8
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 15 ta’ Jannar 2017
IL-KAMERUN
Għall-ewwel darba wara ħames snin
Iċċelebraw il-Milied mingħajr ġlied Intervista ma’ Fr Ziad Hilal SJ Kordinatur tal-‘Aid to the Church in Need’ fis-Sirja u l-Libanu Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Fr Ziad Hilal SJ kien mistieden Malta mill-Aid to the Church in Need (Malta) bejn il-25 u s-27 ta’ Novembru 2016 u kien il-kelliem Ewlieni fit-tnedija tar-Religious Freedom in the World Report 2016 li saret fil-Palazz San Anton, Ħal Balzan, taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta MarieLouise Coleiro Preca. Kif ħassejtukom tiċċelebraw il-Festa tal-Milied mingħajr ġlied għall-ewwel darba f’dawn l-aħħar ħames snin? Sa fl-aħħar in-nies qed iħossuhom ferm aktar siguri meta joħorġu fit-toroq u jmorru l-knisja biex jipparteċipaw fil-Quddiesa. Naħseb li ħadd ma falla l-Quddiesa tal-Milied għax il-belt m’għadhiex ta’ periklu ta’ bombi. Dawn l-aħħar erba’ snin u nofs
ħafna knejjes ġarrbu ħafna ħsarat minħabba l-gwerra. Madankollu l-funzjonijiet tal-Milied ġew iċċelebrati f’xi wħud minn dawn ilknejjes b’ringrazzjament lil Alla.
Iġorru s-Salib... ...fis-Sirja din ittifla qed tiffaċċja futur inċert, imma bit-talb u l-għajnuna tiegħek, l-Aid to the Church in Need tista’ tipprovdi ikel, kenn u mediċina – tant bżonnjużi matul din ix-xitwa.
Int lest li tgħin? APS Bank account No. 20001771733 Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
02 - ACN Advert Lehen is-Sewwa.indd 1
11/01/2017 10:39 AM
Kull knisja kellha żjara minn Santa Klaws u tqassmu r-rigali littfal li kienu fost il-kongregazzjoni. Int żort ukoll il-Lvant t’Aleppo fil-postijiet fejn ma stajtx tiċċelebra l-Milied is-sena li għaddiet? Ma fadal ebda knisja fil-Lvant t’Aleppo biex tiċċelebra l-Quddiesa tal-Milied fiha. Mort fid-distrett ta’ Jibreen fejn il-persuni spustjati ttieħdu mill-Lvant t’Aleppo u qassamnielhom l-għajnuna umanitarja. Il-maġġoranza tal-popolaz-
zjoni f’Aleppo tiċċelebra l-Milied jew il-komunità Kristjana biss? Il-Milied għall-komunità Musulmana jfisser dwal sbieħ u siġar imżejna u mlewna bil-kuluri. Anki qabel il-gwerra, il-Musulmani kienu jiġu fil-kwartier Kristjani u jgawdu l-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied. Din is-sena, siġra tal-Milied kbira ġiet armata fid-distrett t’AlAzizia u nxtegħlet b’għadd kbir ta’ bozoz. Ħafna mill-uffiċjali tal-belt u ċittadini oħra ġew biex jaraw issiġra tal-Milied u ħadu r-ritratti magħha. Preżentament, kif inhi s-sitwazzjoni umanitarja f’Aleppo? Issa għandkom provvista ta’ elettriku u ilma? Aleppo ilha mingħajr elettriku u ilma għal dawn l-aħħar ħames snin. In-nies għadha qed tiddependi mill-ġeneraturi talelettriku. L-ilma jiġi mwassal permezz ta’ trakkijiet żgħar biex jimtlew it-tankijiet tad-djar. L-assoċjazzjonijiet umanitarji, fosthom l-Aid to the Church in Need u l-knejjes, għadhom qed jgħinu lill-poplu matul dawn iż-żminijiet tant diffiċli.
IL-ĠERMANJA
Ippruvaw jagħtu n-nar knisja f’Hamburg Il-parruċċani tal-Immanuelkirche fid-distrett ta’ Veddel, Hamburg, kienu xxukkjati fl-għodwa talMilied għax xi nies ippruvaw jivvandalizzaw u jagħtu n-nar lillknisja tagħhom. Matul il-lejl vandali tefgħu xi għamara f’appartament li jmiss mas-sagristija tal-knisja u tawha n-nar. It-tentattiv falla u l-għamara biss inħarqet. Madankollu, il-vandali serqu xi affarijiet mis-sala tal-knisja, kissru xi bankijiet u strumenti mużikali u ppruvaw jiftħu safe. B’kawża ta’ dan, il-membri tal-kongregazzjoni ma setgħux jużaw il-knisja u kellhom jagħmlu s-servizzi reliġjużi ta’ Jum il-
Milied f’kamra tal-laqgħat. Grupp li jistudja l-Bibbja kellu laqgħa skedata għall-ġurnata ta’ wara li wkoll kienet imfixkla. Uschi Hoffmann, id-djaknu tal-knisja, qal: “Din kienet kważi katastrofi, in-nar seta’ nfirex mal-knisja kollha u fiċ-Ċentru Pastorali”. Hu żied li l-attakk bin-nar probabbilment seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu ta’ Jum il-Milied. S’issa, ħadd ma ġie arrestat b’konnessjoni malinċident. Il-knisja preżenti hi mibnija fi stil modern. Din inbniet fl-1954 u kienet ħadet post oħra antika fl-istess sit li nbniet fl-1905.