ACN (Malta) – LEĦEN IS-SEWWA – Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

L-IŻVIZZERA

Battalja biex is-slaleb jitħallew f’postijiet pubbliċi Petizzjoni nazzjonali fl-Isvizzera qed titlob biex is-simboli Kristjani jibqgħu f’bini pubbliku u fl-iskejjel. Dawk li ffirmaw huma kontra l-fatt li s-slaleb qed jisparixxu mill-klassijiet tal-iskejjel u mill-bini pubbliku. “Aħna rridu li s-simboli Kristjani jibqgħu fil-postijiet pubbliċi u — fejn hu sinifikanti — oħrajn ġodda għandhom jiġu mqiegħda”, jispjega l-Kunsillier tal-SVP Pirmin Müller tar-reġjun ta’ Lucerna. F’dawn l-aħħar ħames xhur 24,700 persuna minn madwar l-Isvizzera kollha ffirmaw il-

petizzjoni: “Is-Salib għandu jibqa’”. Il-firem issa ġew mgħoddija lill-Kunsill Federali. Grupp Kristjan-Konservattiv Verein Neuer Rütlibund, imwaqqaf fl-1990 u mmexxi millPresident Pirmin Müller, qed jieħu ħsieb ilpetizzjoni. Dan il-grupp ippubblika fuq sit elettroniku: “Li wieħed jgħid li s-simboli Kristjani m’għadx għandhom post fil-postijiet u f’binjiet pubbliċi, ikun qed jiċħad parti importanti millidentità Kristjana tal-Punent”. Imnedija f’Mejju, il-petizzjoni kienet intiża biex tqajjem dibattitu dwar is-simboli Kristjani

IL-BELĠJU

fuq livell nazzjonali u biex tistimula diskussjoni fil-fond dwar x’jikkostitwixxu l-postijiet pubbliċi. “Illum, avversarji tas-salib qed jippreżentaw it-talbiet tagħhom lill-Qrati jew lill-Istat”, qal Müller. Madankollu, l-ispazju pubbliku jappartjeni lill-poplu: “Simboli Kristjani għandu jkollhom post fit-tfassil tal-ispazju pubbliku mingħajr ma l-istat jinterferixxi għax inkella jkun qed jaffettwa l-libertà tat-twemmin”. Fil-fehma tiegħu, il-petizzjoni hi biss l-ewwel pass: “Aħna rridu wkoll ninkoraġġixxu lin-nies biex ikunu attivi u jiċċaqilqu huma wkoll”.

IL-KONGO

Islamisti jitolbu għat-tneħħija ta’ gvernatur Kristjan

Fl-Indoneżja, l-akbar nazzjon fid-dinja b’maġġoranza ta’ popolazzjoni Musulmana, il-Pulizija qed jaħsbuha jsegwux każ ta’ dagħa instigat minn Musulmani radikali kontra l-Gvernatur ta’ Jakarta, Basuki Tjahaja Purnama, imlaqqam “Ahok”. Jekk hu jinstab ħati jista’ jiffaċċja sa ħames snin ħabs. Il-problema bdiet meta xi ħadd fuq il-midja soċjali editja u ssottotitola filmat ta’ diskors ta’ Ahok iżda ħalla barra kelma prinċipali fis-sottotitli biex jidher li l-Gvernatur kien qed jikkritika l-Koran aktar milli lir-rivali politiċi tiegħu. Il-filmat rawh ħafna nies u dan inċita kemm Musulmani moderati kif ukoll lil dawk radikali.

Sorijiet tas-Sacred Hearth jieħdu ħsieb trabi orfni

L-ACN tiffinanzja ‘care center’ ġdid għall-orfni u l-morda

A GIFT for GIVING

and helping others... Christmas Gifts in aid of

For further details or reservations please contact us by phone on 21487818 or by email on info@acnmalta.org ACN Xmas Hampers (Lehen is-Sewwa).indd 1

28/11/2016 11:55 AM

Wieħed mill-pajjiżi l-aktar foqra u l-aktar sotto żviluppati fid-dinja hi r-Repubblika Demokratika tal-Kongo li qed tkompli tmur għall-agħar minħabba vjolenza kontinwa u konflitt armat fil-pajjiż. Ħafna ġenituri foqra mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb uliedhom li qed jabbandunawhom jew saħansitra jkeċċuhom minn djarhom. Ħafna subien jispiċċaw fi klikek kriminali waqt li l-bniet jiġu sfurzati għall-prostituzzjoni, jinqabdu tqal u ma jsibu ebda għajnuna. Dawn il-bniet żgħażagħ mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb ta’ wliedhom minħabba li m’għandhomx edukazzjoni u m’għandhom l-ebda idea kif imantnu lilhom infushom jekk mhux permezz tal-prostituzzjoni. Il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Qalb Imqaddsa ta’ Marija qed tieħdu ħsieb dawn in-nies f’erba’ ċentri madwar il-pajjiż. Huma jieħdu ħsieb

it-tfal tat-triq, lil dawk orfni u jgħinu wkoll lill-ommijiet adolexxenti billi jgħallmuhom il-ħjata biex ikunu jistgħu jmantnu lilhom infushom. Is-sorijiet jgħallmu l-edukazzjoni bażika, kura għall-anzjani, kif jattendu pazjenti morda bil-lebbra fiċ-ċentri tas-saħħa, jipprovdu kura medika, kif ikunu qwiebel għallommijiet li waslu biex iwelldu u jgħinu fil-kura tal-morda minħabba li m’hemmx kura tas-saħħa. Huma jgħallmu wkoll fl-iskejjel u filħidma tal-parroċċi u, fost ħidmiet oħra, jappoġġjaw lis-saċerdoti billi jipprovdu t-tagħlim kateketiku. Issa l-Kongregazzjoni qed tippjana li tibni ċentru ġdid f’Mbandaka, filmajjistral tal-pajjiż, fejn se tieħu ħsieb l-orfni u l-morda. L-Aid to the Church in Need (l-ACN) bl-għajnuna ta’ Alla u tal-ġenerożità tal-benefatturi tagħha se toffri għajnuna finanzjarja b’risq dan il-proġett.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.