1 minute read

Leonardo Sciascia u Malta

iżda fuq insistenza ta’ William u għax taf sewwa dan min kien, Agnes laqgħet l-istedina biex tibda toħrog miegħu. Wara kollox imħabba żagħżugħa riedet hi, issa ladarba ġiet l-opportunità. Il-perjodu tal-bidla tad-djar ta’ Jane u Agnes sfortunatament issa kien wasal biex jintemm u ħadd minnhom ma xtaq jerġa’ lura għalli kien qabel, laktar meta dak li kienu qegħdin ifittxu sabuh, imqar għal numru mhux ħazin ta’ jiem biss. Iżda dawn iżżewġ xebbiet xorta waħda reġgħu marru lura għal darhom propja, imma ferħanin, ukoll meta din lesperjenza kienet għal żmien qasir u li qattgħuha ’l bogħod minn xulxin, għax kienet esperjenza li ma tintesa qatt. Imma kienet ukoll ħasra li spiċċaw milli forsi jiffurmaw familja minħabba dak li ġralhom qabel jekk dan kien dejjem il-ħsieb tagħhom, għax huma ma xtaqux li jirrepeti ruħu dak li għaddew minnu qabel, għalkemm ħafna jgħidu li fejn hemm limħabba hemm l-għaqda li bil-mod biex tinkiser.

Advertisement

Mitt sena mit-twelid tal-kittieb Sqalli Kitba ta’ John A. Consiglio

Twieled 8 ta’ Jannar 1921 u miet 20 ta’ Novembru ta’ 68 sena. Leonardo Sciascia huwa wiehed mill-kittieba u intellettwali ewlenin Ewropej taS-Seklu Ghoxrin. Fost il-hafna attributi sbieh li kellu kien hemm dak li hu kien affaxxinat u suggestiv hafna dwar il-kultura Gharbija-Maltija, u l-elementi ewlenin ta’ din ilkultura dawna saru sehem centrali tal-famuz rumanz tieghu “Il consiglio d’Egitto”. Dan ir-rumanz kien ambjentat fiz-zmienijiet talInkwizizzjopni. Huwa rumanz qasir, pjuttost rumanzpamphlet, u fih insibu bhala protagonist l-Abate Vella, li kien impustur kbir u mwieled appuntu f’Malta. Permezz tal-kitba ambjentalistika li nsibu f’ “Il consiglio d’Egitto” Sciascia jirnexxilu jerga jghix latmosfera socjo-kulturali Maltija, bid-diversi protagonisti taghha, is-sentimenti taghha, il-kultura taghha mhallta bejn Punent u Lvant Nofsani. F’dan ir-rumanz insibu wkoll l-ajjutant ta’ Vella, li jkun hu ukoll Malti, il-monaku Giuseppe Camilleri, li dan bhal speci jehodna wkoll qrib ta’ kittieb iehor kbir Siciljan, Andrea Camilleri. Leonardo Sciascia kellu passjoni kbira ghal pittura u spiss jinkludi noti fil-kitbiet tieghu dwar il-Qtugh ir-Ras fil-famuz kwadru tal-Caravaggio, u kien anki kiteb lintroduzzjoni tal-famuz u sabih volum “Viaggattori in Sicilia e a Malta”. Ma hemm allura ebda dubju dwar ir-rabta ferm qrib ta’ dan il-kbir kittieb u intellettwali Sqalli mal-kbira, kunmplessa, u affaxxinanti kultura Maltija.

This article is from: