ACN (Malta) – IL- LEĦEN – Il-Ħadd 22 ta’ Jannar, 2017

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2017

IN-NIĠERJA

Il-qdusija tal-ħajja ‘versus’ il-qtil ta’ ċittadini innoċenti Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Monsinjur Ignatius A. Kaigama, l-Arċisqof ta’ Jos, in-Niġerja u l-President tal-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-istess pajjiż, qed juri t-tħassib tiegħu dwar is-sikurezza fin-Niġerja u jekk hux qed issir ħidma biżżejjed biex jiġu protetti ċ-ċittadini. Dan jidher ċar mill-qtil bl-addoċċ u bla bżonn li kontinwament qed jidher fil-midja. Daqslikieku l-qtil bla bżonn li jwettaq il-grupp militanti Islamiku Boko Haram mhuwiex biżżejjed, il-kultura ta’ brutalità qed tkompli tevolvi fin-Niġerja. “Kif jista’ jkun li l-ħajjiet umani jintemmu b’mod tant każwali?”, staqsa l-Arċisqof ta’ Jos. “Possibbli li qed insiru tant sadisti li m’aħniex nindunaw li din il-brutalità qed toħloq kultura ta’ fejn in-nies fis-soċjetà jibdew jemmnu li jistgħu jagħmlu dak li jridu mingħajr ma jiffaċċjaw konsegwenzi għall-azzjonijiet tagħhom”. Ġenerazzjoni żagħżugħa L-Arċisqof Kaigama jiddispjaċih li l-ġenerazzjoni żagħżugħa finNiġerja qed tikber b’impressjoni li l-ħajja hi xi ħaġa bla valur u li tista’ tintemm b’kapriċċi ta’

xi ħadd jew ta’ xi grupp għax wieħed ma jikkonformax malaspirazzjonijiet reliġjużi, etniċi, politiċi jew saħansitra kriminali ta’ dik il-persuna jew grupp. Mal-iċken nuqqas ta’ ftehim dwar raġunijiet reliġjużi, politiċi jew etniċi Niġerjani huma lesti joqtlu lil sħabhom Niġerjani stess! F’ħafna każijiet ħallelin armati u oħrajn li jaħtfu n-nies, qatt ma jiġu pproċessati jew saħansittra lanqas biss jinqabdu. Il-mod kif il-ħajjiet qed jinqatlu fin-Nofsinhar ta’ Kaduna u f’ħafna partijiet oħra tan-Niġerja hu ekwivalenti għal dikjarazzjoni ta’ gwerra kontra n-Niġerjani innoċenti. Kemm se jdum għaddej dan il-massakru qabel ma jsir sforz miftiehem biex dan jitwaqqaf darba

Iġorru s-Salib... ...fis-Sirja din ittifla qed tiffaċċja futur inċert, imma bit-talb u l-għajnuna tiegħek, l-Aid to the Church in Need tista’ tipprovdi ikel, kenn u mediċina – tant bżonnjużi matul din ix-xitwa.

Int lest li tgħin? APS Bank account No. 20001771733 Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

02 - ACN Advert Lehen is-Sewwa.indd 1

11/01/2017 10:39 AM

L-Arċisqof ta’ Jos, Monsinjur Ignatius A. Kaigama

għal dejjem? L-aġenti tas-sigurtà jħarsu lejn l-armi tagħhom bħala liċenzja biex jaħqru lil dawk li suppost jipproteġu u dawn huma ppolarizzati minn linji reliġjużi u etniċi. Dan jagħmel il-ġlieda kontra l-kriminalità aktar diffiċli milli diġà hi. Vjolenza Il-mistoqsija hi kif, min u x’jista’ jwaqqaf din il-vjolenza kollha? L-awtoritajiet ma jridux

idumu jaħsbu t-tweġiba għal dawn l-atti barbari. L-Arċisqof Kaigama appella lill-pulizija u lill-President tan-Niġerja biex jaġixxu b’urġenza ħalli ċ-ċittadini innoċenti jkunu mħarsa. “Nitolbu lil Alla biex isalva linNiġerja u biex jiżra’ fina, matul is-Sena l-Ġdida, il-biża’ li l-qtil tan-nies m’għandu jsir minn ħadd li jipprattika reliġjon ċivilizzata”, temm l-Arċisqof Kaigama.

IL-FILIPPINI

L-‘ACN’ tgħin saċerdoti jagħtu formazzjoni lis-seminaristi L-Aid to the Church in Need (ACN) qed tappoġġja 25 saċerdot fid-djoċesi ta’ Malolos, il-Filippini, permezz tal-elemożina tal-Quddiesa. Dawn is-saċerdoti jgħallmu fisseminarju tal-post u, bħal saċerdoti oħra f’pajjiżi fqar li wkoll jgħallmu f’seminarji, jaqilgħu ftit flus biex jgħixu. Huma responsabbli għattaħriġ tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ saċerdoti. Dawn is-saċerdoti ma jgħallmux l-edukazzjoni akkademika biss iżda wkoll jgħinu lis-seminaristi fil-formazzjoni spiritwali u umana tagħhom. Formazzjoni Minħabba li dawn is-saċerdoti jkunu disponibbli għallformazzjoni tas-seminaristi, huma m’għandhomx minn fejn ikollhom dħul ieħor. Barra minn hekk, m’għandhom l-ebda komunità parrokkjali li tappoġġjahom. Għaldaqstant huma jiddependu fuq l-elemożina tal-Quddiesa li tiġi offruta minn benefatturi minn pajjiżi oħra.

L-ACN għal dawn-il 25 saċerdot tas-seminarju djoċesen qed tipproponi li tagħti għotja permezz t’elemożina għall-Quddiesa. Huma grati ħafna għal dan l-appoġġ u wegħdu li joffru l-Quddiesa mitluba għall-intenzjonijiet tal-benefatturi li jkunu tawhom l-elemożina għallQuddiesa. Festival Malolos ġiet ikkristjanizzata mill-Ispanjoli fl-1572. Il-belt ta’ Malolos hi magħrufa għall-festival kbir li jittella’ kull sena fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar fejn jiċċelebraw ilfesta tal-Bambin Ġesù. Malolos kienet ukoll fl-aħbarijiet fl-2011 meta ntlaqtet minn għargħar qawwija. Dak iż-żmien l-ACN għenet 12-il parroċċa li l-aktar ġew milquta b’għajnuna t’emerġenza ta’ €15,000.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.