8
Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
IL-VJETNAM
Aktar minn 100 ‘pastor’ mitfugħa l-ħabs għax xandru l-Vanġelu L-awtoritajiet governattivi tarreġjuni għolja muntanjużi taċ-Ċentru tal-Vjetnam arrestaw 66 pastor ieħor għax xandru l-Vanġelu u għax irrifjutaw li jikkonsolidaw il-knejjes tagħhom f’kongregazzjonijiet ferm iżgħar. Dawn il-pastors issieħbu ma’ aktar minn 40 pastor ieħor li huma diġà l-ħabs. Uħud minnhom ilhom arrestati mill-2001. Din il-priġunerija inġusta ta’ mexxejja tal-Knisja, mingħajr anqas biss ma għaddew proċess quddiem Qorti Kriminali, hi saħansitra aktar ta’ tħassib minħabba l-kundizzjonijiet orribbli tal-ħabs fil-Vjetnam li hu ta’ theddida għal ħajjithom. Sorsi lokali saħansitra allegaw li l-priġunieri li ma segwewx il-protokoll strett ġew ivvalenati. Il-Kristjani jammontaw għal madwar għaxra fil-mija biss tal-popolazzjoni Vjetnamiża. Madankollu l-awtoritajiet iħarsu lejhom b’suspett.
Il-Kristjani Vjetnamiżi qed jiġu inġustament ristretti u l-mexxejja talKnisja tagħhom qed jintefgħu l-ħabs. Għalkemm dawn ilhom iħabbtu wiċċhom ma’ battalja iebsa fejn tidħol il-libertà reliġjuża, il-problemi għall-Kristjani komplew imorru għall-agħar matul dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif l-awtoritajiet arrestaw għexieren ta’ pastors oħra u tefgħuhom il-ħabs. Il-Kostituzzjoni u l-kodiċi legali tal-Vjetnam jipproteġu l-libertà reliġjuża iżda fil-prattika s-sitwazzjoni hi differenti ħafna. Il-libertà vera tar-reliġjon tippermetti t-tkabbir tal-minoranzi reliġjużi imma hemm ħafna restrizzjonijiet fuq it-tkabbir tal-Kristjaneżmu. Il-knejjes huma sfurzati jirreġistraw biex jorganizzaw laqgħat iżda hemm impedimenti kontra r-reġistrazzjoni f’ħafna reġjuni. Gruppi reliġjużi, li huma meqjusa bħala theddida għall-Gvern komunista, spiss huma mwaqqfa.
IR-RUSSJA
Tfal u żġħażagħ waqt il-kamp tas-Sajf
Knisja torganizza kamp ta’ mistrieħ għat-tfal Għal darb’oħra 50 tifel u tifla kif ukoll żgħażagħ ta’ bejn id-disa’ u s-17-il sena mill-komunità Kattolika Armena ta’ Venyov ħadu sehem f’kamp waqt il-btajjel tas-sajf. Il-Kattoliċi Armeni fir-Russja huma biss grupp ċkejken b’erba’ parroċċi biss. Għalhekk hu faċli għat-tfal li jitilfu l-identità Kattolika tagħhom. Fil-kampijiet tas-sajf, immexxija mill-Knisja, iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jiddiskutu l-lingwa, il-fidi u t-tradizzjonijiet tagħhom biex jitgħallmu aktar dwar l-istorja tal-Knisja, pajjiżhom u jsiru jafu aktar mill-qrib b’mod profond l-għeruq tal-ħajja tal-Knisja tagħhom. Matul it-tmint ijiem tal-kamp dawn jieħdu sehem f’Quddiesa kuljum u l-parteċipanti ż-żgħar jippreparaw ruħhom għall-Ewwel
Tqarbina. Dawn il-kampijiet tas-sajf dejjem kienu suċċess kbir qal il-kappillan tagħhom, Fr Sedrak Khitaryan. “IlKnisja għandha sehem importanti ħafna fit-trobbija ta’ dawn it-tfal kif ukoll fil-formazzjoni tal-valuri tagħhom. Ir-reliġjon issawwar il-karattru u l-kuxjenza ta’ dawn ittfal”, sostna Fr Khitaryan. Il-kappillan hu kuntent ħafna li dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirċievu nutriment spiritwali qawwi matul dawn il-kampijiet tas-sajf u flistess waqt igawdu minn esperjenza li ma jinsew qatt. Mingħajr l-għajnuna tal-Aid to the Church in Need kien ikun impossibbli biex huma jiffinanzjaw dawn l-attivitajiet u għalhekk din issena hi reġgħet kienet ta’ għajnuna billi għenet b’kontribuzzjoni għal dan l-iskop tant nobbli.
IL-VATIKAN
Hu inaċċettabbli li n-nies ċivili jħallsu l-prezz tal-kunflitt Sirjan
— il-Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku esprima t-tħassib tiegħu kif ħafna nies ċivili innoċenti huma sfurzati li jħallsu l-prezz tal-kriżi Sirjana u ddikjara s-solidarjetà tiegħu magħhom. Waqt l-Angelus tal-Ħadd il-Papa qal li “sfortunatament, aħbarijiet ta’ vittmi ċivili tal-gwerra qed ikomplu jaslu mis-Sirja, speċjalment minn Aleppo”. Hu żied li “hu inaċċettabbli li persuni mhux armati – anke tfal — għandhom iħallsu l-prezz talkunflitt”. Hu qal li l-prezz hu dak ta’ “qlub magħluqa u n-nuqqas taxxewqa għall-ksib tal-paċi” fuq innaħa ta’ min għandu l-poter f’idejh.
Il-Papa Franġisku esprima s-solidarjetà tiegħu ma’ ħutu s-“Sirjani” u ħassu qribhom fit-talb u afdahom f’idejn il-“protezzjoni materna tal-Verġni Marija”. Hu stieden lill-folla biex tagħmel mument ta’ talb fis-silenzju. Il-belt ta’ Aleppo ġiet assedjata għal ġimgħat sħaħ mill-forzi talGvern Sirjan għalkemm ġellieda ribelli ħabbru li huma temmew il-ġlied. Madwar 250,000 persuna hu stmat li qed jgħixu fil-belt assedjata. Eluf ta’ nies oħra nqatlu u miljuni ħarbu f’żoni jew pajjiżi oħra.