MANIFEST ELETTORALI
Għażiż student, Wara diversi xhur ta’ ħidma, Pulse tinsab uffiċjalment hawn quddiemek preparata u entużjasta sabiex tikkontesta l-ewwel elezzjoni tagħha ġewwa l-MCAST. Tinsab hawn quddiemek lesta b’tim ta’ kandidati dinamiċi u bi pjan realistiku u effettiv li żgur mhux forsi ser jipprovdi lilek, l-istudent, mhux biss bidla, imma bidla li trendi l-frott tagħha. L-islogan “Change is Now!” hija biss frażi li tiġbor fiha l-pjanijiet kollha li għandha l-Pulse għall-MCAST. Irridu nassiguraw li l-esperjenza tiegħek ġo dan il-Kulleġġ tkun waħda indimentikabbli u għaldaqstant, b’dan il-ħsieb flisfond, INT ser tkun qed timxi din il-mixja magħna biex b’hekk inkunu verament ilħaqna l-iskop aħħari tagħna li nkunu “il-polz tal-istudenti kollha”. Kunsill ġdid fdat f’idejn il-Pulse ser jassigura li int tkun il-fulkru ta’ kull deċiżjoni mittieħda. Irridu ntejbulek l-esperjenza edukattiva tiegħek iżda fuq kollox... irridu inservuk! Dejjem tiegħek,
Pulse
PROPOSTI ĠENERALI Nirriformaw il-Board of Studies b’tali mod li tonqos il-burokrazija li jħaddan u fl-istess waqt tiżdied l-effiċjenza. Nisħqu fuq l-organizazzjoni ta’ forums sabiex nassiguraw żieda filkuntatt mal-istudent, liema żieda tpoġġieh fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni mittieħda. Naraw li jitweħħlu notice boards f’kull istitut fejn fuqhom ikun hemm imniżżla informazzjoni li tikkonċerna għadd ta’ xogħlijiet maħruġa millETC għad-dispożizzjoni tal-istudenti. Inħawlu numru ta’ pjanti madwar il-kampus fi spazji magħżula filwaqt li ninstallaw xi bankijiet biex b’hekk nintroduċu l-kunċett ta’ green areas fejn l-istudenti jkunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom qalb innatura. Jiġu mqegħda bring-in sites biex mhux biss nagħtu bidu għal kampanja ta’ riċeklaġġ iżda ninkoraġġixxu aktar sens ta’ ħarsien ambjentali. Ninstallaw aktar dust bins madwar il-kampus bl-għan li nnaqsu b’mod drastiku l-iskart mormi fl-art. Naċċertaw li jiżdiedu s-sinjali informattivi madwar il-kampus biex tkun aktar faċli għall-istudenti biex isibu triqthom lejn il-Blocks. Naħdmu biex ninstallaw bicycle racks ġodda bl-għan aħħari jkun propju dak li nippromwovu użu aktar frekwenti tar-rota. Nibdew diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Isports rigward estensjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-gym sabiex ikun jista’ jitgawda min-numru akbar ta’ studenti. Ninkoraġġixxu, permezz ta’ laqgħat informattivi, żieda fin-numru ta’ studenti li jipparteċipaw fi programmi Ewropej bħall-Erasmus. Nevalwaw, f’diskussjonijiet mal-Amministrazzjoni, il-possibilità li l-assignments jingħataw fil-bidu tas-sena skolastika biex b’hekk intaffu l-piż minn fuq l-istudent lejn l-aħħar tas-sena. Ngħinu lill-istudenti tal-Art and Design biex jipparteċipaw aktar fi programmi televiżivi.
AGRIBUSINESS • Ninstallaw tinda fl-entratura ta’ dan l-istitut fejn taħtha jistgħu jistkennu l-istudenti. • Ninvestu u ninstallaw food vending machines għad-disponibilità ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw u jattendu korsijiet li jaqgħu taħt il-kappa ta’ dan l-istitut. • Tiġi kreata games room fejn fiha l-istudenti jkunu jistgħu jirrilassaw u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom fil-kumpanija ta’ sħabhom.
eunice duncan
ART & DESIGN • Ninstallaw tinda fl-entratura ta’ dan l-istitut fejn taħtha jistgħu jistkennu l-istudenti. • Tiġi kreata games room fejn fiha l-istudenti jkunu jistgħu jirrilassaw u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom fil-kumpanija ta’ sħabhom. • Naċċertaw li l-kompjuters kollha fi ħdan dan l-istitut jiġu mogħtija updates regolarment bl-għan li ntejbu s-servizz mogħti lil dawn l-istudenti.
jacob mifsud
BUILDING & CE • Isiru reviżjonijiet fil-ħinijiet tal-ftuħ u l-għeluq tal-librerija sabiex din tkun iktar aċċessibli għal numru akbar ta’ studenti. • Naħdmu sabiex nassiguraw aċċess aqwa għall-WiFi fi ħdan dan l-istitut. • Nidħlu f’taħdidiet mal-awtoritajiet konċernati sabiex insolvu darba għal dejjem il-problema rikurrenti talwarrant tal-istudenti inġiniera bittama li nassiguraw l-għotja ta’ din l-istess warrant fi tmiem il-kors.
luca attard
COMMUNITY SERVICE • Ninsistu fuq l-importanza ta’ renovar notevoli fil-klassijiet ta’ dan l-istitut sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jaħdmu u jistudjaw fi spazju adekwat. Naraw ukoll li dan ir-renovar jiġi saħansitra estiż għax-showers tal-gym biex nassiguraw l-aqwa ambjent possibli. • Naħdmu sabiex nassiguraw aċċess aqwa għall-WiFi fi ħdan dan l-istitut. • Nenfasizzaw l-importanza tad-dħul ta’ sistema aħjar ta’ plakek biex b’hekk intejbu u niffaċilitaw l-istudju u l-ħidma ta’ dawn l-istudenti.
jade gauci
ICT • Nassiguraw li jsir ir-renovar kollu meħtieġ fit-toilets ta’ dan l-istitut. • Ninvestu f’numru ta’ lockers ġodda sabiex niffaċilitaw il-ħajja studenteska ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw l-istitut tal-ICT. • Ninsistu fuq l-importanza ta’ renovar notevoli fil-klassijiet ta’ dan l-istitut filwaqt li naċċertaw rwieħna li l-kompjuters jkunu mgħammra b’software riċenti u mogħtija updates fuq bażi regolari.
martina buttigieg
MECHANICAL ENGINEERING • Naħdmu sabiex nassiguraw aċċess aqwa għall-WiFi fi ħdan l-istitut tal-Mechanical Engineering. • Inwettqu l-arranġamenti kollha neċessarji fil-klassijiet filwaqt li ninvestu f’numru ta’ siġġijiet b’mejda ċkejkna mwaħħla magħhom. • Nevalwaw il-possibilità ta’ rinovazzjoni notevoli fil-canteen bl-għan li niżviluppaw dan l-ispazju f’ambjent li jilqa’ lil dawk kollha li jagħmlu użu minnu. Nidħlu f’diskussjoni ma’ dawk kollha kkonċernati bit-tir li ntejbu ilkwalità u l-prezzijiet tal-ikel mibjugħ.
karl valletta
MARITIME • Nesploraw il-possibiltà li noffru opportunità ta’ job shadowing filprofessjonijiet marittimi differenti lillistudenti tul ix-xhur tas-sajf. • Nidħlu f’diskussjonijiet mal-Gvern sabiex naraw kif il-proġett tal-Maritime Hub jista’ jsarraf f’ġid għall-istudenti.
isaac tanti IRRIDU NKOMPLU NISIMGĦUK
ŻID L-IDEAT TIEGĦEK!
WWW.PULSE.ORG.MT