8
Il-Ħadd 27 ta’ Novembru, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
L-ITALJA
Il-Papa Franġisku jistieden lill-mexxejja reliġjużi biex jikkundannaw l-atti terroristiċi Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ madwar 200 rappreżentant ta’ reliġjonijiet differenti filVatikan, fosthom Kristjani, Lhud, Buddisti, Hindus u Musulmani, li kollha jwettqu ħidma fl-oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-karità u l-ħniena. Il-Papa esprima d-dwejjaq tiegħu lejn ilħafna attakki fuq il-libertà reliġjuża u qal lillmexxejja reliġjużi li atti ta’ vjolenza u terroriżmu għandhom ikunu kkundannati b’mod ċar ħafna. “Sfortunatament, ma jgħaddix jum wieħed li ma nisimgħux b’atti ta’ vjolenza, kunflitti, ħtif,
attakki terroristiċi, qtil u qerda”, qal il-Papa Franġisku. Hu żied li “hu orribbli li xi drabi, biex jiġi ġġustifikat tali barbariżmu, l-isem ta’ reliġjon jew l-isem ta’ Alla nnifsu jiġi invokat”. “Għandu jkun hemm kundanna ċara ta’ dawn l-atti li jipprofanaw l-isem ta’ Alla u jtellfu lillumanità fil-kisba reliġjuża”, sostna l-Papa. Hu kompla li minflok huma l-imħabba u l-ħniena, li huma fil-qalba tar-reliġjon vera, li għandhom jiġu promossi filwaqt li “l-mogħdijiet ta’ nuqqas ta’ qbil u ta’ nuqqas ta’ mħuħ miftuħa” għandhom jiġu miċħuda u jinbidlu “f’laqgħat
L-GĦARABJA SAWDIJA
paċifiċi” fost dawk li jemmnu. Madankollu, hu enfasizza li l-ħniena ma tistax tkun ipproklamata permezz tal-kliem biss imma trid tintwera fuq kollox fl-azzjoni, “b’mod tassew ħanin ta’ ħajja murija b’imħabba diżinteressata, b’servizz fratern u relazzjonijiet sinċieri”. “Il-Knisja tkompli dejjem aktar tixtieq li jiġi adottat dan il-mod ta’ għejxien”, qal ilPapa. “Ir-reliġjonijiet huma lkoll imsejħa għal dan il-mod ta’ għejxien bil-għan li nkunu, partikolarment fil-ġurnata tal-lum, messaġġiera tal-paċi u bennejja tal-komunjoni”.
IL-PAKISTAN
Il-Gvern jipprojbixxi l-iskejjel milli jiċċelebraw vaganzi li mhumiex Islamiċi L-Arabja Sawdija wissiet lill-iskejjel internazzjonali dwar il-vaganzi
mhux Islamiċi bħall-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Aġenzija tal-Aħbarijiet semmiet li “din il-projbizzjoni ma tħallix skejjel jagħtu vaganzi f’okkażjonijiet bħal dawn jew ibiddlu d-dati tal-eżamijiet biex jakkomodaw il-ġranet ta’ festa”. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ppubbika direttivi lill-iskejjel kollha biex isegwu l-kalendarji akkademiċi għall-eżamijiet u l-vaganzi. Se tittieħed azzjoni kontra dawk l-iskejjel li jiksru din id-direttiva. L-Arabja Sawdija hi stat Sunnita-konservattiv li jimxi bir-regoli Islamiċi f’kull aspett tal-ħajja.
L-Arċisqof Sebastian Shaw
Kristjani jissieltu l-persekuzzjoni permezz ta’ djalogu bejn ir-reliġjonijiet L-Arċisqof Sebastian Shaw ta’ Lahore qal li Kristjani fil-Pakistan qed jissieltu l-persekuzzjoni u t-terroriżmu permezz tad-djalogu inter-reliġjuż. Qed jitwaqqfu gruppi madwar il-Pakistan biex jgħinu lill-Kristjani, lill-Musulmani, lillHindus u lix-Sikhs biex jifhmu aħjar lil xulxin u reċentement bdew jaraw il-“frott”. L-Arċisqof Shaw jittama li dan id-djalogu jwassal għal bidliet filliġijiet severi fil-Pakistan kontra d-dagħa li wasslu għall-qtil u ħabs ta’ numru ta’ Kristjani li falzament kienu akkużati b’dagħa. “Il-liġi tad-dagħa qed tiġi fis-seħħ b’mod inġust kontra l-Kristjani u dan għandu jieqaf”, qal l-Arċisqof Shaw. Hu żied li l-Kristjani kienu qed jiġu akkużati inġustament b›dagħa bil-konsegwenza ta’ rata ta’ madwar vittma kull ġimagħtejn. Minħabba li l-Kristjani ma setgħux iħallsu lura “ħażen
b’ħażen” is-soluzzjoni għallpersekuzzjoni kontinwa kontrihom kienet id-djalogu mal-maġġoranza Musulmana, jemmen l-Arċisqof Shaw. Il-Kristjani kienu ltaqgħu ma’ skulari Musulmani u Imams bit-tama tal-kisba tal-bidla. L-Arċisqof Shaw ilu jservi filKunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż mindu beda l-missjoni Pastorali tiegħu f’Lahore fl-2013. F’ħafna okkażjonijiet hu enfasizza l-fehmiet tiegħu dwar il-koeżistenza lill-imsieħba tad-djalogu Musulman. L-Arċisqof ħeġġeġ ripetutament lill-mexxejja reliġjużi biex jipprietkaw it-tolleranza fil-moskej, fil-knejjes u fit-tempji. “Dan hu dak li nħoss dwar x’inhu r-rwol tarreliġjon”. Ħafna Musulmani, inklużi Imams, “japprezzaw ħafna” l-ħidma tiegħu. Kjeriku Musulman qal lillArċisqof Shaw hu “sinjal ta’ għaqda u paċi” għall-Pakistan.