Din hi t-tielet rivista minn erbgħa li issa tistgħu tgawdu issa b'xejn. Fost l-oħrajn insiru nafu dwar il-kantant li fl-aħħar tal-2017 kiseb tant suċċess, David Meilak (magħruf bħala Dav. Jr), waqt li tistgħu taqraw diversi artikli u informazzjoni interessanti - KOLLHA BIL-MALTI! Dan il-proġett huwa ffinanzjat permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme, li hi amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f'isem il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.