8
Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IL-BELĠJU
Il-Parlament Ewropew jilqa’ l-ewwel Smigħ Pubbliku dwar il-Kristjani ppersegwitati Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Il-Parlament Ewropew kellu Smigħ Pubbliku fejn għall-ewwel darba fittex speċifikament li jiġbor informazzjoni dwar il-persekuzzjoni globali tal-Kristjani. L-Aid to the Church in Need (ACN) ġiet mistiedna tipprovdi informazzjoni fattwali kif jidher fl-edizzjoni 2015-2017 tar-Rapport tagħha Persecuted and Forgotten? Dan ir-rapport joħroġ kull sentejn u hu dwar ilpersekuzzjoni tal-Kristjani. Wara preżentazzjoni tar-Relatur tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Mibgħut Speċjali tal-UE għal-Libertà Reliġjuża, Marcela Szymanski talUffiċċju tal-UE tal-ACN ipprovdiet sommarju tas-sejbiet ewlenin u analiżi ta’ pajjiż, pajjiż, tal-istudji tal-każijiet. Ir-Rapport qajjem interess speċjalment f’dawk il-pajjiżi fejn il-membri tal-Parlament Ewropew ma kinux konxji li l-persekuzzjoni tal-Kristjani kienet tant gravi bħall-Indja, iċ-Ċina u n-Niġerja. L-ACN ipprovdiet wkoll studji ta’ każijiet ta’ suċċess, fosthom aġġornament għall-Proġett ta’ Rikostruzzjoni tal-Wesgħat ta’ Ninwè: il-bini mill-ġdid ta’ 13,000 dar għall-Kristjani, knejjes u
istituzzjonijiet reliġjużi fl-Iraq wara d-devastazzjoni tal-ISIS biex hekk tgħin lill-Kristjani ppersegwitati jirritornaw lejn djarhom. Ir-Rapporteur speċjali tanNazzjonijiet Uniti għal-Libertà Reliġjuża se jgħin lin-Nazzjonijiet Uniti tħares speċjalment lejn is-sitwazzjoni ta’ Kristjani flIndoneżja, fil-Pakistan u fl-Afrika ta’ Fuq. Il-membri tal-Parlament Ewropew ikkonkludew b’nota ta’ gratitudni lill-parteċipanti u għall-informazzjoni bir-reqqa li taw kif ukoll il-ħtieġa li jirrevedu l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jippromwovu l-libertà reliġjuża u l-litteriżmu reliġjuż.
€12 -
Ghinna nwasslu 10 Child’s Bibles
Fr. Werenfried van Straaten (1913 - 2003), il-Fundatur tal-Aid to the Church in Need, emmen li t-tfal kollha għandhom bżonn Bibbja, imma kien jaf li wħud ma setgħux jixtru waħda u oħrajn ma kellhomx Bibbja billingwa tagħhom. Għalhekk bdiet tiġi ppublikata ċ-Child’s Bible li ġiet tradotta f’aktar minn 180 lingwa. Iċ-Child’s Bible li tippublika l-Aid to the Church in Need hija sors vitali biex twassal il-Kelma ta’ Alla liż-żgħar kif ukoll lill-kbar. Nawguraw lilek u lill-familja tiegħek Milied Qaddis u Sena mimlija riżq u barka tal-Mulej. Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733 Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.
50618949 – €6.99 |
51702079 – €15 |
51802081 – €25
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
45 - ACN Gofts of Faith (Lehen is-Sewwa).indd 1
14/11/2017 5:37 PM
Marcela Szymanski waqt il-preżentazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew
L-EKWADOR
Kotba dwar l-Avvent biex it-tfal ikunu jafu x’inhi t-tifsira tal-Milied Il-Milied għall-Kristjani ma jfissirx biss l-għoti tar-rigali imma wkoll iċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta’ Kristu l-Feddej tagħna. Kien għalhekk li l-Vikarjat Appostoliku ta’ Zamora, fix-Xlokk tal-Ekwador, irregala lil 2,000 tifel u tifla ktejjeb miżgħud b’talb u qari bibliku dwar l-Avvent u l-Festa tal-Milied. Hekk, dawn it-tfal ikunu jistgħu jesperjenzaw aktar b’mod profond żmien l-Avvent, iż-żmien ta’ stennija u jħejju ruħhom aħjar spiritwalment għall-Festa tattwelid ta’ Kristu. Għalkemm aktar minn 85 filmija tal-popolazzjoni tal-Ekwador
hi Kattolika, dan il-pajjiż flAmerika t’Isfel jiffaċċja problemi bħal ħafna pajjiżi oħra madwar iddinja. F’isem it-tolleranza reliġjuża, is-simboli u l-messaġġi reliġjużi qed jiġu msikkta mis-soċjetà, partikolarment fi skejjel, saħansitra fi skejjel immexxija mill-Knisja fejn l-għalliema jridu joqogħdu attenti li studenti ta’ reliġjonijiet oħra ma jakkużawhomx li qed jippruvaw “jimponu” il-Fidi Kattolika fuqhom. L-Aid to the Church in Need, grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi u l-ħbieb tagħha, tat €3,630 b’risq dan il-ktieb.
Xewqat għal Milied Qaddis u Sena Ġdida mimlija barka u risq Il-Bord tad-Diretturi, l-iStaff u l-voluntiera tal-Aid to the Church in Need (Malta) jawguraw lill-benefatturi u lill-qarrejja ta’ Il-Leħen xewqat sbieħ għal Milied Qaddis u Sena Ġdida mimlija barka u risq. Il-ħidma qaddisa tagħna hi bbażata fuq it-talb, b’mod speċjali r-Reċita tar-Rużarju u l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Mingħajr it-talb u l-għajnuna ġeneruża tagħkom aħna ma nkunux nistgħu ngħinu lil ħutna Kristjani ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu li huma foqra jew preokkupati u b’inċertezza kbira. Fit-talb tagħkom komplu ftakru fil-vittmi tal-gwerra u l-persekuzzjoni tal-Insara b’mod partikolari fl-Iraq u s-Sirja. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl ħalli jieqfu mit-terrur u l-vjolenza estrema biex ikollna l-paċi fid-dinja.