ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 15 ta'Ottubru, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 16 ta’ Ottubru, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IS-SIRJA

Miljun tifel u tifla jappellaw għall-paċi Aktar minn miljun tifel u tifla fis-Sirja qed jappellaw b’talba għall-paċi bħala parti minn appell ieħor lill-mexxejja politiċi biex tintemm il-vjolenza fejn ħafna tfal sfaw trawmatizzati, għaddew minn ħafna esperjenzi ta’ vjolenza, sfruttament sesswali, ħtif u mewt tal-maħbubin tagħhom. Mill-inqas 2,000 skola minn bosta partijiet tas-Sirja qed jieħdu sehem f’inizjattiva li fiha t-tfal qed ipinġu stampi b’messaġġi u ittri. Patrijarki u Isqfijiet se jwasslu dawn l-appelli lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Unjoni Ewropea. Sadattant, Oxford Research Group irrapporta li aktar minn 11,500 tifel u tifla mietu fl-ewwel sentejn tal-kunflitt. Il-ġimgħa li għaddiet, tfal tad-denominazzjonijiet kollha fil-kapitali, Damasku, kif ukoll f’Homs, Yabroud, Marmarita u f’Aleppo ħadu sehem fl-inizjattiva “Paċi għat-Tfal” b’kanzunetti, żfin, drama u talb, ilkoll magħquda għall-paċi.

It-tfal — li jinkludu bosta Musulmani — kitbu messaġġi fuq bżieżaq bojod lill-komunità dinjija bi slogans bħal: “Irridu l-paċi”, “Agħtuna t-tfulija tagħna lura”, “Aħna ma rridux aktar gwerra” u “Irridu mmorru l-iskola”. Mindu beda l-kunflitt fis-Sirja f’Marzu tal-2011, l-Aid to the Church in Need (ACN) ipprovdiet ikel, ilma nadif, sħana (fuel u elettriku), ħwejjeġ, mediċini u akkomodazzjoni għall-vittmi, irrispettivament mir-reliġjon li jħaddnu. Din hi t-tweġiba konkreta għallappell dwar is-Sirja li għamel ilPapa Franġisku u l-Patrijarka Kirill f’Havana fi Frar li għadda. L-ACN sa mill-2011 bilġenerożità ta’ benefatturi minn madwar id-dinja, inklużi dawk Maltin, ipprovdiet €13-il miljun f’għajnuna ta’ emerġenza għasSirja. Nitolbu lil Alla u lill-Madonna Omm il-Ħniena biex l-ilħna ta’ dawn it-tfal jinstemgħu u ssaltan il-paċi.

Tlett itfal Sirjani li ħadu sehem fl-inizjattiva għall-paċi

IL-MESSIKU

Tliet saċerdoti maħtufa u maqtula Inqas minn ġimgħa wara li żewġ saċerdoti Kattoliċi nħatfu u li wara nstabu maqtula, issa nstab ukoll il-katavru tat-tielet saċerdot li kien maħtuf warajhom, Fr José Alfredo López Guillén. Fr López Guillén, il-Kappillan ta’ Janamuato fl-Istat Ċentrali Messikan ta’ Michoacan, inħataf mid-dar talparroċċa tiegħu fid-19 ta’ Settembru. Il-ħtif tiegħu seħħ fl-istess jum li l-awtoritajiet sabu l-katavri taż-żewġ saċerdoti maħtufa, Fr Alejo Nabor Jiménez Juárez u Fr José Alfredo Juárez de la Cruz, mid-Djoċesi ta’ Papantla fl-Istat ta’ Veracruz. Fr Hugo Valdemar, kelliem għallArċidjoċesi tal-Messiku, qal li bi 15-il saċerdoti maqtula fl-aħħar erba’ snin “hu ċar li l-Messiku hu l-pajjiż fejn il-ministri tal-Knisja Kattolika huma l-aktar li jinsabu f’riskju.

“Dan il-fatt hu sorprendenti għax hemm iktar riskji fil-Messiku milli, pereżempju, fis-Sirja jew f’dawk il-pajjiżi fejn il-Kristjani huma ppersegwitati mill-Istat Islamiku”, sostna Fr Valdemar. B’riferenza għall-aħħar tliet delitti, Fr Valdemar qal li għalkemm Veracruz u Michoacán iffaċċjaw snin ta’ vjolenza minn kartell taddroga, “l-istati fejn dawn l-inċidenti ġraw b’mod irresponsabbli, riedu jiċħdu li dan kien twettaq millkriminalità organizzata”. Hu qal li l-gvernijiet statali “ma jixtiequx jaċċettaw dan l-istat mal-kriminalità organizzata li saret inkontrollabbli f’dawn l-oqsma”. Is-saċerdoti spiss qed ikunu l-mira billi l-Knisja Kattolika hi waħda mill-aktar li titkellem kontra delitti tal-kartell u l-attivitajiet tagħhom.

L-AŻERBAJĠAN

Rappreżentanti tal-Vatikan jiltaqgħu ma’ mexxejja Musulmani Delegazzjoni tal-Vatikan iltaqgħet ma’ delegazzjoni talMusulmani tal-Kawkasu f’Baku. Il-laqgħa kienet preseduta minn Sheikh-ul-Islam Allahshukur Pashazadeh, il-President tal-Musulmani tal-Kawkasu u mill-Isqof Mauricio Rueda Beltz, l-organizzatur tal-vjaġġi tal-Papa. Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ Sheikh Allahshukur Pashazadeh fiż-żjara tiegħu fl-Ażerbajġan kmieni dax-xahar. Matul il-laqgħa ġie enfasizzat d-djalogu importanti bejn il-mexxejja reliġjużi u l-approfondiment ta’ rabtiet intereliġjużi bejn il-fidili Kattoliċi u dawk Musulmani. B’riferenza għall-valuri multikulturali tal-

Ażerbajġan, iż-żewġ naħat esprimew sodisfazzjon bir-relazzjonijiet tajba bejn il-pajjiżi Kawkasi u s-Santa Sede. Huma ddiskutew ukoll ilprospetti ta’ żvilupp fir-relazzjonijiet reliġjużi u spiritwali mal-Musulmani Kawkasu. Skont ċifri pprovduti mill-Aid to the Church in Need, il-Musulmani jirrappreżentaw kważi 97 fil-mija tal-popolazzjoni tal-Ażerbajġan. Wara jumejn il-Papa Franġisku żar l-Ażerbajġan. Il-Papa ċċelebra Quddiesa fil-knisja Immakulata Kunċizzjoni – iċ-ċentru Salesjan ta’ Baku – fejn kiel mal-komunità Salesjana. Il-Papa Franġisku ltaqa’ wkoll mal-President tal-pajjiż Ilham Aliyev.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.