minn jumejn, jagħmel tajjeb il-bidwi li japplika f’jum mingħajr riħ xi forma ta’ funġiċida bħall-kubrit tal-ilma biex jipprevedi t-tferrix tal-mard tal-fungu bħalma huwa mell dqiqi – powdery mildew. Dan il-fungu abjad ikabbar ħjut abjad fuq il-weraq li aktar tard jiksi l-imwieżet tal-piżelli. L-istess moffa tattakka l-fażola u l-membri tal-leguminoża. L-applikazzjoni tal-kubrit jevita wkoll mard ieħor tal-moffa li jifforma tikek kannella fuq ilweraq u l-imwieżet, li jħassar il-kwalità tal-frott. Brassica – il-ħaxix bħal pastard, brokkoli, kabboċċi, brussel sprouts, kale u ġidra jkattru sew fix-xitwa għaliex huma pjanti li jirnexxu ħafna meta l-jum ikun qasir u l-lejl twil. Din il-familja tkattar f’jum b’xi sitt sigħat dawl, imma wkoll dan l-aħħar feġġ il-mard tal-ġlata li jħassar il-qalba tal-pastard u oħrajn. Dan il-fungu tal-ġlata jinfirex minn mixtla infettata bil-mard u ż-żerriegħa tal-moffa – spori joħorġu ħjut griżi u jiksu l-qlub tal-pastard u jgħamew. Huwa importanti li meta jinxtara x-xitel, tkun taf xi xrajt – minn fejn ġie u kif tkabbar, liema varjetà xtrajt u meta se twassal għall-qlugħ biex tittiekel. Filbiedja organika, kemm iżżerriegħa kif ukoll il-fertilizzanti
jridu jkunu ċċertifikati organiċi fejn il-logo aħdar bil-werqa magħmul minn stillel li taħtu jkollu Barcode – numru u ittri li juru l-oriġini tal-prodott organiku. Iċ-ċertifikazzjoni turi trasparenza u tagħti valur miżjud lill-prodott mixtri. Min jonfoq il-flus għall-prodotti jistenna li jkollu l-valur għall-flus li jonfoq! Il-biedja organika hija sistema li tagħti garanzija ta’ kwalità u ta’ standards għaliex il-ħxejjex ikunu spezjonati tal-anqas tliet darbiet fis-sena millAwtorita ta’ Kompetenza talBiedja Organika Maltija. Dawn l-uffiċjali jezaminaw ir-rekords, isegwu x’tip ta’ fertilizzant, żerriegħa u x’bexx intużaw – jekk kienx konformi malliġi. Meta l-uffiċċjali ma jsibux l-affarijiet sew, dawn jissospendu ċ-ċertifikazzjoni u l-prodotti ma jinbiegħux bħala organiċi. Kukurbita – il-bħajra u l-familja li tiġbor fiha l-ħjar, qara’ differenti, bettieħ, dulliegħ u oħrajn. Din il-familja trid il-kenn u ħafna drabi titkabbar b’mod protett bħal f’serer u f’tunnels. L-istess prinċipju jgħodd għallkultivazzjoni tal-ħxejjex fejn miżżerriegħa sal-użu tad-demel/ fertilizzanti u pestiċidi naturali u botaniċi jridu jkunu ċċertifikati bil-logo. Din il-familja timrad ħafna mill-mard tal-mell dqiqi li l-bidwi jista’ jevita billi jbexx bil-
Ħarifa 2017
7
Mario Salerno
kubrit tal-ilma sabiex il-mard ma joħroġx u jinfirex fuq il-weraq u l-frott. Ħafna drabi wieħed iħawwad il-mard tal-moffa mal-brimb li jħalli ħjut abjad fuq il-weraq. Il-kubrit xott huwa isfar u għandu effett qawwi kemm fuq il-moffa kif ukoll fuq il-brimb, bħall-Brimba l-Ħamra. Billi l-insetti għandhom toqob żgħar (trachei) f’ġisimhom li jieħdu n-nifs minnhom, dawn it-toqob jinħarqu bit-trab talkubrit għaliex dan it-trab meta jmiss mal-ilma fit-toqob żgħar ta’ ġisem l-insett jifforma aċtu li joqtol l-insett. Bl-istess mod ilkubrit jaħraq l-ispori tal-moffa. Is-solanum – il-familja li tiġbor fiha l-patata, it-tadam, ilbrunġiel, il-bżar u oħrajn. Fost il-membri ta’ din il-familja hija l-patata biss li tikber meta l-jum ikun qasir waqt li l-brunġiel, il-bżar u t-tadam jirnexxu aktar f’jiem twal u sħan. Għalkemm il-patata hija tal-istess familja, l-istruttura tagħha tvarja milloħrajn għax tiflaħ aktar għal temperaturi baxxi u tagħmel xorta l-frott. Eżempju l-brunġiel jorqod fix-xitwa u jista’ jkun miżbur biex fir-rebbiegħa jerġa’ jiffjorixxi u jagħmel il-frott għat-tieni sena. Dawn il-membri kollha jbatu mill-insetti bħassusa li hija farfett griż li jagħmel ħerba fis-sajf imma mhux attiv fix-xitwa għajr jekk il-patata
tkun maħżuna f’xi post sħun fejn is-susa tal-farfett tkompli tbid, tfaqqas u tiekol il-frotta. Is-susa tat-Tuta absoluta hija parassita l-aktar fuq it-tadam imma wkoll taf tfittex frott ieħor tal-istess familja. Hemm ukoll il-melvizza li huwa katerpilar ta’ baħrija kbira li taf tqaċċat iz-zokk mill-għeruq. Kull tip ta’ baħrija jew ta’ farfett, jistgħu jkunu kkontrollati blintervent bijoloġiku bħal bl-użu ta’ Bacillus thuringiensis var kurstaki li joqtol il-larva mattfaqqis mill-bajd tal-farfett u tal-baħrija, Bacillus thuringiensis var tenebrionis li jaħdem fuq il-larva tal-ħanfus waqt li Bacillus thuringiensis israelensis li jaħdem fuq mosquitos, eċċ. Barra l-użu tal-kontroll bijoloġiku, wieħed jista’ jgħin b’xi bexx ta’ insettiċidu organiku li jinsab fis-suq, kif ukoll fil-bidu ta’ kull trattament jagħmel tajjeb l-użu tal-phermones fejn ir-riħa tas-sess femminili jħawwad l-insetti rġiel li jinqabdu fuq xi strippa bil-kolla. Strippi sofor, bojod jew vjola jistgħu jintużaw skont in-natura talinsett parassita. Imma kultant jinqabdu xi insetti li huma ta’ benefiċċju fuq l-istrippi u għalhekk huwa neċessarju li nikkunsidraw kull att b’mod ħolistiku. Barra l-parassiti, hemm mard tal-moffa bħall-ġlata li hija moffa griża li tista’ tkun evitata jekk meta t-temperatura
tkun anqas minn 16-il grad celsius u l-umdità tkun aktar għolja minn 65% għal tlett ijiem, isir l-intervent ta’ funġiċidu organiku bħall-Bordolina li hija taħlita ta’ ramm u ġir (Copper sulphate & lime) li għandu wkoll stennija ta’ 40 jum biex taqta’ l-prodott għall-ikel. Ir-ramm huwa tossiku u minkejja li huwa użat fil-biedja organika, wieħed irid iżomm f’moħħu li ma għandux ikun hemm applikazzjoni ta’ aktar minn erba’ kilo ramm fis-sena fuq tomna raba’ – għax il-ħamrija tivvalena ruħha! Ħxejjex oħra tal-borma bħallindivja, l-ispinaċi u oħrajn jistgħu jitħawlu f’dan iż-żmien. Ma għandhomx bżonn ta’ ħafna attenzjoni – jgħaddu mingħajr fertilizzant u mingħajr bexx. Imma jridu jitnaddfu minn ħaxix salvaġġ li jagħmel kompetizzjoni magħhom u għalhekk it-tħawwil irid ikun spazjuż sabiex ittnaqqija ssir bil-galbu. Il-benefiċċju tal-prodotti organiċi jissupera kull valur minfuq. It-trasparenza ta’ kif tkabbar il-prodott, il-kwalità naturali tal-frott mingħajr żidiet tossiċi, kif ukoll il-ħarsien ambjentali ta’ kif tkabbar b’mod organiku, jagħtu garanzija sostenibli għallġejjieni ta’ Malta.
8
Nisġet ARTNA
“Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020”
F’din il-ħarġa ta’ Nisġet Artna se nagħtu aġġornament fir-rigward tat-tnedija ta’ miżuri li jaqgħu taħt il-Programm talIżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020, it-tip t’għajnuna finanzjarja li joffru dawn il-miżuri, u x’għandu jagħmel kull min hu interessat u eliġibbli biex japplika.
Lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2017 kienet imnedija s-sejħa għallapplikazzjonijiet taħt isSottomiżura 3.1 li tipprovdi appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi tal-kwalità u li hija estensjoni tal-eks Miżura 132 li ffurmat parti millProgramm tal-Iżvilupp Rurali 2007-2013. L-għan ewlieni ta’ din il-miżura huwa li tassisti lill-bdiewa jissieħbu fi skemi tal-kwalità li jservu ta’ garanzija tal-kwalità jew tal-attributi tal-prodott, u għaldaqstant jistgħu jiġu koperti l-ispejjeż marbutin maċċertifikazzjoni, il-kontribuzzjoni annwali li tinkludi spejjeż relatati ma’ kontrolli u tariffi annwali
mħallsa lill-awtorità kompetenti, u wkoll spejjeż fissi, li jinkludu n-nefqa, marbutin mas-sħubija fl-iskema. Importanti li wieħed jinnota li din l-iskema hija biss mitfuħa għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi li huma eliġibbli taħt din il-miżura. Għalhekk kull min hu interessat sabiex jibbenefika minn għajnuna taħt is-sottomiżura 3.1 huwa mħeġġeġ sabiex iżur is-sit tal-Awtorità ta’ Ġestjoni www.eufunds.gov. mt minn fejn jistgħu jitniżżlu l-Linji Gwida rilevanti u l-Formola tal-Applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għallgħajnuna qegħdin jintlaqgħu fl-uffiċċju tad-Diviżjoni għallFondi u Programmi, li jinsab fi Triq il-Kukkanja, Santa Venera. Biedja Organika (Miżura 11) Fix-xhur li ġejjin se tiġi mnedija wkoll is-sottomiżura 11.1 li tipprovdi għajnuna finanzjarja għall-konverżjoni għal prattiki u metodi tal-biedja organika, u li hija estensjoni tal-eks Miżura Agro-ambjentali (AEM) 8 li kienet tappoġġja l-biedja organika taħt il-Programm 2007-2013. Din l-iskema toffri l-possibbiltà lill-bdiewa interessati fil-biedja organika li jikkonvertu parti millproduzzjoni tagħhom, jew il-produzzjoni kollha, għallprattiċi tal-biedja organika. L-appoġġ provdut se jingħata lill-benefiċjarji ta’ din il-miżura kull sena tal-kuntratt iffirmat
Malcolm Vassallo
Senior Manager and Rural Payments EU Internal and External Communication
sabiex jikkumpensa għallispejjeż addizzjonali u għad-dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jkunu ttieħdu. Peress li ħafna mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jippermettu li l-art u l-prodotti tagħha jiġu ċertifikati bħala organiċi biss wara sentejn jew tliet snin, l-għajnuna għallkonverżjoni se tkun disponibbli għal dan it-terminu massimu. Wara dan il-perjodu il-benefiċjari għandhom l-obbligu li jżommu l-art ikkonvertita bħala organika għal minimu ta’ bejn erba’ u ħames snin, u għaldaqstant ikollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw minn għajnuna ulterjuri taħt is-sottomiżura 11.2 li tkopri spejjeż relatati mażżamma taċ-ċertifikazzjoni talbiedja organika. Aktar Informazzjoni Għal aktar informazzjoni rigward il-miżuri msemmija f’dan l-artiklu, jew dwar miżuri oħra tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020, wieħed jista’ jikkonsulta l-Programm (Kapitolu 8), jew ilLinji Gwida rilevanti ppubblikati fuq is-sit tal-Awtorità ta’ Ġestjoni malli jinfetħu s-sejħiet rilevanti: http://eufunds.gov.mt/ Barra minn hekk, wieħed jista’ wkoll iżur jew iċempel il-Front Office fuq 22 92 61 48 (Malta) jew 22 15 69 74 (Għawdex), jew jibgħat email lill-Aġenzija għallPagamenti Agrikoli u Rurali fuq arpa.mesdc@gov.mt jew lillAwtorità ta’ Ġestjoni fuq rdd. meae@gov.mt.
Ħarifa 2017
9
Il-Pjanta tal-Galletti Wisq probabbli ġiet imsejħa hekk għax il-weraq tagħha għandhom l-għamla tal-galletti tal-ikel. Niftakarni meta kont tfal, fil-purċissjoni ta’ Corpus ħafna nisa tad-djar kienu joħorġuhom fuq il-bankini biex iżejnu t-triq bihom. Din id-drawwa għalkemm naqset ħafna għadha ħajja f’xi rħula. Kważi f’kull bitħa taddjar antiki, f’xi rokna dellija jew taħt xi siġra taċ-ċitru kont issibhom flimkien mal-aspidistri u l-ortensji. Ħafna jaħsbu li l-galletti kienu magħna min dejjem, imma dan mhux il-każ. L-isem xjentifiku ta’ din il-pjanta huwa Farfugium japonicum u oriġinat proprju fil-Ġappun. Fis-salvaġġ tikber matul innixxigħat tal-ilma u l-weraq tagħha mhumiex kbar daqs dawk li nikkultivaw fil-qsari. Wisq probabbli li nġiebet Malta fi żmien l-Ingliżi fis-seklu dsatax flimkien mal-aspidistra li wkoll oriġinat minn dan ilpajjiż mbiegħed u tferrxu malEwropa kollha għas-sbuħija tal-weraq tagħhom. Tinfirex bħall-qasab permezz tar-riżomi li huma tip ta’ għeruq ħoxnin li jaħżnu s-sustanzi. Għalkemm tagħmel żerriegħa vijabbli, xitel ġdid hekk imnissel idum ħafna biex jilħaq għalhekk, l-aktar mod vijabbli li wieħed ikattar huwa billi jaqsam l-għeruq. Dan idealment isir għall-ħabta ta’ Novembru/Diċembru meta l-arja tibda tiksaħ.
L-aħjar mod kif dan isir huwa li wara li l-pjanta tinqala’ minn ġol-qasrija titmiel fuq ġenbha. Hawn noqogħdu attenti li kemm jista’ jkun ma nagħmlux ħsara lill-weraq. Permezz ta’ serrieq naqsmu t-tuba, nibdew millqiegħ. Kif naslu qrib il-wiċċ nippruvaw inħarrku t-tubi biex tinħall il-ħamrija biex kemm jista’ jkun ma ngħaddux min-nofs talgħeruq il-ħoxnin. Meta nispiċċaw b’żewġ nofsijiet, naqtgħu daqs żewġ pulzieri għoli minn taħt talgħeruq l-antiki. B’hekk inħeġġu l-għeruq jarmu mill-ġdid. Tajjeb ngħidu li meta nerġgħu nħawluhom nużaw kompost ġdid peress li din ilpjanta għandha bżonn ħafna nitroġenu biex tħaddar sabiħ. Wara dan il-proċess insaqqu sewwa u ovvjament inħalluhom għad-dell. L-antiki kienu jgħidu li meta l-galletti jagħmlu l-fjuri dawn aħjar jitqaċċtu kif joħorġu għax dawn jiġbdu ħafna missustanzi. Ħafna minn dan huwa minnu, imma sakemm il-pjanta ma tkunx waslet biex tinqasam dawn jistgħu jitħallew. Il-fjuri joħorġu għall-ħabta ta’ Novembru. Ħafna jaħsbu li din il-pjanta hija wisq delikata biex iżommuha ħajja. Huwa fatt illi llum il-btieħi mid-djar tagħna għebu kważi għalkollox imma d-dell nistgħu wkoll noħolquh għalihom permezz tal-ħsajjar tal-qasab jew dell sintetiku.
Alden Grima
Problema oħra tista’ tkun dik tal-kwalità tal-ilma. L-ilma talvit għalkemm fih il-chlorine, dan nistgħu faċilment inneħħuh billi nħalluh joqgħod ġo barmil għal ftit jiem qabel insaqqu bih u b’hekk il-chlorine jiżvinta. Dan jgħin ukoll biex tiżdied l-umdità fil-post. Alternattiva oħra hija li nużaw l-ilma tal-aircondition, u b’hekk nużaw ilma li ħafna drabi jintrema xorta waħda. Fis-sajf it-tisqija trid issir kuljum u wieħed għandu jħares spiss taħt il-weraq u jgħasses għallbriegħed tal-pjanti u l-miskta. Għal min ma jridx juża bexx kummerċjali, wieħed jista’ jaħsel il-weraq minn taħt b’taħlita ta’ mgħarfa sapun tal-platti u mgħarfa żejt talikel ma’ nofs gallun ilma u wara jbixx bl-istess taħlita. Fix-xitwa noqogħdu attenti għal bugħarwien u l-bebbux li jagħmlu ħerba mill-weraq torja. F’dan iż-żmien inneħħu wkoll ilplattini minn taħt il-qsari għax l-ilma żejjed ma jagħmilx ġid.
10
Nisġet ARTNA
L-Iskema l-Ġdida għall-Iskejjel Martin Farrugia
Senior Manager Agriculture and Rural Payments
F
il-ġimgħat li għaddew l-Aġenzija għallPagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) nediet Strateġija Nazzjonali sabiex tkompli tinkoraġġixxi l-konsum ta’ prodotti agrikoli ta’ frott, ħaxix u ħalib fost it-tfal u dan bilgħan illi inħeġġu dieta aktar bilanċjata u stil ta’ ħajja aħjar. Din l-istrateġija ġiet imfassla wara konsultazzjoni ma’ rappreżentanti mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u mal-Ministeru għas-Saħħa, u tieħu wkoll inkonsiderazzjoni konjizzjoni tar-riżultati ta’ eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-iskema tal-frott u l-ħaxix li ġiet implimentata bejn is-snin 2014-2017. Din l-istrateġija ser tkun sostnuta permezz ta’ skema ġdida għall-iskejjel, liema skema ser topera bejn l-2017 u l-2023. Din l-iskema “ġdida” ser tkun qed tinkorpora l-iskemi l-“antiki” tal-frott u ħaxix u tal-ħalib li permezz tagħhom madwar 30,000 student u studenta fis-sena gawdew minn prodotti agrikoli u ħalib b’xejn, imqassma direttament fl-iskejjel tagħhom. Għaldaqstant din l-Iskema l-Ġdida ser tkun qed tkompli tibni fuq dawn l-inizjattivi.
Tajjeb jingħad illi din id-darba sar titjib sinifikanti f’dak li huwa livell ta’ għajnuna u amministrazzjoni. Dan għaliex taħt l-Iskema l-Ġdida l-benefiċjarji Maltin u Għawdxin li jinkludu studenti ta’ bejn it-3 u l-11-il sena ser igawdu minn madwar €900,000 f’fondi fis-sena li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u millGvern ta’ Malta, għas-sitt snin bejn l-2017 u l-2023. Din hija żieda sostanzjali fuq l-ammont allokat għas-sena preċedenti tal-2016-2017, li kien jammonta għal madwar €350,000. Barra minn hekk, din l-iskema se tkun qed tkopri 100% tal-ispejjeż marbuta mat-tqassim tal-ħalib. Dan ukoll hu titjib sinifikanti fuq l-iskema l-antika fejn is-sussidju kien biss ta’ €18.15 għall kull 100kg ta’ ħalib. L-iskema l-ġdida se tipprovdi wkoll firxa aktar wiesgħa u innovattiva ta’ miżuri edukattivi u miżuri ta’ pubbliċità. Dawn il-miżuri jinkludu ħarġiet edukattivi, u attivitajiet ġewwa l-iskejjel, kif ukoll tqassim ta’ materijal informattiv. Matul ilġranet li għaddew, l-Aġenzija organizzat kompetizzjoni għattfal li jipparteċipaw fil-programm ta’ SkolaSajf għad-disinn ta’
mascot li ser jintuża fil-materjal pubbliċitarju kollu marbut maliskema. Din il-kompetizzjoni kienet intiża sabiex tressaq it-tfal aktar viċin din l-iskema u tqanqal aktar interess. Din l-iskema ser tibda topera mill-bidu tas-sena skolastika 2017-2018 u tkompli, sena wara sena, sal-aħħar tassena skolastika 20222023. Matul dawn is-snin, l-Aġenzija ser tkun qiegħda taħdem id f’id mal-entitajiet konċernati, speċjalment malprofessjonisti, mal-edukaturi u mal-amministrazzjoni taliskejjel sabiex tkompli ttejjeb l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema. Aktar Informazzjoni Għal aktar informazzjoni rigward din l-Iskema l-Ġdida għallIskejjel wieħed jista’ jikkonsulta s-sit elettroniku tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali www.arpa.gov.mt. Barra minn hekk, wieħed jista’ wkoll iżur jew iċempel il-Front Office fuq 22 92 61 48 (Malta) jew 22 15 69 74 (Għawdex), jew jibgħat email lill-Aġenzija għallPagamenti Agrikoli u Rurali fuq arpa.mesdc@gov.mt.
Ħarifa 2017
Ħidma Kontinwa I
s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri fl-impjant tanNew Water fiċ-Ċumnija, ilMellieħa. L-ewwel 2,500 metru kubu fis-sena ta’ ilma trattat se jkunu qed jingħataw b’xejn lillbdiewa għall-użu fl-agrikoltura.
L-Onor. Clint Camilleri waqt żjara fil-Farmers’ Market, Ta’ Qali fejn iltaqa’ mal-bdiewa li jbigħu l-prodotti tagħhom. Saħaq dwar il-bżonn li ssir riforma sabiex dan is-suq jissaħħaħ u jiġi assigurat li filwaqt li l-konsumatur jieħu l-aqwa prodott Malti, il-bidwi jaqla’ dak li jixraqlu.
Festa Ħut 2017 kienet suċċess. Matul din il-leġiżlatura l-Onor. Clint Camilleri qed jara li l-ħidma tas-sajjieda tkompli tiġi ffaċilitata kemm mill-aspett ta’ proċedura kif ukoll infrastrutturali.
11
12
Nisġet ARTNA
Trasferimenti ta’ raba’ għal sena waħda Is-settur tat-tadam għallipproċessar hu settur importanti ħafna għall-bdiewa Maltin u Għawdxin kif ukoll għallkonsumatur lokali. Il-parti l-kbira tat-tadam li jitkabbar lokalment fis-sajf, jintuża millindustrija sabiex jiġi proċessat f’kunserva, jew fi prodotti oħra. Il-produzzjoni tat-tadam għallipproċessar jeħtieġ dedikazzjoni kbira. Minħabba ċ-ċokon talgħelieqi f’Malta u Għawdex, il-bdiewa lokali jkollhom jagħmlu ħafna mix-xogħol tar-raba’ b’mod manwali jew b’makkinarju żgħir u dan peress li l-aċċess għal makkinarju akbar huwa limitat. Problema oħra li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħha l-bdiewa f’dan is-settur hi n-nuqqas ta’ raba’ li tista’ tintuża għall-produzjoni tat-tadam. L-għelieqi li jintużaw minn dan is-settur iridu jkunu raba’ saqwi (jiġifieri raba’ b’aċċess għallilma). Sabiex il-produzzjoni tibqa’ tajba, il-bdiewa jsegwu prattiċi tan-newba (crop rotation). Din hi prattika komuni fejn l-istess wiċċ, jew uċuħ tal-istess familja, ma jitkabbrux fl-istess għalqa wara xulxin iżda jitħalla jgħaddi
ftit żmien sa ma jerġa’ jitħawwel l-istess wiċċ. Għalhekk il-bdiewa jiftiehmu ma’ bdiewa oħra sabiex ipartu jew isellfu art lil xulxin għal sena waħda. Din il-prattika komuni ħafna hija magħrufa bħala mezzandrija. L-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) qed toffri l-faċilità sabiex jiġu trasferiti għelieqi għal min qiegħed fis-settur tat-tadam għal sena waħda. Bdiewa fissettur tat-tadam li ser idawru jew jirċievu art mingħand terzi persuni ser jingħataw ilpossibbiltà li jdawru għalqa jew għelieqi għal sena waħda biss. L-għan ta’ din il-proċedura hi li tiffaċilita l-ħajja għall-bdiewa li qegħdin jimxu ma’ din il-prattika. Dan għaliex dawk l-għelieqi trasferiti matul dan il-perjodu jerġgħu jduru fuq il-bidwi oriġinali b’mod awtomatiku f’għeluq is-sena, mingħajr il-ħtieġa li l-partijiet involuti jkollhom jerġgħu jagħmlu talba oħra manwalment. Bidwi li jrid idawwar għalqa jew għelieqi fuq bidwi ieħor irid imur fl-Uffiċċju tal-
Ivan Farrugia
Senior Manager Agriculture and Rural Payments
Front Office ġewwa Ta’ Qali, jew il-Farm Sperimentali fix-Xewkija, Għawdex filperjodu definit li huwa bejn Lulju u Settembru. Huwa neċessarju li t-talba biex jiddawru l-għelieqi għal dik is-sena ssir miż-żewġ bdiewa flimkien mal-konjuġi tagħhom (jekk huma miżżewġin). Barra minn hekk, qed jiġi rrakkomandat li l-intitolament tal-Pagament Bażiku jiġi trasferit ukoll sabiex ma jintilifx il-ħlas marbut miegħu u għaldaqstant ma jintilifx ukoll l-intitolament. Madanakollu, dawk l-għelieqi marbutin b’kuntratti ta’ ħames snin li ma jagħlqux din is-sena ma jistgħux jigu trasferiti b’dan il-mod temporanju. Aktar Informazzjoni Għal aktar informazzjoni rigward din il-proċedura ta’ trasferiment ta’ għelieqi wieħed jista’ wkoll iżur jew iċempel il-Front Office fuq 22 92 61 48 (Malta) jew 22 15 69 74 (Għawdex), jew jibgħat email lill-Aġenzija għallPagamenti Agrikoli u Rurali fuq arpa.mesdc@gov.mt.
Ħarifa 2017
Iz-Zalza Friska Tat-Tadam Fid-Dar
I
z-zalza tat-tadam hija faċli biex tagħmilha. L-aqwa tadam żenguli jintgħażel li ma jkollux tħassir jew inkella xi gdim tal-insetti jew tal-annimali sabiex b’mod domestiku jintuża għaz-zalza. It-tadam irid ikun misjur, aħmar u ħelu u l-aqwa żmien li tagħmel iz-zalza ikun fl-aqwa tas-sajf. Lulju huwa x-xahar ideali li t-tadam ikun fl-aqwa kwalità biex jingħasar. Riċetta tas-Sinjura Franca Salerno li ilha tagħmel iz-zalza għal erbgħin sena.
Riċetta L-ewwel pass fil-produzzjoni taz-zalza huwa l-ħasil tat-tadam. Wara l-ħasla, it-tadam jinqasam mill-ġnub u min-nofs sabiex toħroġ aħjar il-qalba tat-tadama. Imbagħad it-tadam jitpoġġa f’borma u jingħata l-ewwel tisjira sakemm ilmisħun jibda jbaqbaq u t-tadam jirtab. Wara li jkun irtab, it-tadam jintrefa’ b’xi filoxx li jkun irqiq u jitpoġġa ġewwa borma oħra. Waqt li tkun qed issir it-taqliba minn borma għal oħra, l-ilma tat-tadam jgħaddi mill-filoxx waqt li l-polpa tat-tadam tinqabad fil-filoxx u titferra’ f’borma oħra li tkun ittektek bil-mod sabiex iżomm ittemperatura għolja tal-ewwel tisjira. Xħin tinqaleb il-polpa tat-tadam ġol-borma l-oħra, iddum ittektek sakemm terġa’ tibda tagħli sabiex din tiġi mgħoddija mill-magna tal-għasir. Illum issib diversi magni li jaħdmu bid-dawl jew inkella b’mod mekkaniku u meta l-polpa tinġabar mill-borma li tkun qed ittektek, fejn kważi jkun hemm il-bżieżaq fil-wiċċ tal-polpa, b’kuċċarun terfa’ l-polpa u tqegħedha firreċipjent tal-magna tat-tagħsir.
Jekk il-magna tkun mekkanika, iddawwar b’idejk il-manku sabiex il-polpa tingħasar fejn iż-żerriegħa u l-ħjut tat-tadam jgħaddi minn fuq in-naħa ta’ wara u jinġabar fi platt, waqt li z-zalza tibqa’ tinżel ’l isfel f’borma oħra. Ladarba l-borma timtela, tieqaf u tibda timla z-zalza b’xi kuċċarun ġewwa l-fliexken tal-ħġieġ. Meta l-flixkun ma jkunx mimli sa fuq nett, jitpoġġa t-tapp u jissiġġila bis-siġġiel tat-tappijiet, li wieħed isib faċilment biex jixtri f’pajjiżna. Wara li jimtlew il-fliexken biz-zalza, dawn il-fliexken jerġgħu jitpoġġew f’galdarun sabiex jingħataw togħlija oħra fejn l-ilma idum ibaqbaq għal tliet kwarti. Wara, jintefa n-nar u l-fliexken jitħallew hemm sal-għada filgħodu. B’hekk it-temperatura tinżel bil-mod u l-fliexken ma jfaqqgħux għax ma jinħasdux bid-differenza tat-temperatura. B’dan il-mod ta’ kif jintuża l-banjumarija, il-fliexken biz-zalza jistgħu jibqgħu friski għal massimu ta’ sentejn.
13
14
Nisġet ARTNA
Razez Domestiċi Maltin: Il-Basal, it-Tewm u l-Kurrat tal-Gżejjer Maltin
I
l-gżejjer Maltin huma l-ambjent ideali għal bosta speċi ta’ pjanti li jikbru fixxitwa imma jorqdu fis-sajf, minħabba l-klima partikolari tagħna u li għandhom il-basla jew kapaċi jinżgħu l-weraq kollu tagħhom f’dan l-istaġun, bħall-arbuxelli tax-xagħri u l-makkja. L-ispeċi li jifformaw il-basla jissejħu ġeofiti għax parti mill-anatomija tagħhom tifforma taħt l-art. Jeżistu diversi familji ta’ pjanti li huma ġeofiti, fosthom il-fjurdulisi (iridaceae), l-orkidi (orchideae) u l-ġjaċinti (asparagaceae), u partikolarment il-familja li ħa nitkellmu fuqha f’dan l-artiklu, l-Amaryllidaceae. Hawn Malta din il-familja tkopri t-tewm, il-basal, il-kurrat, in-narċis u l-pankrazju. F’din il-familja nsibu l-ispeċi li huma kklassifikati bħala Alliums, li jkopru t-tewm,
Basal aħmar. Ritratt meħud minn Darren Borg.
il-basal u l-kurrat. Filwaqt li flagrikoltura lokali jiġu kkultivati tliet speċi biss, fis-salvaġġ insibu iktar speċi.
Arnold & Jeffrey Sciberras
L-ispeċi slavaġ Madwar 13-il speċi tal-Alliums slavaġ jikbru fil-gżejjer Maltin. Minn speċi għal oħra jvarjaw kemm fid-daqs kif ukoll filmorfoloġija. Xi wħud huma nani bi ftit fjuri, bħat-Tewm Irqiq ta’ Malta (Allium lojaconoi) u Tewm Qerqni (Allium chamaeoly), oħrajn huma ġganti u b’ħafna fjuri, bħall-Kurrat Salvaġġ (Allium commutatum) li jitwal sa żewġ metri. Il-lewn tal-blanzun ivarja wkoll, minn abjad, roża ċar sa aħmar skur, għalkemm il-maġġoranza huma roża jew bojod. Il-frekwenza tagħhom ukoll tvarja, xi wħud huma rari bħat-Tewm t’Għawdex (Allium arvense), oħrajn frekwenti bħatTewm Ħamrani (Allium roseum), u l-ftit huma komuni bħat-Tewm Muswaf (Allium subhirsutum). Il-maġġoranza huma indiġeni għall-gżejjer Maltin, xi ftit huma endemiċi, bħat-Tewm Irqiq ta’ Malta u l-Kurrat ta’ Malta (Allium melitense). L-ambjent tipiku talAlliums huwa ġebli, ġeneralment
fix-xagħri, jew fl-isteppa, kif ukoll fil-makkja. Dawk li għandhom weraq wesgħin ikunu jridu d-dell. Xi wħud mis-speċi slavaġ huma ġenetikament viċin talispeċi kkultivati, u allura jistgħu jkunu importanti għall-futur talagrikoltura.
Riċerkaturi fuq il-Bijodiversità
L-ispeċi kkultivati fl-agrikoltura It-Tewm komuni (Allium sativum), il-Basla (Allium cepa) u l-Kurrat (Allium ampeloprasum) huma l-iktar Alliums komuni fl-
Ħarifa 2017
għelieqi tagħna. Iċ-Chives (Alllium schoenoprasum) huma kkultivati lokament bħala ħwawar fid-djar. Ilbasal huwa l-iktar wieħed komuni. Minkejja li l-kurrat huwa ferm inqas komuni jew mifrux bħala għelieqi, ilkultivazzjoni tiegħu hija ferm iktar intensiva. Fi kliem ieħor l-għelieqi tal-kurrat ikunu ħafna iktar ippakkjati minn tal-basal. Ir-raġuni ewlenija hi li l-kurrat ma jagħmilx ilbasla, allura ħafna iktar xitel tal-kurrat jistgħu joqogħdu ġo xulxin, waqt li l-basla tal-Basal komuni tkun trid l-ispazju tagħha biex tikber. It-tewm ġeneralment huwa mħawwel fi ftit raded ma’ ġenb ta’ xi għalqa, rari issib għalqa kollha Tewm. Ir-raġuni hi li kull xitla tat-Tewm tagħmel ħafna
basliet, jiddependi skont ilvarjetà kemm, allura m’hemmx bżonn ħafna xitel.
Il-Prodott Naturali Malti
F’Lulju li għadda, is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, l-Onor. Clint Camilleri żar lil numru ta’ bdiewa Għawdxin li kienu fil-proċess ta’ qtugħ tat-tadam, kif ukoll il-fabbrika ta’ Magro Brothers fix-Xewkija, Għawdex. L-Onor. Camilleri, qal li hemm bżonn li l-prodott naturali Malti jingħata aktar prijorità, fejn għandu jsir kull sforz sabiex jiġi xprunat.
Għandu Jingħata Aktar Prijorità
F’Malta nsibu wkoll varjetajiet lokali ta’ dawn l-ispeċi, għalkemm illum il-ġurnata m’għadhomx puri minħabba varjetajiet u razez barranin. Minkejja dawn, imsemmijin sew hemm il-Basal Aħmar, il-Basal Isfar u l-Basal Abjad, partikolarment ikkultivati sew
15
lejn l-inħawi tas-Siġġiewi. Ilkurrat huwa kkultivat ġmielu flinħawi tal-Manikata u tal-Pwales. Dawn l-ispeċi ta’ Allium ilhom jiġu kkultivati minn żmien ilqedem, probabbilment kollha oriġinaw mill-Asja imma ilhom fil-Mediterran għal mijiet ta’ snin. Aktarx ilhom hawn Malta minn żmien ir-Rumani, forsi ġew iktar ikkultivati fi żmien l-Ingliżi.
Is-Segretarju Parlamentari, seta’ jara mill-qrib il-proċess tal-qtugħ tat-tadam, bi preparazzjoni għall-ipproċessar tiegħu. Apparti dan, huwa tkellem ma’ wħud mill-bdiewa Għawdxin dwar id-diffikultajiet li jaffaċċjaw fil-ħidma tagħhom. Iżda mhux biss, il-bdiewa setgħu wkoll jaqsmu miegħu l-aspirazzjonijiet għall-ħidma tagħhom.
Fi tmiem iż-żjara tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Camilleri żar il-fabbrika talipproċessar tat-tadam ta’ Magro Brothers fix-Xewkija. Hawn seta’ jsegwi l-ħidma li ssir sabiex jiġi pproċessat it-tadam u jifhem aktar dwar is-suċċessi li qed tikseb din il-kumpanija fis-settur tal-ipproċessar talprodott naturali Malti. Meta wieħed jara s-suċċessi ta’ kumpaniji bħal Magro Brothers, anke fl-isfera internazzjonali, jimtela b’aktar kuraġġ sabiex jgħin lis-settur agrikolu kollu jespandi u jitkattar. Stqarr dan is-Segretarju Parlamentari Camilleri fejn saħaq ukoll li wasal iż-żmien li l-prodott naturali Malti jiddaħħal iżjed fil-kċejjen tagħna bħala prodott ġenwini, bnin u ta’ kwalità mill-aqwa.
16
Nisġet ARTNA
Il-Popolarità tal-Biedja Organika
Mario Salerno
MOAM
F
’dinja li wieħed isib minn kollox, il-konsumatur sar xettiku ħafna dwar l-affarijiet li jixtri. Fosthom hemm l-ikel. Matul dan is-seklu, il-konsumatur esperjenza diversi frodi fuq ikel ikkontaminat li wassal anke għal każijiet fatali. Għalhekk il-bniedem sar aktar konxju tal-ikel li jiekol u l-kwalità tas-saħħa tal-bniedem marret għall-aħjar minkejja l-iskandli li nisimgħu. Fost il-popli tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, insibu li l-biedja organika żdiedet ħafna fil-popolarità minħabba diversi raġunijiet. Fil-qafas tal-Politka Agrarja Komuni, ingħataw inċentivi lill-bdiewa sabiex itejbu l-prattiċi tajbin agrarja fejn fosthom ibbenefikaw il-bdiewa li qalbu minn biedja konvenzjonali għal biedja organika. Il-popolarità żdiedet għaliex ilprattiċi fil-biedja organika huma mnebbħa mill-prinċipji tassaħħa, tal-ekoloġija, tal-ġustizzja u tal-kura. Kull prodott li jkun iċċertifikat bil-logo aħdar u li taħtu jkun hemm in-numru ta’ dak il-produttur li pproduċa dak il-prodott, il-valur tat-traċċabilità jserraħ l-imħuħ tal-konsumaturi għaliex huma jistgħu jsegwu l-proċess kollu tal-produzzjoni ta’ dak il-prodott. Il-prinċipju tal-ġustizzja jirrigwardja mhux biss it-traċċabilità imma wkoll jirrifletti l-ispiża reali ta’ dik il-produzzjoni. Fil-verità ma hemmx xi prezzijiet moħbija (externalities) negattivi - bħal
nitrati fl-ilma tal-pjan, residwi ta’ pestiċidi sintetiċi jew moħrija tal-annimali. Billi l-prodott imkabbar ikun analizzat mill-awtorità konċernata, fil-każ ta’ Malta l-MCCAA hija l-awtorità li tqabbad l-esperti biex jindagaw il-prodott organiku. Tittieħed analiżi tal-ħamrija u kampjun tal-pjanta sabiex ikun iċċekkjat jekk hux konformi marregolamenti tal-biedja organika. Dawn it-testijiet jiswew il-flus u għalhekk ilprodott organiku jiswa aktar. Fis-suq, il-prezz jiddependi dejjem mid-domanda u l-produzzjoni tal-prodott. Issa f’Malta id-domanda għall-prodott organiku hija ogħla mill-produzzjoni u hawn ħwienet li qegħdin jimpurtaw ikel organiku minn barra sabiex jissodisfaw lill-klijenti.
Il-Maltin huma konxji ħafna wkoll mill-kura tal-annimali fejn fil-biedja organika tingħata importanza lid-drittijiet talannimali. Fil-każ tat-tiġieġ tal-bajd, insibu kif dawn jimirħu fi spazju komdu waqt li fniek, mogħoż u oħrajn jieklu magħlef frisk u liberu minn xi pestiċidi. Fil-biedja organika, jitħares l-ambjent madwar l-annimali kif ukoll il-kwalità ta’ għalf li jieklu. Allura d-differenza hija kbira bejn annimali mkabbrin fil-beraħ u jiġru fi spazji kbar waqt li oħrajn għandhom spazji ristretti. Il-biedja organika se tkompli tissaħħaħ b’leġiżlazzjoni li bħalissa qed tkun evalwata filParlament Ewropew. Il-poplu jrid aktar prodotti organiċi u ladarba hemm is-suq għal dawn il-prodotti, allura x-xejra għal prodotti organiċi se tkompli timxi ’l quddiem.
Ħarifa 2017
17
Ittestjar tal-ħamrija ġewwa l-Laboratorju tal-Ħamrija u l-Ilma għat-Tisqija
Id-Demel tal-Bhejjem u l-Analiżi tal-Ħamrija
L
-applikazzjoni tad-demel naturali huwa mezz alternattiv li wieħed jista’ juża minflok id-demel artifiċjali. Dan jista’ jinxtara mingħand ir-raħħala fix-xhur bejn Awwissu u Settembru. Id-demel fih nutrijenti naturali bħalma huma n-nitroġenu, l-fosfat u l-putassa li jgħinu biex tinżamm il-fertilità tal-ħamrija. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tad-demel tgħin biex tinżamm il-ħamrija iktar niedja. Dan minħabba l-ammont ta’ materjal organiku li fih, li jassorbi l-ilma bħal sponża. Il-bdiewa għandhom l-obbligu li jużaw prattiċi għaqlin biex iżommu livell tajjeb ta’ materjal organiku fir-raba’ saqwi. Il-limitu ta’ karbonju organiku preżenti fil-ħamrija għandu jkun dak ta’ 2%. Dan ma japplikax għal
raba’ bi prodotti permanenti, serer, mergħat u raba’ bagħli. Għandha tiġi ttestjata l-ħamrija tal-anqas darba kull tliet snin u għandha tittieħed azzjoni biss meta jinstab li l-kontenut ta’ karbonju organiku huwa inqas minn 2%. Il-materjal organiku jgħin ukoll biex titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija mir-riħ u l-ġarr tal-ħamrija mill-ilma, iżomm il-ħamrija milli tistgħadar, billi jżid l-arja fil-ħamrija, u jgħin biex tiżdied il-popolazzjoni ta’ organiżmi benefiċi bħalma huma l-ħniex u ħlejjaq oħra. Ladarba d-demel ikun filħamrija u jibda l-proċess ta’ tkissir permezz ta’ batterji u ħlejjaq oħra li jinsabu fil-ħamrija, id-demel jibda jerħi sustanza aċituża li bl-Ingliż tissejjaħ ‘humic acid,’ u din tgħin biex
Michael Sciberras
Uffiċjal Agrikolu, Laboratorju tal-Ħamrija u l-Ilma għat-Tisqija, Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti
titbaxxa il-pH tal-ħamrija. F’Malta, il-pH tal-ħamrija tvarja bejn 7.3 u 8.5 u tista’ tgħid li hija pjuttost alkalina. Dan minħabba l-preżenza ta’ ammont għoli ta’ kalċju. F’ħamrija alkalina, ċertu sustanzi bħalma huma l-mikroelementi (il-ħadid, iżżingu, il-molibdenu, il-magneżju, il-boron u l-kupru) jinqabdu filħamrija u ma jiġux assorbiti millħxejjex u mis-siġar. B’hekk iddemel jgħin biex titbaxxa l-pH u dawn is-sustanzi li semmejna jkunu jistgħu jiġu assorbiti millħxejjex u s-siġar aktar faċilment. Meta wieħed japplika d-demel tal-bhejjem għandu jżomm f’moħħu żewġ fatturi importanti: • illi n-nutrijenti jiġu utilizzati mill-wiċċ li jkun se jinżera’; u • l-kontaminazzjoni tal-ilma tal-pjan
18
Nisġet ARTNA
Tifrix ta’ demel permezz ta’ tratturi
Qabel jiġi applikat id-demel, huwa importanti li wieħed jagħmel analiżi tal-ħamrija biex jiġi determinat l-ammont ta’ nutrijenti eżistenti. Importanti li l-kampjun tal-ħamrija jkun inġabar b’mod tajjeb biex il-kampjun tal-ħamrija li jkun inġabar ikun wieħed li jirrappreżenta l-għalqa li tkun se tiġi analizzata. Permezz tal-analiżi tal-ħamrija u l-pjan tal-uċuħ tar-raba’, ikun jista’ jsir il-pjan ta’ fertilizzazzjoni. Dan għandu jsir sabiex ma jiġux applikati nutrijenti f’ammonti iktar milli suppost. Kull prodott jeħtieġ ammonti differenti ta’ nutrijenti, għalhekk wieħed għandu joqgħod attent kemm jitfa’ demel. Importanti li ngħidu li skont id-Direttiva talKunsill dwar il-protezzjoni talilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli u l-programm ta’ azzjoni dwar innitrati, l-ammont ta’ nitroġenu totali applikat mid-demel, inkluż ħmieġ prodott mill-
annimali nfushom, m’għandux jeċċedi 170kg netti kull sena. L-uċuħ tar-raba’ jiġbdu ammonti kbar ta’ nutrijenti li għandhom bżonn, għalhekk meta l-wiċċ jinqala’ nkunu naqqasna ammont konsiderevoli ta’ nutrijenti. Dan għandu b’xi mod jerġa’ jintradd lura għaliex ħamrija fqira ma tibqax tiflaħ għat-tkabbir. Kif semmejna, id-demel diġà fih ammonti ta’ nutrijenti imma x’aktarx dan ma jkunx biżżejjed u jkun meħtieġ xi sors ta’ fertilizzant ieħor. L-applikazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u inorganiċi għandha tkun ibbażata fuq pjan ta’ fertilizzazzjoni li jikkunsidra l-bilanċ ta’ bejn in-nitroġenu tal-wiċċ tar-raba’, il-preżenza ta’ nitroġenu fil-ħamrija, kif ukoll il-provvista ta’ nitroġenu flilma użat għat-tisqija. Id-demel għandu jiġi mferrex għall-ħabta ta’ Awwissu/Settembru (għal Santa Marija) u għandu jitferrex
b’mod uniformi fl-għalqa. Wara għandu jiġi mħallat mal-ħamrija kemm jista’ jkun malajr. Fixxhur sajfin, id-demel li jitħalla f’munzell, malajr jikkonsma u jintemm, u ħafna min-nutrijenti bħall-ammonja jintilfu malajr. L-applikazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u inorganiċi mhix permessa bejn il-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena u l-15 ta’ Marzu tassena ta’ wara. Iżda l-applikazzjoni ta’ fertilizzant inorganiku jista’ jkun permess f’każ ta’ rekwiżit ta’ nitroġenu dimostrabbli għalluċuħ tar-raba’ permezz ta’ pjan ta’ fertilizzazzjoni. Kull għalqa għandha l-proprjetajiet tagħha, għalhekk ċertu restrizzjonijiet ta’ tixrid ta’ demel japplikaw, b’mod partikolari dawk iż-żoni li huma ta’ riskju li jikkawżaw it-tniġġis tal-ilma. Għal aktar tagħrif ta’ kif jinġabar kampjun tal-ħamrija u l-analiżi li ssir fuqu, wieħed jista’ jċempel ilLaboratorju tal-Ħamrija u l-Ilma għat-Tisqija fuq 22924120.
Ħarifa 2017
19
Mario Salerno MOAM
Il-Ġejjieni tal-Biedja u s-Sajd f’Pajjiżna Fil-futur qrib u filfutur imbiegħed, il-bidla fil-klima se jkollha impatt qawwi fuq il-biedja u s-sajd f’Malta. Dan il-fenomenu li ilu jiġi diskuss fl-ogħla istituzzjonijiet tad-dinja qed jinħass sew fil-pajjiżi terzi li ħafna minnhom huma foqra u li Malta għandha wkoll rabta kummerċjali magħhom. Ħafna pajjiżi terzi li għandhom meded kbar ta’ foresti li minnhom nixtru l-kafè, ilbanana, l-ananas u frott eżotiku ieħor qegħdin jaraw żieda fit-temperatura li qiegħda tħalli impatt fuq insetti li maż-żmien qegħdin irabbu reżistenza kontra l-bexx tal-pestiċidi li bħala konsegwenza qed ifaqqar l-ambjent. Barra l-impatt fuq l-ortikoltura, hemm problemi ġodda relatati maż-żieda fit-temperatura fuq il-ħxejjex tal-kċina, mgħalef, ħwawar u siġar li jsebbħu t-toroq fl-urban. Waqt li t-temperatura għolja tnixxef aktar malajr il-ħamrija, ilbdiewa jkollhom jirrikorru għal aktar tisqija fejn ix-xmajjar qegħdin jinxfu u ma mmorrux ’il bogħod minn pajjiżna fejn
l-Italja kellha mhux biss telf ta’ biljuni ta’ ewro kawża ta’ ħsad fqir imma wkoll għax l-imsaġar qabdu u ġabu diżastru ambjentali. Ekosistemi sħaħ intilfu f’ħakka t’għajn! Fil-qasam tat-trobbija talbhejjem, temperatura għolja taffettwa l-ħlib tal-baqar u twassal għal telf fil-konverżjoni tal-ikel għax ħafna annimali bħall-fniek, it-tiġieġ u oħrajn inaqqsu mill-aptit tal-ikel waqt li ħafna drabi jkun hemm infestazzjonijiet ta’ mard ta’ virus u ta’ batterji li joħolqu mard ġdid li kien jeżisti f’pajjiżi terzi. Mhux eskluż li jkun hemm fil-ġejjieni qrib mard bħallmalarja li kien sinonimu malpajjiżi Afrikani, imma bħal dan l-insett li jġorr il-mard, mistennija invażjoni ta’ aktar insetti aljeni (aliens) li aħna f’Malta qatt ma esperjenzajniehom! Fejn jidħol is-sajd, hemm probabbiltà kbira li ħut stran jidħol mill-kanal tas-Swejż u jinvadi l-baħar tal-Mediterran. Mhux ħut biss imma speċi oħrajn
tal-baħar jistgħu jieklu ħut talMediterran bil-konsegwenzi li ħut favorit fil-platt Malti jinqata’ fuq medda taż-żmien. Il-fenomenu tal-bidla fil-klima jrid ikun indirizzat sew biex ilpopli tal-pajjiżi speċjalment talMediterran ikunu preparati biex ladarba l-baħar jogħla bħalma ġa għola fiż-żmien il-qedem, ladarba hemm miljuni li jgħixu fuq il-kosta, ikun hemm maniġġ integrali tal-kosta sabiex l-għajxien ta’ dawn in-nies ikun salvagwardjat. Wieħed irid jifhem, li bini ta’ ħitan malbaħar, pompi tal-ilma, il-bini ta’ toroq fuq il-livell tal-baħar u l-abitazzjoni mal-livell tal-baħar iridu jkunu indirizzati qabel ma jogħla l-ilma tal-baħar għax ikun tard wisq. Ireġġi d-diskors li għandna nibdew minn issa li ngħaqqdu fuq pjattaforma kemm ilbdiewa kif ukoll is-sajjieda sabiex minn issa jaħdmu flimkien għall-miżuri li jtaffu mit-tbatija li se ġġib magħha l-bidla fil-klima f’pajjiżna.
20
Nisġet ARTNA
Żoni Protetti fil-Baħar Alternattiva għall-Immaniġġjar Tradizzjonali tal-Industriji tas-Sajd Il-biċċa l-kbira tal-industriji tas-sajd fil-Mediterran jiffukaw fuq riservi ta’ ħut li jsofru minn sajd eċċessiv. Minbarra l-impatti bijoloġiċi ta’ din l-attività, għaliex din il-prattika mhix sostenibbli, is-sajjieda ma jistgħux jimmassimizzaw kemm jistgħu d-dħul tagħhom. Biex tiżdied il-produttività tal-ispeċi maqbuda, il-ħtieġa prinċipali hija bidla tad-daqs tal-ewwel qabda għal daqsijiet akbar. Mhuwiex dejjem possibbli li jitkabbru l-qisien tal-ħoloq taxxbieki użati mis-sajjieda biex jiġi evitat il-qbid ta’ ċerti speċi li għadhom qed jikbru, ngħidu aħna l-Merluzz u t-Trilja fil-każ tax-xbieki tat-tkarkir. Dan għaliex jista’ jirriżulta wkoll f’inqas qabdiet ta’ speċi kummerċjali ta’ daqs żgħir li huma ta’ valur, bħall-Gamblu Aħmar prezzjuż, il-Gamblu Abjad tal-ilma fond u l-Langostini. Strateġija alternattiva ta’ mmaniġġjar hija li jitnaqqsu l-qabdiet ta’ ħut li għadu qed jikber billi jiġu protetti l-ambjenti naturali fejn il-ħut jinġabar biex irabbi l-frieħ tiegħu, permezz tat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ Żoni Protetti fil-Baħar. Ir-restrizzjoni tas-sajd f’żoni bħal dawn tassigura li l-ambjenti naturali li huma bżonjużi għall-ispeċi biex ikomplu ċ-ċiklu tal-ħajja huma protetti, li l-ammont ta’ ħut individwali żgħar li jinqabdu jonqos, u li aktar ħut u gambli jgħixu biex jirriproduċu. Fl-aħħar nett, dan iwassal għal qabdiet akbar u aktar sajd sostenibbli.
Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura (DFA) u d-Dipartiment tal-Bijoloġija fl-Università ta’ Malta (UM), għadhom kif ingħaqdu fuq proġett ta’ riċerka internazzjonali bl-isem ta’ ‘Marine Protected Areas Network Towards Sustainable Fisheries in the Central Mediterranean’ (MANTIS) (Network għal Żoni Protetti talBaħar għal Sajd Sostenibbli fiżŻona Ċentrali tal-Mediterran). Il-Proġett MANTIS għandu l-għan li jipproteġi l-ambjenti naturali li huma kritiċi għal speċi kummerċjali u jidentifika miżuri biex inaqqas impatti avversi tas-sajd f’żoni fejn ħut ta’ speċi kummerċjali li għadu qed jikber, jinġabar. Il-proġett MANTIS huwa ffinanzjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (DG MARE) tal-Kummissjoni Ewropea, u kkordinat millKunsill Nazzjonali Taljan għar-Riċerka (CNR). Minbarra ż-żewġ parteċipanti Maltin, ilkonsorzju tal-proġett MANTIS jinkludi l-Konsorzju Nazzjonali tal-Università Taljana għaxXjenzi tal-Baħar (CoNISMA), l-Istitut Nazzjonali Taljan talOċeanografija u l-Ġeofiżika Esperimentali (OGS), l-Istitut Kroat tal-Oċeanografija u s-Sajd (IOF), il-koperattiva tarRiċerka Ekonomika dwar isSajd u l-Akkwakultura (Nisea), l-Għaqda Dinjija għall-Ħarsien
Dr. Leyla Knittweis-Mifsud Fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura
ta’ Ħlejjaq li Jgħixu fis-Salvaġġ (World-Wildlife-Fund - WWF) u Oceana. Dan l-aħħar il-parteċipanti ltaqgħu Ruma għall-ewwel Laqgħa Ġenerali tal-proġett MANTIS biex jiddiskutu attivitajiet marbuta mal-proġett. Fix-xhur li ġejjin, il-kollaborazzjoni xjentifika bejn id-DFA (irrappreżentat minn Ms Roberta Mifsud u Ms Marie Louise Pace) u d-Dipartiment tal-Bijoloġija (irrappreżentat minn Dr Leyla Knittweis-Mifsud u l-Prof. Joseph A Borg), ser tiffoka fuq l-evalwazzjoni u l-integrazzjoni tal-għarfien kollu disponibbli dwar id-dinamika talispazju-żmien tar-riżorsi Maltin tal-industriji tas-sajd. It-timijiet lokali ser jiġbru d-data kollha disponibbli dwar il-postijiet talqbid, u ħafna aktar importanti, dwar id-daqs ta’ individwi talispeċi tal-ħut maqbuda minn postijiet tas-sajd differenti. Din it-tip ta’ informazzjoni hija disponibbli minn osservazzjonijiet li jsiru abbord b’mod regolari mid-DFA, minn proġetti ta’ riċerka xjentifika preċedenti, u sondaġġi xjentifiċi li qed jitwettqu. Wara li tkun analizzata, din l-informazzjoni ser tagħmel possibbli l-investigazzjoni tal-mod ta’ kif network ta’ Żoni Protetti tal-Baħar jista’ jikkontribwixxi biex titjieb l-industrija tas-sajd sostenibbli fiż-Żona Ċentrali tal-Mediterran, u fl-aħħar nett tgħin sajjieda lokali biex ikabbru d-dħul finanzjarju tagħhom.
Ħarifa 2017
21
Il-Marda tal-Phyllosticta taċ–Ċitru (Citrus Black Spot, CBS)
Andrè Sciberras
Uffiċjal Xjentifiku fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti
I
s-CBS hija marda kkaġunata minn moffa msejħa Phyllosticta citricarpa li tattakka s-siġar taċ-ċitru bħal larinġ, mandolin, lumi eċċ. Din il-marda ġeneralment taffettwa l-frott u għalhekk jiġi affettwat is-suq tal-prodott. Is-CBS hija l-aktar komuni f’pajjiżi sub-tropikali kkaratterizzati minn xita fixxhur tas-sajf. Skont studju li sar reċenti mill-European Food Safety Authority (EFSA), kien konkluż li fil-pajjiżi ġewwa l-Ewropa fejn jikber iċ-ċitru, il-kundizzjonijiet huma favorevoli li tiżviluppa fixxhur tal-ħarifa. B’hekk wieħed jista’ jifhem li Malta għandha riskju li tiġi introdotta din ilmarda peress li jiġi impurtat ċitru minn pajjiżi fejn is-CBS hija preżenti, bħall-Afrika t’Isfel, il-Brażil, l-Arġentina u l-Urugwaj. Ta’ min wieħed jgħid li importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi msemmija huma restritti b’miżuri skont idDeċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni 2016/715. Is-Sintomi ta’ din il-marda: L-aktar sintomu ovvju ta’ din il-marda huma dwawar tondi kannella fl-aħmar b’dijametru ta’ madwar 1mm sa 5mm fuq il-qoxra tal-frott. Dawn iddwawar huma l-aktar komuni fuq in-naħa tal-frotta li tkun l-iżjed esposta għax-xemx. Dawn is-sintomi jistgħu jidhru wkoll fuq il-weraq, imma
Sintomi tas-Citrus Black Spot fuq il-larinġ
Sintomi tas-Citrus Black Spot fuq il-lumi
huma aktar rari u jidhru l-aktar fuq varjetajiet ta’ ċitru suxxettibbli ħafna għal din ilmarda, bħal-lumi. Kif tiżviluppa l-marda: Is-Citrus Black Spot tibda tiżviluppa meta l-fdalijiet tal-weraq li jaqaw mis-siġar taċ-ċitru jipproduċu l-ispori, speċjalment f’kundizzjonijiet umdużi. Dawn l-ispori mbagħad
jinxterdu permezz tar-riħ u x-xita. Il-frott ikun l-aktar suxxettibbli li jiġi infettat minn din il-moffa bejn erba’ u ħames xhur wara li jagħqad. Is-sintomi tas-Citrus Black Spot ma jkunux viżibbli mill-ewwel għarraġuni li l-infezzjoni tiżviluppa sewwa meta timmatura l-frotta. Però sintomi ta’ din il-moffa jistgħu jkunu viżibbli wkoll meta l-frott ikun għadu aħdar.
22
Nisġet ARTNA
L-infezzjoni fuq il-weraq ġeneralment tiżviluppa meta l-weraq taċ-ċitru jkunu waslu biex jaqgħu jew ftit żmien wara li jkunu waqgħu mis-siġar. Kif tista’ tiġi kkontrollata is-CBS M’hemm ebda reżistenza għas-Citrus Black Spot, għalkemm ċertu varjetajiet ta’ ċitru jistgħu jiġu infettati anqas minn varjetajiet oħra. Din id-differenza ta’ infestazzjoni tista’ tkun affettwata wkoll skont iż-żmien tal-maturazzjoni tal-frotta peress li f’ċerti xhur tas-sena tinżel aktar xita. Jekk wieħed japplika funġiċida fiż-żmien addattat jista’ jikkontrolla din il-marda. Funġiċida bħall-kupru għandu jiġi applikat mill-bidu ta’ Mejju sa nofs Settembru.
Iċ-Ċiklu kif tiżviluppa s-CBS
Bħala prevenzjoni wieħed jista’ jnaddaf regolarment is-siġar miz-zkuk u l-weraq niexef kif ukoll jiġbor minn taħt is-siġar il-fdalijiet li jkunu waqgħu bħal weraq niexef u frott li jkun waqa’ qabel immatura. B’hekk jekk ikun hemm infezzjoni tas-Citrus Black Spot, din ma tinfirixx daqshekk malajr. Barra minn hekk, it-tisqija għandha ssir permezz ta’ drip irrigation sabiex weraq u partijiet oħra tas-siġar ma jixxarbux.
Sintomi tas-Citrus Black Spot mill-viċin
Prekawzjonijiet li qegħdin jittieħdu sabiex tinżamm din il-marda milli tinfirex f’Malta Sabiex nipprevjenu milli tinfirex din il-marda fil-gżejjer Maltin, kull sena isir stħarriġ midDirettorat għall-Ħarsien talPjanti. Dawn l-ispezzjonijiet isiru fuq frott taċ-ċitru impurtat kif ukoll fuq frott taċ-ċitru lokali minn spetturi mħarrġin
li kapaċi jagħrfu s-sintomi ta’ din il-marda. Jekk ikun hemm xi sintomi suspettużi għal din il-marda, jinġabru xi kampjuni u jintbagħtu għal aktar testijiet fil-laboratorju. Għalkemm din il-marda ma tinsabx ġewwa Malta, ilfatt li r-riskju li tistabbilixxi ruħha huwa kbir minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, ilpubbliku huwa mistieden jgħin lid-Direttorat jieħu azzjonijiet immedjati għall-kontroll talmard tal-pjanti billi jirrapporta sintomi li jindikaw il-preżenza ta’ din il-marda. Notifikazzjoni lil dan idDirettorat tista’ ssir permezz tal-mobile app Flora u Fawna, fuq l-indirizz elettroniku plantquarantine@gov.mt jew telefown 2292 6535.
Ħarifa 2017
23
Għerf Ġensna Christopher Bonnici
U
ċ-ċiklu tan-natura jkompli, irridu u ma rridux. Fis-sajf nokorbu għax-xitwa u fixxitwa nħarsu ’l quddiem għassajf u nittamaw illi l-ksieħ ma jdumx ma jtaffi. Insomma, donnu qatt ma nikkuntentaw. Imma kif ngħidu, kollox irid ikun, u li kieku ma jkollniex is-sajf, ma napprezzawx ix-xitwa, u viċi versa. Intant, wara n-nuqqas fil-pubblikazzjoni li għaddiet, erġajt ninsab magħkom, biex jekk Alla jrid, ħarġa wara l-oħra nissoktaw b’din ir-rokna li twasslilna għerf missirijietna. U llum ser naqbad mal-Arkanġlu San Mikiel għax dwaru ngħidu: F’San Mikiel lesti l-Gandlier.
Nhar id-29 ta’ Settembru tkun iċċelebrata l-festa tal-Arkanġli Mqaddsa, Rafel, Gabrijel u Mikiel. L-aktar popolari fosthom huwa San Mikiel, illi sa qabel il-Konċilju Vatikan II kellu żewġ dati ta’ festa f’ġieħu, dik tad-29 ta’ Settembru u l-oħra tas-6 ta’ Mejju. F’pajjiżna jkun iċċelebrat bil-kbir f’Ħaż-Żabbar u f’Ħal Lija. F’tal-ewwel hemm soċjetà mużikali mwaqqfa għalih u fittieni hemm il-kamra tan-nar illi ġġib ismu; madankollu l-uniku post fejn għadha ssir il-festa bil-purċissjoni hija fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi. Id-diversi fratellanzi u l-għaqda li ġġib ismu f’Ħaż-Żabbar iġorru ġeneralment il-kulur aħdar, simbolu tat-tama. Kull meta nispjega xi qawl jew xi idjoma nfakkar illi rridu niħduh
fil-kuntest tal-passat; jiġifieri fi żmien meta f’Malta ma kellniex il-kumditajiet bħal-lum, fosthom in-nuqqas ta’ dawl bl-elettriku fid-djar. Lejn tmiem Settembru, il-jum ikun juri sew kemm qsar; tkun għadha kif bdiet il-ħarifa, u għalhekk jidlam qabel minn kif inkunu drajna fis-sajf. L-użu tal“gandlier” ifisser illi minħabba n-nuqqas ta’ dawl bl-elettriku u minħabba d-dlam naturali, missirijietna kien ikollhom jirrikorru għall-gandlier b’xi xemgħa fuqu biex ikunu jistgħu jqattgħu l-aħħar ħinijiet taljum qabel l-irqad. Inżommu f’moħħna wkoll illi min għandu ċerta età jiftakar anke l-ħin tassajf idur għal tax-xitwa fi tmiem Settembru u mhux f’Ottubru, u dan jissokta juri kemm lejn tmiem Settembru kien jaqa’ d-dlam kmieni. Għaliex tintuża l-kelma “gandlier”? Naturalment, l-użu tal-gandlier waħdu ma jagħtix dawl, għax fih irid ikun hemm xi xemgħa jew xi apparat ieħor illi jixgħel manwalment. Manwalment għax fiż-żmien illi nħoloq dan l-għajdut la kien hemm elettriku u lanqas generators biex jagħtu d-dawl fid-dlam. Imma mil-lat lingwistiku, ilħolqien tal-qwiel kien isir permezz ta’ rima, imqar parzjali. F’dan il-każ hija rima parzjali minħabba li l-kelma “Mikiel” ma taqbilx eżatt ma’ “gandlier,” għax waħda tispiċċa “-iel” u l-oħra “-ier.” Madankollu, peress illi kemm
il-konsonanti “l” u anke “r” huma likwidi, jersqu lejn xulxin fil-ħoss u għalkemm l-aħħar ittra hija differenti, issillaba kemm f’“Mikiel” u anke f’“gandlier” fiha “ie” qabel. L-użu tar-rima, imqar parzjali bħal f’dan il-każ kienet twassal sabiex missirijietna jiftakru dan l-għajdut iktar milli ngħidu aħna kieku ngħidu “F’San Mikiel lesti x-Xemgħa.” Mhux ta’ b’xejn illi dan l-għajdut għadda minn fomm għal fomm għal mijiet ta’ snin sakemm wasal għandna! Qwiel oħra dwar San Mikiel huma: • San Mikiel Żrigħ ir-Rummien bl-istess rima parzjali li għadna kif spjegajna u li juri li fi żmien din il-festa jinżera’ r-rummien, kif ukoll • F’San Mikiel Jibdew ilĦaddiema; illi juri kif issa l-vaganzi tas-sajf waslu fit-tmiem u għalhekk, wasal iż-żmien illi lkoll nirritornaw fuq il-lant ta’ ħidmietna. Bħal dejjem inħeġġeġ sabiex napprezzaw dejjem iktar dawn it-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna, għaliex jekk ma nkunux aħna li nikkultivawhom, jintemmu u jintesew maż-żmien. Sabiħ li kieku lil uliedna nuruhom bis-sbuħija ta’ dan l-għajdut sabiex uliedna mbagħad jgħadduh għal ġenerazzjonijiet oħra u b’hekk jibqa’ jintiret u jibqa’ ħaj. Inġedded l-appuntament għall-ħarġa li jmiss, jekk Alla jrid fi żmien ilMilied, u nselli għalikom.