ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 5 ta' Ġunju, 2016

Page 1

6

Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

Il-Korea ta’ Fuq

Il-Pakistan

Is-Servizzi Sigrieti suspettati b’indħil fil-qtil ta’ Pastor Kristjan

Il-koppja Shafqat Emmanuel u Shagufta Kausar

Koppja Kristjana kkundannata għall-mewt minħabba messaġġ fuq mobile Il-koppja Kristjana millPakistan, Shafqat Emmanuel u Shagufta Kausar ġew ikkundannati għall-mewt wara li tressqu l-Qorti akkużati b’dagħa. Fl-2013 huma ġew akkużati li bagħtu messaġġi bil-mobile (SMS) li kien ikkunsidrat mill-pulizija talPakistan bħala dagħwa. Sena wara huma nstabu ħatja u kkundannati għall-mewt. Il-Fondazzjoni Farrukh Saif, tim ta’ avukati responsabbli mid-difiża legali tal-koppja, ressqet l-appell tagħha quddiem il-Qorti talAppell. L-aġenzija tal-aħbarijiet Zenit rrappurtat li “l-messaġġi kienu miktuba bl-Ingliż. Iż-żewġ akkużati huma fqar u illitterati fl-ilsien Urdu li hu l-ilsien nattiv tagħhom aktar u aktar fl-ilsien Ingliż. Barra minnhekk, Shafqat jgħix f’siġġu tar-roti minħabba li fl-2004 kellu inċident u affettwalu s-sinsla ta’ dahru. Hu “kien sfurzat jistqarr

mal-pulizija li heddewh li jweġġgħu lil martu”, qalu l-avukati tad-difiża. Fl-4 ta’ April 2014, it-tnejn li huma ġew ikkundannati għall-mewt “għalkemm ma kien hemm l-ebda SIM card jew numru rreġistrat fuq Shagufta”, żiedu r-rappreżentanti legali tal-koppja. L-unika evidenza ppreżentata mill-pulizija kienet id-dikjarazzjoni tal-kumpanija tattelefon. Għalkemm ma kienx hemm evidenza konkreta, “l-Imħallef ċeda għall-pressjoni Islamika u ħareġ bis-sentenza tal-mewt”. Il-proċess kollu sar fil-ħabs minħabba l-biża’ u għas-sigurtà tal-koppja. Il-koppja għandha erbat itfal. Minħabba l-użu ħażin talliġi tad-dagħa, mijiet ta’ membri ta’ komunitajiet fil-minoranza Pakistana spiċċaw maqfula l-ħabs. “F’ħafna każi, in-nies jiġu akkużati b’mod falz u malizzjuż bi tpattija personali”, irrappurtaw l-avukati tal-Fondazzjoni Farrukh Saif.

IL-KANONKU ĠUŻEPP ZAMMIT (Cospicua) flimkien ma’ ħutu u l-familji tagħhom, jagħtu offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-ġenituri tagħhom LAWRENCE ZAMMIT li miet fil-25 ta’ Marzu 1989 u ta’ GAETANA ZAMMIT li mietet fis-7 ta’ Ġunju 1975 u ta’ ĊETTINA li mietet fil-5 ta’ Settembru 2006. Mulej agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-qtil ta’ Han Chung-ryeol, Pastor Protestant Ċiniż, li kien attiv fil-fruntiera bejn iċ-Ċina u l-Korea ta’ Fuq, jitfa’ suspett fuq is-Servizzi Sigrieti ta’ Pyongyang. Il-ġisem imbiċċer ta’ Han, li kellu 49 sena, instab f’Changbai, ftit mijiet ta’ metri ’l bogħod millfruntiera mal-Korea ta’ Fuq. Hemm bosta komunitajiet Kristjani Ċiniżi attivi fl-oqsma tal-fruntieri malKorea ta’ Fuq li jassistu persuni li qed ifittxu li jitbiegħdu minn dan il-pajjiż. Skont diversi assoċjazzjonijiet tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Korea t’Isfel jidher li dan il-Pastor Kristjan inqatel minn aġenti tal-intelliġenza tal-Korea ta’ Fuq. Hu jista’ jkun li nqatel bħala ritaljazzjoni għall-ħarba reċenti ta’ 13-il ħaddiem li kienu telqu minn ristorant mmexxi mill-gvern f’Ningbo, belt fil-provinċja ta’ Zhejiang u vvjaġġaw lejn Seoul min-naħa tax-Xlokk tal-Asja, rotta komuni għal dawk li jaħarbu mill-

Korea ta’ Fuq, fejn talbu għall-kenn politiku. Dan l-aħħar l-Aid to the Church in Need irrappurtat diversi arresti ta’ Kristjani fil-Korea ta’ Fuq speċjalment il-każ ta’ Ministru Protestant, Kim Kuk-gi, ta’ 60 sena li ġie kkundannat għal għomru l-ħabs b’xogħol iebes għal “atti kontra l-Istat”. Dan il-Ministru Protestant Kanadiż issa qed iħaffer it-toqob fi ġnien bħala xogħol sfurzat għal madwar tmien sigħat kuljum u qed jinżamm il-ħabs f’iżolament. Il-każ ta’ Kim Kuk-gi li kien akkużat b’tixrid ta’ propaganda reliġjuża fil-knisja ta’ taħt l-art, mhuwiex każ iżolat. Kristjani oħra jinsabu l-ħabs f’Pyongyang, bħal Choe Chun-il tal-Korea ta’ Isfel, li għandu 55 sena jew il-missjunarju Kim Jeong-wook, akkużat ukoll bi spjunaġġ waqt li kien qed jipprova jagħti kenn u ikel lin-nies mill-Korea ta’ Fuq li ppruvaw jaħarbu millfruntiera maċ-Ċina.

L-Indja

L-ACN tgħin missjunarji li qed iħabbtu wiċċhom ma’ tbatijiet Id-djoċesi ta’ Miao fil-Grigal tal-Indja tinsab f’wieħed mirreġjuni mbiegħda u l-aktar sottożviluppati fil-muntanji tal-Ħimalaja. Xi partijiet ikunu totalment maqtugħa mid-dinja ta’ barra matul l-istaġun tax-xita li jdum sejjer sitt xhur. Diversi tribujiet etniċi żgħar jgħixu f’faqar estrem mingħajr provista ta’ elettriku u bla faċilitajiet sanitarji. Il-ħnieżer u l-klieb spiss jgħixu flimkien malfamilja f’kamra waħda. L-iġjene hi waħda fqira ħafna fejn il-mard infettiv jinfirex u r-rata ta’ mwiet tat-tfal hija għolja. L-isptarijiet jinsabu ’l bogħod ħafna mill-ibliet u huma diffiċli biex jintlaħqu. Madankollu, qalb dan il-faqar, il-fidi Kattolika qed tiffjorixxi u saret popolari fost in-nies li qabel l-1990 ma kienu qatt semgħu bl-Evanġelju. Il-Kattoliċiżmu laħaq dawn il-partijiet madwar 40 sena ilu biss. Sa dak iżżmien il-ħidma tal-missjunarji

kollha kienet għadha pprojbita u ħafna missjunarji kienu jiġu arrestati. Is-saċerdoti ta’ spiss ikollhom id-diffikultà li jimxu sa ħames sigħat tul il-passaġġi dojoq tal-muntanji biex jilħqu lillfidili. Ir-rwol tagħhom jinvolvi mhux biss il-proklamazzjoni tal-Vanġelu u l-amministrazzjoni tas-Sagramenti, imma wkoll l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-iġjene. Hawnhekk, 95 fil-mija tal-adulti huma illitterati u ħafna minnhom ma jaraw l-ebda bżonn għat-tfal tagħhom li jitgħallmu jaqraw u jiktbu. Billi dawn il-komunitajiet huma foqra, ma jistgħux imantnu 98 saċerdot Djoċesan, għalhekk l-Aid to the Church in Need qed toffri l-Elemożina għall-Quddies. Dawn is-saċerdoti jiċċelebraw ilQuddies mitluba mill-benefatturi u jamministraw is-sagramenti fost dan il-poplu li qed jgħix f’faqar kbir.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.