ACN (Malta) – LEĦEN IS-SEWWA – Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IS-SIRJA

Sitwazzjoni mwiegħra f’Aleppo L-armata Sirjana u l-alleati tagħha issa kisbu l-kontroll ta’ tmenin fil-mija t’Aleppo. Sa ħamsin elf persuna ċivili ġew sfurzati jaħarbu miż-żoni tal-lvant ikkontrollati milloppożizzjoni li ġew assedjati fil-punent t’Aleppo għal tliet xhur sħaħ. Ir-Red Crescent u organizzazzjonijiet umanitarji oħra qed jagħmlu l-almu tagħhom biex itaffu s-sofferenza ta’ dawk l-iktar filbżonn. In-Nazzjonijiet Uniti qalet li n-nies qed jiġu ffuċillati fuq il-post u mal-mitt elf persuna bħalissa huma ddisprati biex joħorġu mill-Lvant t’Aleppo. In-Nazzjonijiet Uniti għandhom pjan li jevakwawhom f’post żgur erba’ kilometri ’l bogħod iżda qabel ma jkunu jistgħu jiċċaqalqu

qed jistennew li jieqfu l-bumbardamenti. Fil-punent t’Aleppo missili, bombi tal-gass u bombi oħra għandhom fil-mira tagħhom żoni ppopolati għalkemm il-bumbardamenti naqsu f’dawn l-aħħar ġimagħtejn billi l-armata Sirjana bdiet l-offensiva tagħha kontra l-forzi taloppożizzjoni. Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, iċ-Ċentru tal-Ġiżwiti ġie bbumbardjat fis-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija. Għall-grazzja ta’ Alla ħadd ma nqatel għax dakinhar il-Quddiesa ta’ kuljum kienet qed issir f’post ieħor u fiċ-ċentru ma kien hemm ħadd. Fil-punent t’Aleppo ilu ma jkun hemm provvista tad-dawl elettriku għal dawn l-aħħar erba’ xhur u n-nies jiddependu fuq ġeneraturi

tal-elettriku li jinsabu madwar il-belt. Parti kbira t’Aleppo għad m’għandha l-ebda provvista t’ilma u r-residenti ċivili jiddependu fuq bjar jew trakkijiet tal-ilma biex jimlew it-tankijiet tad-djar tagħhom. Ħafna nies m’għandhomx biex iħallsu għall-heaters biex isaħħnu djarhom għax il-prezzijiet sparaw ’il fuq u ħafna huma mġiegħla jaħarqu l-injam jew saħansitra biċċiet ta’ ċraret qodma biex iżommu sħan. Is-servizz tal-internet mhux tajjeb u ta’ spiss jinqata’ għal bosta sigħat. Inħeġġu lill-qarrejja biex ikomplu jitolbu lil Alla ħalli jgħin lil dawn ħutna msejkna li għaddejjin minn kalvarju kontinwu. Marija Sultana tal-Paċi itlob għal dawn ħutna.

IL-BURKINA FASO

Futur lil ommijiet adolexxenti Fil-Burkina Faso n-numru ta’ tfajliet li jippruvaw irabbu t-tfal waħedhom qed jiżdied. Iktar iva milli le, il-missier tat-tifel jew tifla ma jieħu l-ebda responsabbiltà. Ħafna minn dawn it-tfajliet huma orfni jew ġejjin minn familji foqra u żvantaġġati. Meta jinqabdu tqal huma jitkeċċew ’il barra minn djarhom. Xi drabi dawn iwelldu t-tarbija tagħhom u mbagħad jabbandunawha fit-triq. Ħafna minnhom jorqdu fit-toroq għax ma jkollhomx post ieħor fejn imorru. Xi bniet jaqgħu fin-nassa talprostituzzjoni minħabba li ma jaraw ebda mod ieħor biex imantnu lilhom infushom u lit-tarbija tagħhom. Ta’ sikwit dan hu l-bidu ta’ ċirku vizzjuż li minħabba fih jiġu infettati bilmarda tal-HIV jew jerġgħu jinqabdu tqal. Sfortunatament, uħud minn dawn in-nisa żgħażagħ ħafna drabi jikkommettu suwiċidju. Iċ-ċentru għall-ommijiet żgħażagħ f’Dedougou joffri kenn għal ħafna tfajliet f’sitwazzjonijiet iddisprati bħal dawn. Hemmhekk huma jingħataw appoġġ u pariri, l-opportunità li jkomplu l-edukazzjoni tagħhom - jew imorru l-iskola għall-ewwel darba

Uħud mill-ommijiet mhux miżżewġa fid-dar li nfetħet għalihom f’Dedougori

f’ħajjithom - u jitħarrġu f’ħiliet utli bħal fil-hairdressing u l-ħjata. Dawn l-ommijiet żgħażagħ jitgħallmu jħossuhom utli u bżonjużi b’hekk ikunu jistgħu

joffru lil uliedhom dinja b’aktar sigurtà u jibdew jittamaw għal futur aħjar. L-Aid to the Church in Need (ACN) bl-għajnuna ta’ Alla u

tal-ġenerożità tal-benefatturi ilha tiffinanzja dan iċ-ċentru għal żmien u din is-sena kompliet tgħin b’risq dan il-għan nobbli u umanitarju.

Xewqat għal Milied Qaddis u Sena Ġdida mimlija barka u risq Il-Bord tad-Diretturi, l-iStaff u l-volontiera tal-Aid to the Church in Need (Malta) jawguraw lill-benefatturi u lill-qarrejja ta’ Leħen is-Sewwa xewqat sbieħ għal Milied Qaddis u Sena Ġdida mimlija barka u risq. Il-ħidma qaddisa tagħna hi bbażata fuq it-talb, b’mod speċjali r-Reċita tar-

Rużarju u l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Mingħajr it-talb u l-għajnuna ġeneruża tagħkom aħna ma nkunux nistgħu ngħinu lil ħutna Kristjani ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu li huma foqra jew preokkupati u b’inċertezza kbira.

Jekk jogħġobkom fit-talb tagħkom, komplu ftakru fil-vittmi tal-gwerra u l-persekuzzjoni, b’mod partikolari fl-Iraq u s-Sirja. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex ilMulej jagħtihom id-dawl biex jieqfu mit-terrur u l-vjolenza estrema sabiex ikollna l-paċi fiddinja.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.