6
Il-Ħadd 29 ta’ Mejju, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Iċ-Ċina Mara li ppruvat twaqqaf it-twaqqigħ ta’ knisja
Imkaxkra b’gaffa għal ġo gandott Il-qtil apposta ta’ mara Kristjana hu sinjal ta’ mewġa ġdida ta’ persekuzzjoni fiċ-Ċina. Il-Pulizija arrestaw żewġ ħaddiema wara li allegatament kaxkru għall-mewt b’gaffa lill-mara ta’ Pastor Kristjan. Hi pprovat twaqqaf lil dawn ż-żewġ ħaddiema milli jkompli jwaqqgħu knisja. Kumpanija appoġġjata millGvern bagħtet ħaddiema tagħha fil-knisja ta’ Beitou, fil-belt ta’ Zhumadian, fil-provinċja ċentrali Ċiniża ta’ Hena, biex twaqqa’ l-knisja għax żviluppatur lokali xtaq jieħu l-art li fuqha kien hemm mibnija dil-knisja. Il-Kristjani tal-parroċċa qalu li d-dipartimenti tal-Gvern inkarigati mill-art ma kinux preżenti biex jissorveljaw ittwaqqigħ. Ħaddiem ġie kkwotat jgħid “idfnuhom ħajjin f’ismi... Jien se nieħu r-responsabbiltà ta’ ħajjithom”. Membri tal-kongregazzjoni
kienu preżenti meta Ding Cuimei u żewġha Li Jiangong, il-Pastor tal-Knisja ta’ Beitou, ġew imbuttati f’gandott u midfunin ħajjin bil-gaffa. Il-Pastor irnexxielu joħroġ mitterrapin iżda martu mietet midfuna taħt l-istess terrapin. Meta dan il-qtil ġie rrappurtat, Li qal li l-pulizija ħadu żmien eċċezzjonalment twil biex waslu. “Hu tassew att barbaru u krudil tara mkaxkra u midfuna ħajja b’gaffa lil Ding Cuimei, mara Kristjana devota”, qal Bob Fu, il-President tal-NGO China Aid. “Dan il-każ
Il-Pakistan
hu ksur serju tad-drittijiet għallħajja, tal-libertà reliġjuża u tal-liġi. L-awtoritajiet Ċiniżi għandhom minnufih iżommu dawn il-qattiela
responsabbli u jieħdu miżuri konkreti biex jipproteġu l-libertà reliġjuża tal-membri ta’ din ilKnisja”.
L-Iraq
Isqfijiet jixtiequ li kontenut li jiżra’ l-mibegħda jitneħħa mill-kotba Isqfijiet Kattoliċi fil-Pakistan talbu lill-awtoritajiet tal-edukazzjoni biex “mill-aktar fis possibbli jneħħew mill-kotba tal-iskola l-kontenut li għandu x’jaqsam malpreġudizzju u l-mibegħda kontra l-minoranzi reliġjużi”. Il-Kummissjoni tal-Isqfijiet għall-Ġustizzja u l-Paċi dan l-aħħar ħarġet id-dokument: “Nikkumbattu l-intolleranza reliġjuża permezz tal-edukazzjoni”. Kashif Aslam, waħda mill-membri tal-kumitat, żvelat li qabel il-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument huma analizzaw
It-twaqqigħ ta’ waħda mill-knejjes Kristjani fir-Russja
aktar minn 70 ktieb. Il-Kleru enfasizza li s-soċjetà tal-Pakistan trid tagħmel progress u turi lillbqija tad-dinja li hi konformi malliġi u li “hemm bżonn tinbidel l-istruttura edukattiva skolastika u li jiġi modifikat il-kurrikulu. “Barra dan, il-Kummissjoni rrakkomandat it-tisħiħ fil-koperazzjoni bejn ilMinisteru lokali tal-Edukazzjoni, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-komunitajiet reliġjużi varji biex jintervjenu b’mod effettiv f’każi ta’ diskorsi ta’ mibegħda u preġudizzju.
Id-dinja drat it-tbatija tal-poplu Iraqin
- L-Arċisqof Louis Raphael Sako
Il-mewt saret komuni fl-Iraq, id-dinja drat it-tbatija fl-Iraq u mhux timpressjona ruħha b’dak li qed iseħħ, jgħid il-Patrijarka Kaldew, Louis Raphael Sako.
L-Armenja
Programm ta’ tagħlim tar-Reliġjon għat-tfal L-Armeni huma kburin għall-fatt li l-Kristjaneżmu ġie ddikjarat bħala r-reliġjon tal-Istat tagħhom sa mirraba’ seklu. B’hekk jagħmlu l-eqdem nazzjon Kristjan fid-dinja. Kważi 95 fil-mija tal-popolazzjoni llum tagħmel mal-Knisja Appostolika Armena, waħda mill-Knejjes Ortodossi Orjentali. Ir-reġjun Artiku jagħti importanza kbira l-edukazzjoni reliġjuża tat-tfal. L-influwenzi tal-midja u t-tendenzi ta’ ħsara fis-soċjetà jagħmluha essenzjali li jiġu stabbiliti
valuri Kristjani b’saħħithom u fidi Kristjana ħajja fit-tfal. Għalhekk ġie stabbilit programm ta’ tagħlim kateketiku fil-Ħdud fil-belt ta’ Artik u f’għaxar irħula tal-madwar. 280 tifel u tifla qed jieħdu sehem fi programm li jkopri stejjer millBibbja, kant ta’ innijiet reliġjużi, il-ħajjiet tal-qaddisin, il-festi ewlenin tal-Knisja, l-istorja tal-Kristjaneżmu fl-Armenja u suġġetti etiċi varji. Ittfal jieħdu sehem ukoll f’attivitajiet ta’ divertiment u logħob.
Il-Patrijarka Kaldew, Louis Raphael Sako
Aktar minn 60 persuna mietu u 80 oħra weġġgħu serjament fl-aħħar attakk. Sako jikkummenta hekk dwar it-traġedja fis-suq li jinsab fil-parti Shiita ta’ Baghdad: “Il-mewt saret fenomenu ta’ kuljum. Qed jitwettqu attakki mhux biss f’Baghdad iżda wkoll f’partijiet oħra fl-Iraq. Hemm ukoll korruzzjoni enormi. Il-futur hu wieħed verament imċajpar. Il-miraklu hu li minkejja l-attakki kontinwi u l-konfużjoni ġenerali li taħkem, in-nies b’xi mod qed jirnexxilhom jgħixu iżda issa għajjew u qed jitilfu l-paċenzja.
Għalhekk, għandna bżonn azzjoni konkreta biex tintemm din ittraġedja u biex jieqaf l-eżodu talKristjani u ċittadini oħra. Il-komunità internazzjonali m’għandha l-ebda idea kif tmexxi, għax il-pajjiżi individwali huma ffukati fuq in-negozju tagħhom stess u jiġu x’jaqgħu u jqumu mill-ħtiġijiet tal-popli tar-reġjun. Min, jekk mhux aħna stess, jafu x’għandna bżonn? Fl-aħħar millaħħar id-dinja trid tismagħna. Hekk biss isiru jafu x’għandhom jagħmlu għal ħtiġijietna”.