ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 07 ta’ Awwissu, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 7 ta’ Awwissu, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

Appell tal-Papa Franġisku lill-mexxejja dinjija

FRANZA

Jekk tixtiequ li tgħinu lis-Sirjani, ieqfu ffinanzjaw il-gwerra Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ b’vidjo lill-mexxejja taddinja bħala kampanja ġdida biex tippromwovi l-paċi fis-Sirja. “Filwaqt li l-poplu jsofri, kwantitajiet inkredibbli ta’ flus qed jintefqu biex ifornu l-armi lill-ġellieda”, qal il-Papa. Hu osserva li wħud mill-pajjiżi li jfornu l-armi “huma wkoll fost dawk li jitkellmu dwar il-paċi. Kif tista’ temmen lil xi ħadd li l-ewwel iżiegħel bik b’idejh il-leminija u jsawtek bix-xellugija?” Il-Papa ddeskriva “it-tbatija immaġinabbli” tal-konflitt Sirjan bħala sitwazzjoni li “ssewwidli qalbi ħafna”. Hu ddeskriva lillpoplu Sirjan bħala vittma u li kien “sfurzat jibqa’ ħaj taħt il-bombi jew isib rotot lejn pajjiżi oħra jew jaħrab lejn żoni oħra tas-Sirja li huma inqas affettwati anqas millgwerra. Hu ta l-appoġġ tiegħu lillkomunitajiet Kristjani fir-reġjun u enfasizza “d-diskriminazzjoni li

huma jkollhom jgħaddu minnha”. Il-Papa stieden lill-mexxejja tad-dinja kollha biex jitolbu għall-paċi fis-Sirja u biex jifirxu l-messaġġ ta’ paċi, għaqda u tama. Hu ħeġġeġ lil dawk mdaħħla fin-negozjati għall-paċi biex “jieħdu dawn it-trattati bisserjetà u biex jagħmlu kull sforz ħalli jiffaċilitaw l-aċċess għallgħajnuna umanitarja”. Hu ddikjara li “m’hemm l-ebda soluzzjoni militari għas-Sirja iżda hemm biss soluzzjoni politika”. Hu seħaq li l-komunità internazzjonali “għandha, għalhekk, tappoġġja t-taħditiet għall-paċi li jwasslu biex jifformaw gvern ta’ għaqda nazzjonali”.

Wara l-qtil tas-saċerdot Kattoliku fi Franza

Musulmani jattendu l-Quddies b’solidarjetà Wara l-qtil ta’ saċerdot ta’ 84 sena fi knisja fin-Normandija l-Knisja Kattolika f’Pariġi talbet għall-paċi u stiednet lill-komunitajiet Musulmani biex iżuru knejjes qrib tagħhom u jattendu l-Quddiesa li saret il-Ħadd li għadda. “Din tippermetti lill-parruċċani u lill-komunitajiet Musulmani lokali biex tinbena relazzjoni u biex jippromwovu fratellanza u d-djalogu bħala oppożizzjoni għall-mibegħda u d-diviżjoni mmexxija mit-terroristi. Kristu hu l-paċi tagħna”. Musulmani madwar Franza wieġbu billi attendew Quddiesa fi knisja Kattolika f’ġest ta’ solidarjetà wara l-qtil ta’ Fr Hamel. Il-kunsill Musulman ta’ IĊ-ĊILI Franza, is-CFCM, ħeġġeġ lillMusulmani biex juru “solidarjetà u kompassjoni” wara l-qtil ta’ dan is-saċerdot Kattoliku.

Il-Quddies sar fost oħrajn f’Rouen kif ukoll fil-Katidral ta’ Notre Dame. “Aħna ninsabu kommossi,” qal l-Arċisqof ta’ Rouen, Dominique Lebrun. “Dan kien ġest importanti ta’ fraternità. Qalulna, u naħseb li kienu sinċieri, li mhuwiex l-Iżlam li qatel lil Fr Jacques Hamel”. Fr Hamel inqatel fil-knisja tiegħu f’Saint-Étienne-duRouvray, qrib Rouen, minn żewġ irġiel li wettqu dan f’isem il-grupp tal-Istat Islamiku. Musulmani fil-komunità lokali ta’ Rouen rreaġixxew b’rabja u qalu: “Dak li wettqu dawn iż-żgħażagħ kien dnub, huma ma baqgħux parti mill-komunità tagħna”. Il-Ħadd li għadda l-Musulmani flItalja attendew ukoll Quddiesa. Tliet Imam poġġew fil-filliera ta’ quddiem fil-knisja Santa Maria Trastevere f’Ruma.

IL-PAKISTAN

Kristjan akkużat li insulenta lil Moħammed f’poeżija Nadeem Masihm, raġel Pakistani Kristjan, jinsab maħrub wara li ġie akkużat li bagħat poeżija offensiva lil ħbiebu Musulmani fuq WhatsApp. Ħabib akkuża lil Nadeem li nsulta l-Islam u qal li l-poeżija kienet derogatorja dwar il-Profeta Moħammed u figuri Islamiċi qaddisa oħra. Uffiċjal lokali għall-infurzar tal-liġi kkonferma li “l-Pulizija rreġistraw każ kontra Nadeem Masihm dwar akkużi ta’ dagħa u qed ifittxuh peress li ħarab minn

daru”. Il-qraba ta’ Masihm ittieħdu f’“kustodja protettiva”. Sadanittant, is-sigurtà żdiedet filkwartieri Kristjani fil-belt ta’ Sarae-Alamghir, fil-provinċja tal-Punjab, minħabba tensjoni fil-post wara din l-allegazzjoni. Allegazzjonijiet preċedenti ta’ dagħa qajmu vjolenza fost in-nies u attakki fuq il-Kristjani. Għalkemm dan hu Stat bilmaġġoranza tal-popolazzjoni Musulmana, il-Pakistan għandu popolazzjoni Kristjana ta’ aktar minn żewġ miljun ruħ.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.