ACN (Malta) – IL- LEĦEN – Il-Ħadd 1 ta’ Jannar, 2017

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

L-ITALJA

Il-Ħadd 1 ta’ Jannar 2017

IL-BRAŻIL

28 seminarista jitħarrġu biex jiġġieldu l-isfida tal-proliferazzjoni tas-‘setet’ Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-Papa Franġisku jappella għall-paċi fil-Kongo “Nitlobkom titolbu biex id-djalogu fir-Repubblika Demokratika talKongo jiżvolġi b’serenità ħalli t-tipi kollha ta’ vjolenza jiġu evitati u itolbu wkoll għall-ġid tal-pajjiż kollu”. Il-Papa Franġisku għamel dan l-appell lin-nazzjon Afrikan waqt l-indirizz tiegħu tal-Angelus ġimgħa qabel il-Milied. Skont Radju Vatikan, filkapitali tal-Kongo, Kinshasa, il-pulizija waqqfu checkpoints u suldati b’vetturi armati ġew skjerati f’postijiet strateġiċi madwar il-belt li għandha xi 12-il miljun abitant. Ir-radju rrapporta wkoll li t-titjiriet lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo waqfu filwaqt li membri sinjuri tal-pajjiż diġà ħarbu minn hemmhekk.

Il-Brażil hu l-aktar nazzjon Kattoliku ppopolat fid-dinja iżda l-perċentaġġ tal-Kattoliċi fil-pajjiż qed ikompli drastikament. Faqqas numru kbir ta’ setet u dawn qed ikomplu jiżdiedu b’rata mgħaġġla. Issa hemm aktar minn 35,000 “knisja ħielsa”. Huma jonsbu lin-nies b’wegħdiet foloz ta’ ġid malajr jew ta’ twettiq tal-ħolm tagħhom. In-nies li jgħixu fl-illużjonijiet u li jabitaw fit-truf tal-ibliet kbar huma l-aktar vulnerabbli biex jingħaqdu ma’ dawn is-setet. Ħafna minn dawn in-nies huma minn żoni milquta minn snin ta’ nixfa u għalhekk ma jkunux jistgħu jitimgħu l-familji tagħhom. Wara li jonfqu flushom biex jivvjaġġaw lejn xi belt oħra, ħafna jispiċċaw bla xogħol u jinqabdu f’ċirku vizzjuż li jfarrak il-familja, bħal vizzji taxxorb, vjolenza, drogi u l-bqija. Għalhekk il-Knisja Kattolika

Is-Sirja: L-għajnuna tiegħek biss hija t-tama tagħhom Agħti donazzjoni issa biex tgħin lil ħutna li għaddejin minn tbatija kbira.

APS Bank account No. 20001771733

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

qed tiffaċċja sfidi enormi. Ħafna mill-parroċċi huma kbar, iħaddnu sa 100,000 parruċċan, u hemm ftit wisq saċerdoti. Meta ma jkunx hemm saċerdoti, il-poplu faċilment jaqa’ għall-illużjonijiet tas-setet. Fil-Djoċesi ta’ Marilia, fl-istat ta’ São Paulo, li tkopri żona kbira ta’ 4,700 mil kwadru, maqsuma f’61 parroċċa, ta’ madwar 12,000 parruċċan kull waħda, hemm 28 żagħżugħ li bħalissa qed iħejju

ruħhom għas-saċerdozju. Hemm 57 saċerdot biss. Għalhekk kull vokazzjoni ġdida hi meħtieġa ferm. L-Aid to the Church in Need bl-għajnuna ta’ Alla u talġenerożita tal-benefatturi tagħha qed tappoġġja d-Djoċesi b’kontribuzzjoni għall-ispiża tal-formazzjoni tagħhom għax: “Il-ħsad hu kbir iżda l-ħaddiema ftit” [Mt. 9, 38] .

Waqt kunċert f’għeluq snin il-Papa

Inġabru fondi għall-Isptar tat-Tfal f’Bangui Ittella’ kunċert biex jinġabru fondi għal sptar tat-tfal f’Bangui, firRepubblika Afrikana Ċentrali. Dan tħabbar waqt konferenza stampa mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan fejn ingħatat l-informazzjoni tal-kunċert ta’ karità Avrai (Int se jkollok). Il-kunċert fis-Sala Pawlu VI ikkommemora l-biċentinarju talKorp tal-Ġendarmi tal-Vatikan fejn fost l-oħrajn kanta l-kantant Taljan Claudio Baglioni. Id-dħul minn dan il-kunċert mar ukoll bħala għajnuna għall-vittmi tat-terremot li seħħ ftit ilu fl-Italja ċentrali. Il-Kumitat Organizzattiv kien magħmul mill-Kardinal Dieudonné Nzapalainga, l-Arċisqof ta’ Bangui, tar-Repubblika Afrikana Ċentrali u l-Isqof Nunzio Galantino li hu s-Segretarju Ġenerali talKonferenza Episkopali Taljana, Domenico Giani, il-Kmandant talĠendarmi tal-Vatikan, il-kantantawtur Claudio Baglioni u Ferdinand Salzano, il-Manager Delegat talGrupp Ħbieb u Msieħba. L-iskop tal-kunċert, sponsorjat mill-Fondazzjoni Onlus O’scia,

intwera lill-Papa Franġisku minn dawk li kkollaboraw fil-produzzjoni ta’ Avrai. Huma ppreżentaw ukoll l-ewwel 500,000 ewro miġbura għat-tfal ta’ Bangui u għall-vittmi tat-terremot fl-Italja Ċentrali. L-avveniment – imtella’ millGrupp Ħbieb u Msieħba bl-appoġġ tal-Soċjetà Taljana t’Awturi u Pubblikaturi (SIAE) u s-Servizz Postali Taljan ixxandar dirett madwar id-dinja permezz ta’ Rai Uno u ddireġieh Duccio Forzano. Dan ixxandar ukoll fuq stazzjonijiet Kattoliċi marbuta maċ-Ċentru Televiżjoni tal-Vatikan (CTV) u fuq ir-radju għal darb’oħra live għas-semmiegħa madwar id-dinja permezz ta’ networks magħquda minn Radju Vatikan, RTF 102.5 u r-Radju Taljan Radio Zeta. Il-kunċert għaqqad ġeneri mużikali varji u carols tal-Milied, tradotti u adattati bit-Taljan. L-ewwel għan tal-kunċert kien programm t’għajnuna għall-isptar f’Bangui. It-tieni għan kien il-bini ta’ struttura ddedikata għat-tfal affettwati mit-terremot fl-Italja Ċentrali.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.