8
Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
IN-NIĠER
Missjunarju Amerikan maħtuf minn irġiel armati Missjunarju mill-Istati Uniti tal-Amerika, li ilu jaħdem fin-Niġer mill-1992, kien sfurzat jinża’ ħwejġu u wara nħataf minn irġiel armati minn ġo daru. Fr Jeffery Woodke ta’ 55 sena minn Kalifornja ħadem għal żmien twil mal-Youth With A Mission (YWAM). Fil-ħin li nħataf Fr Woodke kien qed jaħdem ma’ NGO lokali msejħa JEMED, organizzazzjoni msieħba ta’ YWAM. Residenti rrappurtaw li filgħaxija semgħu sparaturi ħdejn id-dar ta’ Fr Woodke. Is-Sindku tal-belt, Ahmed Dilo, qal li persuni armati riekba fuq mutur daħlu u qatlu lill-gwardjan u lis-seftura ta’ Fr Woodke qabel ħatfu lill-missjunarju. Sors lokali f’Abalak qal li l-persuni armati sfurzaw lil Fr Woodke jneħħi ħwejġu qabel ġegħluh jidħol fil-vettura four-wheel drive tagħhom. Is-sors qal li hi prattika normali li gruppi terroristiċi jġiegħlu lil dak li jkun ineħħi ħwejġu biex jippruvaw jevitaw li jiġu segwiti. Pete Thompson, kelliem għal YWAM, qal li “mhux magħruf fejn ittieħed u s’issa ebda grupp ma ħa
L-IRAQ
Qaraqosh: Sentejn, xahrejn u 12-il jum Fr Jeffery Woodke
r-responsabbiltà għall-ħtif tiegħu”. Rapporti indikaw li Fr Woodke qed jinżamm ostaġġ minn grupp ta’ Ġiħadisti traffikanti tad-droga msejjaħ Il-Moviment għall-Għaqda u Ġiħad fl-Afrika tal-Punent (MUJAO): grupp ta’ framment ta’ al-Qaida filMagreb Iżlamiku. Hu maħsub li Fr Woodke hu l-ewwel ċittadin Amerikan maħtuf fir-reġjun ta’ Sahel fl-Afrika fejn l-alQaida ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin jaħtaf ċittadini Ewropej u jitlob miljuni ta’ dollari bħala rahan.
Fis-6 t’Awwissu 2014, il-Wesgħat ta’ Nineveh ġew okkupati mill-forzi tal-ISIS. Dan kien il-bidu ta’ żmien ta’ eżilju għal aktar minn 100,000 persuna Kristjana li kienu jgħixu hemmhekk. Sentejn wara ngħatat l-aħbar tal-ħelsien ta’ Qaraqosh. Il-poplu ta’ Qaraqosh jinsab fis-seba’ sema. L-aħbarijiet u n-networks soċjali mtlew b’videos u ritratti ta’ nies jiċċelebraw, ikantaw u jitolbu. Dawn huma kummenti ta’ wħud millpersuni li l-Aid to the Church in Need (ACN) tkellmet magħhom. Aded li tilef lil ibnu u neputi meta l-ISIS invadewhom ħarab lejn Franza flimkien ma’ martu u bintu marida waqt li l-bqija tal-familja u l-ġenituri tiegħu baqgħu f’Erbil. “Illum il-Kristjani li kienu jgħixu f’din iż-żona huma kuntenti ħafna iżda aħna inkwetati dwar il-futur tagħna. In-nies qed jibżgħu jmorru lura lejn djarhom u, sakemm ma jkunx hemm qawwiet internazzjonali biex jipproteġuhom,
dawn mhux se jerġgħu lura”, kompla Aded. Martin kien seminarista meta ġie mġiegħel jaħrab minn Qaraqosh. Ftit ġimgħat ilu ġie ordnat saċerdot u l-aħbar waslitlu waqt li kien qiegħed fi żjara f’Bagdad. “L-ewwel ħaġa li nixtieq nagħmel hi li nirringrazzja lil Alla. Meta smajt l-aħbar, ħsibt li flaħħar it-tajjeb ittrijonfa fuq il-ħażen. Alla jrid li nkunu kuntenti. Aħna qed nitolbu biex xi darba nkunu nistgħu nirritornaw lejn djarna”, tenna Martin. Il-Patrijarka Kattoliku Kaldew Rafael Louis I Sako qal lill-ACN: “Nittama li l-liberazzjoni ta’ Mosul u l-Wesgħat ta’ Nineveh li għaddejja bħalissa tirnexxi bis-sħiħ. Dan hu sinjal ta’ tama għalina lkoll”. Sa mill-2014 l-ACN ipprovdiet aktar minn €20 miljun f’għajnuna lill-Kristjani tal-Iraq fejn varat proġetti ta’ għajnuna t’emerġenza u ta’ finanzjament għall-edukazzjoni, ikel u akkomodazzjoni għarrefuġjati.
IL-BRAŻIL
Mara ta’ 101 tirċievi l-Ewwel Tqarbina Doña Penha, mara ta’ 101 sena, għaddiet minn ħafna esperjenzi matul ħajjitha iżda l-aħħar avveniment hu probabbilment wieħed mill-aktar sinifikanti fil-ħajja twila tagħha. Hi rċeviet l-Ewwel Tqarbina tagħha matul Quddiesa fil-knisja Madonna tal-Karmnu f’dar talanzjani f’Rio de Janeiro, il-Brażil. Probabbilment hi l-aktar persuna avvanzata li għamlet dan. Sena ilu Doña Penha ngħaqdet mar-residenzi fid-dar tal-anzjani li hi mmexxija mis-Sorijiet Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima. Fid-dar hemm kappella fejn tiġi ċċelebrata l-Quddiesa matul il-ġimgħa u Doña Penha bdiet tattendi għaliha flimkien mar-residenti l-oħra. Meta talbet biex tqerr, is-saċerdot induna li hi kienet għadha qatt
ma rċeviet tqarbina. Fr Domingos Savio Silva Ferreira għalhekk talab lis-sorijiet biex iħejju lil Doña Penha ħalli tirċievi dan is-Sagrament. Wara li lestiet il-preparazzjonijiet, Doña Penha rċeviet l-Ewkaristija għall-ewwel darba. Persuni millistaff tad-dar tal-anzjani, li kienu preżenti, setgħu jaraw li “dan kien dak li hi verament riedet”. Huma osservaw li anki ta’ mitt sena u waħda “hi mara luċida ħafna u ppreparata biex tirċievi l-Ewwel Tqarbina mill-qalb”. Josiane Ribeiro, l-Assistenta Amministrattiva tad-dar, qalet: “Kien mument sabiħ ħafna li wriena li qatt mhu tard biex tirċievi l-Ewkaristija li għal xi ħadd li qed ifittex lil Alla la ż-żmien u lanqas il-mistħija ma tista’ twaqqfu.”