8
Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
FRANZA
Beda l-proċess għall-beatifikazzjoni tas-saċerdot Jacques Hamel Id-djoċesi Franċiża ta’ Rouen bdiet il-proċess għall-beatifikazzjoni tas-saċerdot Jacques Hamel li nqatel minn żewġt irġiel tal-ISIS. Id-djoċesi bdiet il-proċess wara digriet mill-Papa Franġisku biex jinqabeż il-perjodu tradizzjonali ta’ stennija ta’ ħames snin. Normalment hemm perjodu ta’ stennija ta’ ħames snin wara l-mewt tal-persuna qabel ma djoċesi tibda l-proċess uffiċjali għall-beatifikazzjoni. Għalkemm din il-proċedura mhix normali diġà saret fil-każ ta’ Santa Tereża ta’ Kalkutta u ta’ San Ġwanni Pawlu II. Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Franċiża ssemmi li ġiet infurmata mill-Kongregazzjoni tal-Vatikan għallKawżi tal-Qaddisin li “għandu jkun evitat il-perjodu ta’ stennija li normalment ikun ta’ ħames snin qabel jibda l-proċess uffiċjali għall-beatifikazzjoni”. L-aħbar ingħatat mill-Arċisqof ta’ Rouen, Monsinjur Dominique Lebrun fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa penitenzjali tal-ftuħ mill-ġdid tal-knisja Saint-Etienne-duRouvray, fejn is-saċerdot ta’ 86 sena Fr Jacques Hamel inqatel brutalment. Xahrejn wara t-traġedja l-knisja reġgħet fetħet il-bibien tagħha għall-fidili. Il-Quddiesa penitenzjali saret minħabba d-desekrazzjoni tal-knisja. Iċ-ċele-
Fr Jacques Hamel
brazzjonijiet bdew waranofsinhar minn ħdejn t-Town Hall minn fejn il-parteċipanti mxew f’purċissjoni lejn il-knisja. Wara li s-Sindku ta’ Saint-Etienne-duRouvray Hubert Wulfranc u l-Arċisqof Dominique Lebrun għamlu d-diskorsi tagħhom fi Place de l’Eglise il-parteċipanti ntlaqgħu fil-knisja mill-Kappillan Fr Auguste Moanda-Phuti.
BAGHDAD
Il-Patrijarka jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali ħalli tagħmel aktar biex twaqqaf lill-ISIS
Il-Patrijarka Sako tal-Knisja Kattolika tal-Kaldej sejjaħ lin-nies tad-denominazzjonijiet reliġjużi kollha biex iwaqqfu t-tixrid tal“kanċer tal-ISIS” b’“għaqda b’saħħitha”. Fi stqarrija, il-Patrijarka ta’ Baghdad appella għall-“Musulmani u dawk mhux Musulmani ta’ rieda tajba madwar id-dinja biex iwieġbu għat-theddid terroristiku bis-serjetà u mhux bis-superfiċjalment”. Hu talab lill-komunità Musulmana biex “turi l-veru wiċċ tal-Islam” u b’hekk tikkonferma li l-estremiżmu jmur kontra t-twemmin tagħha. Hu kkwota siltiet speċifiċi kontra persuni Kristjani u qal li “kontinwament” qed jingħadu fil-prietki reliġjużi Islamiċi u fatwas (deċiżjoni fuq punt ta’ liġi Islamika) li “għandhom jiġu ttrattati b’mod deċiżiv”. Il-Patrijarka żied: “Speċjalment meta nafu li l-maġġoranza tal-Musulmani huma newtrali, moħħhom miftuħ u lesti jaħdmu għall-benefiċċju ta’ pajjiżhom
Il-Patrijarka Sako
u għal ħuthom iċ-ċittadini”. Sako qal li l-Kristjani qed jistennew lill-gvernijiet u lillawtoritajiet reliġjużi biex jaħdmu flimkien ħalli “jikkonfrontaw u jtemmu t-terroriżmu u l-estremiżmu”. Biex jintlaħaq dan hemm bżonn riformi fil-kurrikula tal-iskejjel għax minn hemm qed jiġi mgħallem l-estremiżmu.
IN-NIĠERJA
Jinħeles ir-Rettur tas-Seminarju ta’ Tansi Fr Emmanuel Dim, ir-Rettur tasSeminarju Maġġuri ta’ Tansi fl-Istat ta’ Onitsha Anambra, li nħataf flaħħar ġimgħa ta’ Settembru, inħeles. L-aħbar tal-ħelsien ta’ Fr Dim ixxandret f’edizzjoni speċjali tadDaily Trust u fuq is-sit eletroniku The Seismograph. Persuni suspettati bil-ħtif ta’ Fr Dim talbu 2.5 miljun għall-ħelsien tiegħu iżda d-Djoċesi ta’ Akwa qalet li ma ħallset ebda somma. Skont Fr Aghaulor, id-Direttur tal-Komunikazzjonijiet fid-djoċesi Kattolika ta’ Nnewi, rgħajja Fulani
armati sa snienhom imblukkaw il-karozza li fiha kien hemm Fr Dim li kien qed jivvjaġġa flimkien ma’ żewġ saċerdoti oħra bejn Nkpologwu u Nimbo fl-Istat ta’ Enugu. It-tliet saċerdoti ġew attakkati huma u ġejjin lura minn żjara li għamlu lil Fr Uchenna Ezeh tadDjocesi ta’ Nsukka fejn marru jagħtuh il-kondoljanzi wara l-mewt t’ommu. Fl-attakk iż-żewġ saċerdoti l-oħra kienu midruba ħafif iżda rnexxielhom jaħarbu.
Id-dinja tinbidel bit-talba tar-Rużarju “Meta mijlun tifel u tifla jitolbu t-talba tar-Rużarju flimkien, id-dinja tinbidel”, qal b’mod profetiku Padre Pio, illum qaddis. Għal dan l-iskop, il-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali ta’ Karità, l-Aid to the Church in Need, qed tistieden lit-tfal mid-dinja kollha biex it-Tlieta, 18 t’Ottubru, fid-9 a.m. jgħidu r-Rużarju għall-għaqda u l-paċi fid-dinja. Il-Papiet u l-Isqfijiet dejjem ħeġġew lill-poplu ta’ Alla biex ixerred iddevozzjoni lejn ir-Rużarju u l-Papa Franġisku dan l-aħħar enfasizza dan meta qal: “Fid-dinja hemm diversi konflitti armati li qed iseħħu. Donnha tip ta’ Tielet Gwerra Dinjija li miexja b’mod frammentat”. It-tfal Maltin li jixtiequ jipparteċipaw għandhom iċemplu 2148 7818 jew jiktbu fuq admin@acnmalta.org u jingħataw kuruna żgħira flimkien ma’ talba.