Lwien u Linji Il-parti l-kbira tħares lejn in-natura bħala xi ħaġa statika. Veru li jiġi s-sajf inixxef u x-xitwa tħaddar imma l-bqija l-franka omnipreżenti taħbi s-sottili talkambjament. Biex ma nsemmux il-ġiri „l hemm u „l hawn tal-metall fuq erba‟ roti. F‟din il wirja, wesgħat il-baħar huma dominanti. Fuqhom ilebbtu d-dgħajjes talqlugħ. Fuqhom jittajru l-gawwi. Sal-blat li jmiss mal-baħar jilbes dehra oħrajieħu mill-mielaħ marittimu. Bħalu d-dawl ilewwen, jinfed id-dalma tal-lejl, joħloq is-simetriji tiegħu. Il-ħaġar jħeġġeġ u jitħeġġeġ- donnu jieqaf għad-drittijiet tiegħu. Ma jgħoddx x‟inhu, sew jekk maqdes jew torri jew gorboġ. Kollox huwa fluidu, ma jeżistix biex irażżan imma ta‟ kull waqt sejjer irawwem l-essenzjal tal-eżistenza. Il-linji jimxu fuq rotta simili mal-viżiv. M‟ humiex hemm biex bħas-sejjieħ jimmarkaw u jillimitaw. Huma mogħdijiet li jgħaddu minnhom il-moħħ u qalb ta‟ min jara u jifli u jgħożż.
Stephen Grima Twieled il-Mellieħa fil-15 ta‟ April tal-1979. Ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwa liskola primarja tal-Mellieħa, Liċeo Vassalli tal-Ħandaq, University Junior College u ġewwa l-Università ta‟ Malta fejn iggradwa bħala għalliem tad-Disinn Tekniku u Teknoloġija. Studja l-arti taħt Christopher Azzopardi, Paul Buhagiar, Ceaser Attard, Isabelle Borg, Lino Borg, Joseph Paul Cassar u Fr Gino Cauchi. Ħadem wkoll fuq diversi proġetti ma‟ l-iskultur u restawratur Emanuel Cini. Fl-2008 Stephen, permezz ta‟ L-ArtClub 2000, tella‟ grupp studenti jaħdmu lAffresk ġewwa Treglio fl-Abruzzu l-Italja. Hemmhekk iltaqa‟ ma‟ Vico Calabro li reġa‟ qajjem fih il-passjoni għat-teknika tal-Affresk. Grima qiegħed jadatta din itteknika għal dawk li huma l-kundizzjonijiet ta‟ pajjiżna billi juża materjali prodotti lokalment. Minn dak in-nhar `il hawn Stephen ħadem diversi affreski imdaqqsa, fosthom affresk fl-iskola fejn jgħallem, li huwa l-akbar affresk kontemporanju ġewwa Malta hekk kif iċċertifikat mill-Malta Records.
Website: www.artlabmalta.com Email: stephengrima79@gmail.com Mob: 79201002
Theresa Vella Twieldet il-Manikata fl-1957. Ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja ta‟ San Pawl il-Baħar, l-iskola sekondarja ta Maria Reġina tal-Blata l-Bajda, lUniversità Qadima tal-Belt u wara fl-Università ta‟ Malta fejn iggradwat bħala għalliema fl-1981.Tgħallem il-Ġografija u l-Franċiż fl-iskola sekondarja tal-Bniet Kulleġġ Santa Tereża fejn hi wkoll librara. Ilha tikteb il-poeżija għal dan l- aħħar 25 sena. Rebħet kemm il-premju lokalment u barra minn xtutna. Hija wkoll rebħet il-premju tal-poeżija u taddrama mnehdija mit- Times of Malta. Xi poeżiji minn tagħha ġew irrekordjati fuq Cd mill-International Society of Poets. Hija mniżżla fl-„International Who‟s Who of Poetry‟. Ippublikat il-ktieb “It-Tfajla tal-Milied” fl-2002. Poeżiji oħra tagħha ġew ippublikati f‟antoloġiji barranin. Hija Membru ta l-Għaqda Poeti Maltin.
Email: theres57@onvol.net Mob: 99575717
Il-pjazza tas-santwarju tal-Madonna tal-Mellieha
Il-koppla u l-kampnar
Notturni
`L hemm minn lok id-dgħajjes ħmura:
Kollox mas-sħab bħal jitwaħħad
Tgħid ġa nġabru s-sireni?
Barra ħjiel xemx fietla nieżla:
Dak it-torri b’ħarsa skura:
Biss jaf mill-ħmura tiċċaħħad
Jinħbewx fihħafna veleni?
Kull binja mill-fidi mwieżna,
Jieħux hawnhekk għal post sigriet?
Donnhomx l-arbli jfakkruna
Għalfejn iwasslu dat-turġien?
L’aħna lkoll flimkien marbuta?
Fis-skiet tas-sireni l-għanjiet
Hemm hi pjazzet kull għajnuna:
Ma smajniex int u jien?
Tamet ruħna haw’ maqbuda.
U mnejn tlajna lura m’hemmx
Sħab bajdani fis-smewwiet
Ta’ qlubna l-ġometrija?
b’għajn l-imħabba tixgħel fih. Fil-festa kor wieħed bnadar fiż-żifna għal ċapċip ir-riħ: Il- faċċata l-ilwien tfarfar, Mejda ballerina, pjanċier. Meta kollha jintfew id-dwal Jinnamra grillu fil-kampnar: Lampier moħbi quddiem artal, Imsiebaħ il-lejl f’roqgħa ċpar. Minn qalb ħaġar il-qima U lejh passaġġ mistiku,
Passa치치 mistiku
Riminexxenzi mill-passat
Ħmura ta’ fil-għaxija lesti ż-żwiemel għat-tiġrija
Polluzzjoni ma’ tlugħ ix-xemx
Minwetti
L-eqqel tat-tigrija
Fosdqa l-qlugħ: kif miftuħ
B’varjeta mimlija,
Toħroġ tajra tiżfen.
Id-dgħajsa maqluba
Gawwija tarbija
Il-ħila megħluba,
Dgħajsa tistenniha.
Ghal ftit biss magħtuba:
M’ilma bis-sulluzzu
Mar-rotta marbuta.
`L fuq jegħmeż il-luzzu.
Flimkien għalenija
Tnejn biex iwennsuna:
Go din l-allegrija,
Triq ir-riħ juruna.
Sa ‘l hemm mix-xjuħija
Fil-baħar tiċrita:
Tar-riħ l-armonija.
Id-dmija żerriegħa. Mill-fond telgħu ħajjiet: Reġgħet titjira bdiet. Il-gawwi u l-imwieġ: Purċissjoni tal-ħġieġ. Il-qlugħ tat-tfulija: Min jirbaħ tofija. Sħab fi ftuħ żgħożija: Dalwaqt it-tgawdija. Il-korsa mibdija Bil-ħeġġa mogħnija
Fil-qilla tal-mew치
Benniena fil-bnazzi
It-tluq mal-침arqa tal-kanun
B침al sajjetta fil-bnazzi
Il-festa fuq il-g침olja
L-g침aram tar-ramel fil-bajja tat-Torri l-Abjad
Marittimi
Miegħu tilgħab, eżaltata. ‘ Tih ir-riħ jissara miegħu,
Min hu bħali, ġaru l-baħar, B’ ħossu, b’skietu, spiss jistabar; Qisu l-melħ fil-vini tiegħu Bħal iżommna ħajjin miegħu. Jekk is-sajf fix-xemx jirtakat, Jekk ix-xitwa wisq jinstabat; Qalbna f’qalbu taf tintradam, Bl-ebda mwieġ m’hi se tinqasam. Għalkemm jaf sas-sema jogħla Iżomm gamblu ġo gardjola Aħna bħalu kuraġġużi U mad-dgħajjef ġenerużi. Jekk fl-għerien ħeba l-pirati Illum jilqa’ ‘l tax-xalati; Jekk se jegħrqu n-nies f’tempesti Għandu d-dgħajjes dejjem lesti. Mehdi wisq bil-ġugarelli, Qlugħ iserrpu fl-akkwarelli Il-gawwijja bħal namrata
Moviment sejrin ibiegħu; Jekk xi wħud bħal jistaħbewlhom Attaparsi li nsewhom, Fi ftuħ jum lid-dinja jniedi Għors il-logħob fi fwieġ fejjiedi; meta x-xemx taqbad toskura Ħin l-istilel jiġi lura, U x’imkien titwieled f’baħar Dgħajsa donnha bint il-qamar.
‘Sail away’
Qlug침 jissaraw