Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali Elezzjoni ÄĄenerali 2013
- Manifestos Under the Lens –
Konferenza indirizzata mill-Pulse bis-sehem tal-Partit Nazzjonalista, l-Partit Laburista u l-Alternattiva Demokratika.
Elezzjoni Ä enerali 2013
2
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Werrej Introduzzjoni ......................................................................................................................... 3 1. L-Edukazzjoni .................................................................................................................. 6 Aċċessibilta‟ u inklussivita‟ ................................................................................................. 6 Il-proposta tat-tablets u għajnuniet oħra............................................................................. 7 Stipendji u għajnuna oħra lill-istudenti ............................................................................... 8 Sostenn ............................................................................................................................. 8 Kultura u Talenti ................................................................................................................ 9 Infrastruttura ...................................................................................................................... 9 Universita‟ ......................................................................................................................... 9 Il-Kurrikulu Nazzjonali ...................................................................................................... 10 Għawdex ......................................................................................................................... 10 2. L-ekonomija u x-xogħol ................................................................................................... 11 Suq tax-xogħol inklussiv .................................................................................................. 11 Taħriġ .............................................................................................................................. 12 Professjonisti u negozjanti żgħażagħ ............................................................................... 12 Industriji ġodda ................................................................................................................ 13 Inkoraġġiment lil ħaddiema anzjani.................................................................................. 13 Minimum wage ................................................................................................................ 14 3. Libertajiet Ċivili ............................................................................................................... 15 Vot lil żgħażagħ ta‟ 16-il sena .......................................................................................... 15 Rikonoxximent ta‟ relazzjonijiet ta‟ persuni omosesswali u l-ugwaljanza bejn is-sessi ..... 15 IVF .................................................................................................................................. 16 Proposti lill-partiti politiċi mill-għaqda Pulse ......................................................................... 17 Konklużjoni ......................................................................................................................... 19
Elezzjoni Ġenerali 2013
3
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Introduzzjoni Fl-ambitu‟ ta‟ kampanja elettorali li issa laħqet il-qofol tagħha, Pulse qed tippubblika dan irrapport bħala evalwazzjoni u analiżi dettaljata tat-tliet manifesti preżentati mill-Partit Nazzjonalista, l-Partit Laburista u l-Alternattiva Demokratika. Dan l-eżerċizzju qed isir it-tieni darba, wara li kien ukoll suċess matul l-elezzjoni ġenerali tal-2008. Hekk kif ġew ippublikati l-manifesti tat-tliet partiti, il-Kummissjoni Politika Soċjali tal-għaqda nediet proċess fejn fih smajna diversi suġġerimenti u kritika tal-istudenti. Dan sar anke permezz ta‟ mezzi online fejn b‟email marbut ma‟ din l-inizjattiva daħlu aktar minn 80 punt minn fost l-istudenti dwar dawk il-punti fil-manifesti li l-aktar ħolqu interess. M‟għandniex xi ngħidu, bħala għaqda studenteska l-edukazzjoni u l-politika għaż-żgħażagħ ħadu prijorita‟ fuq kwistjonijiet oħrajn. Bħala għaqda Universitarja nemmnu li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta sabiex il-persuna tilħaq il-milja tagħha, tikkontribwixxi lejn l-istat flok tiddependi minnu u tassigura soċjeta‟ libera‟ fil-ħsieb. Wara dan l-eżerċizzju stajna nifhmu aħjar il-prijoritajiet tal-istudenti u x‟qed jistennew millpartiti politiċi. Żgur mhux stejjer ta‟ mħejjija għal lejliet l-elezzjoni iżda proposti konkreti li jafu fejn se jwasslu lil pajjiżna u lilhom bħala l-ġenerazzjoni l-ġdida. Naturalment dan huwa marbut mal-istess għanijiet tal-għaqda, dik li twassal il-vuċi u lprijoritajiet tal-istudenti. Huwa wkoll fl-interess tagħna li l-implimentazzjoni tal-aqwa politika għal pajjiżna isseħħ kif imwiegħed u b‟hekk jibbenefikaw minna l-istudenti bħala parti integrali mill-popolazzjoni Maltija. F‟din l-analiżi se nkunu qegħdin nippreżentaw l-oġġettiv u l-viżjoni ta‟ kull manifest. Nemmnu li dan huwa l-gwida li għandu jwassal lil studenti u żgħażagħ intelliġenti sabiex jagħmlu ddeċiżjoni tagħhom fil-kamra tal-vot. B‟dan il-mod nistgħu nitbegħdu mill-politika partiġġana li b‟saħħa kbira qed tieħu kontroll ta‟ din il-kampanja elettorali. Stedinna wkoll lir-rapreżentanti tat-tliet partiti, Dr Owen Bonnici, il-Prof Arnold Cassola u Karl Gouder. Nittamaw li l-kontribut tagħhom f‟din il-konferenza jkun wieħed oġġettiv, ibbażat fuq il-proposti tagħhom u li jirrifletti dak li l-poplu qed jistenna minnhom. L-intenzjoni tagħna ma hijiex dik li nibatu lil xi student jivvota lil xi partit minflok ieħor. Kif iddeskriva dan l-eżerċizzju s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba fl-2008, dan se jkun ukoll eżerċizzju imparzjali li jitfa‟ dawl fuq l-aktar prijoritajiet urġenti li għandu pajjiżna. Kwistjonijiet importanti li ċertament ma jistgħux jiġu injorati mill-pjanijiet tal-partiti politiċi li qed jippjanaw sabiex ikunu rapreżentanti denji tal-poplu. Għalhekk se natu Elezzjoni Ġenerali 2013
4
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
importanza kbira lil dawk il-kwistjonijiet li l-partiti, mhux neċessarjament dawk kbar, jaqblu diġa‟ fuqhom. Bl-istess mod se nkunu qed nikkumentaw fuq ideat li forsi setgħu ġew mgħotija aktar importanza fil-manifesti, issemmew b‟mod vag jew inkella ġew injorati għal kollox. Fuq kollox l-analiżi tagħna se tkun ikkumplimentata wkoll b‟sett ta‟ proposti għall-qasam edukattiv li jkomplu jsaħħu l-argumenti favur sistema edukattiva soda u sostenibbli għallġejjieni. Irridu li mmexxu bl-eżempju, mhux biss sabiex għaqdiet oħra jagħmlu bħalna iżda sabiex inizjattivi bħal dawn ikunu mudell għall-politika matura u Ewropea li għandha tiddomina f‟dan il-pajjiż. Nittamaw li sejrin issibu din il-konferenza waħda interessanti u utli. Nisperaw ukoll li levalwazzjoni tagħna ma taqax fuq widnejn torox iżda tgħin sabiex ikun hemm aktar diskussjoni matura u ta‟ sustanza fil-futur. Ryan Spagnol Segretarju Ġenerali Pulse
Elezzjoni Ġenerali 2013
5
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
1. L-Edukazzjoni Hija xi ħaġa inkoraġġanti mmens li din id-darba it-tliet partiti taw l-importanza mistħoqqha lilledukazzjoni. Din hija ċara mill-mod li l-Partit Nazzjonalista daħħal l-edukazzjoni fis-slogan tiegħu, l-Partit Laburista iddedika l-ewwel kapitlu tal-manifest tiegħu għall-edukazzjoni u lAlternattiva Demokratika żiedu drastikament il-proposti tagħhom għall-edukazzjoni meta kkumparat mal-elezzjoni tal-2008. Fuq l-edukazzjoni l-Partit Nazzjonalista jelenka tlettax-il proposta ġenerali, il-Partit Laburista preżenta sitta u tmenin proposta u l-Alternattiva Demokratika ħames paġni mill-manifest tagħha.
Aċċessibilta’ u inklussivita’ Il-Kummissjoni Ewropea nnifisha ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern Malti dwar ir-rata għolja ta‟ studenti li ma jkomplux jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja. Tajjeb li l-PN qed jirrikonoxxi wkoll li din il-problema għandha tiġi indirizzata minnufih u nilqgħu l-proposti ta‟ aktar rikonoxximent ta‟ inizjattivi informali u għażla akbar ta‟ korsijiet fosthom dawk vokazzjonali. Il-Partit Laburista wkoll għandu sett ta‟ proposti tajbin f‟dan il-qasam, l-aktar bl-enfasi‟ fuq klassijiet iżgħar u attenzjoni individwali fil-klassijiet. Ninkoraġġixxu l-inċentivi proposti għal persuni fid-dinja tax-xogħol sabiex jingħataw lopportunita‟ li jkomplu jistudjaw u jakkwistaw kwalifika terzjarja akkademika. Il-PN huwa korrett fejn jisħaq ir-rabta li għandu jkun hemm bejn l-Universita‟ u istituzzjonijiet bħal MCAST. Il-PL ressaq proposta tajba ħafna li se tara aktar nies jidħlu fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kemm bil-garanzija li issa għandha s-sapport tal-Kummissjoni Ewropea u kif ukoll bilproposta li persuna tkun tista‟ żżomm il-benefiċċji tal-qgħad waqt li tidħol fl-edukazzjoni. L-Alternattiva Demokratiku jatu l-akbar importanza lil persuni b‟diżabbilta‟. L-AD tagħmel lakbar enfasi fuq l-Learning Support Assistants u fuq il-preparamenti kruċjali li dawn irid ikollhom. F‟dan il-kuntest ukoll l-AD huma mistiedna jelaboraw aktar fuq x‟tibdil jista‟ jkollhom pjanat għall-kors tal-PGCE. L-AD ukoll tiddistingwi ruħha fejn jidħol il-kunċett ta‟ edukazzjoni tul il-ħajja, b‟mod speċjali dwar 2nd-chance schooling. B‟din il-proposta pożittiva wieħed jingħata l-opportunita‟ li jerġa‟
Elezzjoni Ġenerali 2013
6
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
jibda jistudja u jibbenefika minn estenzjoni għal-„leave‟ marbut mal-edukazzjoni anke fissettur privat. Prinċipju ieħor tajjeb preżentat mill-AD u huwa nieqes mill-manifesti tal-partiti l-oħra hija dwar is-sistema elettorali fl-Universita‟ u l-Junior College. Pulse ilha tagħmel proposti sabiex issistema first-past-the-post użata tiġi mibdula, u fuq dan kellha l-opportunita‟ tiltaqa‟ ma‟ Dr Joseph Muscat u s-Sur Michael Briguglio. Irrispettivament minn xhiex jemmnu l-partiti dwar dan, hija importanti li nżommu f‟moħħna l-fatt li l-istudent huwa sovran fuq is-sistema elettorali użata bħalissa.
Il-proposta tat-tablets u għajnuniet oħra Il-kontroversja li qajmet din il-proposta hija għalina marbuta mhux sempliċiment mal-ispiża ta‟ din il-proposta iżda dwar l-implimentazzjoni tagħha. L-AD hija ġusta meta tistaqsi eżattament x‟konsultazzjoni kien hemm dwar din il-proposta u l-post eżatt ta‟ din il-proposta fil-lista ta‟ prijoritajiet li għandha s-sistema edukattiva Maltija. Filwaqt li nilqgħu kull investiment li jsir fit-teknoloġija u l-għodod li bihom student jistudja, ilmistoqsijiet dwar l-implimentazzjoni tagħha huma naturali u raġonevoli. Dan fid-dawl talpreokkupazzjoni li qajmet il-Malta Union of Teachers li proposta bħal din irid ikollha bażi soda ta‟ preparazzjoni qabel tiddaħħal fis-seħħ. L-isfidi li semmiet l-MUT jagħmlu aktar sens meta tqis il-proposta tal-PN li jati tablet lil kull student mill-Primarja sa Form 5, minflok ilproċess gradwali li qed jipproponi l-PL mir-raba‟ sena tal-Primarja. Tajjeb li l-partiti ma jagħmlu l-ebda pass mingħajr il-koperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati. Għalhekk għandu jkun hemm aktar konsultazzjoni, anke bil-parteċipazzjoni tal-pubblikaturi li lesti jippubblikaw „e-books‟ kif diġa‟ semma l-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tal-Partit Laburista għandu jintefa‟ aktar dawl fuq l-għażla li t-tablets jibdew jingħataw mir-raba‟ sena. Hemm diversi metodi kif il-partiti beħsiebhom jgħinu lill-istudenti. B‟mod pożittiv il-PL jisħaq fuq il-bżonnijiet tal-„Learning Support Assistants‟ anke fuq il-proposta tat-tablets. Barra minn hekk huwa xi ħaġa sodisfaċenti li diġa‟ ssemma kif il-partiti lesti jiffinanzjaw din il-proposta: ilPL permezz tal-fond One Tablet per Child u l-PN permezz t‟għajnuna mill-Unjoni Ewropea.
Elezzjoni Ġenerali 2013
7
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Stipendji u għajnuna oħra lill-istudenti Għalkemm it-tliet partiti għandhom jiddiskutu u jaqblu dwar il-prijoritajiet urġenti fledukazzjoni, Pulse taqbel mal-għotja ta‟ flus lil dawk iż-żgħażagħ li għalqu 21 sena. F‟dan ilkuntest ninsistu li għandu jkun hemm kriterji ċari ta‟ kif wieħed għandu jutilizza dawn il-flus, idealment fejn hemm involuti inizjattivi edukattivi barranin. L-istudenti jixtiequ aktar informazzjoni dwar il-kriterja ta‟ “programm approvat” kif imsemmi fil-manifest tal-PN. Mingħajr ma nerġgħu nirrepetu r-raġunijiet kollha validi għala l-istipendu għandu jinżamm, huwa ta‟ sodisfazzjon għalina li t-tliet partiti esprimew qbil fuq proposta li għamlet l-għaqda Pulse wara r-riforma fl-istipendji tal-2005. Dakinhar Pulse semmiet għall-ewwel darba lproposta li l-istipendju jiżdied skont l-aġġustament tal-ogħli tal-ħajja u għalkemm sitt snin wara, din tidher li se tiġi implimentata. Naqblu wkoll mal-proposta tal-PL li jati stipendju wkoll lil dawk l-istudenti li sfortunatament jeħlu u jkollhom jirrepetu sena. Hawnhekk Pulse tixtieq tiċċara li l-istudent għandu jkun trattat bħala persuna matura u allura m‟għandhomx jitpoġġew dubji li din il-proposta se tinċentiva lil xi student milli jeħel mill-eżamijiet jew ma jagħmilx l-isforz massimu tiegħu. Bħal PL dwar il-„means testing‟ ta‟ studenti l-aktar fil-bżonn, Il-PN ukoll huwa kommess li jżid l-istipendju għal persuni b‟diżabbilta‟.
Sostenn L-għaqda tinkoraġixxi wkoll żvilupp fuq il-qbil dwar l-idea ta‟ tisħiħ tas-servizzi offruti fiċ-ċentri tal-„Club 3.16‟ kif ukoll aktar għajnuna permezz ta‟ „childcare‟ b‟xejn (PL u AD) jew sistema ta‟ għajnuna f‟forma ta‟ „vouchers‟ (PN). L-AD qed tipproponi wkoll miżura radikali fejn korsijiet post-graduate jsiru kollha b‟xejn. Inqisu din bħala proposta pożittiva u li tiftaħ il-bibien għal aktar studenti avvanzati. Minkejja dan għandna dubji kbar kemm din tista‟ tiġi implimentata mingħajr ma jinstabu sorsi alternattivi ta‟ dħul finanzjarju għall-Universita‟.
Elezzjoni Ġenerali 2013
8
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Kultura u Talenti Pulse tilqa‟ l-għajnuna li l-partiti politiċi qed iwiegħdu lil dawk iż-żgħażagħ b‟talent mużikali, laktar billi joffru għajnuna f‟forma ta‟ riżorsi u spazji fejn jistgħu jipprattikaw it-talenti tagħhom. Irridu naħdmu fuq l-impenn li ħadu l-partiti politiċi sabiex jistabilixxu dik ir-relazzjoni importanti bejn l-arti u l-kultura u l-ekonomija. Kemm il-PN u kif ukoll il-PL jaqblu li għandha tinfetaħ l-Akkademja tal-Arti fejn kif diġa‟ sar blisport, ikun hemm studenti li jispeċjalizzaw f‟‟performing arts‟. Dan nikkunsidrawh bħala pass ta‟ ġgant sabiex l-arti finalment tibda titqies bħala karriera wkoll.
Infrastruttura Pulse temmen li għalkemm ma hijiex is-soluzzjoni ta‟ kull sfida li għandha s-sistema edukattiva tagħna, l-infrastruttura hija importanti ferm sabiex noffru l-aqwa ambjent edukattiv lill-istudenti tagħna. Pulse tagħraf il-wegħda tal-PL li jkompli fuq dan l-iżvilupp u ieħor miegħu bħat-tlestija tal-kampus il-ġdid tal-MCAST. Barra minn hekk tilqa‟ l-pjan tal-PN li jinkorpora lista tal-iskejjel b‟isimhom li għandhom jitlestew fiż-żmien li ġej.
Universita’ Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jidħol fis-seħħ “mudell finanzjarju” intenzjonat sabiex isaħħaħ l-awtonomija finanzjarja tal-Universita‟. Il-promozzjoni f‟pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea hija tajba, pero importanti li qabel dan isir l-istudenti jkunu jafu x‟se jkunu l-prinċipji ta‟ dan il-mudell bħala l-punt tat-tluq qabel jiġi mfassal. Jidher li hemm kunsens dwar dan, fejn il-prijorita‟ tal-Partit Laburista huwa ffukat fuq titji fis-swieq ta‟ „distance learning‟ flUniversita‟ ta‟ Malta 'networks' ġodda ta' riċerka u innovazzjoni. L-Alternattiva Demokratika tisħaq fuq punt tajjeb li l-Gvern ikollu anqas influwenza fuq lUniversita‟. L-AD tagħmel sewwa li tati aktar importanza lill-akkademiċi fl-Amministrazzjoni tal-Universita‟ sabiex din tasal għal ħsieb aktar wiesa‟ u deċiżjonijiet meħuda b‟esperjenza akbar. Punt pożittiv propost mill-PN huwa li jingħata titolu lill-Universita‟ fuq proprjeta‟ li għandha jew jista‟ jkollha. Dan kapaċi jiffaċilita mmens il-proposta tal-PL li jwettaq proġetti infrastrutturali fl-Universita‟, fosthom il-parkeġġ tant bżonnjuż għall-istudenti.
Elezzjoni Ġenerali 2013
9
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Pulse tixtieq turi s-sapport bla riservi tagħha lit-tliet partiti li qablu fuq il-bżonn urġenti t‟infrastruttura aqwa għar-riċerka fl-Universita‟. Hawnhekk naqblu mal-Partit Nazzjonalista fejn qed jipproponi rinovar tal-kampus fil-Belt Valletta. Sfortunatament il-manifest tal-AD jitkellem ftit fuq l-importanza t‟aktar riċerka. Ninsabu wkoll fi qbil mal-PN fuq il-wegħda li tiżdied il-koperazzjoni bejn l-Universita‟ u entitajiet oħra bħal Kunsill Malti tax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Malta Enterprise. L-Universita‟ għandha tkun inkubatur ta‟ innovazzjoni, intrapriżi żgħar u medji.
Il-Kurrikulu Nazzjonali Dan is-suġġett huwa mqajjem l-aktar fil-manifesti tal-Alternattiva Demokratika u l-Partit Laburista. It-tnejn jaqblu fuq konsultazzjoni aktar wiesa‟ mal-għalliema b‟mod speċjali. Tikkumpensa mal-proposta tat-tablets mill-partiti l-kbar, l-AD tisħaq tajjeb li l-iżvilupp teknoloġiku għandu jkun parti integrali mill-Kurrikulu Nazzjonali. Fil-prinċipju naqblu mal-proposta ta‟ skejjel imħalltin ta‟ subien u bniet (co-ed schools). Minkejja dan, hemm bżonn preparament effettiv sabiex issir din il-bidla radikali. Kemm-il darba dan isir Pulse temmen li wara l-implimentazzjoni tal-proposta tal-AD ikun hemm lok sabiex l-istat jindirizza d-differenza fir-riżultati li qed jinkisbu mis-sessi differenti.
Għawdex Fl-edukazzjoni l-partiti l-kbar ma jonqsux milli jagħmlu l-proposti tagħhom, l-aktar sabiex jippruvaw jagħmlu l-ħajja tal-istudenti Għawdxin aktar faċli. Pulse ilha żmien tisħaq fuq limportanza ta‟ eżamijiet u korsijiet f‟Għawdex għall-istudenti Għawdxin, b‟din il-proposta issa ssib ruħha fil-programm tal-Partit Laburista. Konsistentament il-Partit Nazzjonalista jorbot l-edukazzjoni f‟Għawdex mal-idea ta‟ EkoGħawdex, b‟mod speċjali fuq il-proposta pożittiva li r-Razzett t‟Għawdex jinbidel f‟ċentru għar-riċerka. Fejn tidħol rapreżentanza nemmnu li fil-proposta tal-PL li jitwaqqaf Kunsill Reġjonali għal Għawdex, ikun hemm inklużi fih ukoll rapreżentanti tal-istudenti Għawdxin. Barra minn hekk għandha tiġi żviluppata l-idea tajba li l-isptar ġenerali t‟Għawdex ikun attrezzat sabiex ikun jista‟ jintuża wkoll mill-istudenti tal-mediċina Għawdxin.
Elezzjoni Ġenerali 2013
10
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
2. L-ekonomija u x-xogħol Flimkien mal-edukazzjoni il-partiti politiċi jibgħatu sinjal b‟saħħtu bil-proposti ekonomiċi u relatati mal-ħolqien tax-xogħol. Nemmnu li bħall-edukazzjoni, fil-klima ekonomika li teżisti f‟pajjiżna u fl-Ewropa, dan ukoll huwa qasam verament delikat. Fih ukoll irridu mmorru „l hinn miċ-ċifri u l-figuri u nsibu soluzzjoni teknika ta‟ kif pajjiżna jista‟ joħloq tkabbir ta‟ xogħol realistiku. Il-fatt li t-tliet partiti qablu fuq u ffirmaw il-proposti fi ħdan il-JobsPlus imniedi millUnion Ħaddiema Magħqudin f‟Jannar 2013 tawgura tajjeb għall-koperazzjoni li għandu jkun hemm bejn il-partiti sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-kwistjonijiet kruċjali li għandhom iwasslu għal aktar impjiegi b‟pagi aħjar. Pulse tirrikonoxxi l-fatt li ħafna mill-inċentivi li qed joffru l-partiti huma f‟forma ta‟ tnaqqis ta‟ taxxa. Għaldaqstant il-partiti huma obbligati li jispjegaw kif se jirnexxielhom jirkupraw innuqqas ta‟ dħul tal-Gvern u kif eżattament beħsiebhom jilħqu t-tkabbir ekonomiku u l-eluf ta‟ impjiegi kreati li qed jissemmew. F‟dan l-aspett l-Alternattiva Demokratika kellhom il-kuraġġ jiddiskutu fil-manifest tagħhom lEko-Taxxa. Pulse taqbel ma‟ din it-taxxa ambjentali sakemm id-dħul tagħha jgħin sabiex tissaħħaħ il-konservazzjoni tal-ambjent u jinħolqu aktar impjiegi „ħodor‟.
Suq tax-xogħol inklussiv Fid-dawl li huma ħafna l-proposti tal-partiti fejn huwa kkonċernat dan il-qasam, se nkunu qed nindirizzaw b‟mod dirett dawk il-proposti li l-aktar jolqtu ż-żgħażagħ u l-istudenti. BħallAlterattiva Demokratika li matul il-manifest tindirizza kontinwament lil dawn il-minoritajiet, ilPN jipproponi għajnuna intenzjonata għall-vittmi tad-droga jew alkoħol sabiex dawn isibuha aktar faċli li jintegraw fid-dinja tax-xogħol. Il-proposta tal-PN li ġenitur ikun jista‟ jieħu s-„sick leave‟ meta jimirdu t-tfal hija waħda bi ħsieb ġenwin, pero‟ li trid tiġi rfinata u diskussa aktar fit-tul sabiex tevita kwalunkwe tip t‟abbuż. Il-partiti kollha jressqu proposti intenzjonati sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa. Huwa sinjal tajjeb per eżempju li l-Partit Nazzjonalista wkoll issa qed jaqbel mal-kwoti tan-nisa filbordijiet ta‟ kumpaniji privati. Il-Partit Laburista jressaq proposti diretti sabiex jgħinu lparteċipazzjoni tan-nisa fis-suq ta‟ xogħol b‟inizjattivi bħal 'flexitime, job sharing, compressed
Elezzjoni Ġenerali 2013
11
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
week, reduced hours u teleworking'. L-Alternattiva Demokratika wkoll taqbel ma dawn ilpunti u bħal f‟diversi każi oħra testendi dawn il-proposti wkoll għall-persuni b‟diżabbilta‟. Fuq ix-xogħol prekarju wkoll l-AD u l-PL jaqblu li għandu jkun hemm front wieħed sabiex din il-problema tiġi attakkata, inizjattiva li nemmnu li għandha tibda tiġi infurzata mill-kuntratti pubbliċi qabel is-settur privat.
Taħriġ Pulse tinnota li fejn huwa kkonċernat is-settur privat, il-Partit Laburista qed joffri kreditu fittaxxa ta‟ 150% tal-ispiża totali allokata għat-taħriġ. Għalina dan huwa metodu eżemplari kif persuni li jħaddmu nies oħra magħhom jiġu mħeġġa jinvestu fil-„workforce‟ tagħhom.
Professjonisti u negozjanti żgħażagħ Pulse minn dejjem għamlet emfasi fuq‟ il-professjonisti u n-negozjanti żgħażagħ u l-għajnuna li dawn ikollhom bżonn sakemm dawn isibu posthom fid-dinja tax-xogħol. L-għaqda tilqa‟ żewġ proposti ewlenin li saru miż-żewġ partiti kbar: Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi inċentivi għal dawk iż-żgħażagħ ta‟ anqas minn 25 sena li jixtiequ jiftħu negozju filwaqt li jestendi din l-idea wkoll għal persuni li huma avvanzati fl-eta‟ („il fuq minn 45) jew li qattgħu ħames snin mingħajr xogħol. Pulse tinsab sodisfatta wkoll għall-fatt li l-PL inkorpora fil-manifest tiegħu proposta li ressqet l-għaqda fl-2010 sabiex jiżdied is-„ceiling‟ taxxabbli għal dawk li jaħdmu fuq bażi „part-time‟, inkluż l-istudenti. Fil-fatt il-proposta tgħid l-ammont taxxabbli għandu jiżdied minn €7,000 għal €10, 000. Fir-rigward ta' opportunitajiet ta' xogħol part-time, Pulse tirrikonoxxi bi sħiħ, proposta ideali preżentata mill-Partit Laburista, għal studenti li jkomplu u jfittxu xogħol part-time u iddikkjarat fejn iħallsu l-income tax mhux iżjed fuq tax ceiling ta' sebat' elef fis-sena, iżda fuq għaxart' elef. Dan ser ikun qiegħed iħeġġeġ aktar studenti
u pensjonanti jiddikkjaraw id-dħul
tagħhom u jitħallew b'aktar flus fil-but.
Elezzjoni Ġenerali 2013
12
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Industriji ġodda Nikkunsidraw bħala proposta fattibbli dik tal-PN li jiżviluppa l-qasam tal-online gaming billi titwaqqaf entita‟ ddedikata għal dan is-settur biss filwaqt li jibdew korsijiet speċjalizzati sabiex jipprepara aktar studenti jidħlu f‟din l-industrija ewlenija. Importanti li dan il-mudell jiġi kkupjat għal setturi importanti oħra b‟pass aktar mgħaġġel u li l-pjan tal-PN ma jkunx nieqes minn diversifikazzjoni b‟saħħitha ġewwa l-industrija tagħna. Pajjiżna ma jistax jiddependi minn ftit industriji iżda minn taħlitha ta‟ inizjattivi ekonomiċi. B‟mod pożittiv il-PL jintroduċi fil-manifest tiegħu l-importanza tas-tisħiħ tas-„social gaming’ f‟pajjiżna. Huwa jiddeskrivi dan il-qasam bħala wieħed li għandu bżonn l-għajnuna biex jikber bħala industrija strateġika għal pajjiżna permezz ta‟ inċentivi li jaġevolawh minn setturi oħra. Il-PL jkompli billi jindirizza l-irwol li għandhom ikollhom l-innovazzjoni u x-xjenza fl-ekonomija ta‟ pajjiżna. Filwaqt li jidher li hemm sforz ċar u r-rieda politika li l-investiment f‟dawn l-oqsma jiżdiedu, nemmnu li hemm bżonn pjan ċar dwar kif dan jista‟ jseħħ. Il-proposta tal-PL li jżid ilfondi lill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija hija pass kruċjali f‟din id-direzzjoni t-tajba. Proposta innovativva ħafna hija dik tal-AD dwar il-'Green New Deal', iġifieri li tiżdied ilkwalita' tal-ħajja bi prattiċi u żvillupp ekonomiku sostenibbli. Dan sabiex kif tafferma lAlternattiva Demokratika jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol intenzjonati li jgħinuna nilħqu lmiri ambjentali tagħna. Nittamaw li eletta jew le, l-Alternattiva Demokratika tibqa‟ tagħmel pressjoni fuq dan il-kunċett sakemm dan ikun bis-serjeta‟ fuq l-aġenda nazzjonali.
Inkoraġġiment lil ħaddiema anzjani Pulse tilqa‟ bis-sħiħ kull proposta li tfisser dinjita‟ akbar għall-anzjani tagħna li għad fadlilhom ħafna x‟joffru fid-dinja tax-xogħol. Il-PN qed joffri vantaġġi fejn jidħlu ħlas ta‟ bolla għal dawk il-persuni li huma pensjonanti u li jħossuhom komdi jkompli jaħdmu. Hawnhekk ukoll il-PL qed iwiegħed li l-vantaġġi f‟forom ta‟ tnaqqis tat-taxxa jinkludu wkoll lil dawk imdaħħla fl-eta‟ u baqgħu jaħdmu.
Elezzjoni Ġenerali 2013
13
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Minimum wage Għalkemm Pulse tirrikonoxxi l-bżonn li tiżdied il-paga minima, nemmnu li dan għadu mhux iż-żmien opportun. Nemmnu li l-proposta tal-AD li tiżdied il-minimum wage għandha tiġi implimentata biss jekk kemm-il darba l-ekonomija tagħna tirreġistra tkabbir ekonomiku realistiku. Pulse ma taqbilx lanqas mat-tieni proposta tal-AD li l-aġġustament tal-għoli talħajja jinbidel kull sitt xhur minflok kull sena. Minflok l-għaqda taqbel aktar li l-aġġustament jingħata b‟mod proattiv minflok b‟mod retroattiv.
Elezzjoni Ġenerali 2013
14
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
3. Libertajiet Ċivili Pulse hija mibija fuq it-tisħiħ tal-libertajiet ċivili. Nemmnu li wara leġiżlatura bħal ma kellna f‟dawn l-aħħar ħames snin, kienet tkun problematika għal xi partit kontestant li jinjora ddrittijiet ċivili mill-manifest elettorali tiegħu. Fl-istess waqt nemmnu li dan huwa wieħed millftit sezzjonijiet tal-analiżi li tiddistingwi partit minn ieħor, anke fuq bażi ideoloġika. Dan is-suġġett kien mitluq totalment fl-aħħar snin, u nittamaw li l-partiti jieħdu azzjoni fuqu b‟konvinzjoni u mhux b‟konvenjenza. Nittamaw li l-partiti jżommu fil-viċin tal-minoritajiet fissoċejta‟ tagħna dejjem, u mhux biss meta toqrob l-elezzjoni.
Vot lil żgħażagħ ta’ 16-il sena Pulse qablet mal-opportunita‟ li żgħażagħ ta‟ 16-il sena jivvutaw għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali mill-bidu li bdiet tiġi diskussa. Konsistenti mal-2008 meta ħareġ b‟din il-proposta lmexxej Laburista Joseph Muscat, Pulse għadha tappella li din il-liġi ma tidħolx f‟iżolament iżda akkumpanjata b‟tibdil fis-sistema edukattiva sabiex tipprepara liż-żgħażagħ tagħna jagħmlu l-għażliet tagħhom b‟mod matur. Huwa sinjal pożittiv li l-PN issa qed iwiegħed din ilproposta wkoll fil-manifest elettorali tiegħu.
Rikonoxximent ta’ relazzjonijiet ta’ persuni omosesswali u l-ugwaljanza bejn is-sessi Pulse tilqa‟ b‟sodisfazzjon il-mod li bih il-Partit Nazzjonalista qed jieħu pożizzjoni anqas konservattiva dwar il-persuni ta‟ koppji omosesswali. Fl-istess waqt tajjeb li r-rapreżentanti tal-PN jispjegaw id-distinzjoni ċara bejn l-unjoni ċivili li qed jipproponi l-Partit Laburista u żżwieġ ċivili li qed jipproponu l-AD u l-partnership li qed jipproponi l-PN għall-koppji LGBT. Pulse tfakkar li persuni LGBT ma jridu l-ebda preferenza speċjali „l fuq minn persuni eterosesswali. Il-PL qed iressaq proposti pożittivi favur persuni „trans-gender‟ sabiex dawn tiġi rikonoxxuta lorjentazzjoni sesswali vera tagħhom. Fuq bażi ta‟ sessi wkoll, il-Partit Laburista qed iwiegħed li jirrevedi l-Liġi tas-Sigurta‟ Soċjali u joħloq „Gender Scoreboard Index‟ sabiex jassigura aktar ugwaljanza bejn is-sessi.
Elezzjoni Ġenerali 2013
15
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
IVF Pulse għandha l-politika separata tagħha dwar is-servizz tal-IVF. Mingħajr tlaqliq, ilpożizzjoni tal-Pulse fuq is-suġġett tixbah l-aktar lil dik tal-Alternattiva Demokratika. Nemmnu li pajjiżna għadu fiċ-ċans li jdaħħal l-„embryo freezing‟ bħala l-aktar metodu vijabbli u li jnaqqas ħafna tbatija minn fuq il-mara. L-idea ta‟ „councelling‟ professjonali lil koppji għaddejin mill-proċess tal-IVF hija proposta tajba ferm u li għandha timxi id f‟id mas-servizz li għandu jingħata b‟xejn mill-Istat.
Elezzjoni Ġenerali 2013
16
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Proposti lill-partiti politiċi mill-għaqda Pulse Ma setax jonqos illi bħal dejjem l-għaqda tieħu rwol proattiv u tressaq il-proposti tagħha lillpartiti politiċi. Dawn huma ffukati fuq edukazzjoni aqwa u aktar effettiva li tabilħaqq tagħraf tilħaq il-ħtiġijiet ta‟ kull student Malti u Għawdxi. Pulse qed tipproponi li: 1. Tittella‟ konferenza nazzjonali sabiex jiġu diskussi l-awtonomija finanzjarja talUniversita‟ ta‟ Malta u alternattivi ġodda ta‟ dħul. Din għandhom jieħdu sehem fiha lpartiti politiċi, l-awtoritajiet tal-Universita‟ u r-rapreżentanti tal-istudenti. Pulse stess hija kommessa li torganizza din il-konferenza bil-kooperazzjoni tal-partijiet kollha ikkonċernati. 2. Jiddaħħlu inċentivi attraenti għal dawk l-entitajiet privati li jkunu kommessi li jinvestu fir-Research, Innovation and Development Trust. Bl-istess mod dawn l-inċentivi għandhom jissaħħu wkoll għal kumpaniji li jixtiequ joffru sponsorship ta‟ korsijiet, speċjalment dawk vokazzjonali fl-MCAST. 3. Tiddaħħal l-opportunita‟ fejn l-istudent jista‟ jagħżel li flok jirċievi l-istipendju bilmetodu eżistenti, jieħu l-istipendju f‟forma ta‟ tax credit meta jkun daħal fid-dinja taxxogħol. Din il-miżura għandha tkun volontarja, u intenzjonata li tħeġġeġ aktar żgħażagħ jaħdmu bi qligħ meta jkunu gradwaw mill-Universita‟. 4. Tiġi riveduta s-sistema ta‟ means testing għal dawk l-istudenti li huma verament filbżonn għal stipendju ogħla. Dan sabiex student ma jkunx imċaħħad minn għotja akbar ta‟ stipendju minħabba d-dħul ġenerali tal-„household‟ jew ta‟ membri oħra talfamilja li jgħixu taħt l-istess saqaf. 5. Tingħata aktar għajnuna fuq bażi individwali lill-studenti tas-sekondarja u postsekondarja sabiex jagħrfu aħjar dawk is-suġġetti li jixtiequ jkomplu jistudjaw, il-karrieri marbutin magħhom u l-opportunitajiet ta‟ xogħol li jeżistu għalihom. 6. Jiżdied l-investiment fl-aġenziji li jippromwovu l-opportunitajiet internazzjonali għallistudenti. Hemm bżonn sforz nazzjonali sabiex aktar studenti jkollhom aktar tagħrif u aċċessibilta‟ għal dawn l-opportunitajiet. Dan jista‟ jsir billi jiżdiedu r-riżorsi ta‟ dawn lentitajiet, speċjalment dawk umani u finanzjarji.
Elezzjoni Ġenerali 2013
17
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
7. Isir sforz ġenwin sabiex korsijiet tal-MCAST li jiġu minn barra pajjiżna jibdew jiġu ċċertifikati ġewwa Malta stess minn entitajiet professjoInali li jkollhom l-approvazzjoni tal-Kunsill Malti għall-kwalifiċi. 8. Jiġu nkorporati l-Kunsilli Lokali fi strateġija sħiħa favur il-kunċett tal-„life-long learning‟. Nemmnu li l-Kunsilli Lokali għandhom ikunu l-mutur li bih persuni li ma humiex neċessarjament żgħażagħ ikollhom aċċess huma wkoll għal edukazzjoni tul il-ħajja. 9. Titrawwem kultura favur il-qari permezz ta‟ aktar libreriji fl-iskejjel stess filwaqt li jingħataw „vouchers‟ lil dawk li jixtiequ jinvestu f‟ „home library‟ jew jixtru „journals‟ barranin għal skopijiet ta‟ riċerka. 10. Jiżdiedu r-riżorsi umani fl-iskejjel tagħna sabiex aktar „councillors‟ jassiguraw li listudenti kollha jkunu mħeġġa jitħarrġu f‟xi sport jew talent artistiku. Din il-proposta għandha tikkumplimenta l-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel tagħna filwaqt li sservi bħala għodda sabiex niġġieldu l-obeżita‟ fost it-tfal. 11. Jiddaħħal il-kunċett ta‟ „job shadowing‟ għall-istudenti kollha mill-Year 1 sal-Form 5 sabiex l-istudenti Maltin u Għawdxin ikollhom aktar esperjenza prattika tad-dinja taxxogħol u l-isfidi li ġġib magħha. 12. Tinħoloq skema jew fond mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija li tħeġġeġ żgħażagħ Maltin joħorġu bl-invenzjoni tagħhom. Dan għandu jsir bil-kooperazzjoni ta‟ għaqdiet bħal Young Enterprise u organizazzjonijiet internazzjonali bħal ma diġa‟ kellna fil-Google Science Fair 2012. 13. Jiġu allokati l-fondi neċessarji sabiex jiġi mwaqqaf Kunsill Nazzjonali tal-Istudenti li jinkorpora fih rapreżentanti tal-istudenti minn kull istituzzjoni edukattiva. Permezz ta‟ dan għandha tiżdied il-koperazzjoni bejn l-għalliema u l-akkademiċi, il-unjins tagħhom u l-istudenti.
Pulse hija lesta li tiddiskuti u tiżviluppa dawn il-proposti ma‟ kull partit, elett jew mhux. Nemmnu li dawn it-tlettax-il proposta jistgħu jsaħħu s-sistema edukattiva ta‟ pajjiżna flimkien ma‟ proposti oħrajn li diġa‟ għamlu l-partiti politiċi. B‟dan il-mod inkunu nistgħu ntejbu lproposti tagħna stess fl-interess aħħari tal-istudenti Maltin u Għawdxin.
Elezzjoni Ġenerali 2013
18
Evalwazzjoni tal-Manifesti Elettorali
Konklużjoni Din hija l-analiżi tagħna dwar dak li għandhom x‟joffru t-tliet parititi kontestanti għal din lelezzjoni. Nemmnu li rridu mmorru „l bogħod mill-idea li niġġudikaw fuq skont min qed jitkellem u mhux skont dak li qed jintqal. Din hija problema serja f‟dan il-pajjiż, problema li hija evidenti wkoll fost l-istudenti u fil-korp studentesk. Għal din l-istess raġuni li l-konferenza hija marbuta mal-proposti u dak li jista‟ jiffaċilita‟ l-implimentazzjoni tagħhom. Fil-konklużjoni nixtiequ nressqu l-appell tagħna lil dawk ir-rapreżentanti eletti sabiex ma jinjorawx il-proposti validi ta‟ partiti jew rapreżentanti oħra li ma jirnexxilhomx jitilgħu. Ħadd ma‟ qed jgħid kollox tajjeb jew kollox ħażin. Hemm bżonn il-kontribut ta‟ kulħadd, jiġifieri lpartiti politiċi, il-korpi kostitwiti, is-soċjeta‟ ċivili u l-pubbliku inġenerali. Nappellawlkom sabiex iż-żgħażagħ ma jintużawx bħala fajjenza jew disinn sabiex isebbaħ. Isimgħu miż-żgħażagħ b‟mod realistiku għaliex dawn huma verament l-aġenti tal-bidla li tixtiequ ġġibu fil-pajjiż. Dan mhux slogan iżda stat ta‟ fatt f‟kull soċjeta‟. Huwa permezz tażżgħażagħ, studenti kwalifikati u tekniċi li bihom nistgħu nilħqu l-ambizzjonijiet li għandu dan il-pajjiż. Nittamaw li din il-konferenza kienet waħda utli u li titfa‟ dawl tajjeb fuq is-sustanza f‟din ilkampanja elettorali. Grazzi lill-membri tal-media li kienu magħna u qed jgħinuna sabiex ilmessaġġ tagħna jkompli jasal. Grazzi wkoll lill-partiti politiċi li ħadu interess u ġew jikjarifikaw il-punti li qajmu fil-manifesti. Fl-aħħar nett grazzi lill-istudenti li bgħatulna s-suġġerimenti tagħhom u kienu magħna matul din il-konferenza. Nappellawlkom biex tieħdu sehem kruċjali f‟din il-kampanja, tintervjenu b‟mod matur u tkunu minn ta‟ quddiem sabiex isemmgħu leħinkom nhar id-9 ta‟ Marzu 2013. Il-futur jinsab f‟idejna. Eżekuttiv Pulse 2013
Elezzjoni Ġenerali 2013
19