1 minute read

Mill-Gzira Ghawdxija . - Imfakkar Ġanninu Cremona

Il-ħajja u l-ħidma ta’ Ġanninu Cremona (1926-2018) poeta, kittieb u filantropu, ġew imfakkra f ’attivitajiet organizzati mill-Parroċċa talKatidral li tagħha kien membru attiv Tul ħajtu Ġanninu ippubblika tliet kotba tal-poeżija u kiteb bosta xogħlijiet għall-palk li ttellgħu fl-Oratorju

Don Bosco, fit-Teatru Aurora u fl-Azzjoni Kattolika

Advertisement

Fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex ittellgħet wirja ta’ ritratti u kitbiet ta’ Ganninu, filwaqt li fil-Katidral saret serata li fiha nqraw poeżiji u tkantaw innijiet li ħarġu mill-pinna ta’ Cremona.

Ganninu Cremona serva wkoll bħala President tas-Soċjeta’ Filarmonika Leone u għal għadd ta’ snin kien viċi-president Djoċesan tal-Azzjoni Kattolika

Ġrajjiet Għawdex fuq kartolina

Fil-mużew/ċentru kulturali Il-Ħaġar, is-Soċjetà Filatelika t’Għawdex organizzat taħdita minn Vincent Zammit ‘Ġrajjiet Għawdex fuq kartolina’ li fiha ta ħjiel dwar l-aspetti storiċi u soċjali li jistgħu jinkisbu mill-kartolini filateliċi

This article is from: