ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 2 ta' Ottubru, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IL-LIBJA

“Il-fejqan se jkun sfida kbira”

– l-Isqof George Bugeja OFM

“Aħna lkoll nemmnu fl-istess Alla. Fl-isem ta’ dan Alla nistgħu ngħixu fil-paċi bħall-aħwa”. Dan hu l-messaġġ li ntbagħat minn Tripli mill-Isqof George Bugeja OFM, Koadjatur tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli u Amministratur talVigarjat Appostoliku ta’ Bengażi. Is-sinjali tal-kunflitt fil-Libja jidhru kullimkien u jaffettwaw ilħajja tal-Kristjani. L-Isqof Bugeja tenna: “F’Bengażi, f’Ottubru 2014, il-Vigarju Appostoliku, issa Emeritu, l-Isqof Silvestro Magro u s-saċerdoti kellhom iħallu l-post u dan l-aħħar infurmani li l-knisja ġarrbet xi ħsara. Din tinsab fiż-żona Souq el-Hout

fejn għad hemm l-ISIS. Ċertament il-fejqan se jkun sfida kbira. FilVigarjat għad hemm, madankollu, żewġ Franġiskani”. Fil-kapitali Libjana issa fadal biss tmien missjunarji tal-Karità (il-Kongregazzjoni mwaqqfa minn Santa Tereża), tliet patrijiet Franġiskani u żewġ reliġjużi fisservizz tal-Vigarjat ta’ Bengażi. Għalkemm il-preżenza tal-Knisja ġiet kważi fix-xejn, il-komunità Kristjana tibqa’ waħda vibranti speċjalment il-Kattoliċi Filippini u Afrikani, l-aktar dawk min-Niġerja iżda hemm ukoll oħrajn misSenegal, il-Burundi, is-Sierra Leone,

Talb għall-Kristjani ppersegwitati

il-Liberja, in-Niġer u l-Ghana. Dan l-aħħar ingħaqdu flimkien magħhom l-Ewropej li baqgħu fir-reġjun. “Il-ħidma pastorali, għalkemm limitata”, żied l-Isqof Bugeja, “hi importanti ħafna”. Fi Tripli, ilħidma pastorali hi ristretta għallpostijiet li għandhom x’jaqsmu malKnisja biss l-aktar nhar ta’ Ġimgħa fejn, “apparti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Quddies differenti, aħna nħejju l-laqgħat preparatorji għad- diversi sagramenti kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti u hemm proposti għal-laqgħat ta’ talb. Aħna qed nippruvaw ukoll noffru għajnuna lil dawk fil-bżonn”. IS-SIRJA

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi li qed ibatu u għaddejjin minn żminijiet diffiċli minħabba t-twemmin tagħhom fi Kristu. Dawk il-persuni li jixtiequ jkunu jafu aktar fuq il-ħidma tal-Aid to the Church in Need (Malta) jew li jixtiequ jagħtu għajnuna huma mitluba jżuru s-sit elettroniku www.acnmalta.org jew iċemplu 2148 7818 inkella jiktbu fl-indirizz elettroniku info@acnmalta.org.

Kċina tal-ACN titma’ Kristjani u Musulmani f’Aleppo Filwaqt li l-belt Sirjana t’Aleppo għadha għaddejja minn vjolenza u konflitt, il-Knisja Kattolika qed tipprovdi għajnuna essenzjali u tama kemm lillKristjani kif ukoll lill-Musulmani li baqgħu jgħixu fil-belt. Il-Ġiżwita Fr Ziad Hilal tal-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali ta’ Karità, l-Aid to the Church in Need (ACN), stqarr kif il-Knisja qed titma’ lin-nies bil-ġuħ, il-maġġoranza tagħhom Musulmani. “Għandna kċina kbira. Din hi sponsorjata mill-ACN u minn assoċjazzjonijiet oħra. Ħafna nies jiġu. Qed nagħtu madwar 7,500 ikla kuljum”, qal Fr Hilal. “Dan hu ammont kbir u t-tim hu wieħed ta’

nies magħmul minn Musulmani u Kristjani”, żied il-Ġiżwita. Meta tipprovdi l-ħtiġiet bażiċi bħall-ikel tkun qed tagħti tama linnies u huma jħossuhom fiduċjużi li l-affarijiet se jmorru għallaħjar. Il-poplu ta’ Aleppo llum jeħtieġ tali sostenn aktar minn qatt qabel speċjalment issa li l-għadd ta’ vittmi ċivili u mwiet żdiedu minħabba li żdied il-ġlied. Eluf ta’ nies qed jiġu mitluba jiċċaqilqu minn fejn huma. Il-provvisti tal-ilma u l-elettriku nqatgħu s-sena l-oħra u dan affettwa madwar żewġ miljun ruħ. L-ACN għenet biex ittaffi t-tbatija billi pprovdiet ġeneraturi talelettriku u tankijiet tal-ilma għallfamilji affettwati.

Ulied EDWIN u GAETANA MELI (mill-Belt Valletta) jagħtu offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-ġenituri tagħhom EDWIN li miet fit-30 ta’ Mejju 1997 u ta’ GAETANA li mietet fit-2 ta’ Ottubru 2002. Mulej, agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.