Festa Sant’Elena
Imperatriċi Awgusta Birkirkara | 2019
A: Smart Supermarket Naxxar Road, Birkirkara W: www.smart.com.mt T: + 356 2144 2728 E: info@smart.com.mt
Like us on
Follow us on
Birkirkara tilqagħkom għall-Festa f’ġieħ
Sant’Elena
Imperatriċi Awgusta
Awwissu 2019
Werrej DAĦLA Min Aħna
5
Messaġġ mill-Prepostu Arċipriet
6
Ħsieb mill-Moderatur tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali
8
Innu Popolari lil Sant’Elena
9
Riflessjoni
10
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja Il-Kolleġġjata Sant’Elena ta’ Birkirkara tagħmel Festa
15
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa Jikteb il-Prokuratur tal-Bażilika
35
The Conservation and Restoration of the Titular Painting
40
Grupp ta’ servizz - Id-Daqq tal-Qniepen
47
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien Kumitat Festa Sant’Elena
51
Intervista dwar il-Festa tagħna
53
Fjuri ma jinxfux u Żjarat lill-morda 56 It-Tfal fil-Festa
Intervista dwar ix-xogħol fl-Uffiċċju Kurjali
17
Il-Fratellanzi
19
Sejħa għall-Abbatini
20
Iż-Żgħażagħ - FLY
20
Il-Griżma tal-Isqof 2018
21
Ħsieb mill-Penitenzier il-ġdid
22
Kanonċi Onorarji ġodda
23
Gruppi ŻAK Birkirkara Tħossok Preparat? - Ħsieb tasSaċerdot Novell Matthew Pulis
57
Programm tal-Festi Solenni f’ġieħ Sant’Elena Imp. Awg. 59 Baned mistiedna mill-Kumitat Festa Sant’Elena
71
Highlights of the Programme
72
Programm tal-Banda Duke of Connaught’s Own
74
25
Programm Għaqda Mużikali Sant’Elena
77
26
Programm tan-Nar
79
Fr Edwin Agius - Ħamsin Sena Saċerdot
28
Ħidmet l-Għaqda Armar Sant’Elena
82
Taħt Ħarstek Nistkennu
31
Mill-Festa ta’ dari - Ritratt
84
L-Istatwa Allegorika ta’ Malta Kattolika
86
Grupp Ġbir ta’ Fondi
91
Rendikont Festa 2018
92
4
MADWARNA - Storja u Kultura Induratura tal-vara ta’ Santa Liena - 1919 Il-Pellegrinaġġ tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla - Għeluq il-75 sena
95
99
Il-Muża Karkariża / Poeżija
107
Is-Sette Giugno u Birkirkara
108
1, Triq is-Santwarju Birkirkara, BKR2308 Tel: 21444725 email Parroċċa: parrocca.bkara.se@maltadiocese.org
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA The Apostolate of Saint Paul Malta
Ktieb-Programm Festa Sant’Elena 2019 Kummissjoni Pubblikazzjonijiet Kolleġġjata kpk.stelena@gmail.com
113
Email Kumitat Festa Sant’Elena: santelenakumitatfesta@gmail.com
Il-Kappella ta’ Santu Rokku Devozzjoni ħajja lejn Santa Rita
115
Il-Kappella ta’ Santa Katarina u Sant’Antnin
Facebook: Kumitat Festa Sant’Elena Għaqda Armar Sant’Elena Ħbieb tat-Tempju Elenjan
116
Programm Festa Madonna tal-Ħerba fis-Santwarju tagħha
Disinjatur: Steven Dutton
119
Stampat: Impressions Limited A28h, Industrial Estate Marsa, MRS 3000 Tel: (+356) 2122 4546 operations@impressions.com.mt
Programm Festa Marija Bambina 121 fil-Knisja tal-Vitorja Il-Kurċifiss Franġiskan fil-Knisja ta’ 122 San Franġisk ta’ Assisi Apprezzamenti
124
Talba Lil Santa Elena
128
Indiċi Reklami
128
Ritratt fil-qoxra: Il-Qaddisa Elena fil-Glorja. Dettal mill-apside tal-Kor, impittra minn Giuseppe Calì fl-1883. Ara l-apside f’paġna 4. Meħud minn Alan Saliba. Ritratt f’paġna 1: L-istatwa artistika u maestuża ta’ Sant’Elena skolpita fl-injam minn Mastru Salvu Psaila fl-1837. Il-bankun tlesta fl-1954 fuq disinn ta’ Toussaint Bussutil u r-riljevi tal-bronż fuq disinn ta’ Vincenzo Apap. Meħud minn Daniel Cardona. Ħajr għar-ritratti lil: Alan Saliba, Anthony Xuereb, Daniel Cardona, Gianluca Schembri, Ian Noel Pace, Ivan Saliba, Massimo Borg, Matthew Cutajar, Pawlu Attard, Photo City, Ronald Falzon, Steve Zammit Lupi, Valentina Lupo.
5
DAĦLA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Min Aħna Grupp li flimkien niffurmaw il-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet Kolleġġjata. Imwaqqfa mill-Kapitlu Elenjan biex flimkien u ma’ min konċernat nibdew noħorġu pubblikazzjonijiet importanti u skont il-ħtieġa. Membri • Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella • Vladimir Cauchi (koordinatur) • Andrew Cutajar • Colbert Balzan • Jonathan Sammut • Mark Scerri • Mikea Sammut • Ronald Falzon • Servolo Delicata Qed inwasslulek dan il-ktejjeb fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ Sant’Elena 2019. Il-Programm tal-Festa qed nagħtuh aktar importanza. Inwassluh aktar b’mod ċar u spjegat. Jonqos il-parteċipazzjoni tiegħek. Jalla dan il-ktejjeb iwassal lilek u ‘l-familja tiegħek qabel xejn lejn il-Bażilika tagħna biex flimkien ngħixu s-sabiħ tal-festa l-aktar permezz taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Għalkemm dan il-ktejjeb relatat l-aktar mal-Festa tagħna u mal-ħidma li tinvolvi, qed jagħtik ukoll togħmiet oħra. Iqarrbek aktar ma’ dak kollu li jkun għaddej fil-Kolleġġjata tagħna matul is-sena. Ilaqqgħek aktar mal-Gruppi, Għaqdiet u mal-Amministrazzjoni tal-Bażilika tagħna. Ara wkoll x’ikun għaddej f’kappelli u knejjes komunitarji oħra fi ħdan il-parroċċa. Ser tiltaqa’ wkoll ma’ mumenti minn ġrajjietna. Dan kollu għandu jnissel fik aktar sens ta’ apprezzament lejn il-Komunità tagħna u tiegħek jekk int qed tgħix fostna. Flimkien ejjew nibnu aktar u nagħmlu din il-Komunità kbira taħt il-ħarsien ta’ Sant’Elena dejjem aktar ħajja.
DAĦLA
7
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Messaġġ mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet Mons. Paul Carmel Vella SThl, JCL, Prot Apost, SMOM pro piis meritis, KHS. Għeżież Karkariżi devoti ta’ Sant’Elena, Reġa’ wasal żmien il-festa! Kull sena meta tibda toqrob ilfesta, nibdew mill-ewwel naħsbu fuq ħafna ħwejjeġ marbuta ma’ din iċ-ċelebrazzjoni kbira. Jien kuntent ħafna kif qiegħed jinħadem ix-xogħol ta’ preparazzjoni: kulħadd għandu l-biċċa tiegħu, u flimkien niffurmaw il-mużajk sabiħ li hija l-festa. Hemm bżonn ta’ ħafna enerġija, idejn u imħuħ biex din il-festa, bħal dawk ta’ qabilha, tkun suċċess u okkażjoni verament sabiħa kif jogħġob lilna lkoll.
“flimkien niffurmaw il-mużajk sabiħ li hija l-festa.” Li naħdmu flimkien hija neċessarja u importanti ħafna, anzi ma nistgħux nimxu mingħajr ma’ naħdmu flimkien. Minkejja li jista’ jkun hemm xi differenzi bejnietna, u anke kultant forsi ma’ naqblux f’kollox, b’daqshekk ma jfissirx li ma naħdmux flimkien, anzi dan kollu jservi biex nitgħallmu li mhux dejjem trid tgħaddi tiegħi, imma jsir dak li huwa l-aħjar u tal-aktar ġid għall-komunità kollha. Dan isarraf dejjem biex il-festa tkun għall-glorja ta’ Alla u ta’ ġieħ u xierqa għall-Patruna tagħna Sant’Elena. Viva Sant’Elena Imperatriċi Awgusta.
8
DAĦLA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
DAĦLA
9
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Ħsieb mill-Moderatur tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali Adrian Porter Ftit tax-xhur ilu, hawn Malta ġie organizzat festival party bl-isem ta’ Lost and Found. Attendew għalih eluf ta’ żgħażagħ anke barranin, u bħal kull attività talmassa, dan seta’ ġab miegħu xi diffikultajiet fl-infurzar tal-liġi. Kważi elf u seba’ mitt sena ilu wkoll kien hemm avveniment ieħor ta’ Lost and Found, avveniment ferm differenti. Santa Elena sabet is-Salib Imqaddes li kien ilu żmien mitluf bla ħadd ma’ kien jaf fejn kien. Għaliex dan kien avveniment kbir? Is-Salib ifakkarna fl-att li Dak li ma kien jonqsu xejn għamel għalina, aħna li ma jistħoqqilniex. Nerġgħu niġu lura għaż-żminijiet tagħna. Aħna qegħdin infittxuh lil Kristu fuq is-Salib? Qegħdin naraw lil Ġesù msallab fuqu meta nħarsu lejn nies bi bżonnijiet partikulari forsi anke jgħixu fit-triq tagħna stess? Qegħdin nagħmlu mezz biex ngħinu lill-immigranti li għandna jgħixu f’Birkirkara biex iħossuhom parti mill-komunità? Qegħdin nagħmlu mezz biex inħossuna parti mill-parroċċa magħqudin ma’ ħutna fil-fidi, jew nippreferu li ningħalqu wara l-bibien ta’ djarna niġġudikaw lil dak u lill-ieħor?
“Ejjew naraw li s-Salib u dak li jirrappreżenta jkun verament dak li jmexxina.” Ejjew ma’ nħallux li din il-festa tkun bħal xi party ieħor li jiġi u jgħaddi. Ejjew naraw li s-Salib u dak li jirrappreżenta jkun verament dak li jmexxina. Jekk nagħmlu dan, inkunu nistgħu niċċelebraw festa bi spirtu ħaj u żagħżugħ. Festa Sant’Elena 2019, li tibqa’ immarkata f’qalbna.
10
DAĦLA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Innu Popolari lil Sant’Elena Imp. Awg. Dun Karm Psaila (1949) Għaġeb kbir O Santa Liena kien ir-risq li inti ġibt meta mort fuq il-kalvarju u s-Salib ta’ Kristu sibt.
Ritornell Insellmulek ja Sultana Inti ġieħ tal-Knisja tagħna Xempju ħaj tal-ommijiet. Kien id-dawl tal-ħniena t’Alla illi nebbħek kif iġġib sliem u saħħa lill-Imperu minn dik l-Għuda tas-Salib. Issa dak li biex jifdina, fuq dik l-Għuda bata u miet tellgħek tiddi bħala kewkba ta’ saltnatu fis-smewwiet.
DAĦLA
11
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Riflessjoni - Il-Qdusija fil-ħajja ta’ kuljum Anthony Saliba
Is-sejħa li jagħmlilna HU
“Iżda hu weġibhom, ‘Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.” (Luqa 8, 21).
Jekk wieħed jagħsar issustanza tal-Evanġelju, malajr jintebaħ kemm huwa importanti li l-Kelma ta’ Alla ma ngħożżuhiex biss waqt il-liturġija jew billi nżommu xi edizzjoni tagħha f’xi librerija jew f’xi post ewlieni f’darna. L-impenn ta’ kull nisrani lejn dak li Alla jrid minna lkoll irid jintwera kuljum fil-mod li bih ngħixu b’mod prattiku dak li hi għalina r-rieda tiegħu.
Inċiżżjoni li turi lil Sant’Elena, ‘l binha Kostantinu u ‘l-Isqof Makarju ta’ Ġerusalemm, iqimu s-Salib Imqaddes - Kollezzjoni ta’ Marcio Ghigo.
12
Marija wettqet ir-rieda ta’ Alla meta aċċettat ir-rieda tiegħU għaliha kif tħabbritilha millArkanġlu Gabriel, waqt li għarrafha li hi kellha tkun Omm Bin Alla (Luqa 4, 26-38). Ilvokazzjoni li Alla fdalha f’idejha ma kinitx faċli, u wisq probabbli ma DAĦLA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
fehmitx x’kienet timplika l-maternità li kienet se tgħaddi minnha u x’kien se jseħħ mit-tarbija tagħha. L-eta’ tagħha ma kinitx tippermettilha li tifhem x’kien hemm mistur fil-pjan ta’ Alla. U bħal Abram (Ġenesi 12, 1-9), telqet timxi fiddeżert ta’ ħajjitha sakemm waslet fl-Art Imwiegħda hi wkoll.
Is-sejħa lil Elena Ftit mijiet ta’ snin wara li l-Knisja ta’ Ġesù bdiet tinxtered u tissaħħaħ f’dak li qabel kien l-Imperu Ruman, fejn ġarrbet bosta attakki msejħa ereżiji u numru ta’ persekuzzjonijiet mill-Imperu Ruman, titfaċċa fix-xena Sant’Elena (246/248330 wK). Fil-jiem tal-festi, jista’ jiġri li nehdew fuq dettalji sekondarji u ninsew x’jagħmel lil Sant’Elena qaddisa li tiddistingwi ruħha waqt u wara l-Editt ta’ Milan (313 wK). Bħal Marija u bosta nsara oħra sa dak iż-żmien bikri fl-istorja tal-Knisja, Sant’Elena qalet ukoll ‘iva’ għall-pjan li Alla ħejjielha. Il-fatti juru li għalkemm Elena hija magħrufa l-aktar, speċjalment magħna l-Karkariżi li mdorrijin niċċelebraw bil-kbir il-festi ta’ Santu Kruċ f’Mejju u l-Festa tagħha f’Awwissu, fejn tidher quddiemna bis-Salib Imqaddes f’idejha, għall-vjaġġ li għamlet fl-eta’ avvanzata tagħha lejn l-Art Imqaddsa, hi wettqet ferm aktar minn dan tul ħajjitha kollha. Biżżejjed niftakru fil-ħidma ta’ karita’ tagħha, fl-appoġġ li tat sabiex id-drittijiet li ta binha Kostantinu lill-Knisja jiġu mħarsa u mferrxa f’kull post fejn kien hemm l-insara, u kemm użat ġidha sabiex tibni tempji għall-kult nisrani. Dawn il-fatti huma xhieda straordinarja tal-‘iva’ tagħha lil Alla fil-mod kif ittrattat il-kwistjonijiet marbuta mal-infedeltà ta’ żewġha Kostanzu Kloru, u t-trobbija tajba li tat f’dal-kuntest lil binha Kostantinu li ċertament kienet għalih xhieda ħajja ta’ impenn lejn l-evanġelju tal-Mulej.
Aħna lkoll imsejħin Fl-ewwel paġni tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (L-ewwel Kap, paragrafu 27), insibu li “Ix-xewqa ta’ Alla hi mnaqqxa f’qalb il-bniedem, għax il-bniedem inħalaq minn Alla u għal Alla; Alla ma jieqaf qatt jiġbed il-bniedem lejh, u f’Alla biss il-bniedem isib il-verita’ u l-hena li qatt ma jieqaf ifittex.” Hemm diversi manjieri kif Alla jsejjaħ lill-bniedem sabiex jasal fl-Art Imwiegħda, li għalina mhi xejn ħlief il-ġenna, dak l-istat permanenti wara ħajjitna li fih u mingħajr interruzzjonijiet ngħixu f’għaqda ta’ grazzja u hena miegħu u mal-qaddisin kollha. Ilkoll smajna b’konverżjonijiet li ħadd qatt ma basarhom, bħal dik ta’ San Pawl Missierna (Atti 9, 1-9). Nafu wkoll b’nies minn kull rokna tad-dinja li mxew wara s-sejħa nisranija fil-vokazzjoni li Alla DAĦLA
13
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
offrielhom u li huma wettquha sal-grad li fih laħqu l-qdusija: Madre Teresa ta’ Kalkutta, Dun Ġorġ Preca, Papa Ġwanni Pawlu II u lista twila ta’ qaddisin oħra jixhdu kemm Alla jħobb lill-qaddejja tiegħU u miċ-ċokon tagħhom iwettaq ħwejjeġ kbar, kif tgħanni Marija fit-talba tal-Manjifikat (Luqa 1, 46-56).
U llum, huwa possibbli li nkunu nsara kuljum? F’paragrafu 1866 tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, il-Knisja tistqarr li “Ilvokazzjoni tal-bniedem ma’ tistax isseħħ mingħajr is-soċjetà.” Il-vokazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna mhix limitata għall-ġimgħa tal-festi esterni li nagħmlu lil Sant’Elena f’Birkirkara. Hija sejħa li kull fejn inkunu f’kull mument ta’ ħajjitna, inkunu ma’ min inkunu, u tkun min tkun il-persuna li qed nagħmluha magħha, irridu nagħtu xhieda awtentika - mingħajr ‘maskri’ - li aħna tassew ulied Alla. Is-soċjetà ta’ madwarna qed toffrilna dejjem aktar sfidi li faċli tiddiskrivihom u targumenta dwarhom, iżda f’ħafna ċirkustanzi ma nkunux nafu kif se niffaċċjawhom: il-qawwa tal-midja soċjali, il-multikulturaliżmu, l-interpretazzjonijiet differenti u l-forom diversi ta’ għaqdiet li qed jissejħu ‘żwieġ’, leħen il-Knisja li bosta drabi jkun maħnuq jew miżinterpretat, il-faqar, l-isfruttament tan-natura u tal-ambjent, u l-kilba kultant bla ebda rażan għallpoter u l-flus akkost ta’ kollox.
“Irridu, fuq kollox, inkunu Knisja relevanti, kemm bix-xhieda li nagħtu kuljum kif ukoll bil-mod kif inkunu preżenza evanġelika fis-soċjetà.” Waħedna ma nistgħu nagħmlu xejn u Alla ma jista’ jagħmel xejn mingħajr il-koperazzjoni tagħna mal-grazzji tiegħu. Il-pjan ta’ Alla għalina huwa mfassal fuq djalogu kontinwu ta’ mħabba, paċenzja u stennija sakemm nieħdu dawk il-passi li permezz tagħhom niżirgħu iż-żerriegħa tas-saltna. Irridu, fuq kollox, inkunu Knisja relevanti, kemm bix-xhieda li nagħtu kuljum kif ukoll bil-mod kif inkunu preżenza evanġelika fis-soċjetà. Irid ikollna l-kuraġġ li nħallu lil Alla jagħmel minna strumenti effikaċi f’idejH. 14
DAĦLA
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Din it-taqsima ġentilment sponsorjata wkoll minn;
Bambinu Store
Ħdejn il-Knisja tal-Vitorja - 21496074
Clements, Ta’ Klement
Triq is-Santwarju, Birkirkara - 21440070, klements@onvol.net
Coleiro General Sales Ltd. - Autoparts, Lubricants, Batteries 12/20, Triq Mannarino, Birkirkara - 99870148, coleirogeneralsales.com
Daily Fresh Bakery
23, Triq Il-Kbira, Ħas Sajjied, Birkirkara -79272957
Deejays Ent. Ltd - Spiteri Autoparts Naxxar Road, Birkirkara 99478610, 77747500
Dione tal-Pjanti
Jarma fis-Suq ta’ Birkirkara nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa 99242465
Dolceria Barigozzi
12, Pjazza Sant’Elena, Birkirkara 21449514, 77480377, dolceriabarigozzi@gmail.com
16
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Kolleġġjata Sant’Elena ta’ Birkirkara tagħmel Festa Servolo Delicata Tiġi ta’ kull sena f’ambjent tipiku Malti ta’ ferħ, divertiment u laqgħat malħbieb u l-familjari. Għall-Karkariżi anzjani ġġibilhom memorji sbieħ tal-festi tal-imgħoddi. Liż-żgħażagħ u t-tfal iddaħħalhom f’esperjenzi sbieħ u ġodda. Hawn min jgħix minn sena għall-oħra għall-festa ta’ Santa Liena għalkemm dawn l-individwi naqsu minħabba l-ambjent li qed ngħixu fih llum. Imma l-festa x’inhi? Għalfejn għandha parroċċa tuża tant enerġija, finanzi u xogħol għal festa ta’ kull sena? Ejjew nibdew mill-bidu.
“Missirijietna, minn żmien twil ilu, għażlu lil Santa Elena biex, bl-eżempju ta’ ħajjitha, tkun mudell għalina fil-mixja tagħna lejn Dar il-Mulej.” X’inhi Parroċċa? Skont il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, “Il-Parroċċa hi komunità ta’ nsara mwaqqfa fi knisja partikulari. Il-kura pastorali hi fdata lillkappillan taħt l-awtorita’ tal-isqof djoċesan. Hi post fejn l-insara kollha jistgħu jinġabru għaċ-ċelebrazzjoni tal-ewkaristija f’jum il-Ħadd. Il-parroċċa ddaħħal lill-poplu nisrani fiċ-ċelebrazzjoni ordinarja tal-ħajja liturġika, tiġbru għal din iċ-ċelebrazzjoni, tgħallmu d-duttrina tas-salvazzjoni ta’ Kristu u tagħti xhieda tal-imħabba ta’ Kristu b’għemejjel tajba u ta’ mħabba bejn l-aħwa.” IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
17
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
L-Għid il-Kbir, il-Milied u Santa Elena Fost il-festi li l-parroċċa tiċċelebra fis-sena liturġika, l-festa l-kbira tibqa’ l-Għid il-Kbir li m’huwiex festa waħda fost l-oħrajn iżda l-Festa tal-festi kollha. Fl-ewwel Ħadd ta’ wara l-ewwel qamar kwinta tar-Rebbiegħa l-Knisja tiċċelebra r-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt u tkompli tfakkar din il-ġrajja meraviljuża kull nhar ta’ Ħadd tas-sena meta l-Insara jinġabru f’ġemgħa biex, wara li jisimgħu l-kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fl-ewkaristija li tfakkar il-Passjoni u l-Qawmien mill-mewt ta’ Kristu. Il-Parroċċa għandha mbagħad sensiela ta’ festi li jfakkru l-bidu tas-salvazzjoni tagħna jiġifieri l-misteru tal-Inkarnazzjoni ta’ Kristu meta Alla nnifsu ngħaqad magħna l-bnedmin u ħa s-sura tagħna. Wara l-Milied u l-Epifanija l-parroċċa tiċċelebra festi oħra li jfakkruna fil-Verġni Marija, San Ġużepp, l-Appostli u fil-martri li taw ħajjithom għal Alla u qaddisin oħra li, bilħajja u l-eżempji tagħhom, juruna kif għandna ngħixu ħajjitna. U hawn tidħol il-festa tal-Parroċċa tagħna. Missirijietna, minn żmien twil ilu, għażlu lil Santa Elena biex, bl-eżempju ta’ ħajjitha, tkun mudell għalina fil-mixja tagħna lejn Dar il-Mulej. Tajjeb li nifirħu u niddevertu filfesta ta’ kull sena iżda l-għan aħħari tagħna għandu jkun li nosservaw, nitgħallmu u ngħixu l-eżempji tajba tal-ħajja tal-patruna tagħna.
18
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
L-Uffiċċju Kurjali - Nitkellmu ma’ Saviour Gauci Żgur li l-maġġoranza talparruċċani Karkariżi xi darba jew oħra semgħu fuq l-Uffiċċju Parrokkjali. Għallinqas żgur li semgħu fuq il-ġranet u l-ħinijiet li jkun miftuħ. Numru mdaqqas minnhom żgur li kellhom xi darba bżonn jiġu l-Uffiċċju għal xi ħtieġa jew oħra. Imma x’inhuma l-funzjonijiet ta’ dan l-Uffiċċju? Persuni, kemm mill-parroċċa tagħna kif ukoll minn parroċċi oħra, jiġu l-uffiċċju meta jkunu ser jiżżewġu. Fost affarijiet oħra jiġu biex jirriservaw il-knisja għallfunzjoni. Fil-preparamenti għall-Magħmudija tat-trabi, il-ġenituri jiġu biex jirranġaw mal-Prepostu fuq id-dati u l-ħinijiet tal-Magħmudija kif ukoll biex jiksbu l-permess meħtieġ dwar il-parrinijiet. Persuni oħra jiġu għaċ-ċertifikati tal-Magħmudija, Griżma tal-Isqof u ż-Żwieġ. Interessanti ukoll il-fatt li hemm min jiġi biex isir jaf u jikseb ċertifikati fuq l-antenati tiegħu. Dawn ġeneralment ikunu Maltin li joqogħdu barra minn Malta u jkunu qed japplikaw biex jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija. L-uffiċċju jiftaħ tlett ijiem fil-ġimgħa jiġifieri t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9am u l-11am u filgħaxija bejn il-5pm u s-6.30pm. Meta l-ġurnata tkun festa, l-uffiċċju ma jiftaħx. Ta’ min jgħid li ħafna persuni jċemplu l-uffiċċju għal ħafna informazzjoni oħra. L-Uffiċċju Parrokkjali għandu funzjoni importanti li jżomm u jaġġorna l-arkivju tal-Parroċċa. X’inhu dan l-arkivju u x’informazzjoni tinżamm fih? L-arkivju tal-Uffiċċju Kurjali jikkonsisti minn ġabra ta’ dokumenti ta’ reġistrar ta’ Magħmudijiet, Griżma tal-Isqof, Żwiġijiet u Imwiet. U la semmejna l-arkivju, sa liema sena jwassal? Bħala waħda mill-eqdem IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
19
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Parroċċi f’Malta, Birkirkara għandu jkollha wieħed mill-eqdem arkivji bi storja twila ta’ ġrajjiet li sawru l-Parroċċa tagħna matul iż-żminijiet. Fejn jinżamm dan l-arkivju u f’liema stat jinsab? L-arkivju jmur lura sas-sena 1557. L-Arkivju ta’ dak li semmejna jinżamm fluffiċċju stess. Hemm imbagħad arkivji oħra li jiġbru fihom l-istorja tal-Bażilika, il-Kolleġġjata u l-Fratellanzi. Dawn l-arkivji jinsabu fi stat relattivament tajjeb. Kemm ikun hawn magħmudijiet, żwiġijiet u funerali f’sena fil-Parroċċa tagħna? Jekk nieħdu s-sena 2018, fil-parroċċa ta’ Sant’Elena kien hawn: • Magħmudijiet: 101 • Żwiġijiet: 73 • Imwiet: 116 Fuq nota personali: Kif tħajjart u meta bdejt tagħmel ix-xogħol li qed tagħmel fl-Uffiċċju Parrokkjali? Meta rtirajt mix-xogħol tiegħi l-Universita’ rajt li kelli aktar ħin disponibbli li stajt nuża biex inkun ta’ għajnuna għall-parroċċa. Ili f’dan ix-xogħol madwar tliet snin. Għandek xi esperjenza li bqajt tiftakar matul dan iż-żmien li ilek taħdem fl-Uffiċċju? F’uffiċċju bħal dan li jżuruh ħafna nies żgur li tiltaqa’ ma’ diversi esperjenzi. Hemm esperjenzi pożittivi ta’ meta jidħlu persuni fl-uffiċċju mimlija ansjeta’ u nkwiet u joħorġu kuntenti. Min-naħa l-oħra jkollok persuni li jippretendu l-impossibbli u jassumu li għandhom jinqdew xorta. Hemm imbagħad l-aspett umoristiku. Darba ġiet persuna l-uffiċċju u talbitna għaċ-ċertifikat tal-mewt tagħha!
20
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Fratellanzi tal-Kolleġġjata Elenjana Pawlu Muscat, Rettur Fratellanzi Sant’Elena Din is-sena hija t-30 sena tiegħi li nieħu ħsieb il-Fratellanzi. F’dawn il-kelmtejn qosra nixtieq nibda billi nirringrazzja lil sħabi l-Fratelli li jiġu jieħdu sehem filpurċissjoni ta’ Sant’Elena. Ringrazzjament speċjali għall-membri li jiġu u jieħdu sehem fil-purċissjonijiet u l-funzjonijiet ta’ matul is-sena wkoll. Saret ħidma biex jitlestew sett konfratiji bojod għall-membri adulti ħalli jkollna biżżejjed biex inlaħħqu man-numru li jkollna bżonn għall-purċissjoni ta’ Sant’Elena. Dawn tlestew u tħallsu minn benefatturi u membri ta’ dawn il-Fratellanzi. Saru wkoll sett xemgħat biex jintużaw mit-tfal tal-Fratellanza talVjatku. Għal din is-sena bdejna ħidma fuq żewġ proġetti ġodda. Bdew jinħietu sett ta’ għoxrin muzzetta ġdida għall-Konsorelle Sant’Elena, peress li kienu qed jużaw il-muzzetti tal-irġiel. Dawn il-muzzetti huma ftit differenti minn dawk normali għax jinqaflu b’buttuna waħda. Bdew jinħietu wkoll sett ta’ sitt muzzetti ġodda għall-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina. Sas-sena l-oħra f’din il-Fratellanza kienu jieħdu sehem subien biss lebsin iż-żumarra. Nispera li dawn iż-żewġ proġetti jkunu lesti sal-festa ta’ din is-sena biex is-sena d-dieħla nibdew naħdmu fuq proġetti ġodda li diġa huma pjanati. Nixtieq il-festa t-tajba lill-membri u l-familjari tagħhom u nirringrazzjahom talgħajnuna u l-koperazzjoni.
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
21
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Sejħa għallAbbatini Ejja u Esperjenza s-sabiħ tal-Liturġija u kun aktar qrib Ġesù fl-Ewkaristija.
Grupp “Faith Living Youth”
Ikkuntattjana
Tixtieq tingħaqad magħna?! Grupp għal żgħażagħ minn 18-il sena ‘l fuq fi ħdan il-Parroċċa S. Elena. Niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija. Norganizzaw ħarġiet u attivitajiet. 22
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Griżma tal-Isqof 2018 Ritratti: PHOTOCITY - Valletta
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
23
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Ħsieb mill-Penitenzier ġdid tal-Kapitlu Elenjan Rev. Kan. Charles Carmel Attard In-nisrani għandu mediċina tiswa ħafna u ma tqumx flus. Il-mediċina li Ġesù jagħtina kull darba li nersqu lejH b’qalb sogħbiena u sinċiera: is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, mediċina tal-imħabba tiegħu li jaħfer kontinwamnet ħtijietna.
“F’dan is-Sagrament tidher il-qawwa ta’ Alla u l-ħniena tiegħU.” F’dan is-Sagrament tidher il-qawwa ta’ Alla u l-ħniena tiegħU. F’dak ilmument is-saċerdot qiegħed minflok Alla. Is-saċerdot li hu wkoll dgħajjef, Alla tah is-setgħa li jaħfer il-ħtijiet kollha tal-poplu, għax is-saċerdot hu meħud minn fost il-bnedmin u bħal Kristu l-Feddej, qiegħed biex jaqdi lill-bniedem. Huwa li jagħraf id-dgħjufija talumanità, jgħin, jisma’, jinkoraġġixxi, jifhem u jaħfer lil dawk kollha li jersqu lejn is-Sagrament hekk kbir. Kważi wasalt biex nagħlaq it-23 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħi. Nixtieq nirringrazzja lil Alla li sejjaħli mingħajr ma’ jistħoqqli, biex naqdi dan il-Ministeru b’disponibbiltà u umiltà, waqt li nwassal il-Ħniena ta’ Alla lillbnedmin. Nirringrazzja wkoll lill-Kapitlu Elenjan li talab lil Monsinjur Arċisqof jaħtarni Penitenzier fi ħdanu, turija ta’ fiduċja sħiħa, persważi li jiena ser naqdi dan il-Ministeru b’responsabbiltà u karità. Il-Paċi magħkom ilkoll u l-Mulej iberikkom. 24
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Kanonċi Onorarji Ġodda fi ħdan ir-Rev.mu Kapitlu Elenjan Kan. Ivan Dominic Aquilina Nhar il-Ħamis 2 ta’ Mejju 2019, lejlet il-Festa tas-Sejba tas-Salib Imqaddes ingħata l-investitura mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella, l-Wisq Rev. Ivan Dominic Aquilina, Kanonku Onorarju ġdid maħtur fi ħdan ir-Rev.mu Kapitlu Elenjan. Twieled Londra fl-1966 u trabba fil-Belt Valletta fejn irċieva l-edukazzjoni Primarja u Sekondarja tiegħu. Ġewwa Malta huwa ħadem fil-qasam edukattiv. Wara li serva fil-Knisja Anglikana fejn ħadem f’diversi parroċċi u ministeri ġewwa Durham, Londra, u Sevenoaks hu ġie ordnat saċerdot Kattoliku bilpermess tal-Papa Benedittu XVI, fl-4 ta’ Ġunju 2011, mill-Arċisqof Metropolitan Peter Smith. Preżentament huwa l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista ġewwa Westerham, Kent, u l-amministratur parrokkjali tal-Parroċċa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù ġewwa Biggin Hill, Londra. Huwa jaqdi fitTribunal Metropolitan ta’ Southwark u wkoll bħala Kappillan Arċidjoċesan talWorld Fatima Apostolate. Huwa inkardinat fl-Arċidjoċesi ta’ Southwark. Huwa studja flUniversitajiet ta’ Malta, Leeds, Londra, u Leuven minn fejn kiseb ukoll ilLiċenzjat fil-Liġi Kanonika. Huwa għandu PGCE. Miżżewweġ lil Claudia minn Birkirkara, Kap ta’ Skola Primarja Kattolika ġewwa Sevenoaks, u għandu tifel u tifla adulti.
Ad Multos Annos
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
25
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Kan. Leonard Mintoff Twieled fil-Parroċċa Elenjana u ġie mgħammed fil-Bażilika Elenjana nhar il-11 ta’ Settembru 1983. Dun Leonard qatta’ tfulitu fis-Soċjetà talMUSEUM, fil-Qasam ta’ Triq Santa Marija kif ukoll fil-1st Birkirkara Scouts Group. Kien involut f’diversi ħidmiet b’risq il-parroċċa. Fl-2006 beda l-mixja tiegħu fis-Seminarju tal-Arċisqof u ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2013, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann minn Mons. Arċisqof Paul Cremona O.P. Serva fil-Parroċċa ta’ Santa Marija Ħ’Attard, Viċi Kappillan fil-Parroċċa Marija Annunzjata Ħal Tarxien u Viċi Arċipriet fil-Kolleġġjata Sant’Elena li tagħha kien inħatar membru Kapitulari nhar is-16 ta’ Awwissu 2015. Fil-parroċċa, il-Kanonku Dun Leonard Mintoff, apparti x-xogħol fl-uffiċċju parrokkjali u d-dmirijiet tiegħu bħala Kanonku u viċi, involva ruħu f’diversi ħidmiet pastorali oħra. Kien jieħu ħsieb lill-grupp tal-abbatini kif ukoll ħa taħt id-direzzjoni tiegħu l-grupp taż-żgħażagħ fi ħdan il-parroċċa tagħna, Faith Living Youth. Kien ukoll il-Prokuratur tal-Festa Titulari. Illum il-Kanonku Dun Leonard Mintoff qed jaqdi d-dmirijiet saċerdotali tiegħu bħala Viċi-Kappillan fil-Parroċċa Kristu Re Paola. Fit-3 ta’ Mejju 2019 inħatar Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata Sant’Elena Birkirkara.
Ad Multos Annos Nirringrazzjaw lill-Kan. Leonard Mintoff għall-ħidma tiegħu li wettaq fostna b'risq il-Festa titulari ta' Sant'Elena bħala Prokuratur tagħha bejn is-snin 2017 u 2018. 26
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Gruppi ŻAK Birkirkara F’Birkirkara insibu ukoll Gruppi taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika maqsumin f’etajiet differenti li jiltaqgħu fiċ-Circolo San Ġwakkin fi Triq il-Kbira Birkirkara.
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
27
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Tħossok Preparat? Ħsieb tas-saċerdot novell Matthew Pulis Mistoqsija li ħafna staqsewni qabel l-Ordinazzjoni kienet: ‘tħossok ippreparat?’ Ir-risposta kienet le, u tibqa’ le. Kif jista’ wieħed ikun preparat biex jiġi ordnat qassis, li jitwaħħad ma’ Kristu u permezz ta’ idu u ħalqu, Kristu jista’ jibqà preżenti fil-Knisja permezz tasSagramenti? Jista’ xi ħadd qatt jgħid li jħossu preparat? Waqt ordinazzjoni presbiterali, Isqof Filippin staqsa lid-djakni: Tħossok dgħajjef biżżejjed biex tkun qassis? Tħossok għandek bżonn li l-ħin kollu l-Mulej ifejjaq lilek, qabel, permezz tiegħek, jista’ jfejjaq lil dawk li jlaqqgħek magħhom?
“Nixtieq, u nitlob, li ma’ dawk kollha li niltaqa’ magħhom, ma nwassalx iddgħjufija tiegħi, imma nwassal lil Dak li bagħatni.” Meta rriflettejt ftit fuq dawn il-mistoqsijiet, moħħi mar fuq Santa Liena. Żgur li meta ġietha l-idea li tmur tfittex is-Salib, min jaf kemm ġewha dubji: biss biss l-età tagħha kif ukoll il-vjaġġ minnu nnifsu. Imma l-Mulej qatt ma jsejħilna nagħmlu xi ħaġa mingħajr ma’ jagħtina l-għajnuna kollha li neħtieġu biex naqdu dak li jipproponilna. L-Isqof fakkar li hu importanti li wieħed iħossu dgħajjef biex jibqa’ dejjem għodda f’idejn l-Imgħallem, u jsib l-enerġija u s-sostenn dejjem fi Kristu u qatt fih innifsu. Fakkar ukoll li fl-uġiegħ u fid-diffikultajiet is-saċerdot verament jgħix l-Ewkaristija: ‘’Dan hu ġismi li jingħata għalikom.’’ 28
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-motto li għażilt għall-Prima Messa hu ‘il-Mulej miegħek,’ kliem l-anġlu lil Marija. Nixtieq li din tkun ukoll il-missjoni tiegħi bħala saċerdot. Nixtieq, u nitlob, li ma’ dawk kollha li niltaqa’ magħhom, ma nwassalx id-dgħjufija tiegħi, imma nwassal lil Dak li bagħatni. Meta nħarsu lejn Santa Liena, ħarsitna ma tieqafx fuq il-qaddisa, imma teħodna fuq is-Salib. Hekk ukoll nitlob u nittama li ngħix is-saċerdozju tiegħi: li nkun verament ikona tal-Mulej. L-uniku don li ħadt miegħi nhar l-Ordinazzjoni, u nieħu f’kull quddiesa li noffri, hu din id-dgħjufija. Għalkemm beżgħan, nemmen u nittama li l-Mulej ser ikun qed jgħinni biex naqdi sew il-missjoni li afdali. Kif tistgħu timmaġinaw, bħala qassisin neħtieġu kontinwament is-sostenn tagħkom fit-talb. Itolbu biex inkunu verament persuni li permezz tagħna l-Mulej jista’ jdewwi l-feriti tal-ħajja. Aħfrulna tad-drabi li ma ngħixux dak li nippriedkaw. Grazzi kbira tat-talb u s-sostenn tagħkom matul il-formazzjoni. Nitolbu l-interċessjoni ta’ Santa Liena biex il-Mulej ikompli jsejjaħ żgħażagħ dgħajfa u beżgħana mis-saċerdozju biex jagħmel minnhom sajjieda talbnedmin.
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
29
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
FR EDWIN AGIUS MSSP - Ħamsin Sena Saċerdot Twieled Birkirkara fit-18 ta’ Ġunju 1944, is-seba’ minn tmien ulied tal-ġenituri Carmelo u Catherine. Tgħammed fil-Kolleġġjata Elenjana. Minn ċkunitu kien imur l-Oratorju f’Birkirkara, fejn irċieva t-tliet Sagramenti tal-bidu tal-ħajja nisranija. Hemm ukoll kien iservi bħala abbati u fil-kor. F’dawk iż-żminijiet ġietu l-vokazzjoni biex jidħol fis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Wara l-iskola primarja, kompla jistudja fil-Kulleġġ San Alwiġi, fejn fost l-għalliema tiegħu kellu lill-Kanonku Karm Pirotta u l-Kanonku Ġużepp Aquilina. Beda n-novizzjat fl-1 ta’ Ottubru 1961, u għamel l-ewwel voti sena wara. Fl-1965 għamel il-Professjoni Perpetwa. Kompla l-istudju tal-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġ San Mark, ir-Rabat u fl-Inserm, il-Belt Valletta. Laħaq saċerdot fit-22 ta’ Marzu 1969, l-għada qaddes fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba u ċċelebra l-Prima Messa fil-Bażilika nhar it-13 ta’ April tal-istess sena. L-ewwel sentejn kien jgħallem filKulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, u fil-weekends kien iqarar u jqaddes f’xi parroċċi. Dan sakemm fit-22 ta’ Frar 1971 ġie mibgħut lejn l-Awstralja fejn kien Assistent Kappillan fil-Parroċċa, St Bernadette, North Sunshine. Għaxar snin wara ġie mitlub jiġi lura Malta u serva bħala surmast tan-novizzi għal seba’ snin. Fl-1988 ġie magħżul biex ikun membru fil-Kunsill Ġenerali MSSP għal sitt snin, u fl-istess żmien kien Direttur tad-Dar San Ġużepp f’Santa Venera. Meta temm dawn is-sitt snin reġa’ intbagħat l-Awstralja, fl-istess parroċċa fejn kien qabel, fejn laħaq Kappillan. 30
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Meta għadda dan it-term, mar fid-Dar Provinċjali tal-MSSP ġewwa Parkville fejn għadu sal-lum. Beda l-Uffiċċju bħala Kappillan tal-Maltin li jinsabu mifruxa f’diversi parroċċi. Ghaldaqstant Fr Edwin iżur diversi knejjes fejn fihom jamministra s-Sagramenti u jqaddes bil-Malti. Jagħti s-sehem reliġjuż tiegħu f’okkażjonijiet organizzati matul is-sena mill-komunitajiet Maltin bħal f’Jum l-Omm, f’Jum il-Missier, fix-xahar ta’ Novembru u l-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Iżur ukoll djar tal-anzjani u sptarijiet. Insibuh ukoll fl-Għaqda ta’ Sant’Elena, li ilha mwaqqfa 39 sena. Huwa l-Kappillan tagħhom, u kull sena jiċċelebra magħhom il-Festa b’quddiesa u jakkumpanja fil-proċessjoni bil-vara tal-Qaddisa. Billi l-Maltin fl-Awstralja issa laħqu l-eta’ avvanzata, ħafna jsibu ruhom fi djar tal-kura jew jibqgħu d-dar waħedhom. Fr Edwin iżur ħafna minnhom u jamministralhom is-Sagramenti. Huwa ċċelebra l-50 sena anniversarju saċerdotali tiegħu nhar it-22 ta’ Marzu 2019 fil-parroċċa ta’ St Bernadette, North Sunshine, fejn ħadem għal 20 sena. Attendew ħafna saċerdoti tal-MSSP u oħrajn djoċesani li jgħinhom fil-parroċċi, u għadd kbir ta’ nies ħbieb tiegħu. L-għada kellu quddiesa oħra fiċ-Ċentru Malti, flimkien mal-Kunsill Malti tal-Victoria u membri tal-Għaqdiet Maltin.
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
31
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Taħt Ħarstek Nistkennu 1944 - 2019 Tifkira tal-75 sena anniversarju tal-Pellegrinaġġ minn Birkirkara għal Bormla bil-Kwadru Inkurunat u l-istatwa talImmakulata Kunċizzjoni. B’ferħ, b’imħabba u b’devozzjoni, ser nerġgħu nilqgħu mill-ġdid fostna f’Birkirkara lix-xbieha tal-istatwa devota ta’ Ommna Marija Immakulata. Ir-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella flimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Perinsinji Kolleġġjata Elenjana u l-Poplu ta’ Birkirkara, jilqgħu lil din ix-xbieha għażiża fil-Bażilika, nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru. Ser tibqa’ preżenti fostna sas-Sibt 16 ta’ Novembru. Il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019 nistiednu lil kulħadd għal Pellegrinaġġ Solenni li ser isir f’Birkirkara. Ħajr lill-Wisq Rev. Arċipriet Kan. Anton Cassar, lill-Kapitlu tal-Perinsinji Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, lill-Kumitat Organizzattiv u lill-Poplu kollu Bormliż. Dettalji jingħataw aktar ‘l quddiem.
IL-KOLLEĠĠJATA - Nagħmlu komunità nisranija aktar ħajja
33
EN J OY MA L T A ’ S G O U R M E T SH OPPING E XPE RIE NCE ! MONDAYS
FRIDAYS
TUESDAYS
SATURDAYS
WEDNESDAYS
SUNDAYS
THURSDAYS
21:00
21:00
F R E E C U STO M E R PAR K I N G
www.myparktowers.com Psaila Street, Santa Venera t. 2148 0807
Spinola Park St Julian’s t. 2138 1055
Gorg Borg Olivier Street, St Julian’s t. 2137 8520
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Din it-taqsima ġentilment sponsorjata wkoll minn;
Don Juan Ironmogery & Petshop
Charlo Fenech - Triq Tumas Fenech, Birkirkara - 99900220
Exacta Mobile Shop - Mobile Phone Sales & Repairs 111, Triq il-Kbira, Birkirkara 21470225, 99509509, exactamobiles@gmail.com Excellent Butcher - Brian Zammit 32, Triq Ġanni Borg, Birkirkara 21470767
Eyes Right Opticians
Shop 3, Regent Place, Triq Tumas Fenech, Birkirkara 21470767, 99884445 - mariocassar2015@gmail.com
Falzon Service Station Ltd.
149, Triq in-Naxxar, Birkirkara - 21482728
GB Jewellers - info@kemalta.com - Find us on Facebook 451, Fleur de Lys Road, Birkirkara - 21499679 156A, The Strand, Gżira - 21322889 Micallef Watch Dealer, 53, Zachary Street, Valletta - 21322889 Golden Harvest (tal-Wied)
9, Triq Fleur de Lys, Birkirkara - 21443864
36
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Manutenzjoni, Restawr, Opri u Proġetti Ġodda Emanuel Sammut, Prokuratur tal-Bażilika Binja importanti bħal ma’ hija l-Bażilika tagħna teħtieġ attenzjoni speċjali li ssarraf f’ħidma kontinwa. Ix-xogħlijiet huma diversi, minn xogħol pjanat u ta’ rutina għal xogħol li ma tkunx qed tistenna u li jkollu jsir. Manutenzjoni, restawr u proġetti ġodda lkoll b’mod jew b’ieħor jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi bħala l-Prokuratur tal-Bażilika. Inizjattivi u proġetti fil-Bażilika jsiru wkoll mill-Għaqda Ħbieb tat-Tempju Sant’Elena li tagħha jien President. Naturalment deċiżjonijiet finali dejjem jittiehdu mir-Rev.mu Kapitlu talKolleġġjata Elenjana. Għaldaqstant kwalunkwe ħidma żgur ma tistax issir jekk mhux permezz ta’ kull persuna li toffri mqar l-iċken offerta b’risq dawn l-għanijiet. Nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha tagħna għal kull donazzjoni. Ma nistax minn hawn ma nroddx ħajr lis-sagristan u lill-voluntiera kollha li jagħtu ħinhom matul is-sena kollha għall-armar, tindif, manutenzjoni, daqq tal-qniepen u kwalunkwe bżonn ieħor. Ukoll għal dawk li jgħinu fl-attivitajiet tal-ġbir ta’ fondi. Grazzi.
Xogħol u manutenzjoni • Bieb ġdid għal aktar sigurtà li jaghti għal barra fil-ġenb talBażilika n-naha tas-Sagristija. • Xogħol meħtieġ fuq is-sistema talkatusi tal-ilma tax-xita minn fuq il-bjut. • Tneħħija ta’ wires u bozoz minn mal-koppla u żebgha mill-ġdid tagħha. • Installazzjoni ta’ electricity surge protectors kemm fis-sistema elettrika taċĊentru Pastorali kif ukoll fil-binja tal-mużew. Dan wara ħsara sostanzjali kkawżata minn żieda ‘l fuq min-normal fis-saħħa elettrika.
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
37
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
• Sistema ġdida ta’ internet u wi-fi fiċ-Ċentru Pastorali. • Mixgħela mill-ġdid matul il-lejl tal-Bażilika minn barra b’wiring u fittings ġodda bil-ħidma u l-għajnuna wkoll tal-Enemalta. • Ġie rranġat il-mod tat-twaħħil tal-bibien li jwasslu għall-bjut fejn il-koppletti. Aktar sigurtà biex ma ssirx aktar ħsara lill-ġebla. • Xogħol ta’ xkatlar u żebgħa tal-aperturi tal-Awla Kapitulari u tibjid ta’ swali u xogħol ta’ tqassim aħjar fiċ-Ċentru Pastorali. • Bdil tal-lampi li jixegħlu l-Bażilika minn ġewwa f’oħrajn aktar ekonomiċi. • Tiswijiet fil-fidda tal-lampier tal-Festa tal-maġġur u dak tas-Ssmu. Sagrament.
Proġetti u inizjattivi ġodda, Restawr u Konservazzjoni • Restawr u konservazzjoni talKwadru Titulari ta’ Sant’Elena flimkien mal-induratura u l-irħam li jikkumplimentah. • Inbeda r-restawr tal-koppla minn ġewwa u konservazzjoni talpittura affresk ta’ Virginio Monti wara li mill-ġdid feġġgħet ħsara fil-pittura, Dan il-proġett hu ko-finanzjat minn fondi Ewropej.
38
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
• Restawr tas-sistema tad-daqq tal-arloġġ fil-kampnar. Saret sistema ta’ stainless steel levers li biddlu dawk li kienu spiċċaw bis-sadid. Dawn minn mal-imrietel fil-kampnar iwasslu sal-magna tal-arloġġ, li wkoll ġiet restawrata snin ilu. Xogħol li wkoll kien ifisser il-qlugħ tal-art tal-kampnar tal-lemin. • Inbeda xogħol ta’ restawr tal-konfessinarji. Jalla jinġabru fondi biex jitkomplew flimkien ma’ xogħol ieħor ta’ restawr fl-injam. • Twaħħil fis-Sagristija tal-kwadru tal-Prepostu Kan. Kruċ Pisani Borg u skrizzjoni ġdida għalih. • Restawr u lostratura tal-leġiju (bettiegħa) li jinsab f’nofs il-Kor. • Tibdil mill-ġdid tad-drapp ħarir u bellus tal-loppa (fjokk) tallampier tal-Kor. • Bizzilla taċ-ċombini ġdida għatterħa tal-Festa tal-Altar Maġġur. • Bidu tal-proġett tat-tibdil tassiġġijiet tal-Bażilika.
Donazzjonijiet • Donazzjoni ta’ Pjaneta, stola, sopra-kalċi u manipolu mingħand il-Wisq Rev. Kan. Ġużepp Micallef sabiex tkun esebita fil-Mużew tal-Kolleġġjata Bażilika Elenjana. Dan is-sett iżżanżan minn Dun Ġużepp Micallef nhar il-prima messa tiegħu fil-15 ta’ Awwissu 1955.
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
39
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
• Donazzjoni importanti talabbozz tal-istatwa Titulari ta’ Sant’Elena xogħol Salvu Psaila li jġib id-data tal-1835, mis-Sur Mark Sammut. Din id-donazzjoni saret b’att Notarili tas-6 ta’ Settembru 2018, quddiem in-Nutar Anton Borg minn Birkirkara. L-abbozz ser jiġi studjat u jsirlu intervent ta’ konservazzjoni biex jitgawda minn kulħadd filMużew il-ġdid tal-Bażilika.
Il-Mużew tal-Kolleġġjata u Bażilika Elenjana Proġett tal-Għaqda Ħbieb tat-Tempju Sant’Elena VO/0776 • Qed jitkompla x-xogħol kollu b’ritmu mgħaġġel tal-proġett kbir tal-Mużew flimkien mar-restawr u t-tqassim aħjar tas-swali biswit l-Awla Kapitulari. • Inħadem il-branding bl-arma Kapitulari u l-isem, Collegiatæ et Basilicæ Helenianæ Mvsevm. • Ġiet varata websajt ġdida dwar il-Mużew il-ġdid u informazzjoni bażika dwar ilBażilika tagħna: www.stelenamuseum.com • Ħidma kontinwa marbuta ma’ applikazzjonijiet għal fondi u xogħlijiet relatati. • Restawr u konservazzjoni talkwadru importanti tal-arazzi, xogħol tal-1780, li ser ikun ukoll esebit b’mod permanenti fil-Mużew. • Restawr u konservazzjoni ta’ żewġ vent’altari antiki 40
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
rrakmati li kienu tal-Altar Maġġur li ser ikunu esebiti b’mod permanenti fil-Mużew. • Restawr u konservazzjoni ta’ diversi esebiti. • Restawr tal-bank l-antik tal-quddies li fl-imgħoddi kien ikun fuq ilpresbiterju, minbarra fil-festi Prepositali għax kienet tintuża s-sedja minfloku. Ser ikun wieħed mill-esebiti. • Xogħol ta’ vetrini, injam u perspex. • Ħidma ta’ riċerka.
Għeluq Dan kollu qed issir taħt il-prokura tiegħi bl-għajnuna ta’ ħafna. Biex jintlaħaq dan kollu żgur ifisser sena ħidma bla waqfien. Ifisser diskussjonijiet u pjanar bil-għaqal. Wara dan kollu hemm ukoll l-appoġġ u d-direzzjoni tal-Prepostu Arċipriet u l-Kapitlu Elenjan. Nappella għal aktar interess, apprezzament u sostenn ġentilment minnek li qed taqra. Int bħal ħafna oħra tista’ tgħin ukoll bi kwalunkwe mod billi tista’ tavviċina lili jew lill-Prepostu Arċipriet. Flimkien inkomplu nsostnu wirt missirijietna li b’dak li kellhom bnew u żejnu dan il-maqdes ta’ Alla taħt il-protezzjoni tal-Qaddisa Elena.
Meta żżur il-Bażilika ftakar li hija Dar Alla u bieb is-sema. Ejja bi spirtu u mġieba xierqa u bi lbies adattat.
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
41
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
The conservation and restoration of the altar painting depicting St. Helen finding the Cross, by Francesco Zahra Dott.ssa Maria Grazia Zenzani & Valentina Lupo B. Cons (Hons) Atelier del Restauro Ltd.
History and Iconography1 The altar canvas painting depicting ‘St. Helen finding the Cross’ was painted by the artist Francesco Zahra (1710-1773) in 1763. The painting was completed at a time when Zahra was regarded as being the most significant painter in Malta. The imposing canvas painting measures 370cm x 550cm and for this painting, Zahra felt inspired by the famous marble statue of St Helen by Andrea Bolgi, executed for the crossing of Saint Peter in Rome. Both depictions of the saint demonstrate similar poses, physical structure and draping of her robes. The iconic image of Saint Helen is illustrated gracefully in Zahra’s masterpiece,
Francesco Zahra 1710-1773: His life and art in mid-18th century Malta, Keith Sciberras (2010) ; p196
1
42
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
where both the saint and the cross occupy the central space of the painting. It is thought that Salvatore Psaila was inspired by Zahra’s painting to sculpt the marvellous wooden polychrome titular statue of St Helen in 1837. In the painting, the followers surrounding St. Helen display a range of emotions, from excitement to even bewilderment, expressing the importance of her presence. A compositional link is provided between the spectator and the scene by the use of two characters, an old man and a young page, who both look directly at the beholder. The scene tells the story of St Helen, the mother of Emperor Constantine, as she goes on a pilgrimage to the Holy Land. While on her travels, she discovers the True Cross. Shown in the painting as one of her followers is Bishop Macarius, who can be seen in front of a large building that likely refers to the church of the Holy Sepulchre. This was a building, which was constructed on the site on the request of the Saint. Its remains can be seen at the feet of the Saint, shown as debris and a broken statue. St Helen was also recognized for having discovered the nails of the Crucifixion, which can also be seen in the painting, held by the page on the right. Light bathes the figures of the Saint and the holy images of the Dove of the Holy Spirit and the lively angels, seen at the top of the painting. This creates an overall balance and sense of completeness to this magnificent painting, illustrating brilliantly the captivating scene.
State of Conservation Prior to commencing with the conservation intervention, the painting visual observations and investigations were carried out in order to evaluate the painting’s state of conservation. Whilst the painting was found to be in a fairly good state of preservation, superficial deposits, such as atmospheric particulates, insect droppings and other substances which did not pertain to the painting’s original constituent materials were detected on the entire surface of the painting. In particular, wax drippings were observed on the lower part of the painting, probably resulting from the candles that were in the past placed on the altar below the painting. It is assumed that the same candles are the cause of the widespread presence of a non-homogeneous black/grey layer present throughout the surface of the painting, in particular on the lower part. This layer, together with the oxidized varnish coating present, darkened the overall appearance of the painting and obscured the original tonality and aesthetical qualities of the work of art. Moreover, it was evident that several areas of IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
43
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
the painting had been re-painted during a later intervention. Most notable was St. Helen’s crown, which was found to be completely overpainted. The preparatory layers and paint film were found to be affected by a network of cracks resulting from mechanical damage, particularly present along the edges of the auxiliary frame and its crossbars. In addition, a network of drying cracks, having a diffuse reticulated pattern was observed over the entire pictorial surface. Drying cracks of the pictorial film have a historical value as they represent the signs of the time and the history of the painting itself. Since the latter are formed for reasons attributable to the manufacturing technique and to the materials used, they cannot be permanently removed/ repaired but can be made less visible. Abrasions and losses of the paint film and preparatory layer were also noted during preliminary observations. Some losses appear to be the result of a previous cleaning intervention; whilst others, in particular those found at the crown, ear lobes and neck appear to relate to elements that were attached directly onto the canvas support. It is assumed that previously the Saint was adorned with a crown and jewels, probably earrings and necklace. These jewels would have been attached to the painting by means of metal pins which would have been re-enforced by a wooden element, positioned on the back of the canvas and fixed to the frame by metal nails. The painting’s original wooden auxiliary support is composed of three elements joined together by metal hinges, culminating in an arch at the top of the painting. As the auxiliary frame was original to the painting and dated back to the 18th Century, its fixed construction did not allow for it to be expandable and was therefore unable to accommodate and follow the movements of the canvas. This results in the formation of tensions along the perimeter of the painting which cause damage of the paint film, such as cracks and the consequent loss of colour. Moreover, flight-holes attributable to xylophagous insect activity, which appeared to no longer be active, further compromised the stability of the wood structure. It was therefore decided to replace the auxiliary frame with a newly-constructed expandable stretcher frame. The original canvas support is assumed to be jute and is composed of three pieces of canvas attached together having two seams. It was in a good state of preservation, having only superficial and partially coherent surface deposits, particularly atmospheric particulates and insect droppings, on the back of the painting. Given the good condition of the support, it was decided to carry out a strip-lining (as opposed to a more invasive lining intervention) of the canvas in order to reinforce the perimeter edges of the painting, allowing for the 44
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
repositioning and re-tension of the painting onto the new stretcher frame. In this way, the original support is preserved as much as possible.
Conservation and restoration intervention
Following a detailed evaluation of the painting’s state of conservation, a laborious conservation and restoration intervention of titular painting was carried out. The restoration intervention, commencing in October 2018, brought back to light the beauty of the figures and the chromatic integrity of the pictorial layers that characterize the works of Francesco Zahra. The removal of coherent and inconsistent deposits from the surface of the painting was performed using brushes and vacuum. This was followed by the removal of the altered varnish coating and other additional surface deposits, which was carried out using a series of buffer solutions having different pH in gel form. Using a soft bristle brush the gel solutions were massaged onto the paint film and mechanically removed with cotton wool pads and then rinsed with aqueous solutions. The overpainting were then removed using a solvent surfactant gel prepared with organic solvents, whilst the old infills corresponding to the losses and over paintings, were removed mechanically IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
45
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
with a scalpel. Removal of overpainting revealed that during a later intervention a crown had been painted over the original crown painted by Francesco Zahra. Cleaning exposed the original crown painted by the artist with fine detail, and particular attention being given to the highlights and shadows. The treatments proceeded with the consolidation of the canvas support, which was carried out using an acrylic resin dissolved in solvent and applied to the painting with a brush. Strip-lining was carried out to allow for the proper tensioning of the canvas during the re-stretching of the painting onto the new auxiliary frame. The canvas was then re-stretched and attached onto the new expandable frame. The last phase of the restoration intervention involved the aesthetic re-integration of the painting. A coating of synthetic resin dissolved in solvent was applied to the surface of the painting primarily to saturate the painting colours and also to act as an intermediate layer between the original constituent materials of the painting and the retouching to be carried out. Losses of the paint and preparation layer were infilled using a synthetic stucco. The infills were levelled mechanically using a scalpel and were then mimetically retouched using conservation standard varnish colours. Finally, a layer of synthetic resin in solution with final protection of the surface was applied to the surface of the painting by spray.
The monumental decorative frame The monumental gilded frame that surrounded the painting was also treated as it was found to be in a poor state of conservation. Large fractures and cracks were present at all the joints of frame’s wooden structure. Losses of the gilded surface were also present in these areas. Furthermore, detachments of the gold film from the underlying 46
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
bole preparation, caused by the loss of adhesion, were present in several areas of the frame.
Treatment of the frame involved the removal of all the coherent and inconsistent deposits present on the surface using solvent surfactant gels prepared with organic solvents. This was followed by the re-gilding of losses and abrasions of the gold using 23.75Kt double gold leaf, applied following the water-gilding technique. The areas of re-gilding were burnished to a high sine in some areas whereas other areas were left matte, following the original aesthetics on the frame. The conservation treatment was concluded with the application of a final protective coating using a synthetic resin characterized by high resistance to aging and warm temperatures and good optical properties close to those of natural resins.
Sharing the Process From the start of the project, as restorers, we wanted to engage the general public in the project to educate people about the importance of carrying out professional conservation work on works of art. In January, in collaboration with the Birkirkara Parish, we opened the doors for two days to the general IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
47
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
public so they could view the progression of work on the painting in close proximity and speak to the conservators involved.
Conclusion The conservation project was aimed at preserving the painting’s original constituent materials whilst the interventions carried out allowed for the artist’s original intent to be appreciated by the viewer. The project was concluded in August 2019. Throughout the project, the painting’s state of conservation and the procedures carried out were documented. All conservation and restoration treatments were performed in accordance with the ethical principles for the protection and preservation of works of art. The project required many hours of very detailed work, done entirely to address the painting not only from the aesthetic but also from a materials point of view.
We are thankful to the Collegiate Chapter of Saint Helen and Provost Mgr Paul Carmel Vella for entrusting us with this project, the benefactors of the project, the procurator Mr. Emanuel Sammut, the committed team of volunteers at the Basilica and the Birkirkara parish community.
48
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Grupp ta’ Servizz - Id-Daqq tal-Qniepen Bażilika bħal tagħna teħtieġ diversi gruppi biex jgħinu f’kull bżonn, għajnuna lis-sagristan fil-ħidma relatata mal-armar tal-Bażilika matul is-sena kollha kif ukoll f’xogħol ieħor relatat mal-manutenzjoni u proġetti li jkunu għaddejjin taħt id-direzzjoni talKapitlu Elenjan u l-Prokuratur tal-Bażilika. Din is-sena ser nagħtu ħarsa u nroddu ħajr permezz ta’ dawn ir-ritratti lill-Kummissjoni Kampanisti tal-Kolleġġjata Elenjana, grupp li jagħti servizz matul is-sena kollha. Kwalunkwe daqq partikolari tal-qniepen huwa marbut intrinsikament mal-Liturġija li tkun qed issir filBażilika. Apparti d-daqq fil-Festi prinċipali tal-Knisja kif ukoll f’oħrajn relatati mal-Kolleġġjata tagħna, kull nhar ta’ Ħamis dawn il-voluntiera jiltaqgħu biex fis-6.45pm idoqqu l-mota b’tifkira tat-Twaqqif tal-Ewkaristija, qabel issir l-adorazzjoni fil-Bażilika. Kull nhar ta’ ġimgħa fit-3.00pm, minbarra f’festi partikolari tindaqq dik li hi magħrufa bħala l-libra biex titfakkar il-Passjoni u l-Mewt tas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu. Filwaqt li nirringrazzjaw lill-voluntiera kollha fi ħdan dan il-grupp, jalla jkun hawn aktar individwi li jersqu ‘l quddiem biex jgħinu fi kwalunkwe ħidma fil-Bażilika tagħna.
IL-BAŻILIKA U L-MUŻEW - Ħidma kontinwa
49
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Din it-taqsima ġentilment sponsorjata wkoll minn;
Hairways by Wayne
Triq il-Kbira, Birkirkara 27017017, 77771880 - Find us on Facebook
Ħaxix Frisk, ħaxix minn tagħna - Claudio Sant
Triq l-Imsida, ħdejn id-dar | It-Tnejn u l-Ħamis 6.30am - 12.00pm It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa 8am - 12.00pm Ħdejn il-Każin S.Antnin | It-Tnejn u l-Ħamis 1.00pm - 8.00pm
Hop In Convenience Store 61, Triq Ġanni Borg, Birkirkara - 79278571
Il-Hutch
Manuel Grima, 29, Pjazza Sant’Elena, Birkirkara - 21441922
Joe tas-Sunny Bar - Take-Away Pizza Pjazza San Franġisk, Birkirkara 21443142
John & Ivan Saliba - Ta’ Patist Photography
27 Triq l-Imsida, Birkirkara - 21492550, ivanpatist@gmail.com
Joseph Micallef Art Studio - Sculptor, Restorer, Painter 99150982, micallefart@gmail.com - Find us on Facebook
Kiri ta’ Sala - tal-Każin tas-Soċjetà Mużikali Sant’Antnin Birkirkara 99899781, 99472701
Lucy
Triq il-Kbira, Birkirkara 52
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Kumitat Festa Sant’Elena 2018 - 2020
• Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella - Prokuratur • Wisq Rev. Kan. Charles Gauci - Membru Kapitulari • Rodney Buhagiar - Segretarju • Vladimir Cauchi - PRO • Emanuel Sammut - Prokuratur tal-Bażilika • Christopher Sciberras - Direttur Għaqda Armar Sant’Elena
Membri • Alan Borg
• Mikea Sammut
• Andrew Cutajar
• Nathalie Buhagiar
• Dione Buhagiar
• Noel Calleja
• Ivan Saliba
• Pawlu Muscat
• Jonathan Pullicino
• Stephen Mallia
• Massimo Borg
L-Aħjar Ċelebrazzjoni Jixraq li l-Karkariżi jiċċelebraw il-ferħ tal-festa tal-qaddisa patruna Sant’Elena bis-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin. Għall-kumdita’ ta’ kulħadd, il-Qrar minn konfessuri barranin jibda mill-Ewwel Tridu, l-Erbgħa filgħaxija. Kun preżenti għall-Quddies tat-Tridijiet, it-Transulazzjoni, l-Għosrien u l-Quddiesa Solenni Prepositali f’jum il-Festa fl-10.30am. Insibu ħin ningħaqdu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Dan jgħinna biex bħalma Sant’Elena ngħaqdet dejjem ma’ Alla, aħna wkoll induqu mill-istess ferħ, permezz tas-sagrifiċċju tal-Quddiesa. Ir-Rev.mu Prepostu Arċipriet u r-Rev.mu Kapitlu jistednuk biex, bħala komunità, ningħaqdu flimkien fl-Ikla Qaddisa, li fiha nitolbu wkoll sabiex Alla: • Ibierek u jħares il-Parroċċa tagħna; • Isaħħaħ fina l-grazzja li nkunu nsara fil-ħajja tagħna ta’ kuljum; • Jgħinna nipprattikaw il-karità nisranija kif għamlet Sant’Elena; • Iqaddes lilna u lill-familji tagħna u jagħtina l-barkiet tiegħU. SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
53
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
54
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Intervista - X’Jaħseb il-Prepostu Arċipriet fuq il-Festa tagħna? F’soċjeta’ materjalista bħal dik li qed ngħixu fiha ma jistax jonqos li, f’festa Parrokkjali bħal dik ta’ Santa Elena, jidħlu influwenzi li ma jaqblux mal-ispiritwalita’ tal-festa. Fejn tara li nistgħu naħdmu aktar biex inżommu l-festa ‘l bogħod mill-materjaliżmu esaġerat? Naħseb ma nistax nenfasizza biżżejjed l-Għaqda ta’ bejnietna. Meta nitkellem fuq l-Għaqda, ma jfissirx li sempliċement wieħed joqgħod attent biex forsi ma’ jagħmel l-ebda aġir li jġib il-firda, jew inkella noqogħdu attenti biex ma nkantawx innijiet li joffendu. Meta nitkellem fuq l-Għaqda qiegħed nitkellem fuq l-attitudni li kull wieħed u waħda minna għandu jkollu lejn dawk ta’ madwarna: attitudni ta’ aċċettazzjoni, attitudni li nifhmu lil xulxin, attitudni ta’ mħabba. Jekk verament inħobbu lil xulxin għax aħna wlied l-istess Missier, Alla l-Imbierek, jekk inħobbu lil xulxin għax aħna nsara, nimxu fuq l-istess prinċipji reliġjużi li jgħaqqduna u jagħmluna poplu u b’hekk inkunu verament niċċelebraw il-Festa kif trid Ommna l-Knisja Mqaddsa, kif irid Alla. Ukoll jekk il-gosti tagħna jkunu differenti, l-għażliet tagħna ma jkunux l-istess, jekk verament inħobbu lil xulxin, naċċettaw lil xulxin, anzi nifirħu bil-gosti ta’ ħaddieħor għax hemm is-sbuħija fid-diversità. Jien dejjem emmint li dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa għandu jkollhom formazzjoni u edukazzjoni kontinwa biex jifhmu eżatt għalxiex qed jaħdmu u biex japprezzaw id-dimensjoni reliġjuża tal-festa. Kif tista’ Parroċċa tgħin fil-formazzjoni reliġjuża tan-numru kbir ta’ voluntiera li jużaw tant enerġija, ħin u talenti biex jagħmlu l-festa dik li hi? Jien naħseb li diġa’ qed isir xi ftit, ovvjament qatt m’hu biżżejjed. Bejn il-membri tal-Għaqda tal-Armar u SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
55
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
l-Fratelli - li huma ż-żewġ gruppi l-aktar involuti fil-Festa - għandna madwar mija u ħamsin - mitejn persuna. Nixtieq nibda’ narahom jinġabru flimkien u almenu tliet darbiet fis-sena jkollna “nofs ta’ nhar spiritwali”, biex jgħinna nkomplu naħdmu flimkien għall-festa mingħajr ma nħallu l-elementi mondani jirkbuna. Nieħu gost narahom jieħdu sehem fil-preparazzjoni matul is-sena kollha, mhux fil-ġranet tal-Festa biss! Il-preparazzjoni għall-Festa u l-festi l-oħra kollha li niċċelebraw fil-Bażilika jridu preparazzjoni kbira, u għalhekk nixtieq inħeġġeġ lill-membri kollha biex jimpenjaw il-ħin liberu tagħhom f’din il-ħidma matulek ja sena. Għalkemm m’ilekx ħafna Prepostu Arċipriet tal-Kolleġġjata tagħna nixtieq nistaqsik żewġ mistoqsijiet partikulari dwar il-festa tagħna. X’jogħġbok l-aktar fil-festa ta’ Santa Elena? Din diffiċli biex inweġibha! Niċċelebraw Festa sabieħa. Imma naħseb l-aktar li togħġobni hi l-Purċissjoni bl-istatwa li ssaħħrek bil-ġmiel tagħha u, fuq kollox, il-Liturġija Qaddisa li niċċelebraw fil-Bażilika. X’tixtieq tara ġdid fil-festa tagħna? Aktar milli nara ġdid fil-Festa, nixtieq li verament nara l-għaqda, il-paċi dejjiema bejnietna. Nixtieq nara aktar nies fiċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi li niċċelebraw fil-Bażilika, u li lkoll kemm aħna napprezzaw il-ġmiel tal-Liturġija Qaddisa, biċ-ċerimonji tradizzjonali tagħha, li jsebbħuha u jagħmluha esperjenza qaddisa. Jien nisma’ ħafna suġġerimenti dwar x’nistgħu nagħmlu biex il-festa tasal aktar u tħalli impatt akbar fuq il-ħajja tal-parruċċani tagħna fosthom: • Kull 18 tax-xahar issir ċelebrazzjoni biex tfakkar u tħejji għall-festa; • Il-każini tal-banda li, fil-ġranet tal-Ġimgħa l-Kbira tant jippreżentaw atmosfera reliġjuża biex ifakkru l-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, jagħmlu sforz akbar biex jippreżentaw n-naħa reliġjuża talfesta; • Il-paniġierku jingħata minn numru ta’ lajċi u reliġjużi li bejniethom jagħtu preżentazzjoni ta’ tema li tinbidel kull sena u li jkollha l-bażi tagħha l-ħajja tal-Patruna; • La semmejna t-tema tajjeb li l-festa jkollha, ta’ kull sena, 56
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
tema differenti li tiġi riflessa fil-pubblikazzjonijiet, prietki u ċelebrazzjonijiet li jsiru; • Il-festa ta’ Santa Elena terġa’ tibda tiġi ċelebrata fit-18 ta’ Awwissu meta tiftakar li fil-Ħadd li bħalissa ssir il-festa jkun hemm bejn sebgħa u tmiem festi oħra. X’jidhirlek minn dawn is-suġġerimenti? Nieħu pjaċir nisma’ li nies li għandhom interess fil-festa tagħna jagħmlu dawn is-suġġerimenti. Nammetti li mhux kollha huma possibbli, u mhux kollha huma fil-linja tal-ħsieb tal-Kapitlu u tal-Knisja f’Malta ta’ kif għandhom jiġu ċċelebrati l-festi. Pero’ tajjeb li jkollna suġġerimenti li nkunu nistgħu, matul is-sena, niddiskutu biex dak li jonqos nagħmluh bl-aħjar mod possibbli. Forsi l-aktar suġġeriment interessanti hu dak li kull xahar niċċelebraw it-Tifkira ta’ Sant’Elena, u li diversi valuri mill-ħajja tal-Qaddisa tagħna jkunu preżentati biex iħallu impatt fuq il-poplu tagħna, biex Sant’Elena verament isservi ta’ eżempju għalina lkoll u biex nippruvaw nixbħu l-valuri sodi u qawwija nisranija li kellha hi.
Nifirħu lill-Mons. Paul Carmel Vella, il-Prepostu Arċipriet ta’ Birkirkara, li nhar it-18 ta’ April 2019 Mons. Arċisqof għoġbu jaħtru Protonotarju Apostoliku fi ħdan il-Kapitlu Metropolitan ta’ Malta. Nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju, Mons. Vella inħatar ukoll bħala Kavallier - Kappillan fi ħdan l-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru. AD MULTOS ANNOS SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
57
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
FJURI LI MA JINXFUX Din is-sena wkoll qed isir dan l-appell biex fil-festa tal-Patruna tagħna Sant’Elena, aħna wkoll nieħdu l-eżempju tagħha u niftħu jdejna mal-fqir. Dis-sena nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għall-bżonnijiet li jeżistu fil-komunità tagħna, taħt għajnejna u forsi ma narawhomx tajjeb biżżejjed. Għalhekk nixtiequkom tkunu ġenerużi lejn il-ħidma u s-servizz tad-Djakonija. Agħti l-offerta’ tiegħek fl-Uffiċċju Kurjali. Grazzi tal-ġenerożità.
Żjarat lill-Morda u lill-Anzjani Waqt li niċċelebraw il-festa ta’ Sant’Elena, inżommu f’moħħna u f’qalbna lil ħutna, Karkariżi u mhumiex, li minħabba mard jew eta’ ma jistgħux ikunu magħna fil-jiem tal-festa. Permezz tal-Kummissjoni Djakonija, jsiru żjarat fi sptarijiet, djar tal-anzjani jew djar tal-morda. Għalhekk dawk li huma morda jew anzjani li jogħġobhom inżuruhom u nistednuhom għall-attivita’ li ser issir għalihom nhar it-Tlieta 13 ta’ Awwissu filgħodu, mitluba jwasslu t-tagħrif meħtieġ fl-Uffiċċju Kurjali jew lil wieħed mis-Saċerdoti.
58
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Festa - Għalikom Tfal Kemm hu importanti u kemm hi ħaġa sabiħa li l-ġenerazzjonijiet li jmiss ikunu mibnija fuq il-valuri nsara, jiġifieri fuq l-imħabba li jgħallimna s-Sinjur tagħna Ġesù Kristu. Il-qaddisin, fosthom Santa Liena, huma xhieda ta’ din l-imħabba. Il-Festa hi l-ferħ u t-turija tagħna lejn l-imħabba li Santa Liena għexet tul ħajjitha anke permezz tas-salib. Taf li s-salib, minkejja t-tbatija tiegħu, kien u jibqa’ il-qofol tas-salvazzjoni tagħna lkoll. Kemm hu sabiħ li intom it-tfal tkunu preżenti fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa, mhux biss fil-manifestazzjoni imħejjija għalikom il-Ħadd 11 ta’ Awwissu filgħodu, imma matul il-programm tal-festa kollu. B’hekk l-imħabba u d-devozzjoni tagħna lejn il-patruna Santa Liena tkompli għal li ġej. L-inizzjattivi li nieħdu bħala parroċċa u mill-Kumitat tal-Festa biex ninvolvu l-parteċipazzjoni tagħkom, għandhom ikomplu jiżirgħu fikom sens ta’ tħejjija u mħabba lejn il-festa. L-inizzjattiva’ ġdida ta’ kitbiet minnkom, tfal fl-iskejjel, dwar Santa Liena u l-festa, li ħadna fi żmien il-festa ta’ Santu Kruċ kienet suċċess.
Din is-sena għall-festa titulari, qed nerġgħu inħeġġuk biex tpinġi suġġett marbut malħajja ta’ Sant’Elena jew dwar il-Festa tagħna fuq karta A4. Fuq wara tal-karta ikteb ismek, kuntatt u l-eta’. Wassal it-tpinġija tiegħek fis-sagristija tal-Bażilika satTlieta 6 ta’ Awwissu 2019.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
59
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
60
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Programm tal-Festi Solenni f’ġieh
Sant’Elena Imperatriċi Awgusta
Patruna ta’ Birkirkara, fil-Perinsinji Proto-Kolleġġjata, Arċimatriċi u Bażilika Ddedikata Lilha
2019 SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
61
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Ħamis 8 ta’ Awwissu
Jum ta’ tħejjija Spiritwali għall-festa 6.30pm: Quddiesa konċelebrata u adorazzjoni komunitarja mmexxija missaċerdoti bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet kollha tal-Parroċċa.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu 7.30pm: Ikla kbira tal-festa fi Pjazza Sant’Elena.
Is-Sibt 10 ta’ Awwissu 6.30pm: Quddiesa b’suffraġju għal dawk li mietu fil-Parroċċa mill-festa li għaddiet ‘l hawn immexxija mill-Wisq Rev. Kan. Karm Busuttil.
Il-Ħadd 11 ta’ Awwissu Jum it-Tfal
9.15am: It-tfal jinġabru ħdejn il-knisja filjali ta’ San Pawl fi Triq il-Wied fejn jingħata bidu għall-manifestazzjoni ferriħija bl-istatwa ż-żgħira ta’ Sant’Elena akkumpanjati mill-bandisti żgħażagħ tas-soċjetajiet mużikali Duke of Connaught’s Own u Sant’Elena. Tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq Sant’Elena u Pjazza Sant’Elena. 10.30am: Quddiesa għat-tfal. Jiċċelebra l-Wisq Rev. Charles Carmel Attard.
62
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
It-Tnejn 12 ta’ Awwissu
Jum il-Ħruġ tal-Istatwa Titulari ta’ Sant’Elena Imp. Awg. min-niċċa. 6.30pm: Quddiesa Konventwali mmexxija mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella, Prokuratur tal-Festa. Waqt l-offertorju ser tindaqq wara 95 sena, l-antifona Manum Suam bil-mużika ta’ Maestro Ġużeppi Borg li kien maestro di cappella f’dawk iż-żminijiet. 7.45pm: Ħruġ tradizzjonali min-niċċa tal-istatwa artistika u maestuża ta’ Sant’Elena Imperatriċi Awgusta, kapolavur fl-injam ta’ Mastru Salvu Psaila fl1837. Diskors mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet. Ħruġ tas-Salib tal-vara titulari mis-sagristija mill-membri tar-Rev.mu Kapitlu Elenjan flimkien mas-saċerdoti Karkariżi. Tqegħid tas-Salib f’idejn l-istatwa ta’ Sant’Elena mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet Mons. Paul Carmel Vella, Prokuratur tal-Festa. Il-vara ta’ Sant’Elena tinħareġ fil-bieb tal-Bażilika waqt li titkanta l-antifona Manum Suam. Il-Banda Duke of Connaught’s Own issellem lix-xbieha talQaddisa fuq iz-zuntier. Waqt din il-funzjoni ssir ġabra speċjali b’risq il-festa titulari.
It-Tlieta 13 ta’ Awwissu 10.00am: Quddiesa għall-morda, anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni r-Rev.mu Mons. Anton Vella, exPrepostu tal-Kolleġġjata Elenjana. Wara jkun hemm bibita għalihom. Nota: Filgħaxija fil-Bażilika ser jittella’ Oratorio mill-Għaqda Mużikali Sant’Elena fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà Mużikali. Għal aktar tagħrif irreferi għall-programm tal-istess Banda.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
63
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
It-tlett ijiem ta’ Tridu huma jiem ta’ tħejjija biex niltaqgħu u nieħdu sehem flimkien fis-sagrifiċċju tal-quddiesa li matulha l-predikatur jgħinna nsiru nafu aktar dwar il-ħajja u l-virtujiet sbieħ tal-qaddisa patruna tagħna Sant’Elena.
Kun preżenti u l-valuri li bihom kienet imżejna Sant’Elena agħmilhom tiegħek illum int ukoll. Jipprietka Matul Dawn Il-jiem Rev. Patri Allister Aquilina OFM. (CONV.)
Optata lux sollemnibus fulget sacrata gaudiis: Adeste, gentes, Helenæ laudes canamus supplices.
Dal-jum mixtieq qed jiddi b’hena qaddisa mill-aqwa: Ejjew, o ġnus, lil Elena bit-talb u l-għana nfaħħru.
(L-ewwel strofa tal-Innu lil Sant’Elena miktub għat-Tridu tal-Qaddisa mis-Saċerdot Dun Ġużepp Zammit ‘Brighella’).
64
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
L-Erbgħa 14 ta’ Awwissu
L-Ewwel Jum tat-Tridu - Jum l-Għaqdiet fil-Parroċċa. Vġili ta’ Santa Marija. 6.00pm: Kant Solenni tal-Għasar mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan flimkien malpoplu mmexxi mill-Wisq Rev. Kan. Karm Busuttil. Tingħad il-Kurunella f’ġieh Sant’Elena Imperatriċi Awgusta. 6.30pm: Quddiesa Solenni Konventwali mmexxija mill-Wisq Rev. Kan. Karm Busuttil. Jitkanta l-Innu Optata Lux Solemnibus miktub minn Dun Ġużepp Zammit (Brighella) u l-Antifona tal-Qaddisa. Tingħata l-Barka Sagramentali mill-Wisq Rev. Kan. Onorarju Noel Borg.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
65
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu
It-Tieni Jum tat-Tridu - Jum il-Familji madwar Sant’Elena. Mistiedna l-koppji li qed jiċċelebraw l-10, 25, 40, 50 u 60 sena taż-Żwieġ tagħhom. Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna bir-Ruħ u l-Ġisem. 8.45am: Lawdi 9.15am: Quddiesa kantata 10.30am: Quddiesa. Mistiedna b’mod speċjali l-membri tal-Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu. Wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Sant’Elena. 6.00pm: Kant Solenni tal-Għasar mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan flimkien malpoplu mmexxi mill-Wisq Rev. Kan. Nicholas J. Doublet. Tingħad il-Kurunella f’ġieh Sant’Elena Imperatriċi Awgusta. 6.30pm: Quddiesa Solenni Konventwali mmexxija mill-Wisq Rev. Kan. Nicholas J. Doublet. Tingħata tifkira lill-koppji li qed jiċċelebraw dawn l-anniversarji. Jitkanta l-Innu Optata Lux Solemnibus u l-Antifona tal-Qaddisa. Tingħata l-Barka Sagramentali mill-Wisq Rev. Kan. Onorarju Michael Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Sant’Andrija, Ħal Luqa.
66
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu
It-Tielet Jum tat-Tridu - Jum il-Ħajja Saċerdotali u Reliġjuża. Mistiedna Saċerdoti u Reliġjużi, irġiel u nisa, minn Birkirkara jew li jaħdmu ġewwa Birkirkara. 6.00pm: Kant Solenni tal-Għasar mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan flimkien malpoplu mmexxi mill-Wisq Rev. Kan. Charles Gauci. Tingħad il-Kurunella f’ġieh Sant’Elena Imp. Awg. 6.30pm: Quddiesa Solenni Konventwali mmexxija mir-Rev. Patri Edwin Agius MSSP, f’għeluq il-50 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Waqt ilQuddiesa ssir il-professjoni tal-Fratelli fil-Fratellanzi tal-Kolleġġjata Elenjana. Fi tmiem il-Quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara fil-purċissjoni titulari. Jitkanta l-Innu Optata Lux Solemnibus u l-Antifona tal-Qaddisa. Tingħata l-Barka Sagramentali mill-Wisq Rev. Kan. Onorarju Charles Grech.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
67
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Is-Sibt 17 ta’ Awwissu Lejlet Il-Festa ta’ Sant’Elena Imperatriċi Awgusta
Manum Suam aperuit inopi, et palmas suas extendit ad pauperem, et panem otiosa non comedit.
Fetħet idha mal-fqir, meddet idejha lejn l-imsejken, u ħobż il-għażż ma kilitx.
(Antifona)
68
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
6.00am u 7.00am: Quddies 8.30am: Talb tal-Uffiċċju tal-Qari u tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan. 9:00am: Kant Solenni tal-Martiroloġju mill-Wisq Rev. Kan. Kantur Ġużeppi Micallef. 9.15am: Quddiesa Solenni mmexxija mill-Wisq Rev. Kan. Kantur Ġużeppi Micallef bil-kant tat-Te Deum.
Lejlet is-Solennità 5.00pm u 6.00pm: Quddies 6.45pm: Wasla tal-mistednin distinti. 6.50pm: Wasla fil-Kolleġġjata u Bażilika tar-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella. 7.00pm: Transulazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ Sant’Elena Imp. Awg. millKappella tas-S.smu Sagrament. Titkanta l-Antifona Manum Suam u jsegwi l-Ewwel Għasar Solenni Prepositali assistit mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan bissehem tas-Saċerdoti u Reliġjużi Karkariżi li jintemm bil-kant tas-Salve Regina. Issir ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-funzjoni jieħdu sehem il-Kavallieri tal-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm, il-membri tal-Fratellanzi u l-abbatini.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
69
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu Solennità ta’ Sant’Elena Imperatriċi Awgusta
Jum il-Festa Titulari
Mulej, ma tkabritx qalbi, anqas ma ntrefgħu għajnejja. Ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, Anqas wara ħwejjeġ ogħla minni. (mis-Salm Responsorjali ta’ Jum il-Festa)
70
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
6.00am u 7.00am: Quddies 7.45am: Lawdi Prepositali u reċita tal-Hora Media. 8.00am: Proċessjoni Solenni bl-istatwa artistika u maestuża ta’ Sant’Elena, kapolavur fl-injam ta’ Mastru Salvu Psaila fl-1837. Imexxi r-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella, akkumpanjat mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan, Kleru, Reliġjużi, Fratellanzi u abbatini. Takkumpanja b’innijiet u marċi proċessjonali l-Banda Duke of Connaught’s Own. 8.45am: Quddiesa kkonċelebrata mill-Kappillani tal-Parroċċi tal-Unità Pastorali u Retturi tal-Knejjes fl-Unità. Imexxi r-Rev. Patri Martin Schembri O.Carm, Kappillan tal-Parroċċa Madonna tal-Karmelu, Fleur de Lys. 10.30am: Dħul tal-Purċissjoni fil-Bażilika. Kant tal-Antifona u bews tar-Relikwija tal-Qaddisa. Immedjatament tibda l-Quddiesa Solenni Prepositali preseduta mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella flimkien mar-Rev.mu Kapitlu Elenjan u saċerdoti Karkariżi. Jinseġ il-Paniġierku R-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella
6.00pm: Quddiesa 7.00pm: It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mill-Ebdomodarju. 7.45pm: Ir-Rev.mu Kapitlu Elenjan joħroġ mill-Bażilika għad-Domus Curialis biex jakkumpanja lill-E.T. Rev.ma Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, sal-Kolleġġjata Bażilika fejn issir ir-Repożizzjoni tar-Relikwija ta’ Sant’Elena bilkant tal-Antifona. Fi tmiem issir ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
71
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
L-Orkestra u l-Kor, fil-jiem tat-Tridu, lejlet u nhar il-Festa jkunu taħt id-direzzjoni tas-Surmast Abraham D’Amato. L-Orkestra u l-Kor tal-Parroċċa, fil-jiem ta’ tħejjija, ikunu mmexxija mis-Surmast Clifford Cauchi. F’lejlet il-Festa, il-Bażilika tagħlaq fil-11.00pm filwaqt li nhar il-Festa tagħlaq fl-10.00pm.
72
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Programm tal-Marċi minn Baned mistiedna mill-Kumitat Festa Sant’Elena It-Tlieta 13 ta’ Awwissu 9.00pm: Il-Banda La Vittoria tal-Mellieħa, mistiedna mill-Kumitat tal-Festa, tagħmel marċ li jibda minn ħdejn Ġnien l-Istazzjon u jgħaddi minn toroq: Fleur-de-Lys, il-Wied, il-kbira sa Pjazza Sant’Elena, fejn takkumpanja wkoll it-tlugħ talistatwa tal-Glorja ta’ Sant’Elena fuq il-pedestall tagħha.
Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu Jum il-Festa
6.30pm: Il-Banda Sant’Antnin ta’ Birkirkara, mistiedna mill-Kumitat tal-Festa, tagħmel marċ minn Triq Dun Fillippu Borg għal toroq; l-Imsida, il-Kbira sa Pjazza Sant’Elena.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
73
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Highlights of the Programme
of the Solemn Festivities in Honour of St. Helena
Sunday 11th of August
Special Day for Children 9.15am: Children meet near Saint Paul’s Chapel in Valley Road for joyous celebration with the small statue of Saint Helena accompanied by young musicians from local bands. Together they march to the Basilica. 10.30am: Holy Mass celebrated by the Most Rev. Can. Charles Carmel Attard.
Monday 12th of August
6.30pm: Conventual Mass. 7.45pm: The processional statue of Saint Helena is taken out of its niche for the commencement of the annual festivities.
Tuesday 13th of August
10.00am: Holy Mass for the elderly, sick and persons with special needs.
Wednesday 14th of August
First Day of the Triduum dedicated to those involved in pastoral work and members of religious and social organisations 6.00pm: Solemn Vespers. 6.30pm: Solemn Conventual Mass with sermon on all Triduum days delivered by Rev. Fr. Allister Aquilina OFM. (CONV.).
Thursday 15th of August
Second day of the Triduum dedicated to families – Feast of the Assumption of Our Lady 6.00pm: Solemn Vespers. 6.30pm: Solemn Conventual Mass. 74
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Friday 16th of August
Third day of the Triduum dedicated to Priesthood and Consecrated Life 6.00pm: Solemn Vespers. 6.30pm: Solemn Conventual Mass followed by the conferment of the mandate to the bearers of the processional statue.
Saturday 17th of August
Eve of the feast day 8.30am: Recitation of Matins and Lauds. 9.00am: Solemn chant of the Martyrology. 9.15am: Solemn Mass and chant of the Te Deum. 5.00pm and 6.00pm: Celebration of Holy Mass. 7.00pm: Solemn Translation of the Relic of Saint Helena and chant of first Solemn Vespers followed by a Eucharistic Celebration. The Basilica closes at 11.00pm.
Sunday 18th of August
Feast day 6.00am, 7.00am, 8.45am: Celebration of Holy Mass. 7.45am: Chant of the Lauds and recitation of the Hora Media. 8.00am: Solemn procession with the artistic statue of Saint Helena led by the Most Reverend Provost Mgr Paul Carmel Vella and accompanied by the Most Reverend Helenian Chapter, clergy and confraternities. The Duke of Connaught’s Own Band participates during the procession. 10.30am: The procession returns to the Basilica and the celebrations of Solemn High Mass follows. The traditional sermon will be delivered by the Most Reverend Provost Mgr Paul Carmel Vella. 6.00pm: Holy Mass celebration. 7.00pm: Chant of Second Vespers. 7.45pm: The Most Reverend Helenian Chapter greets His Excellency Mgr Charles J. Scicluna, Archbishop of Malta, at the Domus Curialis and accompanies him to the Collegiate Church where Mgr Archbishop will conduct a Solemn Reposition of Saint’s Relic. Singing of the Antiphon and Eucharistic Celebration will follow. The Basilica closes at 10.00pm.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
75
Programm tal-Banda Duke of Connaught’s Own IL-Ħamis 1 Ta’ Awwissu
Jum Ta’ Ringrazzjament Lill-mulej 7.15pm: Quddiesa fil-Knisja ta’ Santu Rokku għall-membri u partitarji. Iqaddes id-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà, il-Kan. Jesmond Grech S.Th.L.
Is-Sibt 3 Ta’ Awwissu
Lejla Maltija Fi Triq Il-Kbira 7.00pm: Is-Soċjetà tagħna torganizza ikla f’tarf Triq il-Kbira (lejn in-naħa ta’ wara ta’ Birkirkara FC), bi spettaklu ta’ mużika u divertiment. Jieħdu sehem diversi kantanti żgħażagħ u oħrajn stabbiliti, kif ukoll tittella’ stand bissouvenirs tas-Soċjetà tagħna.
Il-Ħadd 11 Ta’ Awwissu
Jum It-Tfal 9.15am: Manifestazzjoni ferriħija għat-tfal bl-istatwa ż-żgħira ta’ Santa Liena akkumpanjata mill-bandisti żgħażagħ tas-soċjetajiet mużikali. Aktar dettalji f’paġna 60.
It-Tnejn 12 Ta’ Awwissu
Marċ Ta’ Ħruġ Min-Niċċa 8.00pm: L-ewwel Banda Karkariża tilqa’ lill-Patruna Santa Liena bid-daqq ta’ innijiet fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Wara l-ħruġ min-niċċa, nassistu għal spettaklu mħejji mill-Kumitat Żgħażagħ bil-ftuħ tal-opri tal-armar fost ilbriju u d-daqq ta’ marċi brijużi. Il-marċ jitkompla għal Toroq, Santu Rokku, Fleur-de-Lys, il-Wied sal-każin. Lejn tmiem il-marċ għall-ħabta tal-11.30pm nassistu għall-inawgurazzjoni ta’ sorpriża artistika ġdida.
It-Tlieta 13 Ta’ Awwissu
9.00pm: Marċ brijuż mis-Soċjetà Filarmonika La Vittoria tal-Mellieħa, mistiedna tal-Kumitat tal-Festa, bl-akkumpanjament tal-istatwa tal-Glorja ta’ Sant’Elena. Jibda minn ħdejn Ġnien l-Istazzjon, u jgħaddi minn toroq; Fleur-de-Lys, il-Wied, fejn il-Kumitat u l-bandisti ta’ din is-Soċjetà jkunu mistiedna fil-każin tas-Soċjetà tagħna. Jindaqq l-Innu Santa Liena ta’ Mro Raffaele Ricci u l-marċ jitkompla għal Toroq, il-Kbira, Santa Liena u jintemm fi Pjazza Sant’Elena. Hawn nassistu għat-tlugħ tal-istatwa tal-Glorja ta’ Sant’Elena fuq il-pedestall tagħha. Is-Soċjetà Filarmonika La Vittoria tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Ryan Mallia.
L-Erbgħa 14 Ta’ Awwissu L-Ewwel Jum Tat-Tridu
Red Festa Fever
8.00pm: Il-Kumitat Żgħażagħ fi ħdan din is-Soċjetà jtella’ party speċjali fil-każin f’atmosfera brijuża u festiva tal-partitarji numerużi tas-Soċjetà tagħna. 76
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Il-Ħamis 15 Ta’ Awwissu
L-Ikla Tal-Festa 8.00pm: Il-membri u l-partitarji tas-Soċjetà tagħna flimkien mal-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu għall-ikla tal-festa li sejra tittella’ fi Triq ilWied quddiem il-każin.
Il-Ġimgħa 16 Ta’ Awwissu -
It-Tielet U L-Aħħar Jum Tat-Tridu
Red Gathering – Festa Special
8.00pm: Il-Kumitat Żgħazagħ fi ħdan din is-Soċjetà jtella’ party speċjali fil-każin, bi thejjija għall-marċ tradizzjonali tat-Te Deum, bil-parteċipazzjoni tal-kantant Dominic Cini.
Is-Sibt 17 Ta’ Awwissu
IL-MARĊ TRADIZZJONALI TAT-“TE DEUM” 11.00am: Il-Banda popolari Duke of Connaught’s Own tagħmel il-marċ tradizzjonali tat-Te Deum li jibda minn fuq iz-zuntier tal-Bażilika Elenjana. Il-marċ ikompli minn dawn it-toroq: Santu Rokku, l-Imsida, il-Kbira, Brared, Anġlu Mallia, in-Naxxar sa Triq il-Wied, fejn il-marċ jintemm għall-ħabta tat3.00pm fost il-briju tal-partitarji numerużi tal-banda tagħna. Fi tmiem il-marċ nassistu għal spettaklu ta’ logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika. Il-briju jkompli bis-sehem ta’ DJ popolari Ryan Spiteri.
Il-Ħadd 18 Ta’ Awwissu
JUM IL-FESTA 8.00am: Il-Banda tagħna takkumpanja l-purċissjoni bl-istatwa maestuża talpatruna tagħna Santa Liena bid-daqq ta’ marċi proċessjonali uniċi flimkien ma’ innijiet. Aktar dettalji f’paġna 69. 7.00pm: Il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq tibda marċ minn ħdejn ir-Roxy Theatre, li jkompli għal Toroq Fleur-de-Lys, il-Wied, fejn il-Kumitat u l-bandisti ta’ din l-għaqda jkunu mistiedna fil-każin tas-Soċjetà tagħna. Il-marċ ikompli għal Triq il-Kbira sa Pjazza Sant’Elena, fejn il-Banda tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier. Il-Banda Queen Victoria tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alfred Farrugia.
Il-Banda Duke of Connaught’s Own tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Aurelio Belli A.T.C.L. Avviż lill-membri u partitarji sabiex ma nippruvawx inkissru l-festa tagħna bi kliem baxx u ħażin, u nappellaw biex ħadd ma jinża l-flokk waqt il-marċ. Il-Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjetà tagħna mhuwiex ser jidħol responsabbli għall-ebda mġieba ħażina. Il-Pulizija ħa jieħdu kull azzjoni ma’ kull min jikser il-liġi.
Il-President flimkien mal-Kumitat Ċentrali u s-sezzjonijiet kollha, Surmast, għalliema, bandisti u membri jixtiequ jawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd. SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
77
Programm tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena Il-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu
8.00pm ‘l quddiem: Majjalata organizzata mill-Kummissjoni Attivitajiet b’risq il-Festa ta’ Sant’Elena. Biljetti mill-każin.
Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu
11.00am: Quddiesa għall-membri u partitarji bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Sant’Elena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba. Iqaddes il-Kan. Charles Carmel Attard.
Il-Ħadd 11 Ta’ Awwissu
Festa għat-Tfal kollha 9.15am: It-tfal jinġabru ħdejn il-knisja filjali ta’ San Pawl fi Triq il-Wied għallmanifestazzjoni ferriħija bl-istatwa ż-żgħira ta’ Sant’Elena akkumpanjati millbandisti żgħażagħ tas-soċjetajiet mużikali. Aktar dettalji f’paġna 60. 11.00am ‘l quddiem: Green Party fil-każin għall-partitarji.
It-Tnejn 12 Ta’ Awwissu
Ħruġ min-niċċa tal-istatwa Titulari ta’ Sant’Elena 7.45pm: Ħruġ tal-istatwa ta’ Sant’Elena min-niċċa.
It-Tlieta 13 Ta’ Awwissu
Oratorju lil Sant’Elena Imperatriċi Awgusta 1919-2019 7.00pm: Fl-okkażżjoni tal-100 sena mit-twaqqif tal-Banda Sant’Elena ser jittella’ Oratorju lil Sant’Elena Imp. Awg. 1919-2019 fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena taht id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Vella. L-Oratorju huwa kompożizzjoni ta’ Mro Raymond Zammit fuq lirika ta’ Anthony Saliba. Kulħadd huwa mistieden. 9.00pm: Is-Soċjetà Filarmonika La Vittoria tal-Mellieħa ser tagħmel marċ mattoroq ta’ Birkirkara.
Il-Ġimgħa 16 Ta’ Awwissu
L-Aħħar Jum Tat-Tridu 8.30pm: Il-Banda mistiedna, is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tażŻurrieq tibda marċ madwar it-toroq ta’ Birkirkara. Il-marċ jibda minn Triq Għargħur (ħdejn il-Palma), u jgħaddi minn toroq Ħas-Sajjied, il-Kbira, Pjazza San Frangisk, Santa Liena sa Pjazza Sant’Elena. 10.00pm: Il-Banda Sant’Elena tibda marċ minn Triq Il-Kbira, (quddiem il-każin), Pjazza San Frangisk, Triq Sant’Elena, Pjazza Sant’Elena. Wara jitkompla l-marċ miż-żewġ baned flimkien minn Pjazza Sant’Elena, għal toroq; Santu Rokku, l-Imsida, il-Kbira sal-Kazin, fejn jintemm bi briju kbir u spettaklu ta’ logħob tan-nar minn fuq il-każin.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
79
Is-Sibt 17 Ta’ Awwissu
Lejliet il-Festa ta’ Sant’Elena 8.30pm: Il-Banda Sant’Elena tagħmel Programm Mużikali fuq il-planċier fi Pjazza Sant’Elena. Il-Banda ser tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Vella, fejn fl-istess programm jindaqq l-Inno di Gloria a Sant’Elena kompożizzjoni ta’ Mro. Kav. Ġużeppi Busuttil, bl-lirika tal-Kav. Ġuze’ Dimech Debono. IlProgramm ser ikun preżentat minn Christiana Xerri. 8.30pm: Il-Baned mistiedna, is-Soċ. Fil. Naz. La Valette tal-Belt Valletta u s-Soċjetà Mużikali San Girgor, Sliema, jibdew marċi rispettivi mat-toroq ta’ Birkirkara. Is-Soċ. Fil. Naz. La Valette tal-Belt Valletta tibda marċ minn Triq il-Vitorja, għal toroq; Karm Sammut, Laqxija, Pjazza Joseph Briffa, il-Kbira Ħas-Sajjied, Kostantinu, is-Salib Imqaddes, Bwieraq, Gianni Borg, L-Isqof Labini, Rigu, il-Kbira sa Pjazza Sant’Elena. Is-Soċjetà Mużikali San Girgor, Sliema tibda marċ minn Triq San Ġiljan, għal toroq; Santu Rokku, l-Imsida, il-Kbira sa Pjazza Sant’Elena. 10.00pm: Il-Banda Sant’Elena tibda marċ minn Triq il-Kbira (minn ħdejn l-istatwa ta’ Kostantinu) fejn tiltaqa’ maż-żewġ baned mistiedna u jitilgħu wara xulxin sa Pjazza Sant’Elena.
Il-Ħadd 18 Ta’ Awwissu Jum Liturġiku tal-Festa ta’ Sant’Elena 12.00pm: Il-Banda Sant’Elena tagħmel il-marċ ta’ wara l-Purċissjoni li jibda minn Pjazza San Franġisk, għal toroq; il-Kbira, Kostantinu, I. Saverio Mifsud, Gianni Borg, Isqof Labini, Rigu, il-Kbira sal-każin fejn jintemm bi briju kbir mill-partitarji Bagristi.
Il-Kumitat jawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd u jappella għal imġieba xierqa li tagħti ġieħ lill-Patruna tagħna Sant’Elena.
Ir-Reverendissimu Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleġġjata u Bażilika Santa Elena, il-Kunsill Pastorali u l-Komunità Parrokkjali jawguraw AD MULTOS ANNOS lill-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ELENA f’għeluq il-100 SENA mit-twaqqif tagħha fis-sena 1919.
80
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Programm tan-Nar li ser jinħaraq fil-Festa ta’ Sant’Elena Imp. Awg. 2019 Mit-12 sat-18 ta’ Awwissu 2019
It-Tnejn 12 ta’ Awwissu Ħruġ tal-vara min-niċċa
8.00am: Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm: Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 8.00pm: Mal-ħruġ tal-vara jinħaraq salut, kaxxa nfernali, murtaletti bil-logħob, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.
L-Erbgħa 14 ta’ Awwissu L-Ewwel Jum tat-Tridu
8.00am: Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm: Ħruq ta’ murtali u murtaletti.
Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu It-Tieni Jum tat-Tridu
8.00am: Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm: Ħruq ta’ murtali u murtaletti.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu L-aħħar Jum tat-Tridu
8.00am: Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm: Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 9.30pm: Ħruq ta’ salut, blalen, sfejjer, beraq pront, beraq ikkulurit, sajżijiet, murtali tal-kulur, xokkijiet u kaxxa nfernali tal-kulur.
Is-Sibt 17 ta’ Awwissu Lejliet il-Festa
10.00am - Te Deum: Ħruq ta’ murtali, kaxxa nfernali spanjola, murtali billogħob, sajżijiet u murtaletti. 11.45am: Ħruq ta’ murtali, sajżijiet u murtaletti. 7.00pm: Transulazzjoni Solenni tar-Relikwija - Ħruq ta’ salut, kaxxa nfernali, diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob, sajżijiet u murtaletti. 9.30pm: 18th August Magical Fire Esibizzjoni u xokkijiet ta’ nar tal-ajru bi ħruq ta’ salut, blalen, sfejjer, beraq pront, beraq ikkulurit, murtali bil-logħob, sajżijiet tal-kulur, murtali tal-kulur, xokkijiet u kaxxa nfernali spettakolari. SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
81
11:15pm: Ħruq ta’ nar tal-art fi Triq is-Santwarju (maġenb il-Bażilika) Spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkanizzat b’diversi rdieden ġodda maħduma mill-Karkariżi.
Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu
Jum il-Festa u Jum Liturġiku 8.00am: Ħrug tal-purċissjoni - Salut, kaxxa nfernali spanjola u diversi settijiet ta’ murtali bil-logħob. Sajżijiet u murtaletti jinħarqu bħala akkumpanjament waqt il-purċissjoni. Mad-dħul tinħaraq kaxxa nfernali b’diversi xokkijiet. Din is-sena, id-dilettanti tan-nar ser jidħlu fil-Bażilika eżatt mad-dħul talvara sabiex jippreżentaw bukketti tal-fjuri quddiem il-vara ta’ Sant’Elena bħala ringrazzjament li jkun għadda kollox b’ wiċċ il-ġid. 8.30pm - Repożizzjoni Solenni tar-Relikwija: Ħruq ta’ murtali, sajżijiet, murtaletti, blalen, sfejjer, sajżijiet tal-kulur, murtali tal-kulur u kaxxa nfernali tal-kulur.
82
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Is-Sindku ta’ Birkirkara, is-Sinjura Joanne Debono Grech, il-viċi Sindku, il-Kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill Lokali Birkirkara jawguraw il-festa t-tajba lill-Karkariżi u lir-residenti kollha.
Għall-okkażjoni tal-Festa ta’ Sant’Elena, Radju BKR ser ikun qiegħed ixandar b’mod dirett il-Quddiesa fit-tlett ijiem tat-Tridu, it-Transulazzjoni Solenni tar-Relikwija u l-Quddiesa tal-Festa l-Ħadd filgħodu. Iktar informazzjoni f’paġni minn 62 sa 69.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
83
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Ħidmet l-Għaqda tal-Armar Għaqda Armar Sant’Elena • Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella - President • Christopher Sciberras - Direttur • Ivan Saliba - Assistent Direttur • Noel Calleja - Assistent Direttur • Alan Borg - Segretarju • Stephen Mallia - Kaxxier • Massimo Borg - PRO Fost l-inizjattivi li ttieħdu mill-Għaqda matul din is-sena, reġgħet ittellgħet il-wirja fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Imqaddsa bit-tema Salib il-Fidwa. Nhar is-27 ta’ April ġiet organizzata ikla flimkien fis-sala taċ-Ċentru Pastorali, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santu Kruċ, b’risq l-armar tal-festa. Għall-istess għan fid-19 ta’ Mejju saret carwash fuq l-inizjattiva talistess membri. Wara l-festa 2018 tkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni u żebgħa mill-ġdid ta’ għadd ta’ antarjoli. Tlestew l-erba’ labardi b’disinn tas-Sur Andreas Muscat. Qed titkompla l-parti skultorja talpedistalli ta’ Triq il-Kbira b’disinn tasSur Joseph Micallef. Sar arblu ġdid għal fuq il-binja tal-maħżen l-antik kif ukoll opramorta ġdida. 84
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Tkomplew il-bandalori fuq disinn tal-artist is-Sur Manuel Grech minn Għawdex, li qed jintramaw ħdejn il-Kappella ta’ Santa Katarina u Sant’Antnin. Il-ħjata tagħhom qed issir mis-Sinjura Clivia Sant. Saret ħidma biex isir logo ġdid tal-Għaqda Armar Sant’Elena. Għal li ġej intgħażel disinn ġdid għal sett ta’ sittax-il labarda għal Pjazza Sant’Elena liema disinn sar mill-artist Manuel Grech. Dan kollu u ħafna xogħol ieħor li forsi ma jidhirx isir minn għadd ta’ membri voluntiera fi ħdan l-għaqda. Xogħol ieħor ta’ rutina jsir mill-membri ħabrieka matul is-sena, mhux biss fl-imħażen iżda wkoll fil-Bażilika, fl-armar tal-vari proċessjonali, fosthom tal-vara titulari ta’ Sant’Elena, it-tribuna tal-altar tarRepożizzjoni, l-armar tal-linef għall-festi tal-Milied u għall-ġranet tal-festa titulari. Kull min interessat jingħaqad magħna jista’ javviċina lill-Prepostu Arċipriet jew membru tal-Kumitat tal-Għaqda Armar Sant’Elena.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
85
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Triq il-Kbira magħrufa bħala s-Suq tar-Raħal armata għall-festa titulari ta' żminijiet imgħoddija.
86
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Casa Antonia
NURSING & RESIDENTIAL HOME
ACTIVITIES FOR A FUN, FRIENDLY AND HEALTHY LIFESTYLE
C
asa Antonia is an exclusive, private and professionally managed Nursing and Residential home in Balzan, offering long term care, short stay convalescence and respite care. At Casa Antonia, we strongly believe in providing residents with stimulating activities and a well thought activity program designed to focus on the health of residents’ body, mind and spirit. Activities here are not just about bingo or watching television, but they also include, social activities, stimulating and creative craft sessions and physical activities to provide entertainment, promote manual dexterity and give our residents that sense of accomplishment and purpose that can be very beneficial to their state of mind. These activities not only contribute to a healthy lifestyle, but most importantly lead to enriching friendships and true happiness.
For more information call (+356) 2149 6277 or email to info@casa-antonia.com.mt
www.casa-antonia.com.mt
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
L-Istatwa Allegorika ta’ Malta Kattolika fil-festa ta’ Santa Liena Victor Caruana B.A. (Hons), MA Storja tal-Arti It-tieni nofs tas-seklu dsatax kien perjodu importanti fl-istorja taliskultura figurattiva sagra f’Malta. Dan peress li fl-1870, permezz ta’ xbieha li kienet tirrappreżenta lil Ġuditta, nibtet fergħa oħra flimsemmija linja artistika. Fil-fatt din l-istatwa, maħduma fil-kartapesta mill-istatwarju Gerolamo Darmanin għall-festa ta’ Marija Bambina fl-Isla, kienet l-ewwel immaġni fil-gżejjer Maltin li nafu biha li nħadmet apposta sabiex isservi ta’ dekorazzjoni esterna matul il-jiem ta’ festa. Warajha segwew bosta xbihat oħra fil-kartapesta li nħadmu mill-aqwa esponenti Maltin li ħadmu f’dan il-materjal għal kważi kull raħal u belt.1 Il-popolarita’ ta’ dawn ix-xbihat mhux biss wassal sabiex jinħoloq mod sistematiku ta’ kif u fejn għandhom jintramaw dawn l-istatwi fit-toroq u l-pjazez tal-lokalitajiet rispettivi, iżda wkoll bdew ivarjaw is-suġġetti murija.2 Fost il-bosta xbihat li ssawwru naraw għalhekk profeti, appostli, Papiet, anġli, puttini, personaġġi storiċi, personaġġi b’rabta mal-parroċċa jew lokalita’ partikolari, episodji millħajja tal-patrun/a u anke allegoriji. Il-ħidma tal-istatwi fil-kartapesta għat-tiżjin fit-toroq u l-pjazez Maltin għadu għaddej anke filpreżent.
1
Naraw kif per eżempju, f’festi tal-Madonna fil-pjazza ewlenija jintrama’ l-appostolat jew figuri Bibliċi tat-Testment il-Qadim, filwaqt li fuq iz-zuntier jitpoġġew xbihat ta’ Sant’ Anna u San Ġwakkin. F’festi ta’ qaddisin, fuq iz-zuntier jintramaw xi episodji mill-ħajja tal-qaddis/a jew xi
2
88
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Malta Kattolika fil-festa ta’ Santa Liena Waħda mill-aktar allegoriji popolari li naraw armati fil-festi Maltin hija dik li tirrappreżenta lil Malta. It-terminu ‘allegorija’ jirreferi għall-personifikazzjoni ta’ kunċetti li mhumiex tanġibbli bħal m’huma l-virtujiet u l-vizzji, jew simboliżmu figurattiv ta’ xi pajjiż. Din ir-rappreżentazzjoni nsibuha kważi f’kull festa, inkluż f’Birkirkara għall-festa ta’ Santa Liena. Ix-xbieha ta’ Malta tintrama’ fi Triq is-Santwarju, maġenb il-Bażilika u saret mill-istatwarju u xenografu Slimiż Vincenzo Maria Cremona (1851-1912).3 Fiha naraw il-figura ta’ mara gwerriera liebsa korazza pettorali fuq libsa bajdanija li toħroġ minn taħt din l-armatura u tasal sa nofs il-qasba ta’ sieqha filwaqt li l-kmiem jgħattu parti minn idejha. Fuq rasha għandha elmu bi tlett pjumi - tnejn ħomor u waħda bajda fin-nofs - li jfakkru fil-kuluri tal-bandiera Maltija filwaqt li xagħar twil skur joħroġ minn taħt dan l-elmu u jserraħ fuq spallitha. L-ilwien bojod u ħomor narawhom jiddominaw ukoll l-ilbies talpersonaġġ, tant li jikkumplimenta l-bjuda tal-libsa naraw mant ħamrani li jaqa’ minn wara dahar il-personaġġ allegoriku u jibqa’ nieżel sa taħt saqajn il-mara gwerriera għal fuq il-blat goff li hemm taħtha - allużjoni tal-Golgota li fuqha nstab is-Salib minn Santa Liena. Idha l-leminija qed iżżomm xabla u hija mgħollija ‘l fuq f’poża trijonfanti filwaqt li d-driegħ tax-xellug hija aktar baxxa iżda ħierġa ‘l barra minħabba li magħha għandha mwaħħla tarka ta’ għamla rettangolari li żżid il-karatteristika ta’ gwerriera f’dan il-personaġġ. Il-mara tidher li qed teżalta s-salib li hemm maġenbha u li Cremona sawwru bħalikieku kien magħmul minn zkuk ħoxnin. Ħdejn din il-figura hemm ukoll kuruna u xettru rjali li huma mpoġġija fuq mant aħmar bil-qelba magħmula minn pelliċċa tal-ermellin li huma s-simboli marbuta mal-patruna tal-Karkariżi.
Il-Karatteristiċi ta’ Cremona fix-Xbieha Il-poża li ġiet murija fiha din l-allegorija hija kważi kopja tal-figuri ta’ Malta li Cremona ħadem għall-festi ta’ Marija Bambina fin-Naxxar (1896) u San Ġużepp fir-Rabat (1899).4 Għaldaqstant, f’din il-verżjoni Karkariża naraw allegoriji. Fit-triq prinċipali tar-raħal imbagħad jitqegħdu xi anġli bis-simboli u bil-brazzi f’idhom filwaqt li xi puttini jintramaw mal-knisja jew fi triq dejqa. Pjazez oħra mbagħad jintramaw b’figuri storiċi jew b’rabta mal-parroċċa u l-lokal. Sfortunatament id-data ta’ meta saret għadha mhijiex maghrufa għalkemm x’aktarx din inħadmet lejn l-aħħar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin.
3
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
89
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
figura pjuttost movimentata fejn l-id mgħollija tiġi bbilanċjata bl-id li magħha hemm it-tarka. Din l-id il-leminija qed tenfażizza l-vertikalita’ tal-figura li hija pjuttost imxekkla mill-qagħda mgħawwġa tal-personaġġ. L-id ix-xellugija, li toħroġ ‘l barra lejn l-ispettatur b’mod orizzontali u frontali tkompli tibbilanċja l-ġest u l-moviment tal-figura kollha. Il-piż tal-mara gwerriera qed iserraħ fuq sieqha l-leminija mentri l-oħra tinsab mitfuha xi ftit lura u toħloq linja djagonali li tkompli tagħti ħjiel ta’ moviment fil-kompożizzjoni. L-istravaganza li Vincenzo Maria Cremona kien ifittex narawha wkoll fix-xagħar twil tal-figura li jinżel minn fuq spallitha tax-xellug u jistrieħ fuq il-korazza. Dan il-mod kif l-istatwarju poġġa ix-xagħar skur fuq l-armatura joħloq linja vertikali u parallela ma’ dik magħmula mill-id il-leminija. Il-panneġġi tal-ilbies huwa tipiku tal-artist, fejn wieħed ma jistax jgħid li huwa mmudellat b’mod naturali u pulit iżda huwa mqiegħed spontanjament li madanakollu xorta jikkumplimenta s-sens ta’ drama fil-figura. Wieħed ma jistax ma jirrimarkax ukoll kif Cremona – minkejja n-nuqqas ta’ attenzjoni sabiex joħloq panneġġi u pjiegi realistiċi – qagħad attent sabiex juri l-anatomija tas-saqajn taħt il-libsa bajdanija. M’hemm l-ebda dubju li x-xogħol statwarju ta’ Cremona ġie nfluwenzat mhux ftit mix-xogħol l-ieħor li kellu bħala xenografu tat-Teatru Rjal. F’dan il-qasam, xogħlu kien li joħloq ix-xeni li kienu jservu bħala sfond għall-opri u xogħol teatrali ieħor li kien jittella’ fit-teatru msemmi. Probabilment, huwa kien jaħdem ukoll xi strutturi oħra li kien ikun hemm bżonn f’xi xeni partikolari, bħal ngħidu aħna, siġar, blat, biċċiet ta’ arkitettura falza, eċċ. Il-familjarita’ tiegħu mat-teatru wasslitu sabiex fir-rappreżentazzjonijiet tiegħu fl-istatwi tal-kartapesta li kien jaħdem b’mod partikolari għall-armar ta’ barra, huwa kien joħloq bħal xeni statiċi fejn kull figura tkun qisha attur jew attriċi f’xi opra kemm fil-ġesti tagħha u anke fil-pożizzjoni tagħha fil-kompożizzjoni. Eżempju ċar ta’ dan narawh fix-xbihat tal-Qtugħ ir-Ras ta’ Santa Katarina fil-festa ta’ din il-qaddisa fiż-Żejtun (1895) u Santa Katarina u l-Miraklu tar-Rota li tintrama’ għall-festa titulari taż-Żurrieq (1899). Apparti dan, huwa kien anke kreattiv flilbies li kien juża fil-figuri tiegħu – ilbies li x’aktarx kien jiġi ispirat mill-kostumi li Cremona kien jara fit-teatru. Minħabba f’hekk, qfieli doppji mal-qadd u qsim fil-kmiem ta’ xi lbiesi, fost affarijiet oħra, huma pjuttost komuni fl-istatwi ta’ dan l-artist.
Apparti dawn iż-żewġ xbihat, Cremona ħadem ukoll Malta għall-festa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra Għawdex. Nafu wkoll li huwa ħadem allegoriji oħra tal-istess suġġett li llum m’għadhomx jeżistu. Waħda minn dawn kienet għaċ-Circolo Ceschi f’Tas Sliema għall-festa ta’ San Ġwann Battista u saret fl-1888 (Winston L. Zammit, Malta 2000, p.156). Statwa oħra kienet destinata għall-festa ta’ San Pawl tal-Belt u kienet saret fl-1896 (Malta Tagħna, 8 ta’ Frar 1896, p.3). Din ix-xbieha kienet ġiet mibdula ma’ kopja tagħha stess maħduma mill-istatwarju Alfred
4
90
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Huwa kien iħobb ukoll jinkludi xi oġġetti li jakkumpanjaw kompożizzjoni b’personaġġ waħdieni, fejn imbagħad kien ikollu juża l-blat sabiex ikabbar l-ispazju ta’ fejn ikunu ser iserrħu dawn il-figuri. Riżultat t’hekk, il-blat kien joħroġ ‘l barra aktar mill-pedata tal-vara u kważi kważi anke mill-parti ta’ fuq tal-pedestall. L-istatwa ta’ Santa Katarina li tintrama f’Misraħ ir-Repubblika fiżŻurrieq u l-istatwa ta’ Malta li qed nitkellmu fuqha f’dan l-artiklu huma tnejn fost dawn it-tip ta’ rappreżentazzjonijiet. Każ uniku marbut mal-fantasija u s-sens narrativ fix-xbihat ta’ Vincenzo Maria Cremona kien preżenti fil-festa ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Balzan, fejn għall-istatwa ta’ Ġuditta l-istatwarju Slimiż ħareġ bl-idea ta’ pedestall li kellu d-dehra ta’ struttura tal-ġebel qisu xi torri, bil-ġisem bla ras tal-ġeneral Oloferne mperreċ fit-tarf tiegħu.
L-Interpretazzjoni Oriġinali ta’ Cremona Fl-isfond ta’ dan kollu, nistgħu issa nħarsu lejn Malta li tintrama’ fil-festa ta’ Santa Liena bħala frott l-istil eżuberanti ta’ Vincenzo Maria Cremona. L-idea li fil-festi tiġi ntrodotta l-figura allegorika ta’ Malta x’aktarx oriġinat mill-Isla fejn il-festa ta’ Marija Bambina għandha konnessjonijiet kbar mar-Rebħ tal-Assedju l-Kbir tal-1565. Għaldaqstant, kien aktar minn xieraq li f’din il-festa partikolari tintrama’ rappreżentazzjoni ta’ Malta bħala r-rebbieħa fuq l-għadu Ottoman – rebħa li ddefendiet ir-reliġjon Kattolika f’Malta u anke fil-Mediterran u l-Ewropa. Din ix-xbieha kienet inħadmet minn Carlo Darmanin u statwi simili, kif ukoll kopji, tagħha baqgħu jiġu kkummissjonati u armati fil-festi tagħna anke sal-lum-il-ġurnata. Interpretazzjoni ta’ Malta Rebbieħa kienet diġa teżisti fil-pajjiż. Din kienet il-pittura ta’ Mattia Preti li għadna naraw fl-apside ta’ fuq il-bieb maġġur tal-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann. Wieħed faċli jinduna li l-ikonografija fl-istatwa ta’ Darmanin issegwi dik Pretiana, kif jidher fl-ilbies talfigura, l-użu tal-bandiera f’id ix-xellugija (għalkemm din tbiddlet minn waħda tar-reliġjon għal dik Maltija) u anke l-użu tax-xabla fl-id il-leminija. Nistgħu ngħidu li Carlo Darmanin nterpreta x-xbieha ta’ Preti fl-istil Purista li kien in voga matul is-seklu dsatax. Vincenzo Maria Cremona, iżda, reġa’ interpreta’ dan is-suġġett fl-istil pseudo-Barokk li hu tant kien rinomat għalih. Innovazzjoni li ħarġet minn idejn dan l-istatwarju u li hija karatteristika talallegoriji ta’ Malta li ħadem hija li hu kien jinkludi fil-kompożizzjoni xi simboli
Camilleri Cauchi fl-1998. Malta oħra li m’għadiex teżisti hija dik li Vincenzo Maria Cremona ħadem għall-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun fl-1901 (Malta Tagħna, 3 t’Awwissu 1901). Malta li ħadem għall-Belt Valletta, kif turi l-vara preżenti ta’ Alfred Camilleri Cauchi, kienet turi figura femminili mingħajr il-korazza tgħannaq is-salib – simbolu tal-fidi li ġab San Pawl – u bil-fjamma tan-nar u l-lifgħa ħierġa minnu mpoġġija fuq blata maġenbhom. Dik tal-Ħamrun
5
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
91
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
relatati mal-qaddis patrun tar-raħal jew belt partikolari. Għalih ma kienx biżżejjed li juri lil Malta rebbieħa f’poża dinjituża u bl-attributi soliti tagħha tal-bandiera, x-xabla, korazza u elmu bil-pjumi kif kien jinterpretaha Carlo Darmanin. Il-Malta ta’ Cremona hija waħda trijonfanti, bl-id mgħollija ‘l fuq u s-saqajn ftit imbegħdin minn xulxin sabiex tibbilanċja ġisimha fuqhom. Din Malta glorjuża fit-trijonf tar-rebħa tagħha tagħti qima lir-reliġjon Nisranija li hi tħaddan u hekk kif murija fil-kwalitajiet insara tal-qaddis/a li jkun qed jiġi ċċelebrat fil-festa tiegħu/tagħha. Huwa għalhekk li aktar xieraq li insejjħu dawn il-figuri ta’ Cremona bħala ‘Malta Kattolika’ milli biss ‘Malta Rebbieħa’ kif jirrappreżentaha Carlo Darmanin. Huwa għalhekk li f’Birkirkara, Cremona wera lil Malta teżulta s-salib imqaddes u bil-kuruna, xettru u l-mant irjali roqgħa blat taħtu. Huwa għalhekk li għanNaxxar, huwa juri lil Malta tqim lil Marija Bambina, wieqfa fuq globu u roqgħa sħab u bi glorja ta’ raġġi warajha.5 Dan il-mod ta’ kif Cremona interpreta’ lil Malta Nisranija u Rebbieħa mhux biss offrielu interpretazzjoni oriġinali ta’ din it-tema iżda ppermettielu wkoll li juża kompożizzjonijiet kbar u għalhekk seta’ jkun aktar narrativ, drammatiku u movimentat.
Konklużjoni Il-festa ta’ Santa Liena f’Birkirkara għandha fiha bosta statwi artistiċi li jintramaw fit-toroq u l-pjazzez tal-parroċċa. Minħabba l-istil tiegħu fil-kuntest tat-tieni nofs tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin, l-allegorija ta’ Malta Kattolika li Vincenzo Maria Cremona ħadem għall-festa Elenjana hija waħda mill-aktar interessanti. Hija mhux biss xhieda tal-istil, tal-karatteristiċi u taddrama li hu kien iħaddan iżda wkoll waħda mill-ftit eżempji li jeżistu fejn l-interpretazzjoni oriġinali tiegħu tas-suġġett huwa mill-aktar evidenti. Kien għalhekk pass għaqli li xi snin ilu din l-istatwa kienet ġiet rinnovata u ingħataw lura l-ilwien li naraw ukoll fl-allegoriji simili tal-istess statwarju f’festi oħra u b’hekk id-dehra ta’ din ir-rappreżentazzjoni resqet aktar lejn dik oriġinali. Hija ħasra pero’ li aktar qabel, il-pjanċa mal-pedata tal-istatwa bilfirma tal-artist u possibbilment id-data ta’ meta saret kienet ġiet maqlugħa jew mgħottija b’ħafna saffi ta’ żebgħa u li allura qed iżżomm milli tkun magħrufa d-data eżatta ta’ meta ssawwret l-istatwa.
għall-festa ta’ San Gejtanu, skont id-deskrizzjoni li nsibu fil-ġurnal Malta Tagħna tat-3 t’Awwissu 1901, kellha jdejha mgħollija u żżomm salib li kien jirrappreżenta t-twemmin Kattoliku li kien jiddefendi l-qaddis ta’ dan il-lokal u bi dragun taħtha minfud bil-lasta tal-bandiera Maltija li l-figura allegorika kienet qed iżżomm fl-id l-oħra, simbolu tat-tagħlim ta’ Luteru.
92
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Grupp Ġbir ta’ Fondi - Sena Ħidma • Dione Buhagiar - Koordinatur
• Josef Grech
• Nathalie Buhagiar - Koordinatriċi
• Kieran Attard
• Dione Grech
• Loredana Calleja
• Eileen Micallef
• Mariah Calleja
• Emma Grech
• Rodney Buhagiar
• Fredu Agius
• Silvio Agius
• Josephine Agius Dan il-grupp jaħdem qagħtih tul is-sena kollha. Ta’ kull xahar jorganizza attivitajiet soċjali, b’mod speċjali ikliet organizzati fis-sala taċ-Ċentru Pastorali, kif ukoll matul il-jiem sajfin anke fil-ġnien wara l-Bażilika. Ikla kbira fi Pjazza Sant’Elena tiġi organizzata fil-ġimgħa ta’ qabel il-festa. Filwaqt li dawn l-attivitajiet iservu biex bħala komunità niltaqgħu aktar flimkien, iservu wkoll bħala mezz ta’ introjtu biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa li tixraq lillPatruna tagħna u lil Birkirkara. Inħeġġu wkoll biex int, li qed taqra u qatt ma attendejt, flimkien ma’ oħrajn matul is-sena tattendi għal attivitajiet bħal dawn. Grazzi lill-helpers kollha u lil dawk kollha li jiltaqgħu flimkien matul is-sena b’risq il-ġbir tal-fondi għall-festa tagħna.
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
93
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Rendikont Festa Sant’Elena 2018 Dħul
€
Ħruġ
€
Ġbir mill-Bażilika u mill-kappelli
12720
Ħlas ta’ Baned
4432
Fundraising
13340
Kontribuzzjoni insurance tan-Nar
500
Ġabra ħruġ min-niċċa
1725
Kontribuzzjoni Għaqda Armar
1000
Ġabra nhar il-festa
1245
Kontribuzzjoni Fratellanzi
200
Donazzjonijiet quddiem il-vara/Suq/gabbani
415
Kampanisti
350
2440
Mixgħela tal-koppla
400
Donazzjonijiet ktieb programm
690
Mixgħela tat-toroq
4780
Donazzjonijiet diversi persuni
775
Xiri ta’ bozoz tal-linef tal-Bażilika
420.55
900
Xiri ta’ bozoz festun
114.75
Kontribuzzjoni siġġijiet Banda Duke of Connaught’s Own
150
Kiri ta’ siġġijiet għall-Pjazza
400
Orkestra Tridijiet u Festa
5100
Donazzjoni reffiegħa
500
Servizz Liturġiku
600
Returns birra u soft drinks
1030
Drittijiet mużika Mro Ġ. Camilleri
120
Reklami ktieb programm
2560
Jum it-Tfal
218
Total
38490
Jum l-Anzjani
66.31
Catering (ikel), baned, purċissjoni,
1880
Drinks - baned, purċissjoni, helpers
3455
Inbid
478
Fjuri Funerali
150
Stampar
4543
Apprezzament Dar Pirotta, Dar tal-Kleru, Għassa tal-Pulizija
75
Riċeviment helpers
670
Ħarġa għat-tfal tal-maħżen
110.70
Security services
566.40
Posta u stationery
165.55
Tazzi disposable
109.15
Diesel
50
x4 imwejjed foldable
230
Bsaten ġodda għall-vara ż-żgħira
50
Total
31644
Ġbir envelopes f’Ġunju
Kontribuzzjoni elettriku Banda Sant’Elena
€ Bilanċ Festa 2018
94
6846
SANT’ELENA - Nagħmlu Festa Flimkien
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Din it-taqsima ġentilment sponsorjata wkoll minn;
Marcio Ghigo - Artist
Birkirkara, 99249681, marcioghigo@gmail.com - Find us on Facebook
Migmar
254, Triq F.S. Caruana, Birkirkara - 27826206, Find us on Facebook
Nazju tal-Ġwież - Pet Shop 119, Triq il-Kbira, Birkirkara - 79595313
Pierre Ciappara - Antique Furniture Restoration & Carpentry 79317460 - ciapparapierre@gmail.com Pierre Conti - Tapizzar
5, Bella Garage, Triq Karm Sammut - 79058010
R. Grech & Son Ltd. - Importers & Distributors
64B, Triq Mannarino, Birkirkara - 21442026, www.rgrechandson.com
Sammut Marble Works
Monuments, staircases, kitchen tops & more 79449219 - sammutmarblemax@gmail.com
96
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Induratura tal-Vara ta’ Santa Liena - 1919 Philip Xuereb Din is-sena jaħbat għeluq il-mitt sena minn meta l-vara proċessjonali ta’ Santa Liena, li kienet saret fl-1837 mill-iskultur Salvu Psaila fuq kummissjoni tal-patrijott Karkariż Vincenzo Borg Brared, kienet reġgħet ġiet indurata mill-ġdid. Allura dan kien wara xi tmenin sena li kienet saret u kienet tintuża regolarment, għallanqas fil-purċissjoni tal-festa titulari. Dik is-sena, 1919, il-vara titulari kienet ittieħdet il-Belt Valletta, fejn kienet ġiet indurata mill-Induratur Francesco Coleiro ta’ Triq Kristofru. F’din l-okkażjoni l-istatwa kienet saritilha wkoll kuruna magħluqa tal-fidda, miġbura minn fost il-poplu u maħduma mill-arġentier Emmanuele Farrugia tal-Furjana. Il-vara titulari ttieħdet lura Birkirkara fl-10 ta’ Awwissu 1919, u mill-wesgħa ta’ ħdejn l-istazzjon tal-ferrovija sal-knisja Kolleġġjata, kienet twasslet blakkumpanjament taż-żewġ baned Karkariżi, Duke of Connaught’s Own (1865) u Sant’Elena (1919), li allura kienet għadha kemm twaqqfet. F’din l-okkażjoni wkoll kienet saret l-induratura sħiħa tal-pedistall, li jidher li qabel ma kienx fis-sura li narawh illum. Dan għaliex kienu saru xi tibdiliet fiddisinn tiegħu. It-tibdil sar fuq disinn ta’ Giovanni Galdes, l-istess wieħed li kien għamel id-disinn tat-tużell tal-festa, li kien iżżanżan daqs għoxrin sena qabel, jiġifieri fl-1898. Dan it-tibdil fl-ornamentazzjoni tal-pedistall tal-vara jidher sew meta wieħed iqabbel kif inhu llum, ma’ ritratti tal-vara ta’ Santa Liena li kienu ttieħdu lejn l-aħħar tas-seklu ta’ qabel, is-seklu dsatax, u l-bidu tas-seklu għoxrin. Irid jingħad li ż-żminijiet li fihom kien qed isir dan ix-xogħol ta’ abbelliement talMADWARNA - Storja u Kultura
97
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
istatwa ta’ Santa Elena kienu żminijiet iebsin u mqanqlin. Kienet għadha kif tispiċċa l-Ewwel Gwerra l-Kbira (1914-1918), li għalkemm fiha Malta ma ratx azzjoni diretta, anzi l-gwerra kienet qanqlet ix-xogħol lokalment mas-Servizzi Ingliżi, madankollu kien hawn ħafna nuqqasijiet ta’ oġġetti meħtieġa għall-ħajja, kwalità inferjuri ta’ xi oġġetti talikel li kien jirnexxilhom jiġu impurtati u għoli tal-ħajja. It-tmiem tal-gwerra madankollu ġab ħafna sensji minn mas-servizzi u l-qgħad kien kiber ħafna. Din is-sitwazzjoni wasslet għal tbatijiet fost ilpopolazzjoni u skuntentizza f’bosta oqsma tassoċjetà Maltija u dan f’bosta livelli. Issa li kienet għaddiet il-gwerra, li minħabba fiha kienu twaqqfu l-ħidmiet politiċi lokali, kienet reġgħet bdiet is-sejħa għall-awto-determinazzjoni politika, jew xi grad tagħha, kemm mill-partiti politiċi li kien hemm dak iż-żmien kif ukoll għaqdiet u individwi oħra li kellhom interess fil-pajjiż, li dak iż-żmien kien għadu kolonja fl-imperu Britanniku. U dan it-tqanqil kien wassal għal dawk li baqgħu magħrufin bħala l-Irvellijiet tas-Sette Giugno 1919. Fost tibdil ieħor li kien sar dik il-ħabta, kienet saret il-bordura indurata li naraw illum madwar il-bażi tal-vara nnifisha fuq l-istess pedistall. Qabel hawn kienet tintrama girlanda tal-ganutell jew simili biex 98
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
jitgħatta l-istess bażi. Jidher minn ritratti differenti, li maż-żmien kien hemm għallanqas tnejn minn dawn il-girlandi, li kienu differenti sew minn xulxin. Meta kienet saret il-kuruna tal-fidda tal-1919, l-istess li l-vara jkollha meta tkun fin-niċċa llum, dilkuruna ingħatat sura differenti minn dik li kellha qabel. Dik kienet kuruna miftuħa, qisha bil-pizzi u xi ħaġar prezzjuż maċ-ċirku tagħha. Issa kienet saret kuruna magħluqa li allura kienet ogħla mill-antika. Kien forsi għalhekk ukoll li tneħħiet id-dijadema forma ta’ ċirku, li l-istatwa kellha ma’ rasha sa dak iż-żmien.
Il-kuruna tal-fidda li nħadmet għall-vara titulari mill-arġentier Emmanuele Farrugia tal-Furjana, mitt sena ilu fl-1919.
MADWARNA - Storja u Kultura
99
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
WWW.AJELECTRIC.COM.MT T:(+356)21494594 100
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Pellegrinaġġ tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla - Għeluq il-75 sena Andrè Azzopardi Segretarju, Soċjetà Dun Filippu Borgia Bejn Settembru tal-1939 u Ġunju tas-sena ta’ wara, il-gżejjer bdew jitħejjew għal dak li seta’ jinqala’ fost il-biża’ li l-gwerra li kienet ġa bdiet lil hinn minn xtutna setgħet tersaq iktar qrib pajjiżna. Matul dan il-perjodu, l-awtoritajiet ħadu ħsieb il-ħażna tal-provisti filwaqt li xi nies bdew jiġu mħarrġa għad-difiża ċivili. Kien hemm il-biża’ li jiġi wżat il-gass velenuż u għalhekk kulħadd ingħata u kellu jitgħallem kif jilbes il-maskri tal-gass. B’xorti tajba dan ma ntuża qatt fl-attakki li seħħew fuq Malta u Għawdex. Biex il-Maltin setgħu jiddefendu ruħhom aħjar mill-attakki tal-għadu u lqugħ mill-ħerba li tħalli warajha l-gwerra, huma bdew iħaffru xelters fil-blat u fis-swar, kif ukoll beda jsir użu mill-kantini tad-djar. F’dawn l-imkejjen fil-qalba tal-art, il-Maltin qattgħu l-agħar sigħat tal-istorja b’qalbhom imtertqa iżda ta’ spiss imħeġġa mit-talb li kien isir kontinwament fihom. Dak li kienu qed jistennew ħafna filfatt seħħ nhar il-11 ta’ Ġunju tal-1940 meta f’ġurnata mill-aktar Sajfija beda l-bombardament mill-ajru li ħalla bosta pajżana vittmi. L-uniku difiża ta’ Malta matul dan il-perjodu kienu tliet ajruplani tal-marka Gladiator li ddefendew il-gżejjer mill-għadu flimkien ma’ bosta tiri li s-suldati Ingliżi mgħejjuna mill-Maltin kienu jisparaw fuq l-ajruplani tal-għadu mill-anti aircraft guns li kienu jinsabu f’Kordin, Ricasoli, Sant’Iermu u Tignè. M’hemm l-ebda dubju li l-gwerra ħarbtet il-ħajja soċjali u ekonomika talgżejjer tagħna. Kien hawn ħafna Maltin li batew il-ġuħ minħabba nuqqas ta’ ikel u riżorsi neċessarji oħra. Ma jistax jonqos li l-Kottonera u l-inħawi ta’ madwar il-Port il-Kbir kienu l-iżjed żoni milquta għax kienu fil-mira diretta talgħadu. Minħabba f’hekk bosta minn dawk li kienu residenti f’dawk in-naħat ta’ gżiritna kellhom jerfgħu dak kollu li setgħu u jitilqu minn hemm għall-postijiet iżjed kennija. Is-Siġġiewi, ir-Rabat flimkien ma’ Birkirkara li kienet meqjusa bħala l-emergency capital ta’ Malta minħabba li fiha ġew trasferiti l-isptarijiet, MADWARNA - Storja u Kultura
101
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
uffiċini tal-Gvern, is-Seminarju u tant oħrajn, kienu fost l-irħula li mtlew blinfluss il-ġdid tar-refuġjati filwaqt li l-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Belt, Tas-Sliema u Raħal Ġdid kienu għoddhom tbattlu għal kollox. Kienet sitwazzjoni tal-biki, iżda f’dawk il-mumenti estremi, il-Maltin urew li kienu jafu jinsew id-differenzi ta’ bejniethom u saltnu l-għaqda u s-sliem. Matul is-snin li fihom pajjiżna ġarrab l-attakki tal-għadu ġraw bosta avvenimenti kbar iżda xi wħud spikkaw fuq l-oħrajn għall-importanza tagħhom. Wieħed jista’ jsemmi pereżempju l-attakk fuq l-HMS Illustrious millajruplani tal-qawwa militari Ġermaniża waqt li dan il-bastiment kien dieħel fil-Port il-Kbir miġbud mid-dgħajjes tal-irmonk u mġenneb fuq naħa waħda. L-attakk fuq dan il-bastiment saħansitra kompla f’Parlatorio Wharf fl-Isla u dam għaddej tlett ijiem, jiġifieri, mis-16 sad-19 ta’ Jannar 1942. Ta’ min jinnota wkoll it-tiġrif ta’ knejjes parrokkjali bħal dik tal-Floriana, tal-Birgu u tal-Isla. Kien sewwasew nhar il-ħmistax ta’ Awwissu tal-1942, festa ta’ Santa Marija, is-Sibt filgħodu meta bejn it-8.00 u d-9.00 ta’ filgħodu deher mill-bogħod it-tanker Ohio, l-aħħar bastiment minn total ta’ ħamsa li waslu Malta, nofsu mgħarraq minħabba l-attakki ħorox li kienu seħħew fuqu. Miegħu daħal ukoll il-vapur merkantili Brisbane Star. B’hekk, dak li baqa’ magħruf bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija kien irnexxielu jwassal il-provvisti neċessarji għall-Maltin u għaldaqstant pajjiżna ma ċediex quddiem il-qawwa tal-għadu iżda salva mill-għaks li kien qed jaħkmu. L-Ohio ġie rmunkat taħt l-għolja ta’ Kordin fejn tbattal u wara ġie rmunkat lejn ir-Rinella taħt il-Forti tar-Rikażli.
Kif waslu f’Birkirkara x-xbihat tal-Immakulata Kunċizzjoni meqjuma b’tant għożża fil-Belt Cospicua? Huwa dan l-isfond storiku tal-ġrajja li qed infakkru din is-sena u li ser nerġgħu ngħixu għalkemm kemmxejn differenti minn dakinhar f’Novembru li ġej. Il-miġja tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni flimkien mal-kwadru titulari meqjuma fil-Kolleġġjata ta’ Bormla waslu fostna l-Karkariżi ħamsa u sebgħin sena ilu providenzjalment. Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Bormla, dejjem fl-isfond tal-ġrajjiet li kien għaddej minnhom pajjiżna fil-bidu tas-snin erbgħin tas-seklu li għadda, kien iddeċieda li jwarrab it-teżori tal-Kolleġġjata Bormliża f’post li joffri iktar sigurtà u għal dan il-għan kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-istatwa u l-kwadru titulari inkurunat nhar il-25 ta’ Ġunju tal-1905 mill-Kardinal Domenico Ferrata, delegat talPapa Piju X, u xogħol l-artist Pietru Pawl Caruana fl-1828, ikunu trasferiti lejn 102
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Birkirkara. Niftakru wkoll li ħafna mill-fided li tippossjedi l-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta u l-istatwa ta’ Marija Bambina meqjuma filKolleġġjata u Bażilika Sengleana kienu wkoll miżmuma ġewwa l-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena Imp. Awg. f’Birkirkara. Din it-talba kienet milqugħa mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan u fl-24 ta’ Jannar tal1941, il-vara titulari flimkien ma’ dan il-kwadru inkurunat ħarġu mgħottija millknisja parrokkjali ta’ Bormla u ttieħdu lejn il-Kolleġġjata Elenjana f’Birkirkara fejn għal tliet snin sħaħ, kull tmienja ta’ Diċembru kienet issir il-festa talKunċizzjoni. Il-Kapitlu Bormliż kien intrabat b’wegħda solenni li jekk il-knisja parrokkjali tagħhom tinħeles mill-qirda tal-gwerra huma jorganizzaw pellegrinaġġ kbir bix-xbihat tal-Kunċizzjoni meta jeħduhom lura lejn Bormla. Hekk kellu jkun għax għad li kif għedna iktar qabel, il-Kottonera u l-knejjes tagħha sofrew danni kbar waqt il-ħbit tal-għadu mill-ajru, is-Santwarju Bormliż baqa’ mhux mittiefes u dan minkejja li waħda minn madwar mhux inqas minn mitejn bomba ġarrfet għal kollox il-bini ta’ quddiem dan il-maqdes mingħajr ma laqtet lil din il-binja għajr il-gwarniċ tal-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Hekk kif beda joqrob il-jum determinat tal-Ħadd 19 ta’ Novembru 1994, il-jum li fih kellha filfatt titwettaq din il-wegħda solenni, kien ġie mħejji programm apposta għal din l-okkażjoni. Il-jiem tal-15, 16 u 17 ta’ Novembru kellhom ikunu jiem ta’ tħejjija spiritwali għal dan il-pellegrinaġġ storiku. FilKolleġġjata ta’ Bormla kellu jipprietka l-Eċċ. Rev.ma Mons. Emmanuele Galea, Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u Isqof Titulari ta’ Tralles filwaqt li fil-Kolleġġjata Elenjana dawn il-prietki kellhom isiru mir-Rev. Kan. Prepostu Giuseppe Burlo tal-Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla. Il-jum tal-Ħadd 19 ta’ Novembru 1944 kellu jkun il-jum li jibqa’ miftakar milleluf kbar li ħonqu t-triqat kollha mnejn għadda l-pellegrinaġġ. Minn sbieħ il-jum eluf terrqu lejn Birkirkara biex jingħaqdu mal-Karkariżi u l-Bormliżi li riedu jakkumpanjaw ix-xbihat tal-Kunċizzjoni. Il-pellegrinaġġ beda ħiereġ mill-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena fis-siegħa ta’ wara nofsinhar wara li kienet ikkonċelebrata Quddiesa letta fil-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena għal dawk li kienu ser jieħdu sehem f’din il-mixja spiritwali sa Bormla. Wara l-Quddiesa, ir-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Emmanuele Vella, għamel diskors tal-okkażjoni li wieġeb għalih l-Arċipriet ta’ Bormla, il-Kan. Duminku Cutajar. Tkantat ir-Regina Cœli filwaqt li ġie inċensat il-kwadru inkurunat. Tul it-triq kollha li matulha ngħadet it-talba tar-Rużarju, l-ewwel imxiet il-vara imbagħad warajha l-kwadru titulari. Akkumpanjat dan ilMADWARNA - Storja u Kultura
103
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
pellegrinaġġ folla kbira flimkien maż-żewġ baned Karkariżi, jiġifieri, Duke of Connaught’s Own u Sant’Elena li baqgħu jakkumpanjaw il-pellegrinaġġ sa tarf Birkirkara fejn tispiċċa Triq Fleur de Lys.
Il-pellegrinaġġ Marjan hekk kif ħareġ mill-Kolleġġjata Elenjana fi Pjazza Sant’Elena. Tidher ilpreżenza qawwija tal-poplu Karkariż flimkien ma’ għadd ta’ bandisti lokali li akkumpanjaw lil din l-istatwa sa Triq Fleur de Lys.
Il-pellegrinaġġ issokta fost il-ferħ u l-entużjażmu ta’ dawk preżenti minn Santa Venera, il-Ħamrun, il-Marsa, Raħal Ġdid u Għajn Dwieli minn fejn tkompla għall-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla. Hemmhekk mad-dħul tkantat l-antifona Hodie egressa est virgo tal-kompożitur Malti Carlo Diacono, kien intunat Te Deum u ngħatat il-Barka Sagramentali mill-Eċċ. Rev.ma Mons. Emmanuele Galea, Vigarju Ġenerali, li akkumpanja dan il-pellegrinaġġ fl-aħħar parti tiegħu minn fejn il-knisja ta’ San Pawl f’Bormla sas-Santwarju Bormliż. F’kull lokalità ngħaqdu mal-parruċċani, id-devoti mill-irħula tal-qrib. Kien jum li fih il-Maltin irrikorrew bi ħġarhom biex iroddu ħajr lil Ommna Marija li dejjem daħlet u interċediet quddiem binha Ġesù għal dan il-poplu f’kull mument iebes li għadda minnu tul is-snin. 104
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-wasla f’Bormla tard filgħaxija kienet waħda li tibqa’ mfakkra minn dawk kollha li għexuha dakinhar. Jingħad li xejn inqas minn tlieta u għoxrin banda lokali kienu ħarġu jsellmu lixxbihat tal-Immakulata minn kull fejn għaddew. Il-Banda San Ġorġ sellmet u laqgħet ir-ritorn trijonfali tagħhom fis-Santwarju Bormliż. Bla dubju ta’ xejn din il-ġrajja serviet sabiex tinbet relazzjoni speċjali bejn il-poplu Karkariż u dak Bormliż. Mhux biss għaliex kien Bormliż, l-iskultur Salvatore Psaila, li skolpixxa dik il-meravilja ta’ statwa li hi tant għal qalb kull Karkariż, jiġifieri, l-istatwa artistika u maestuża ta’ Sant’Elena Imp. Awg., mhux biss għaliex kif tidħol fil-Kolleġġjata Elenjana fuq in-naħa tax-xellug tilmaħ l-artal tal-Immakulata Kunċiżżjoni li hu L-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni filmaħsub li kien fuq wieħed mill-altari bidu ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun tal-Knisja l-Qadima u li fuqu dan imdawwra b’eluf ta’ Maltin li ħadu sehem f’dan il-pellegrinaġġ storiku. l-istess artal kien tqiegħed il-kwadru titulari tal-Kunċiżżjoni ta’ Bormla matul is-snin li dan dam ġewwa Birkirkara u mhux biss għaliex kif toħroġ millBażilika Kolleġġjata meta tħares fuq ix-xellug, fuq pilastru li jifforma parti millkantuniera ta’ Triq l-Ilsiera, tilmaħ ġmiel ta’ statwa tal-ġebel ta’ daqs naturali li tirraffigura lill-Immakulata Kunċizzjoni, popolarment attribwita lil Marjanu Gerada imma għax il-Karkariżi tassew ħabbew lil din ix-xbieha grazzjuża li tirrappreżenta lil Ommna Marija mwielda mingħajr tebgħa ta’ dnub.
Il-miġja tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni fostna l-Karkariżi ħamsin sena wara u sehem isSoċjetà Dun Filippu Borgia Xhieda ta’ din l-imħabba u devozzjoni qawwija li għandu l-poplu Karkariż lejn l-Immakulata Kunċizzjoni hija l-laqgħa sabiħa li biha l-Karkariżi laqgħu fosthom l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni għal darb’oħra s-Sibt 12 ta’ Novembru 1994 meta bi ftehim bejn iż-żewġ Kapitli Kolleġġjali reġa’ tfakkar MADWARNA - Storja u Kultura
105
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
l-avveniment storiku li kien seħħ ħamsin sena qabel. Din l-istatwa damet fostna l-Karkariżi sas-Sibt ta’ wara, jiġifieri, sad-19 ta’ Novembru, il-jum proprju li fih, bħalma kien ġara ħamsin sena qabel, reġgħet ittieħdet fost ferħ u devozzjoni kbira lejn Bormla għalkemm din id-darba ma saritx il-mixja bħal ma seħħ qabel iżda wara li għaddiet mill-istess postijiet ta’ ħamsin sena qabel mgħobbija fuq trailer, l-istatwa twasslet sal-knisja tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini dedikata lil Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajn Dwieli fejn iktar tard imbagħad twasslet proċessjonalment fost innijiet, kant u talb Marjan sal-Kolleġġjata ta’ Bormla akkumpanjata minn għadd kbir ta’ devoti u fil-preżenza tal-għola awtoritajiet ċivili u ekkleżjastiċi tal-pajjiz. Matul il-jiem li l-istatwa talImmakulata Kunċizzjoni kienet fostna l-Karkariżi kienu organizzati diversi attivitajiet fosthom akkademja mużiko letterarja li fiha ħadu sehem iż-żewġ korijiet parrokkjali tal-Parroċċi rispettivi, Quddiesa Solenni konċelebrata miż-żewġ Kapitli Kolleġġjali u pellegrinaġġ fit-toroq ta’ Birkirkara bl-istatwa ta’ Marija Immakulata li fih ipparteċipaw b’mod attiv għadd kbir ta’ Karkariżi u Bormliżi permezz ta’ talb u kant. Bla dubju ta’ xejn is-Soċjetà Dun Filippu Borgia kienet ikkontribwiet b’mod sħiħ fil-ġrajjiet li seħħew ħamsa u għoxrin sena ilu.
Il-kwadru inkurunat ta’ Marija Immakulata meqjum fil-Kolleġġjata ta’ Bormla ħiereġ mill-Kolleġġjata Elenjana. Jidhru wkoll ir-Rev. membri tal-Kapitlu Kolleġġjali Bormliż li akkumpanjaw ukoll dan il-pellegrinaġġ.
106
Filfatt, fost attivitajiet spiritwali u kulturali oħra li kienu ġew organizzati matul dawk il-jiem għeżież, l-istess Soċjetà bil-koperazzjoni malKunsill Lokali ta’ Birkirkara kienet ħadet ħsieb li tħejji wirja fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’Elena ta’ oġġetti artistiċi u ta’ tifkira kif ukoll ritratti, pubblikazzjonijiet, arti marjana u dokumenti relatati ma’ dak li kien seħħ fl-1944. MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
L-għan wara t-tali wirja kien li permezz ta’ din l-esebizzjoni, is-Soċjetà tfakkar mhux biss ilpellegrinaġġ fih innifsu imma l-ambjent li fih għexu l-Karkariżi fleqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-fehma kienet li wieħed seta’ juri l-kobor ta’ tali pellegrinaġġ billi jkun espost f’liema żminijiet seħħ, taħt liema kundizzjonijiet Preżentazzjoni ta’ tifkira waqt il-Quddiesa Solenni u kif ikkonkorra konċelebrata miż-żewġ Kapitli Kolleġġjali fil-Bażilika ta’ l-poplu sabiex b’hekk Sant’Elena Imp. Awg. il-ġenerazzjoni tallum tifhem u tapprezza kif għexu ta’ qabilna s-snin tal-gwerra, kemm kienu ġenerużi u kemm kellhom qalb kbira u miftuħa għall-oħrajn. Għal din il-wirja, li kienet infetħet mill-Onor. Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami LL.D nhar ilĦadd 13 ta’ Novembru 1994, attendew bosta Karkariżi u Bormliżi flimkien ma’ Maltin oħra li għandhom għal qalbhom it-tifkiriet storiċi ta’ pajjiżna. Interessanti wkoll li, fost oġġetti oħra, kienu ġew esebiti l-mazez kapitulari tażżewġ Kapitli Kolleġġjali, manikkini libsin l-abiti korali tal-Kanonċi li jiffurmaw parti minn dawn il-Kapitli Kolleġġjali u l-kalċi li l-Kapitlu ta’ Bormla kien irregala lill-Kapitlu Karkariż bħala rikonoxximent tal-ospitalità li wera mal-poplu Bormliż fl-att li permezz tiegħu ġew ikkonservati dawn iż-żewġ teżori prezzjużi li tħaddan fiha l-Belt ta’ Bormla. Jalla t-tifkiriet li ser nerġgħu niftakru fihom u ngħixu fix-xhur li ġejjin ta’ din il-ġrajja storika u li timmarka l-ħbiberija dejjiema bejn Bormla u Birkirkara tkun ukoll okkażjoni sabiex bħala poplu Karkariż nerġgħu nġeddu u niġġeddu fl-imħabba u d-devozzjoni tagħna lejn Ommna Marija li f’kull mument iebes li għaddejna minnu bħala poplu dejjem sibnieha ta’ wens u għajnuna kull darba li tlabna l-interċessjoni smewwija tagħha.
MADWARNA - Storja u Kultura
107
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Membri tal-Kumitat tasSoċjetà Dun Filippu Borgia mmexxija mill-President, is-Sur Philip Borg, flimkien mal-Onor. Prim Ministru Dr Edward Fenech Adami LL.D u r-Rev. Arċipriet, il-Kan. Anton Vella, waqt il-wirja li saret f’Novembru tal-1994.
Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Dun Filippu Borgia jawguraw il-festa t-tajba lill-membri kollha ta’ din is-Soċjetà, lir-Rev.mu Kapitlu Elenjan, lill-Għaqdiet kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-festa titulari tagħna u lill-Karkariżi kollha.
108
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Muża Karkariża Charles Briffa L-għan tal-grupp Muża Karkariża huwa li jlaqqa’ kittieba differenti b’xi rabta ma’ Birkirkara, u dawn il-kittieba jsawru ħsibijiet interessanti skont il-burdati taż-żmien u x-xejriet tal-personalitajiet. Hija radda ta’ idejat li jinħmew fil-ħajja komuni tas-soċjetà Maltija. Il-grupp twieled fl-2014 bis-saħħa ewlenija ta’ Terry Muscat li għadha tmexxih sal-lum u bl-għajnuna bikrija tal-Kunsill Lokali. Bdew isiru lejliet ta’ letteratura u mużika f’okkażjonijiet u postijiet differenti f’Birkirkara. L-okkażjonijiet x’aktarx jagħtu t-temi tal-lejliet bħal ngħidu aħna, il-Milied, ir-Randan, il-Festa ta’ Santa Liena, Viva Santa Liena u x-xahar tal-Mejtin. Dan l-aħħar saret ukoll lejla ddedikata liċ-ċajt sabiex il-grupp Jisbaħ il-Ħadd filgħodu ifakkar li fis-soċjetà Maltija hemm sens ta’ kulħadd iħalli l-mitraħ umoriżmu wkoll u mhux bixra serja biss. illum ir-raħal bakkar Dawn il-lejliet kulturali saru fil-Bażilika, ilkoll nintasbu l-misraħ fis-sala tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, fisSantwarju tal-Madonna tal-Ħerba, fiċ-Ċentru Biex sewwa sew mat-tmienja Pastorali Sant’Elena, fil-Knisja l-Qadima, tixref fil-bieb Eliena fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, mal-innu wil-murtali fil-Klabb tal-Futbol ta’ Birkirkara u fi Triq wid-daqq ta’ kull qanpiena l-Imnajjar. Jieħdu sehem kittieba stabbiliti u ġodda li għandhom xi rabta ma’ Birkirkara. Kultant ikun hemm xi mistieden li jiġi minn barra r-raħal bħal meta, darba minnhom, ġie Rigu Bovingdon (Malti-Awstraljan) li kien għal btala f’Malta. Kitbiethom juru tlaqqigħ ta’ imħuħ li jsawru ħsibijiet skont ix-xeħtiet tażżmien u x-xejriet ta’ imġibithom. Kull lejla tkun għelm fil-ħamrija tal-ħsibijiet li jinħmew fil-ħajja komuni tal-Maltin. Għaldaqstant, ilMuża Karkariża tiġma’ fiha ġibjun ta’ tagħrif utiq fuq il-lingwa mħaddma minn imħuħ mimlijin u mgħobbijin bit-tiġrib. Il-qawwa ta’ ħidmitha hija l-varjetà - il-varjetà talkontenut u l-varjetà fl-istil. Fl-istil il-kittieba juru li huma bnedmin; u fil-kontenut juru li huma Maltin-Karkariżi. MADWARNA - Storja u Kultura
It-toroq imħejjija imlibbsa bit-tiżjin Jistennew lir-reffiegħa qajl qajl bil-vara ġejjin U jimxu ma’ dil-ġilwa ilkoll bil-ħrara w ġabra kapitlu w fratellanzi bandisti jdoqqu mkabbra Win-nies fuq il-bankini oħrajn fil-gallarija isellmu lill-patruna bi kliem ta’ kull foħrija Frans Borg 18 ta’ April 2019
109
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Is-Sette Giugno u Birkirkara F’għeluq il-mitt sena minn dik il-ġrajja, jew aħjar ġrajjiet, li kienu qanqlu lill-Maltin u taw rotta ġdida lill-ġrajja Maltija. Philip Xuereb Fiż-żmien ta’ wara tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija u ftit qabel ma kien sar l-iffirmar definittiv tal-paċi bejn il-belliġerenti, f’Malta kienu seħħew dawk li baqgħu magħrufin bħala l-Irvellijiet tas-Sette Giugno. Mhux l-għan li ngħidu l-kif u l-għaliex ta’ dawn hawnhekk. Imma ta’ min isemmi kif il-mewġ ta’ dan it-tqanqil, mill-Belt Valletta wasal sa Birkirkara u aktar preċiżament ukoll salOratorju. Dik il-ħabta, f’żewġt idjar fi Triq San Ġiljan qrib l-Oratorju, li kien għadu kif inbena fl-1910, waħda prattikament ġdida kantuniera ma’ Sqaq l-Għoġla u oħra ftit eqdem naqra ’l fuq, kien hemm is-Sorijiet Missjunarji ta’ Marija, qabel ma’ dawn stabbilew ruħhom f’Ħal Balzan. Hawnhekk huma kellhom skola għall-bniet, speċjalment ta’ snajja’ femminili bħal rakkmu, bizzilla u ħjata u ħiliet domestiċi oħra. Is-sorijiet kienu jagħtu s-sehem tagħhom ukoll f’ċerti ħidmiet li kien ikun hemm bżonn fl-Oratorju.
Dettal mill-akkwarell tal-pittur Ġanni Vella ta’ dak li ġara fiċ-ċirklu tal-Giovine Malta. Ta’ min jgħid ukoll li dan il-pittur dik il-ħabta kien joqgħod f’Birkirkara fi Triq Fleur-de-Lys.
110
MADWARNA - Storja u Kultura
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Dakinhar tas-7 ta’ Ġunju 1919 li kien is-Sibt, xi sorijiet kienu daħlu s-suq talBelt. Iżda ma damux ma reġgħu lura lejn Birkirkara billi l-Belt kienu sabu l-inkwiet. L-għada l-Ħadd fil-kronaka tagħhom is-sorijiet ħallew miktub li waqt l-irvellijiet, Dun Mikiel Sammut, promutur tal-Oratorju u dik il-ħabta wkoll Direttur tiegħu, kien il-Belt u ta l-assoluzzjoni lil żagħżugħ li kien intlaqat mittiri li kienu sparaw is-suldati Ingliżi, u jidher li Dun Mikiel kien fil-qrib ta’ fejn kien ġara dan il-fatt. B’dan naturalment is-soru li kitbet il-kronaka kienet qed tirreferi għall-jum ta’ qabel, is-7 ta’ Ġunju stess. Għax f’jum il-Ħadd kien inqatel biss Ċertu Carmelo Abela, fil-bieb tad-dar ta’ Francia, quddiem it-Teatru Rjal kif kont tidħol Putirjal. Dan kien mar hemm biex isejjaħ lil ibnu u allura ma nistgħux ngħadduh bħala żagħżugħ. It-Tnejn, 9 ta’ Ġunju, minflok ir-rikreazzjoni, is-sorijiet għamlu adorazzjoni b’talb għall-paċi. Il-kronaka tkompli tirreferi li dakinhar ukoll, ilBelt kollox kien magħluq u li kienu qed jitqiegħdu offerti ta’ flus inkella deheb li n-nies kienet tneħħi minn fuqha dak il-ħin stess u tqiegħed f’riġlejn salib li kienu għamlu fi Pjazza San Ġwann, biex imbagħad dak li jinġabar jingħata bħala għajnuna lill-familjari tal-vittmi. Tirrapporta wkoll li lil dawk it-tfal li kienu jmorru jitgħallmu għandhom, kienu bagħtuhom id-dar fil-ħdax u nofs għax kienet ġriet ix-xniegħa li l-folla tal-irvellati (insurgents fl-oriġinal) kienu se jiġu Birkirkara biex jivvendikaw ruħhom minn xi nies li kienu għamlu qliegħ esaġerat minn fuq oġġetti essenzjali matul il-gwerra. Imma l-kronista ħalliet ukoll miktub li minn dan kollu ma kien ġara xejn u dak il-jum għadda bil-kwiet. Jissemma wkoll li l-Isqof Awżiljarju Angelo Portelli O.P. kien kellem lin-nies u ikkalmahom xi ftit. Imma l-fatt li l-palazz tal-Arċisqof, dak iż-żmien Mawru Caruana, kien mgħasses millmarines armati kien qed ikompli jżid l-animożità. Fil-ħamsa ta’ filgħaxija, ilqniepen tal-knejjes ta’ Malta kollha kienu qed idoqqu għal dawk li kienu mietu u l-kittieba tal-kronaka żżid il-kumment: It is impressive. F’dan il-jum fil-fatt, kien sar il-funeral tal-vittmi. Fil-kronaka tas-sorijiet ikompli jingħad li mal-ħitan tal-Belt u ta’ Tas-Sliema kienu twaħħlu karti bil-kliem: Lutto nazionale per i martiri del popolo. Jingħad ukoll li sal-jum tat-Tlieta, l-ordni kien qed jinżamm bil-preżenza tal-marines ma’ kullimkien. Is-soru li kitbet qalet ukoll li meta nhar il-Ħamis 12 ta’ Ġunju daħlet il-Belt, sabet li kienet kważi baħħ!
Bibljografija
Tal-awtur preżenti: L-Oratorju u Lil hinn Minnu, pubblikazzjoni MSSP (2010). Attard Christian: Between Myth and Reality, Sunday Times of Malta, June 5, 2011.
MADWARNA - Storja u Kultura
111
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Din it-taqsima ġentilment sponsorjata wkoll minn;
Sillato Garage - Silencer Repairs 55, Il-Wied ta’ Ħal Balzan, Ħal Balzan 21443119, 99450913
Tal-Bikri Hi-Up Service Aldo Borg – 79824593
Tal-Magħtab Construction Co. Ltd. 21422003, 99439191, 99476073, tmc@maltanet.net
Ta’ Mallia Household & Furniture
154, Triq il-Kbira, Birkirkara - 99869106, Find us on Facebook
Victor Tonna - Ħaxix frisk Jarma Birkirkara, Triq is-Santwarju | It-Tnejn u l-Ħamis 3.00pm - 7.00pm, Triq Brared | It-Tlieta u l-Ġimgħa 6am - 10.00am Warda Grocery - Daily Fruit & Vegetables Triq Ignazio Saverio, Birkirkara 99827745
Yellow Phase Ltd. - Ironmongery Store 54, Triq il-Kbira, Ħas Sajjied, Birkirkara - 99474599, www.yellowphase.com
114
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
The Apostolate of Saint Paul Malta The Church of St. Paul in Birkirkara, which is currently being taken care of by Rev Nicholas J. Doublet, is home to ‘The Apostolate of Saint Paul Malta’ (ASPM). This Catholic community finds its source and sustenance in the liturgical life of the Catholic Church, most specifically in the daily celebration of the Holy Sacrifice of the Mass, together with Eucharistic adoration, and other practices of Christian piety.
The Apostolate of Saint Paul Malta began in 2016, and was born out of the desire for a reverent celebration of the liturgy according to the ordinary Form of the Roman rite. ASPM is thus committed to fostering reception of Holy Communion Kneeling and on the tongue together with the use of the Communion Paten, in order to increase the piety, devotion and belief of the faithful in the Lord’s Real Presence in the Eucharist. During week days Novus Ordo Masses are celebrated Ad Orientem. KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
115
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
In the Archdiocese of Malta, Rev. Nicholas J. Doublet has been entrusted with the celebration and promotion of the liturgy according to the Extraordinary Form of the Roman rite, also known as the Traditional Latin Mass. ASPM therefore celebrates the Holy Mass in the Extraordinary Form (Traditional Latin Mass) on Sundays at 7pm (and on other feast days) at the Church of St. Paul’s in Birkirkara, Malta. In an increasingly secularized society where Christian identity is diminishing and the Catholic voice is becoming more and more marginalized, the Apostolate of Saint Paul Malta is committed to the new-evangelisation through its daily activity. The Apostolate of Saint Paul Malta also provides Catholic formation (Catechesis) for adults and children doing their first Holy Communion and Confirmation and for adolescents who wish to keep growing in their Catholic faith. ASPM is also committed to safeguarding the sanctity of human life and the family, and to putting the media technologies at the service of the Gospel. To contact ‘The Apostolate of Saint Paul Malta’, you can send an email to info@aspm.org.mt or visit their website at www.aspm.org.mt.
116
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Fil-Knisja ta’ Santu Rokku - Devozzjoni ħajja lejn Santa Rita Il-Knisja filjali ta’ Santu Rokku, ftit passi bogħod mill-Bażilika Elenjana, nbniet fi żmien il-Pesta tal-1592-93. Kienet lesta sal-1594. Il-kwadru titulari ta’ din il-kappella jirrappreżenta lill-Madonna talGrazzja, b’San Bastjan Martri u Santu Rokku ta’ Montpellier, żewġ qaddisin protetturi kontra l-marda tal-pesta. Fi żminijietna din il-kappella tibqa’ marbuta mad-devozzjoni speċjali u qawwija li nibtet lejn il-qaddisa tal-impossibbli, Santa Rita ta’ Cascia. Il-Kappella saret waħda Sagramentali fl-1966, fl-istess sena li saret l-ewwel festa lil Santa Rita mill-Isqof Emanuel Galea. Vigarju Ġenerali. Devozzjoni li sa mill-1965 kompliet tikber sal-lum, b’mod speċjali bit-tħabrik u l-ħidma tas-Sur John Tonna, eks-kuratur li għadda għall-ħajja ta’ dejjem f’Mejju ta’ din is-sena (ara paġna 124). Jalla din id-devozzjoni tibqa ħajja f’din il-knisja u tinġarr fil-qlub ta’ ħafna li jirrikorru lejn din il-qaddisa. Santa Rita tibqa mudell ħaj għal kull ġenitur, għall-miżżewġin, għaż-żgħażagħ, għal min jinsab fl-uġiegħ, kif ukoll hi ta’ ispirazzjoni għar-Reliġjużi kollha. Santa Rita hi lezzjoni għalina lkoll li tħalli frott tajjeb u prattiku. Il-Kappella hija partikolarment magħrufa għal 15-il Ħamis ta’ Santa Rita li jibdew minn Jannar u jintemmu f’Mejju b’pellegrinġġ devot.
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
117
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-Knisja ta’ Santa Katarina u Sant’Antnin Din is-sena tlesta r-restawr tal-kappella minn barra. Ix-xogħol sar mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tal-Kultura fuq l-inizjattiva taleks Rettur il-Kan. Leonard Mintoff, il-Kapitlu u l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Nirringrazzjaw lil kull min kellu sehem fixxogħol. Din il-kappella tibqa’ miftuħa b’mod speċjali għall-adorazzjoni perpetwa. Sib ħin biex hawn tiltaqa’ fit-talb ma’ Ġesù Sagramentat.
118
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
8, Mannarino road, B'kara
Tel: 27222264 e-mail: bkaradeli@james-caterers.com
Open daily - 7.00 a.m. till 9.00 p.m. A variety of Gateaux, frozen party items & dry pastries. We cater printed cakes, custom cakes & party food. A vast selection of fresh and frozen meat. All your daily needs. BBQ? From charcoal, ice till marinated meat & chilled wine, we got it all covered for you.
''Qatt ma' nstema' li xi ħadd talbek l-għajnuna u inti ma' smajtux.'' San Bernard
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Festa Madonna tal-Ħerba Fis-Santwarju tagħha f’Birkirkara
L-Erbgħa 31 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tat-Tridu Marija Medjatriċi tal-Grazzja Divina 6.30pm: Rużarju. 7.00pm: Quddiesa bil-prietka. Jipprietka fit-tlett ijiem tat-Tridu r-Rev. Patri Clive Camilleri OFM.
Il-Ħamis 1 ta’ Awwissu: It-Tieni Jum tat-Tridu Marija Omm is-Sokkors Divin 6.30pm: Rużarju. 7.00pm: Quddiesa bil-prietka.
Il-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu: It-Tielet Jum tat-Tridu Marija Omm il-Knisja 6.30pm: Rużarju. 7.00pm: Quddiesa bil-prietka.
Is-Sibt 3 ta’ Awwissu: Lejlet il-Festa Marija Ħarsien tal-Fidi 6.30pm: Rużarju. 7.00pm: Quddiesa tal-Komunità fuq iz-zuntier tas-Santwarju. Jiċċelebra r-Rev. mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella. Fi tmiem il-Quddiesa jiġu preżentati t-trabi u t-tfal lil Marija Santissima, Ommna tal-Ħerba. 8.00pm: Attività mil-grupp Muża Karkariża.
Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu: Jum il-Festa 9.30am: Rużarju. 10.00am: Quddiesa għall-anzjani u l-morda. Jiċċelebra r-Rev. Patri Anton Farrugia OFM. Marija Saħħa tal-Morda. 6.30pm: Rużarju u Kurunella. 7.00pm: Quddiesa Solenni ċċelebrata mill-Wisq Rev. Kan. Charles Carmel Attard. Marija Reġina tal-Ħolqien kollu.
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
121
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
L-istatwa ta' Marija Bambina meqjuma fil-Knisja tal-Vitorja f'Ħas Sajjied, ġiet ukoll indurata fl-1919, proprju mitt sena ilu għand id-ditta Coleiro tal-Belt Valletta. L-istess kumpanija kienet indurat l-istatwa titulari ta' Sant'Elena fl-istess sena.
122
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Festa ta’ Marija Bambina Fil-Knisja tal-Vitorja Birkirkara
L-Erbgħa 18 ta’ Settembru - L-Ewwel Jum tat-Tridu 7.00am: Quddiesa b’suffraġju għall-erwieħ tar-Retturi mejtin tal-Vitorja. 6.00pm: Quddiesa bil-prietka mill- Wisq Rev. Kan. Charles Carmel Attard.
Il-Ħamis 19 ta’ Settembru - It-Tieni Jum tat-Tridu 7.00am: Quddiesa għall-bżonnijiet tal-helpers u benefatturi ħajjin tal-Knisja tal-Vitorja. 6.00pm: Quddiesa bil-prietka mill-Wisq Rev. Kan. Charles Carmel Attard.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru - It-Tielet Jum tat-Tridu 7.00am: Quddiesa għall-helpers u benefatturi mejtin tal-Knisja tal-Vitorja. 6.00pm: Quddiesa bil-prietka mill-Wisq Rev. Kan. Charles Carmel Attard.
Is-Sibt 21 ta’ Settembru - Lejlet il-Festa 7.00am: Quddiesa għal dawk kollha li mietu mill-aħħar festa. 6.00pm: Transulazzjoni tar-Relikwija mill-Mużew tas-Subien u Quddiesa Solenni. Wara jsiru l-preżentazzjonijiet tat-trabi lil Marija Bambina. Jiffunzjona l-E.T. Rev.ma Mons. Isqof Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali. 8.00pm: Serata Familjari quddiem il-Knisja tal-Vitorja.
Il-Ħadd 22 ta’ Settembru - Jum il-Festa 7.00am: Quddiesa għall-bżonnijiet tal-Familji ta’ din iż-żona. 10.00am: Tberik tal-Pets fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja tal-Vitorja mill-Wisq Rev. Kan. Carmelo Busuttil. 6.00pm: Quddiesa Solenni. Jiċċelebra u jipprietka r-Rev. Patri Alistair Aquilina OFM (Conv). Il-Quddies ta’ filgħaxija jkun animat mill-Kor Parrokkjali taħt it-tmexxiija tas-Surmast Clifford Cauchi.
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
123
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
IL-KURĊIFISS FRANĠISKAN fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, Birkirkara Walter Lobina L-Ikona tal-Kurċifiss, fil-knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara, hija opra tal-pittur Andrea Ippoliti, fuq mudell tal-Kurċifiss famuż li jinsab fil-Bażilka ta’ San Franġisk f’Arezzo (l-Italja) u mpitter fis-seklu 13 minn Margarito d’Arezzo. Din ġiet imbierka u inawgurata mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, nhar l-24 ta’ Novembru, 2018, Solennità ta’ Kristu Re. Il-perimetru tal-Ikona u t-twavel fit-truf tas-salib jiġbdu l-għajn minħabba d-dekorazzjoni bid-deheb. Id-deheb jirrappreżenta d-dawl divin. Dak kollu li jinsab f’dan il-perimetru divin huwa l-istorja ta’ Alla fil-konfront tal-bniedem, kelma ta’ Alla għan-nies ta’ kull żmien, dawl li jdawwal lilu nnifsu u kull realtà oħra. Il-figura ta’ Kristu kurċifiss tiddomina l-Ikona. Mhux biss minħabba l-kobor tax-xbieha iżda wkoll għall-kulur brillanti, f’kuntrast mal-fond skur, iżraq oltremare, tas-salib. Dak li kien proġett ta’ ħażen, Kristu jbiddlu f’tajjeb. Is-salib mhux aktar strument ta’ tortura u ta’ mewt iżda jsir tapit ta’ qawmien. Kristu mhux “imdendel” mas-salib bl-imsiemer. “Qiegħed” bilwieqfa, kważi jitwieżen mal-injama tas-salib, iżda mhux miżmum. Huwa Kristu sofferenti, Kristu mejjet, iżda fl-istess ħin Kristu Rxort. Ġismu, li mid-dehra huwa bla ħajja, qiegħed fuq is-salib u donnu riesaq lejna. Jidher maestuż u kbir flimħabba. L-iskop huwa li jintiseġ djalogu personali ma’ min jerfa’ ħarstu lejh. Huwa Kristu msallab, b’għajnejh magħluqa, rasu mmejla fuq spalltu tal-lemin, id-daqna mimlija. Imnieħru mislut u l-ħuġbejn twal jiffurmaw it-Tau: juru l-għaqda tiegħu mal-Kelma ta’ Alla. Xagħru rranġat huwa madwar il-wiċċ u x-xagħar twil jinħall b’mod delikat fi tliet trofof kemm fuq spalltu tax-xellug kif ukoll fuq dik tal-lemin: ifakkar l-opra tal-ħolqien f’sitt ijiem li issa, bil-mewt fuq is-salib ta’ Ġesù, tiġġedded. Tidher il-widna tax-xellug. Turi li Ġesù, il-Ħanin, lest jisma’ l-kliem ta’ min idur lejh. Il-kuruna tax-xewk li Ġesù jġorr fuq rasu turi l-qawwa negattiva li tjassar il-moħħ ta’ kull bniedem. Ġesù ried iġorr din il-kuruna biex jifdina mill-jasar tal-ħażen. Ir-raġġiera, madwar ras Ġesù, turi s-sens tassew ta’ din l-ikona: is-sagrifiċċju ta’ Kristu jsib is-sens u l-qofol tiegħu fil-glorja. Fuq ġismu mdemmem jidhru l-feriti: f’idejh, f’riġlejh, fuq ġenbu. Dan id-demm ma jridx juri tbatija iżda fidwa; huwa għajn li wieħed jieħu minnha biex ikollu l-ħajja. 124
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Il-libsa ta’ Ġesù tfakkar kemm flefod, li juri s-saċerdozju, kif ukoll fil-linteum, il-fardal tal-qaddej, skont ix-xhieda mogħtija lilna fil-Vanġelu ta’ San Ġwann: Ġesù jsir qaddej taddixxipli meta jaħslilhom saqajhom fl-aħħar ikla. L-efod-linteum huwa miżmum mal-qadd b’għoqda partikulari, li tissejjaħ l-għoqda ta’ Salamun. Fuq Kristu, turi l-ħila li jħoll mid-dnub u l-mewt u jorbot miegħu fis-Sema l-imbegħdin, li jiġu qrib permezz tat-tixrid ta’ demmu. Mal-ġnub ta’ ras Ġesù hemm il-kitba Rex Gloriae, Sultan tal-Glorja. Dan juri r-rebħa ta’ Kristu Feddej taddinja. Fuq rasu kitba oħra: I[ESUS] NAZAR[ENUS] REX IUDEORUM − Ġesù Nazzarenu Sultan tal-Lhud. Hija l-kitba li kienu poġġewlu fit-tislib, biex turi l-kundanna tiegħu iżda fl-istess ħin it-titlu regali ta’ Ġesù. Fil-ġnub tas-salib, il-ġesti tal-Madonna u tal-appostlu Ġwanni juru kommozzjoni u kontemplazzjoni. Fiċ-cimasa, fil-parti ta’ fuq tas-salib, l-atteġġament ta’ Marija, bl-arkanġli Gabrijel u Mikiel maġenbha, huwa ta’ dik li l-ħin kollu tinterċedi għall-bnedmin kollha. Fil-clipeo ta’ fuq nett, il-figura ta’ Kristu hija ta’ ħniena u barka għal kull min jintasab quddiem is-salib. Fil-parti ċentrali tal-ġenb, ħdejn it-tiżjin ġeometriku, strixxa vertikali turi t-talba ta’ San Franġisk quddiem il-Kurċifiss: O Alla, l-aktar għoli u glorjuż... miktuba bil-Malti. Ix-xbieha ta’ San Franġisk, f’riġlejn is-salib, turina kif kull wieħed u waħda minna għandu jersaq lejn dan l-avveniment ta’ mħabba u ta’ ħniena. Din l-Ikona tal-Kurċifiss hija għalhekk ferm aktar minn xbieha kwalunkwe. Hija l-post li fih Kristu juri ruħu: tista’ tiltaqa’, tagħraf u tiskopri l-imħabba tiegħu bla tarf.
KNEJJES U KAPPELLI F’BIRKRIKARA
125
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Apprezzament John Tonna (Johnny ta’ Santu Rokku) Rev. Kan. Jesmond Grech S.Th.L. John kien il-bniedem ta’ ħafna kuluri. Alla żejjnu b’estremitajiet: minn ħlewwa li taf tħoll lil dak li jkun għal attitudni rozza li mhux dejjem apprezzajna. Ħobbu jew obogħdu! Rajna fih moħħ fin u ħafna drabi astut, rajna fih ras taż-żonqor millaktar samm. Xi ħadd qalli li jekk Johnny kien jgħid li jrid jgħaddi minn hemm, minn hemm kien jgħaddi u jekk mhux illum għada. Hija forsi din id-determinazzjoni li rajna fih u li apprezzajna. Determinazzjoni li minn żogħżitu ma ħallitux aktar John Tonna iżda Johnny ta’ Santa Rita jew ta’ Santu Rokku għax ħajtu saret ħaġa waħda mal-kappella u mal-komunità li b’tant ħeġġa kien jaqdi. Mhux għax kien jimpurtah wisq minn Santu Rokku, avolja konna nsejħulu l-kelb tiegħu!, iżda għax Santa Rita u t-tixrid estensiv tad-devozzjoni lejha kienet id-determinazzjoni ta’ ħajtu għal dawn l-aħħar 55 sena. Kuljum, xita u xemx lil John kont issibu hemm preżenti jipprepara u jitgħaxxaq jara n-nies ġejjin għall-quddies, u jiktbu l-quddies għall-erwieħ mejtin tagħhom biex hu jkun jista’ jibgħathom flus tal-quddies lill-missjunarji Karkariżi. L-għaxqa tiegħu jħeġġeġ għall-qrar lil kulħadd, anke lil dawk imbiegħda mis-Sagramenti, iħeġġeġ spiss għall-viżti lil Ġesù Sagramentat u fuq kollox jitgħaxxaq jara n-nies devoti u jħobbu lil Santa Rita u jimxu warajha fl-aħħar Ħamis tagħha. Anke fuq is-sodda tal-mewt, John ipprova jneħħi l-maskla tal-ossiġnu biex jistaqsi fejn huma ċ-ċwievet tal-knisja, jekk armajniex għall-pellegrinaġġ, li sar anke b’rispett lejh erbat ijiem wara mewtu, jekk ċempilniex lil min ser iqaddes... u l-kumplament. Hekk komplejna nikkonvinċu ruħna li John, iva, kien hemm quddiemna jissielet għal ħajtu imma qalbu qatt ma ċċaqalqet minn S. Rokku, li minn kappella mitluqa rnexxielu jittrasformaha mhux biss 126
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
f’ċentru ta’ devozzjoni u talb imma wkoll post fejn l-imħabba nisranija kienet tinħass għax mqiegħda fil-prattika. Kemm għen familji anke finanzjarjament, kemm irġiel tax-xogħol jinqalgħalhom spejjeż qawwijja u mhux mistennija u John jislef minn flusu u ħafna drabi kien jurini li jiddubita jekk jeħodhomx lura. Kemm il-darba bagħatni għand nies b’xirjiet li kien jagħmel mis-suq tal-Erbgħa u l-Ġimgħa. Kemm tfal ferħu għax jarahom għall-quddies ma’ ommhom jew nannithom u tarah sejjer iġibilhom xi ħaġa tal-ħelu. Hekk kif il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2019, filgħodu, waslitli l-aħbar li John kien telaq, fl-eta’ ta’ 74 sena, ftakart f’dak li l-Mulej Ġesù qal lil Ġwanni l-Appostlu biex jikteb fil-ktieb: “Ikteb,” qallu, “Hienja minn issa l-mejtin li jmutu fil-Mulej. Iva, jgħid l-Ispirtu, huma jistrieħu mit-taħbit kollu tagħhom, għax l-għemejjel tagħhom imorru magħhom.” (Apok. 14:13) Il-mewt ta’ John hija mewta fil-Mulej. Lilu ħabb u lilu qeda’ bil-mezzi kollha li pprovdielu. L-hena tiegħu, issa li m’għadux magħna, hija li huwa mbierek, huwa hieni għax miet fil-Mulej. Straħ John mit-taħbit kollu tiegħu, u huwa l-Ispirtu Qaddis ta’ Alla li lilna qed iwegħedna permezz tal-Kelma ta’ Alla, li John telaq u jieħu l-għemejjel tiegħu miegħu quddiem it-tron ta’ Alla. (Siltiet mill-omelija li saret waqt il-quddiesa tal-funeral fil-Bażilika ta’ Sant’Elena, mill-Kan. Jesmond Grech, nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju 2019.)
Insellmu l-memorja tas-Sinjorina Josephine Fenech li marret tiltaqa’ mal-Mulej nhar it-12 ta’ Diċembru 2018. Josephine kienet tagħti s-sehem volontarju tagħha mal-grupp li jieħu ħsieb it-tindif regolari tal-Bażilika.
127
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
BOV HOME LOANS
BUY THE PROPERTY OF YOUR DREAMS All loans are subject to normal bank lending criteria and final approval from the Bank. The term of the loan must not go beyond retirement age.
More information is available from www.bov.com or contact 2131 2020. Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta).
B6 LANDSCAPE.indd 1
Download the new app Get fully charged with your Free Fries
128
15/05/2019 15:43
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Appelli u Ringrazzjamenti Nappellaw biex: • Fejn hemm arbli fid-djar, fix-xahar ta’ Awwissu tittella’ bandiera, speċjalment fil-Ħdud ta’ qabel il-festa u jekk possibli jittella’ l-festun malarblu meta jidlam biex juri li Birkirkara qed tiċċelebra l-festa ta’ Sant’Elena. • Għall-festa, jiddawlu l-galleriji jew twieqi u jiżżejnu bix-xbieha ta’ Sant’Elena. • Nagħmlu ħilitna biex inwasslu l-ferħ tal-festa lil ta’ madwarna, speċjalment morda u anzjani, u jekk nistgħu, ngħinuhom jattendu l-funzjonijiet filBażilika u barra. • Lil kull Karkariż biex jieħu sehem fil-funzjonijiet fil-Bażilika. • Min jista’ jgħin fl-armar fil-Bażilika jew tat-toroq, javviċina lil min hu inkarigat jew lil xi ħadd minn dawk involuti. • Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex ma ssirx ħsara fl-armar. Nagħtu wkoll għajnuna biex wara l-festa, l-armar jintrefa’ malajr kemm jista’ jkun. • Biex bl-imġieba xierqa tagħna fil-festa nuru li verament inħobbu lil Sant’Elena. Ir-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella, ir-Rev.mu Kapitlu flimkien mal-Kummissjoni responsabbli minn dan il-ktieb jirringrazzjaw: • Lill-Kumitat tal-Festa u l-Grupp Ġbir ta’ Fondi għall-ħidma tagħhom. • Liż-żewġ Każini tal-Banda, Duke of Connaught’s Own u Sant’Elena, lillKumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu u lis-Soċjetà Dun Filippu Borgia. • Lis-sagristan is-Sur Carmelo Bonnici u lill-voluntiera kollha li jżejnu l-Bażilika Elenjana u t-toroq għall-jiem tal-festa. • Lil kull min ta kontribut tul iż-żmien biex dan il-ktejjeb seta’ jkun ippubblikat. • Lill-familji li jagħtu d-donazzjonijiet għall-festa. Lill-benefatturi kollha. • Lid-ditti u sponsors li rreklamaw f’dan il-ktieb.
Grazzi fuq kollox lil Alla li reġa’ tana s-saħħa biex bil-ħidma kollettiva tagħna nagħtuH ġieh permezz tal-Patruna tagħna Sant’Elena Imperatriċi Awgusta. 129
Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Birkirkara Festa Sant’Elena Imperatriċi Awgusta - 2019
Talba lil Santa Elena O qaddisa Elena, Patruna tagħna mill-aktar maħbuba, inti li minn qalbek ħabbejt is-Salib u b’rieda sħiħa u b’perseveranza erojka mxejt fuq il-passi ta’ Kristu Ġesù, waqt li fittixt dejjem li tbati għalih. Bit-talb siewi tiegħek, aqlagħli mingħand il-Mulej, il-grazzja li jien ukoll inkun veru dixxiplu ta’ Ġesù, billi bħalu u sal-aħħar nimxi warajh, waqt li nġorr is-salib tiegħi ta’ kuljum, biex hekk nasal fiż-żgur fil-hena ta’ dejjem fissema. Ammen. Missierna, Sliema u Glorja (Bis-sensja tal-Knisja)
S. Elena - Impittra minn Jacopo Palma il Giovane bejn l-1592 u l-1593. Tinsab fil-Knisja tal-Ġiżwiti f’Venezja, l-Italja.
Indiċi Reklami • AJ Electric • Alexia Flowers • Banif Bank • Ben Estates • BOV • Calleja Print Steps • Casa Antonia • Cuore di Frutta • Eduline • Floreal
- p. 98 - p. 114 - p. 48 - p. 29 - p. 126 - p. 56 - p. 85 - p. 52 - p. 58 - p. 58
• GMF Precast Ltd. • James Caterers • JJ’s • La Stalla Pizzeria • Mc Donalds • Park Towers Supermarkets
- p. 25 - p. 117 - p. 110 - p. 52 - p. 126 - p. 32
• Sapori - p. 98 • Smart Supermarket - inside cover (front) • Zaffarese Ltd. - inside cover (back)
Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min għoġbu jirreklama f’din il-pubblikazzjoni, nappellaw lil kulħadd sabiex jagħmel użu mill-prodotti u s-servizzi reklamati. Din il-pubblikazzjoni tista’ tkun possibbli biss permezz tal-għajnuna li jagħtuna dawk li jogħġobhom jirreklamaw fiha. Biex sena oħra tirreklama fuq dan ilktieb, tista’ tikkuntattjana fuq: kpk.stelena@gmail.com 130
Perinsignis Collegiata et Archimatrix Ecclesia nec non Sacrosancta Basilica Sanctæ Helenæ Imperatricis Augustæ Birchircara . Melitæ