8
Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru, 2016
INTERNAZZJONALI
IS-SIRJA
Il-Lvant ta’ Aleppo “ċimiterju enormi”
– Il-Kap Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti
Hekk kif il-forzi tal-Gvern daħlu fil-Lvant ta’ Aleppo kmieni f’Diċembru, 25,000 persuna kienu sfurzati jitilqu minn djarhom. Aktar minn nofshom huma tfal. Video juri l-katavri ta’ tfal mejtin qed jinġarru fit-toroq fl-inħawi tar-ribelli hekk kif il-bumbardamenti qed ikomplu jiżdiedu. Stephen O’Brien, il-Kap Umanitarju tan-NU, wissa f’sessjoni t’emerġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li l-Lvant ta’ Aleppo kien qed jiġi trasformat f’“ċimiterju enormi” hekk kif iżżona miżmuma mir-ribelli qed tkun assedjata mir-reġim Sirjan u l-forzi Russi. O’Brien enfasizza l-qagħda mwiegħra ta’ nies ċivili sfurzati ’l barra mil-Lvant ta’ Aleppo li kellhom jaqsmu l-fruntieri u jirriskjaw li jinqabdu fl-isparar. Huma ffaċċjaw periklu mhux biss mill-gruppi ribelli li ppruvaw iwaqqfuhom milli jaħarbu iżda wkoll f’checkpoints ta’ kontroll talGvern fejn uħud kienu maħtufa u “sparixxew”. “Kif rajna qabel, madwar isSirja u matul il-kunflitt, irġiel, nisa u tfal ġew regolarment arrestati
f’checkpoints ikkontrollati millGvern qabel ma jiġu trasferiti lejn wieħed mill-għexieren ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni uffiċjali jew sigrieti mmexxija mill-Gvern”, kompla O’Brien. “Bosta huma spiss miżmuma b’ebda ċans ta’ komunikazzjoni u b’mod indefinit, jiffaċċjaw ir-riskju li jkunu suġġetti għal tortura u trattament ħażin, qtil extraġudizzjarju jew jisparixxu”. Il-Kap Umanitarju għalaq b’sejħa għall-għajnuna: “F’ġieħ l-umanità, nitolbu, flimkien mal-partijiet u lil dawk li jfasslu l-politika, biex jagħmlu dak kollu bis-setgħa tagħhom ħalli jipproteġu persuni ċivili u jippermettu aċċess għall-parti assedjata tal-Lvant ta’ Aleppo qabel ma din issir ċimiterju wieħed”. Nisa u tfal jaħarbu minn djarhom f’Aleppo
IĊ-ĊINA
Żewġ Isqfijiet ġodda ordnati bl-approvazzjoni tal-Vatikan
A GIFT for GIVING
and helping others... Christmas Gifts in aid of
For further details or reservations please contact us by phone on 21487818 or by email on info@acnmalta.org ACN Xmas Hampers (Lehen is-Sewwa).indd 1
28/11/2016 11:55 AM
Wara aktar minn 60 sena ta’ “gwerra bierda”, taħditiet sigrieti bejn il-Vatikan u l-awtoritajiet Ċiniżi qed joffru tama ġdida. Uffiċjali tal-Vatikan u oħrajn Ċiniżi ltaqgħu minn tal-anqas erba’ darbiet sa minn Jannar ta’ din is-sena, inkluż f’Ruma, biex jippruvaw isolvu l-kwistjonijiet delikati ta’ kif, fost oħrajn, jinħatar Isqof. F’Awwissu, il-Kardinal John Tong Hon, il-kap tal-Knisja Kattolika ta’ Hong Kong, żvela li l-Vatikan u Beijing kienu laħqu ftehim inizjali dwar il-ħatra ta’ Isqfijiet Kattoliċi fil-pajjiż fi sforz biex iżommu avvanz fir-rabtiet bilaterali. Issa ġew ordnati żewġ Isqfijiet Ċiniżi rikonoxxuti mis-Santa Sede. Dan hu l-aktar sinjal reċenti ta’ titjib fir-rabtiet bejn iċ-Ċina u l-Vatikan wara snin t’ostilità. Fr Wang Xiaoxun ġie ordnat
Isqof-Koadjatur fid-djoċesi ta’ Ankang, fil-provinċja ta’ Shanxi. Fr. Joseph Tang Yuange, ta’ 53 sena, ġie ordnat Isqof u rrapporta li matul il-festa ta’ San Andrija, kien hemm preżenza kbira ta’ pulizija filKatidral ta’ Pinganqiao, f’Chengdu, provinċja ta’ Sichuan. Il-ġurnalisti ma ngħatawx permess jattendu. Fr Tang twieled f’familja Kattolika f’Sichuan fl-1963 u studja fis-seminarju provinċjali Kattoliku. Hu kien ġie elett Isqof maħtur ta’ Chengdu f’Mejju 2014 waqt l-elezzjoni sponsorjata mill-Gvern u kien finalment approvat mis-Santa Sede s-sena l-oħra. F’Chengdu hemm 20 saċerdot, disa’ sorijiet u seminarista li jservu lil madwar 100,000 membru tal-Knisja.