26
Il-Ħadd 6 ta’ Marzu, 2016
internazzjonali Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Is-Sirja
Għad għandhom bżonn l-għajnuna
Waqt li bi pjaċir kbir inħabbru l-waqfien millġlied f’ħafna partijiet tas-Sirja, irridu nisħqu li n-nies għad għandhom bżonn l-għajnuna tagħna. Dan qalitu l-Aid to the Church in Need (ACN). Tal-anqas 5,000 persuna – 1,300 familja – li jgħixu f’Aleppo u f’Hassake se ngħinuhom finanzjarjament biex ikollhom provvista ta’ gass, elettriku u ilma u jħallsu r-renta għallakkomodazzjoni. Dan in-nuqqas hu kawża tal-bumbardament qawwi u kontinwu li farrak
l-infrastruttura ta’ dawn l-ibliet, inqerdu ħafna djar u nqatlu ħafna nies. L-ACN se tagħti b’kemm jiswew 187,000 lira sterlina f’għajnuna. Din se tkun ikkordinata minn Suor Annie Demerjian u t-team tagħha li ilhom imsieħba għal żmien twil fi proġetti talACN. Il-25 proġett tal-ACN bdew fi Frar. Wieħed minnhom hu programm t’attivitajiet pastorali għal nisa refuġjati megħjuna mis-Sorjiet talBuon Pastur f’Aine Saade fil-Libanu.
IS-SIRJA
Iċ-Ċina
Kellu biss 13-il sena
1,518 salib tneħħew mill-knejjes fil-provinċja ta’ Zhejiang
L-Arċisqof ta’ Aleppo Jean Paul Jeanbart
“Kellu biss 13-il sena. Miskin dan it-tifel, Fouad Banna, li dfinna wara nofsinhar nhar id-19 ta’ Frar”, qal l-Arċisqof ta’ Aleppo, Jean Paul Jeanbart. Il-ġenituri tiegħu, li ġew feruti serjament, ma kinux preżenti għall-funeral għax kienu għall-kura fit-taqsima tal-kura intensiva. It-tlieta li huma kienu fl-appartament tagħhom meta l-bini ġġarraf wara li ntlaqat minn waħda mill-ħafna missili sparati mir-ribelli lejn il-kwartieri Kristjani f’Aleppo. Mill-familja immedjata, l-unika membru preżenti għall-funeral tiegħu kienet oħtu Rose, studenta ta’ 17-il sena. Meta l-kappillan staqsa kienx hemm xi ħaġa li
Wara żjara fis-Sirja, John Pontifex, il-Kap talIstampa u l-Informazzjoni tal-ACN (Renju Unit), qal li “fl-isfond tas-sofferenzi enormi li rajna aħna stess, l-għajnuna li qiegħda tagħti l-ACN hi ta’ solliev u konsolazzjoni kbira. Kemm l-Isqfijiet kif ukoll is-saċerdoti, sorijiet, żgħażagħ u anzjani rringrazzjaw lilna u lill-benefatturi madwar id-dinja tal-ġenerozità kbira. L-ACN Malta tħeġġeġ biex fit-talb tagħna niftakru f’tant ħutna ppersegwitati ħalli fl-aħħar issaltan il-paċi fil-Lvant Nofsani.
jista’ jagħmel biex jgħinha, l-unika ħaġa li qalet kienet: “Nitolbok titlob il-Mulej għall-fejqan tal-ġenituri tiegħi”. Rose tinsab imnikkta, flimkien ma’ ħafna Kristjani oħra li ġew affettwati minn din l-aħħar traġedja f’din il-belt imħarbta minħabba l-bumbardamenti kontinwi tal-Ġiħadisti Islamiċi. Wara li qerdu kollox, kuljum qed ibeżżgħu l-popolazzjoni u jagħmlu dak kollu li jistgħu biex iżommu nies innoċenti milli sempliċement jgħixu fi djarhom, determinati li jeħilsu minnhom biex ma jibqgħux jgħixu f’dal-pajjiż. Dakinhar ħames persuni oħra nqatlu ma’ Fouad filkwartier Kristjani.
Lejn l-aħħar tas-sena 2013 l-Awtoritajiet Ċiniżi bdew ineħħu s-slaleb mill-knejjes. Madanakollu, gruppi tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem iddikjaraw li t-tneħħija tas-slaleb mill-knejjes saret bħala restrizzjoni fuq il-Kristjaneżmu u l-libertà reliġjuża. Fl-2014, l-azzjonijiet tal-Gvern wasslu għal protesti fil-belt ta’ Wenzhou, fil-provinċja ta’ Zhejiang, li għandha popolazzjoni Kristjana kbira. Wara li tneħħew aktar minn 1,500 salib minn fuq il-knejjes Kattoliċi u Protestanti, l-awtoritajiet ta’ Zhejiang naqqsu l-isforzi tagħhom f’Settembru li għadda. Wara ħarġu regolamenti provinċjali ġodda biex jikkontrollaw iddaqs u t-tqegħid tas-slaleb. Wara dan, l-awtoritajiet tal-provinċja bdew kampanja biex jikkontrollaw ilkontenut fil-knejjes. L-uffiċjali tal-Istat saħansitra ppruvaw iwaqqfu lin-nies milli jitkellmu waqt il-Quddies dwar il-kampanja tat-tneħħija tas-slaleb. Mexxej prominenti tal-Knisja, Dun Yuese
Rigal sabih? Abbonament f’
Din is-sena diġà tneħħew 18-il salib mill-awtoritajiet statali talprovinċja ta’ Zhejiang, iċ-Ċina
Gu, flimkien mal-Avukat Kristjan, Zhang Kai, li assista diversi knejjes li kienu qed jippruvaw iwaqqfu milli l-awtoritajiet ineħħulhom is-slaleb ġew arrestati u hu maħsub li qegħdin f’ħabs sigriet. Fil-bidu ta’ dis-sena, il-
provinċja ta’ Zhejiang bdiet tneħħi s-slaleb tal-knejjes mill-ġdid. S’issa tneħħew 18-il salib. Għall-ewwel kien maħsub li dawn kienu biss slaleb li ma kinux tneħħew kif skedat is-sena l-oħra iżda dan jidher bidu ieħor ta’ persekuzzjoni.