8
Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Politiċi tal-Unjoni Ewropea tkellmu ma’ tfal f’Aleppo Flimkien mal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need (ACN) il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u l-mibgħut speċjali tal-Unjoni Ewropea għalLibertà Reliġjuża u t-Twemmin Jan Figel, it-Tlieta organizzaw konferenza telefonika ta’ siegħa permezz ta’ Skype bejn il-politiċi fil-Parlament Ewropew u t-tfal tal-iskola fi knisja Kattolika f’Aleppo, is-Sirja. It-tfal, studenti Kristjani u Musulmani, irrakkontaw l-esperjenzi tagħhom u wieġbu għall-mistoqsijiet dwar ħajjithom waqt il-gwerra li ilha għaddejja dawn l-aħħar ħames snin. Din il-gwerra ġa qatlet 400,000 persuna u qerdet 2,960 skola. Minn 2,900,000 tifel u tifla li kienu jattendu
Waħda mit-tpinġijiet għall-paċi li għamlu tfal Sirjani
l-iskola kważi 2,000,000 m’għandhomx edukazzjoni. L-appell għall-paċi jfittex li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li b’differenza mill-Iraq u minkejja d-diviżjonijiet li ġabet magħha l-gwerra fis-Sirja,
il-Kristjani u l-Musulmani għadhom magħqudin. L-espert tal-Aid to the Church in Need għal-Lvant Nofsani, Fr. Andrew Halemba, li nissel l-idea wara diversi żjarat fir-reġjun qal: “Ir-rabta tal-kon-
ferenza telefonika bejn it-tfal Sirjani u l-politiċi Ewropej kompliet tibni r-relazzjonijiet fuq il-kunċett inizjali tat-“Tpinġijiet għall-Paċi fis-Sirja” fejn l-ACN, flimkien mal-knejjes lokali fis-Sirja, li jirrappreżentaw madwar 95 fil-mija tal-Kristjani Sirjani, ġabru ’l fuq minn miljun tpinġija u ittri minn tfal li jħaddnu reliġjonijiet differenti minn aktar minn 2,000 skola f’Aleppo, Homs, Tartus, Yabroud u Damasku”. Dawn il-messaġġi u tpinġijiet huma għajta vibranti u innoċenti għall-paċi lill-Punent mit-tfal Sirjani. Filfatt permezz ta’ Fr. Ziad Hilal SJ fiż-żjara li għamel dan l-aħħar f’Malta ġab diversi tpingijiet mit-tfal Sirjani.
IL-PAKISTAN
Estremisti Musulmani kkundannati għall-mewt Qorti kkundannat estremisti Musulmani b’inċitament ta’ vjolenza u bi qtil ta’ koppja Kristjana li ngħatat in-nar ħajja. Shahzad Masih u martu Shama Bibi li kellha ħames xhur tqala ġew mitfugħa ġo forn tal-bricks wara li ġew akkużati b’dagħa. Shama kienet ħarqet paġni mill-Koran mingħajr ma kienet taf x’inhuma minħabba li hi illitterata. Rapport talpost-mortem sab li l-koppja kienet għadha ħajja meta kienet mitfugħa fil-forn. Il-qtil qanqal rabja
madwar il-pajjiż u l-każ tressaq quddiem il-Qorti ta’ kontra t-terroriżmu f’Lahore. Il-ħames qattiela, inkluż l-Imam lokali, ġew ikkundannati għall-mewt mill-Imħallef Chaudhry Muhammad Azam mixlija li tefgħu lill-koppja fil-forn. Tmienja oħra ġew immultati u ntefgħu l-ħabs għal sentejn. L-ebda data tal-eżekuzzjoni ma ġiet imxandra u din tista’ tieħu snin. Riaz Anjum, mis-Soċjetà Voice li rrappreżentaw lil missier Shama, Mukhtar Masih,
qal: “Għalkemm bosta mill-persuni suspettati ma kienux misjuba ħatja wara d-dikjarazzjonijiet mill-aħwa Shahzad, ħamsa minnhom irċevew il-piena tal-mewt. Dan hu pass straordinarju minnaħa tal-Qorti”. Il-British Pakistani Christian Association issa qed tipprova tieħu lil missier Shama f’dar biex tħarsu minn kull periklu. Hu qed jieħu ħsieb tattlett itfal tat-tifla tiegħu. Il-familja rċeviet diversi theddid ta’ mewt u abbuż minħabba din il-kawża.
IR-RUSSJA
INTERNATIONAL
Christmas Carol
Concert IN AID OF ACN (MALTA)
Friday, 16th December 2016 at St. John’s Co-Cathedral, Valletta Starting at 7.30PM For more information please call 21487818 or by email info@acnmalta.org
Aid to the Church in Need (Malta) 39b, Mdina Road, Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: info@acnmalta.org
www.acnmalta.org
ACN Xmas Concert 2016 (lehen-1s-sewwa).indd 1
Aid to the Church in Need Malta
@acn_malta
Aid to the Church in Need is a Pontifical Foundation of the Catholic Church and registered in Malta Reg. No. LPF-212, as a Foundation regulated by the second schedule of the Civil Code Chapter (16) of the Laws of Malta.
05/12/2016 2:43 PM
Parroċċa Siberjana għandha knisja u presbiterju Il-belt ta’ Usolye Sibirskoye tinsab madwar 87 km ’il bogħod minn Irkutsk, fis-Siberja u għandha popolazzjoni ta’ madwar 85,000 persuna. Fl-1999 bdiet ħajja ġdida bilwasla tal-Patrijiet Karmelitani li ħadu f’idejhom il-parroċċa Kattolika t’hemmhekk. Din hi ddedikata għal ħuhom saċerdot Karmelitan ieħor, Fr. Rafael Kalinowski. Fis-seklu 19 dan il-Patri Karmelitan Pollakk ġie kkundannat għaxar snin xogħol iebes u deportat f’Usolye Sibirskoye. Fis-sena 2002 ġie stabbilit kunvent tal-Karmnu wkoll. Filqrib hemm kunvent ieħor, dak tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet San Albert, li jmexxu creche għat-tfal. Fl-istess ħin dan hu kenn u dar għattfal fil-bżonn. Il-ħidma pastorali li l-Karmelitani ilhom iwettqu fil-parroċċa għal dawn l-aħħar 20 sena issa ħasdu frott tajjeb, speċjalment fost iżżgħażagħ. Ħafna minn dawk li,
bħala tfal, kienu minn tal-ewwel li tgħallmu l-katekiżmu wliedhom issa tgħammdu u jisimgħu l-Quddies talĦadd flimkien mal-familji tagħhom. Il-ħajja spiritwali tinsab fis-sod u l-parroċċa issa hi waħda attiva pastoralment. Madankollu, għal ħafna snin il-parroċċa kellha biss kappella żgħira għad-dispożizzjoni tagħha li oriġinarjament kienet ħanut talmerċa. Ma kienx hemm biżżejjed spazju għall-kongregazzjoni waqt il-Quddies u t-tagħlim tar-reliġjon. Għalhekk ittieħdet deċiżjoni li l-kappella oriġinali tiġi estiża u jinbena wkoll presbiterju magħha. L-Aid to the Church in Need għenet b’kontribuzzjoni għal dan il-għan u Fr. Pawel Badzinski rringrazzja lill-ACN. Qal: “Aħna profondament grati għall-għajnuna tagħkom u nitolbu għall-benefatturi kollha tagħkom. Jalla l-Mulej iberikom u jħariskom”!