ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 31 ta’ Lulju, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 31 ta’ Lulju, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IL-POLONJA

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Esperjenza ta’ fidi u tama

– Grace Ameh, Communications Department, Aid to the Church in Need (Malta) Għalkemm laqgħat ta’ żgħażagħ huma karatterizzati minn eċċitament u enerġija l-istorja kienet differenti għall-pellegrini tal-31 Jum Dinji għaż-Żgħażagħ fi Krakovja, ilPolonja. Kuljum, sa mill-bidu talattivitajiet tal-Jum Dinji tażŻgħażagħ madwar 30,000 parteċipant żaru l-ekskamp ta’ konċentrament ta’ AuschwitzBirkenau biex jirriflettu, jistaqsu u jfittxu tweġibiet mhux biss bħala lezzjoni importanti tal-istorja iżda wkoll jiksbu esperjenza personali u unika f’post ta’ riflessjoni uniku. Bro. Wojdek tal-Komunità ta’ Taizé jirrakkonta l-esperjenza tiegħu hu u jżur il-kamp: “Illum wara nofsinhar ġejt lura minn Auschwitz, millpost fejn matul it-Tieni Gwerra Dinjija mijiet ta’ eluf ta’ nies ġew esterminati. U hu sorprendenti ferm li l-istess żgħażagħ li kienu qed jesprimu l-ferħ tagħhom, marru wkoll hemm u waqfu biex jirriflettu dwar it-tifsira ta’ ħajjitna, dwar

Uħud miż-żgħażagħ miġbura fil-knisja Madonna ta’ Lourdes

it-tifsira tal-fidi tagħna u t-tama li nħaddnu. “Fl-istess ħin huma jaraw ittbatija li għadha teżisti fid-dinja kollha fejn għad hemm nies li jbatu l-ġuħ, l-esperjenza talgwerra u l-vjolenza”. F’appell lil grupp ta’ żgħażagħ miġbura biex jitolbu fil-knisja tal-Imqaddsa

Verġni Marija ta’ Lourdes fi Krakovja, Bro. Wojdek qal: “Hu impressjonanti ħafna li tara tant parteċipanti jiġu hawn, il-Polonja, biex jitolbu u jiltaqgħu flimkien, jaqsmu l-entużjażmu tagħhom u biex jiskopru li hawn tant żgħażagħ bħalhom. F’dawn il-jiem naraw il-kuntrast fil-ferħ tal-entużjażmu

tagħkom waqt li tiskopru tant żgħażagħ oħra li jaqsmu l-istess fidi iżda, fl-istess ħin, ma tistgħux tinsew ir-realtà. Ir-realtà li hemm nies li qed ibatu u ma jistgħux jiċċelebraw bħalma qed tagħmlu intom. B’dal-mod, intom qed tippreparaw lilkom infuskom għarrealtà bħala xhieda tal-paċi”. Bro. Wojdek ħeġġeġ lil kulħadd biex jitlob għal dawk in-nies li għaddejjin mit-tbatija u l-persekuzzjoni madwar id-dinja speċjalment fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani. Hu kompla: “Ma nafux is-sors ta’ din it-tbatija u vjolenza iżda dan hu li nistgħu nagħmlu. Nistgħu noffru t-tbatija tagħna u ta’ oħrajn lil Kristu. Naħseb li, bħala Kristjani, għandna responsabbiltà u t-talb hu parti minn din irresponsabbiltà”. F’ġest sabiħ, iż-żgħażagħ serrħu rashom mal-injama tal-ikona tasSalib u talbu fis-skiet f’qalbhom. B’dan il-mod, huma offrew ittbatijiet lil Kristu.

IĊ-ĊILI

Attakki bin-nar fuq knejjes Kristjani F’dawn l-aħħar snin, Araucanía, reġjun fin-nofsinhar taċ-Ċili, kien il-qalba ta’ attakki vjolenti. Mijiet ta’ persuni kienu vittmi tal-hekk imsejjaħ Konflitt Mapuche, imsemmi hekk għan-nies indiġeni finnofsinhar taċ-Ċili. Skont ċifri uffiċjali aktar minn nofs il-poplu Mapuche huma Kattoliċi u aktar minn 35 fil-mija huma Kristjani evanġeliċi. Mapuche huma nies paċifiċi iżda qed jitwettqu attakki vjolenti bin-nar f’isimhom minn gruppi estremisti li jallegaw li qed jiddefendu territorju li huma jgħidu li darba kien tagħhom. F’dawn l-aħħar sentejn 15-il knisja ġarrbu ħsarat estensivi u dan qed ifixkel il-ħidma soċjali tal-komunitajiet f’isem il-foqra tallokal. Il-vjolenza kompliet tiżdied.

Din is-sena diġà ġew attakkati ħdaxil knisja. L-aħħar li ntlaqat kien isseminarju maġġuri San Fidel, fid-Djoċesi ta’ Villarrica. Bil-ħsarat li ġarrab dan il-bini ma baqax tajjeb biex jgħixu s-seminaristi fih. F’intervista mal-Aid to the Church in Need, l-Arċisqof Francisco Javier Stegmeier ta’ Villarricas qal: “il-komunitajiet Kristjani li l-maġġorparti tagħhom huma Mapuche u foqra, raw ilfrott ta’ snin ta’ ħidma bla waqfien jintemm maħruq f’minuti”. L-Arċisqof żied: “il-poplu Mapuche sofra l-inġustizzji u hemm ħtieġa li tissewwa din il-ħsara. Ilgruppi vjolenti ma jikkontribwixxux għal soluzzjoni. Minflok huma parti mill-problema”.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment fil-pajjiżi li qed ibatu u għaddejin minn żminijiet diffiċli minħabba t-twemmin tagħhom fi Kristu. Dawk li jixtiequ jkunu jafu aktar fuq il-ħidma tal-ACN jew jixtiequ jagħtu xi għajnuna huma mitluba jżuru s-sit elettroniku www.acnmalta.org jew iċemplu 2148 7818 inkella jibagħtu email fuq info@acnmalta.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.