8
Il-Ħadd 4 ta’ Settembru, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
IS-SIRJA
Patrijarka jappella għal talb u sawm kontra t-terroriżmu Il-Patrijarka Gregorius III Laham appella lill-fidili biex jitolbu u jsumu ħalli jikkumbattu kontra l-mewġa ta’ terroriżmu li issa qed taffettwa wkoll pajjiżi oħra.
Il-Patrijarka Kattoliku Melkita talab lill-knejjes kollha u b’mod partikolari lil dawk tal-Lvant biex jingħaqdu magħhom fit-talb. Il-Prelat irrifera mhux biss għat-tliet attakki terroristiċi filĠermanja u l-qtil brutali ta’ saċerdot Kattoliku fi Franza iżda wkoll għall-attakki fis-Sirja u l-Libanu. “Aħna qed nesperjenzaw dawn it-traġedji bi tbatija kbira l-aktar minħabba r-refuġjati Sirjani għax naraw ir-reazzjonijiet ta’ mibegħda u r-razziżmu kontrihom. Rajt ukoll b’għajnejja stess sitwazzjoni simili matul iż-żjara tiegħi f’kamp tar-refuġjati fil-Ġermanja”, tenna Gregorius. Il-Patrijarka Kattoliku Melkita bagħat il-kondoljanzi tiegħu lillfamilji tal-vittmi tat-terroriżmu fi Franza u l-Ġermanja u assigurahom mit-talb tiegħu għall-mejtin u dawk midruba.
Il-Patrijarka Grieg Melkite Gregory III Laham
L-ALĠERIJA
Il-bażilika Marija Sultana fl-Alġier
Dar al Salam għall-Insara maqlub għall-Malti minn Dun Geoffrey G. Attard
It-terminu ‘Dar al Salam’ awtomatikament ifakkarna firrealtà Għarbija u aktarx dik Musulmana. Imma fl-Alġerija qed tinbena ‘Dar għall-Paċi’ li allura blGħarbi wkoll nistgħu nsejħulha Dar al Salam. Bħalissa, takashuf jew ‘awsterità’ hi s-sistema ekonomika kurrenti. Madankollu fl-Alġier, il-kapitali Alġerina, minkejja l-kriżi ekonomika qed tinbena moskea bl-ogħla minaret fid-dinja kollha. Hekk irrappurtat waħda*** l-gazzetta Mirror li hi l-leħen talFondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need. Hu maħsbub li l-moskea takkomoda madwar 100,000 persuna Musulmana. Sadattant, il-minoranza Kattolika f’Skikda fil-lvant ta’ dan il-pajjiż tal-Maghreb żgur li tikkuntenta ruħha b’daqsxejn ta’ kappella għal madwar nofs tużżana Nsara. Il-knisja Santa Tereża ta’ Lisieux inbidlet f’orfanatrofju għat-tfal fis-sebgħinijiet tasseklu l-ieħor. Ma kienx hemm biżżejjed Insara. Imma l-kanonika nżammet mill-parroċċa. Sitt snin ilu huma bdew ibiddluha f’ċentru msejjaħ multipurpose centre. Issaqaf ġie restawrat u ddaħħal l-ilma, il-gass u l-elettriku. Kulħadd ta l-għajnuna tiegħu, kemm ilkappillan kif ukoll l-istudenti u l-viżitaturi. Issa wasal iż-żmien li
jibda x-xogħol fuq il-kappella. Bieb sliding se jaqta’ l-istorbju ta’ barra u l-post ikun jista’ jintuża għat-talb. Imma d-djoċesi ta’ Kostantina, kif inhu l-isem tagħha, fi ħdan il-provinċja ekkleżjastika Kattolika f’din il-parti tal-Alġerija ntlaqtet ukoll mill-kriżi ekonomika. Il-komunità għandha bżonn iddonazzjonijiet biex tgħix u f’dawn l-aħħar sentejn, id-donazzjonijiet naqsu sew. Anki l-materjal għall-bini ogħla fil-prezz. Imma l-komunità Nisranija qed tikber sew. Ħafna minn dawk li jattendu l-Quddiesa tal-Ħadd huma studenti minn pajjiżi fl-Afrika tannofsinhar tas-Sahara. Fost dawn hemm kemm Eġizzjani kif ukoll Ażjatiċi u, dan l-aħħar, anki Alġerini talbu li jitgħammdu. Skont il-kodiċi penali tal-Alġerija, il-konverżjoni għall-Kristjaneżmu mhix meqjusa bħala azzjoni kriminali. Imma regola li ħarġet fl-2006 tikkastiga lil dawk li jinkuraġġixxu l-konverżjoni ’l barra mill-Iżlam. L-eżempju tat-talb u l-imħabba qed iħallu l-effett tagħhom. Dan kien il-messaġġ ta’ Father Bernard. Hu qal ukoll: “Id-djalogu hu l-aħjar antidotu għat-tentazzjonijiet talintolleranza u l-vjolenza’. Kulma għandha bżonn din il-komunità huma €20,000 biex titlesta l-kappella u ċ-ċentru multipurpose. Dan se jkun ċentru frott rebbiegħa ta’ mħabba għad-dell tal-moskea l-kbira.