ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 18 ta’Settembru, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 18 ta’ Settembru, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IS-SIRJA

Kontinwament imdawra bil-vjolenza u t-tixrid tad-demm

– Rand Mittri

Grace Ameh, Communications Unit, Aid to the Church in Need (Malta)

Din hi xhieda kommoventi mogħtija minn Rand Mittri mis-Sirja. Hi qasmet miegħi r-realtajiet li għaddejja minnhom is-Sirja matul ilJum Dinji taż-Żgħażagħ fil-lejla ta’ talb mal-Papa Franġisku. Nitolbu għas-Sirjani u dawk kollha li jbatu għall-fidi tagħhom. Jisimni Rand Mittri. Għandi 26 sena u jien minn Aleppo, is-Sirja. Kif forsi ġa tafu l-belt tagħna nqerdet, ġiet rovinata u tfarrket. It-tifsiriet kollha ta’ ħajjitna tqaċċtu minna. Sirna l-belt minsija. Naħseb hu diffiċli għal ħafna minnkom biex tifhmu dak kollu li qed jiġri fil-pajjiż għażiż

L-esperjenza tiegħi f’din il-gwerra hi waħda ħarxa, diffiċli u tal-waħx. Madankollu, dan għenni nimmatura u nikber qabel il-waqt u biex nara l-affarijiet minn perspettiva differenti.

tiegħi, is-Sirja. Barra minn hekk, se jkun diffiċli ħafna għalija li fi ftit sentenzi biss infehemkom ilħajja sofferenti li ngħixu imma se nagħmel l-almu tiegħi biex naqsam flimkien magħkom ir-realtà li aħna ngħixu kuljum. Kuljum ninsabu mdawrin bit-tbatija. Bil-mewt. Iżda bħalkom kuljum aħna nagħlqu l-bibien tagħna warajna hekk kif noħorġu għax-xogħol jew għall-iskola. B’differenza minn ħafna minnkom, madankollu, aħna mimlijin biża’ li mhux se nirritornaw lejn djarna u nsibu l-familji tagħna kif ħallejniehom aħna. Forsi, dakinhar ninqatlu jew il-familji tagħna jinqatlu. M’hemm l-ebda soluzzjoni Hu diffiċli ħafna għalina. Fis-Sirja aħna kontinwament mdawra bil-vjolenza u bit-tixrid ta’ demm u, agħar minn hekk, m’hemm l-ebda soluzzjoni. M’hemm ħadd biex jgħinna. Hu possibbli li dan hu t-tmiem tagħna u li twelidna biex immutu fis-sofferenza? Jew twelidna biex ngħixu u biex ngħixu ħajjitna blaqwa mod possibbli? L-esperjenza tiegħi f’din il-gwerra hi waħda ħarxa, diffiċli u tal-waħx. Madankollu, dan għenni

nimmatura u nikber qabel il-waqt u biex nara l-affarijiet minn perspettiva differenti. Jien naħdem fiċ-Ċentru Don Bosco, f’Aleppo. Iċ-Ċentru tagħna jilqa’ aktar minn 700 żagħżugħ u żagħżugħa li jirrikorru lejna biex jimtlew b’xi ftit tama u biex jisimgħu kelma ta’ inkoraġġiment. Huma jfittxu xi ħaġa li hi nieqsa f’ħajjithom: it-trattament uman u ġenwin. Għalija kultant hu diffiċli ħafna biex noffri l-ferħ u l-fidi lill-oħrajn filwaqt li jien stess kont imċaħħda minnhom tul ħajti kollha. Waqt l-esperjenza tiegħi, madankollu, tgħallimt li l-fidi tiegħi fi Kristu tieħu post iċċirkostanzi tal-ħajja. Il-verità hi li ma ngħix ħajti fil-paċi, mingħajr tbatija u sofferenza. Aktar u aktar nemmen li Alla jeżisti minkejja t-tbatija tagħna. Barra minn hekk jien nemmen li kultant, permezz tal-uġigħ tagħna, Hu jgħallimna t-tifsira vera tal-imħabba. Il-fidi tiegħi fi Kristu hi r-raġuni għall-ferħ u t-tama tiegħi. Ħadd qatt mhu se jkun jista’ jisraq dan il-ferħ minn ġo fija. Nirringrazzjakom u nitlobkom biex tkomplu titolbu għall-pajjiż għażiż tiegħi, is-Sirja.

Rand Mittri waqt li kienet qed taqsam l-esperjenza tagħha fil-preżenza tal-Papa Franġisku u ta’ eluf ta’ żgħażagħ fi Krakovja

IT-TAJLANDJA

Parroċċa tiżra’ 800 siġra biex issebbaħ l-ambjent Il-parruċċani tal-knisja talMadonna tal-Karmnu f’Paphanawan, fir-reġjun tal-grigal tat-Tajlandja, ispirati mill-enċiklika tal-Papa Franġisku dwar il-ħarsien talħolqien, iddeċidew li jiżirgħu 800 siġra biex jiċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ambjent. Huma se jagħmlu dan biex iwieġbu għall-ħsarat ambjentali li hemm madwarhom bħal nuqqas t’ilma, tniġġis u nuqqas ta’ annimali selvaġġi.

L-iskop hu li s-siġar, meta jikbru, inaqqsu t-tniġġis tal-arja, titnaqqas il-ħela tal-ħamrija u biex din tibqa’ fertili. Il-Kappillan, Fr Daniel Khuan Thinwan, qal: “Il-Papa Franġisku fl-Enċiklika Laudato Sì ħajjarna nieħdu azzjoni kollettiva biex tiġi indirizzata l-problema ambjentali”. Hu qal li “dan hu pass żgħir biex nagħmlu impatt fuq il-bidla tal-klima għal dinja aħjar”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.