2 minute read

L Apoloġija ta’ Sokrate

Traduzzjoni ta Victor V. Vella

Dan hu l-bidu tad-diskors tal-Filosofu Sokrate li għamel quddiem il-qorti Grieg ftit qabel ma miet. Sirna nafu bih permezz tal-istudent tiegħu, li mbagħad tista’ tgħid ħa postu, jiġifieri Platun. Din baqgħet tissemma’ bħala Apoloġija. Imma hi iżjed diskors ta’ difiża fil-process legali li Sokrate kellu jgħaddi minnu fil-qorti ta’ Ateni ta’ dak iż-żmien. Laħħar snin tar-raba’ seklu qabel Kristu ezatt fis-sena 399, kien żmien ta’ taqlib f'Ateni u fit-taħwid kollu Sokrate ġie akkużat li bid-diskussjonijiet u t-tagħlim tiegħu kien qiegħed jassar liż-żgħażagh u li hu kien kontra d-demokrazija. Kellu jifddefendi ruħu quddiem ġuri ta’ 500 ċittadin. Ivvotaw kontra tiegħu u għaddewh bħala ħati, u wara kellu jixrob il-velenu, avolja kellu ċans jaħrab. Imma Sokrate tant kien bniedem rett li ried jara li s-sentenza li nqatgħet kontra tiegħu tiġi mwettqa.

Advertisement

“Kif u kemm intom O nies ta’ Ateni ġejtu influwenzati minn dawk li akkużawni ma nistax ngħid; naf biss li kważi nessew lili stess jien min kont, tant kemm tkellmu bil-persważjoni... allavolja ma qalux kelma waħda li hi vera. Imma fost il-ħafna gideb li qalu kien hemm waħda li l-vera ixxokkjatni... meta qalu li intom tridu toqogħdu attenti li ma thallux lilkom infuskom tkunu mmexxijin minn imneħirkom bil-qawwa tal-kliem tiegħi. Meta waslu li jgħidu dan, meta setgħu jirrealizzaw li hekk kif niftaħ ħalqi u nuri li jiena m'iniex xi oratur gwapp, kienet ħaġa li kien messhom jistħu jgħiduha... jekk huma ma kinux jirreferu għall-qawwa tal-elokwenza tieghi... imma riedu jfissru l-qawwa tal-verità li nesprimi. Jekk dan hu li jridu jfissru, ikolli naċċetta l-fatt li iva jien kapaci nitkellem. Imma s-sengha tiegħi... kemm hi differenti minn tagħhom! Mela, kif kont qiegħed ngħid... nista’ ngħid li dawn ma qalux xrara ta’ verità. Mingħandi se tisimgħu l-verità kif inhi mhux fi speci ta’ paneġirku b'ħafna kliem u espressjonijiet sbieħ. Le, le, f'gieħ is-sema! Jiena se nuża kliem u argumenti kif jiġu f'moħħi dan il-mument, għax jiena għandi fiduċja fil-gustizzja tal-każ tiegħi. Bħalissa bl-età tiegħi b'kollox inħossni umiljat li jkolli nidher quddiemkom, ja nies ta’ Ateni, bħal speċi ta’ xi oratur żagħżugħ u nispera li dan ħadd minnkom ma jistennieh minni. Fuq kollox nitlobkom favur: jekk niddefendi ruħi kif naf u kif is-soltu nagħmel u tisimgħuni nuża l-istess kliem li issa saru biċċa minni u li issa drajt nuża fl-'agora',* jew madwar limwejjed ta’ dawk li jsellfu l-flus jew f'postijiet oħra, nitlobkom li ma tiħdux qatgħa u li tħalluni ngħid dak li rrid ngħid mingħajr ma twaqqfuni. Infakkarkhom li jiena llum għandi 70 sena u li din hi l-ewwel darba li qieghed nidher f'qorti, u li għalhekk miniex imdorri nuża l-lingwa ufficjali tal-post. Allura jekk jogħġobkom qisuni bħala wieħed stranġier li żgur li tikkundannawh jekk juża d-djalett, bl-istil u bil-kliem b'kollox... ta’ pajjiżu. Forsi tgħidu li qiegħed nistenna ħafna! Tagħtux kas ta 'il-kif '... tal-mod kif nitkellem li forsi ma jkunx jaqbel ma dak li tistennew... imma aħsbu biss fil-verità ta’ dak li nkun ngħid u dan żommuh quddiem għajnejkom: ħallu l-kelliemi jgħid il-verità u l-imħallef jiddeċiedi bil-ġustizzja...”

l-agora : il-post fejn kienu jiltaqgħu, bħal speci ta’ qorti pubbliku.

“True knowledge exists knowing that you know nothing.”

“It is better to change an opinion than to persist in the wrong one.”

This article is from: