ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 25 ta’ Settembru, 201

Page 1

8

Il-Ħadd 25 ta’ Settembru, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IS-SIRJA

Il-Patrijarki jitolbu għat-tneħħija tas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea Il-Patrijarki Kristjani f’Damasku ħarġu appell flimkien jitolbu għat-tneħħija tas-sanzjonijiet talUnjoni Ewropea kontra s-Sirja. Il-Patrijarka Antjokjan Yuhanna X tal-Knisja Melkita Griega Kattolika, il-Patrijarka Gregorios III Laham u l-Patrijarka Sirjan Ortodoss, Injazju Aphrem II, iddikjaraw li s-sanzjonijiet qed ifixklu l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel u bżonnijiet oħra.

‘L-assedju tal-poplu Sirjan għandu jieqaf’, tennew il-Patrijarki. Iċ-ċittadini tal-pajjiż għandhom dritt jgħixu b’dinjità u jgawdu l-istess drittijiet fundamentali bħall-bqija tad-dinja. Ittneħħija tas-sanzjonijiet kontra s-Sirja tiffaċilita l-ħidma tal-Knisja u l-organizzazzjonijiet umanitarji fid-distribuzzjoni tal-ikel u l-mediċini. Il-Patrijarki semmew b’mod ċar l-impossibbiltà ta’ investimenti ġodda, il-projbizzjoni ta’ titjiriet

Miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja jitolbu bir-Rużarju

internazzjonali lejn is-Sirja, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-‘lista sewda’ ta’ kumpaniji Sirjani. L-għeluq tal-maġġoranza ta’ ambaxxati u l-irtirar tal-istaff diplomatiku kkontribwew għallklima ta’ iżolament fis-Sirja. Għalkemm is-sanzjonijiet għandhom aspett politiku, madankollu l-poplu Sirjan qed ibati l-konsegwenzi ‘speċjalment in-nies foqra u l-klassi tal-ħaddiema’.

IL-MONGOLJA

Tfal minn madwar id-dinja kollha qed jiġu mistiedna mill-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali ta’ Karità, l-Aid to the Church in Need, biex it-Tlieta 18 t’Ottubru fid-9 a.m. jingħaqdu flimkien f’katina biex jgħidu r-Rużarju għall-għaqda u l-paċi fid-dinja. It-tfal kollha li se jingħaqdu f’din il-katina tar-Rużarju qed jingħataw kuruna u talba mill-ACN biex jgħiduha flimkien. “Meta miljun tifel u tifla jitolbu t-talba tar-Rużarju d-dinja tinbidel”, qal b’mod profetiku Padre Pio, illum qaddis. Il-Papiet u l-Isqfijiet tagħna dejjem ħeġġew lill-poplu ta’ Alla biex ixerred id-devozzjoni lejn ir-Rużarju. Il-Papa Franġisku enfasizza dan meta qal: “fid-dinja hemm diversi konflitti armati li qed iseħħu. Donnha tip ta’ Tielet Gwerra Dinjija li miexja b’mod frammentat...”. Din il-battalja hi l-ewwel u qabel kollox waħda spiritwali u għalhekk jeħtieġ li nitolbu l-għajnuna u l-protezzjoni ta’ Marija, Omm Alla. Fr Jose Enkh-Baatar waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel Quddiesa tiegħu

L-ewwel saċerdot ordnat f’komunità Kattolika żgħira

Fr Jose Enkh-Baatar hu l-ewwel saċerdot li ġie ordnat mill-pajjiż tal-Mongolja. Hu ċċelebra l-ewwel Quddiesa tiegħu l-Ħadd, 28 t’Awwissu. Fr Enkh-Baatar qal: “Din ilQuddiesa, il-liturġija ewkaristika għalija hi l-akbar rigal. Issa nittama li nimxi fit-triq li jmexxini l-Mulej u hekk inwettaq ir-rieda tiegħu”. Iż-żagħżugħ ġie ordnat filKatidral San Pietru u San Pawl li jinsab f’Ulaanbaatar, l-istess knisja fejn hu ċċelebra l-ewwel Quddiesa tiegħu. Aktar minn 40 saċerdot ikkonċelebraw u aktar minn 1,500 parruċċan u mistednin ħadu sehem fiha. Fosthom kien hemm rappreżentanti governattivi, awtoritajiet tal-belt u diplomatiċi. Fost dawk preżenti kien hemm ommu, Enkh li għannqet lil binha u qalet li dan kien “unur” għaliha. Il-poplu Mongoljan hu maqsum bejn ix-shamaniżmu tradizzjonali u l-Buddiżmu Tibetjan. L-aspetti taż-żewġ

reliġjonijiet spiss jitħalltu. Malkomunità Kristjana, madankollu, ir-relazzjonijiet huma inqas eqreb lejn xulxin u l-ordinazzjoni ta’ Enkh tirrappreżenta pont f’dan ir-rigward. L-abbati Dambajav, li hu inkarigat mill-monasteru Buddist ta’ Dashi Choi Lin, attenda wkoll il-Quddiesa tal-ordinazzjoni. Hu ta lis-saċerdot żagħżugħ xalpa tradizzjonali tal-Buddisti ta’ lewn kaħlani, il-kulur li jirrappreżenta s-sema u għalhekk il-purità, iżda hi wkoll simbolu ta’ suċċess għall-futur u simbolu ta’ stedina għall-kompassjoni. L-Abbati qal: “Għandna relazzjonijiet tajba malKattoliċi, nitgħallmu minnhom kif huma jitgħallmu minna. Aħna kuntenti li wieħed minna, Mongoljan, ġie ordnat saċerdot ta’ din il-knisja”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.